|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2493 |
27.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2493
tat-23 ta’ Settembru 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 rigward l-aġġornament tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 30f(5) tagħha,
Billi,
|
(1) |
Id-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (EU ETS) ġiet riveduta u emendata bid-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex tiġi allinjata mar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jistabbilixxi mira ta’ tnaqqis ta’ mill-anqas 55 % tal-emissjonijiet netti sal-2030 meta mqabbel mal-1990. |
|
(2) |
Wara l-emenda tad-Direttiva 2003/87/KE bid-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva (UE) 2023/959, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 (5) jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq biex jinkorpora d-definizzjonijiet meħtieġa u l-arranġamenti dettaljati għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet minn karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u karburanti tal-karbonju riċiklat u wkoll biex jiġi żgurat allinjament xieraq mal-kriterji ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-gassijiet serra stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet mit-trasport tas-CO2 b’mezzi oħra għajr il-pipelines għall-ħżin ġeoloġiku, l-emissjonijiet mill-avjazzjoni inkluż il-monitoraġġ u r-rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, l-emissjonijiet mis-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, għat-trasport bit-triq u għall-industrija li ma taqax taħt l-ETS. |
|
(3) |
Skont l-iskema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, għat-trasport bit-triq u għal setturi addizzjonali, huwa meħtieġ li d-definizzjoni ta’ “konsumatur finali” fl-Artikolu 3(69) tipprevedi referenza aktar speċifika għad-definizzjoni ta’ entità regolata fl-Artikolu 3(ae) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(4) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jenħtieġ li jiġi emendat biex jirrifletti li l-kompletezza tal-monitoraġġ u tar-rapportar għandha tkopri l-emissjonijiet kollha tal-proċess u l-kombustjoni tal-installazzjoni stazzjonarja, mis-sorsi ta’ emissjonijiet u mill-flussi mis-sorsi kollha li jagħmlu parti mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u attivitajiet oħrajn assoċjati direttament f’konformità mal-Artikolu 3(e) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni dwar il-bijomassa, dwar il-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika (RFNBOs, renewable fuels of non-biological origin), dwar il-karburanti tal-karbonju riċiklat (RCFs, recycled carbon fuels), u dwar il-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju u biex jiġi ffaċilitat ir-rapportar nazzjonali skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), l-operaturi jenħtieġ li jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet mill-frazzjoni tal-karbonju mingħajr klassifikazzjoni żero kif ukoll bi klassifikazzjoni żero ta’ dawn il-karburanti bħala element ta’ memo fir-rapporti dwar l-emissjonijiet. Għal dak l-għan, il-parametri li jikkonċernaw il-bijomassa mingħajr klassifikazzjoni żero kif ukoll bi klassifikazzjoni żero, l-RFNBOs u l-RCFs, jew il-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju jenħtieġ li jiġu ddeterminati u rrapportati għal kull fluss minn sors korrispondenti skont il-metodoloġija standard għall-kalkolu skont l-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u s-sistema ta’ bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament. Huma meħtieġa regoli speċifiċi dwar id-determinazzjoni ta’ fatturi ta’ kalkolu relatati mal-kompożizzjoni li jikkonċernaw bijomassa mingħajr klassifikazzjoni żero kif ukoll bi klassifikazzjoni żero, l-RFNBOs u l-RCFs, u karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, inkluża l-frazzjoni tal-karbonju mingħajr klassifikazzjoni żero kif ukoll bi klassifikazzjoni żero. |
|
(6) |
Sabiex tiġi evitata sottovalutazzjoni sistematika tal-emissjonijiet totali fis-sistema ta’ bilanċ tal-massa meta jkun hemm karbonju mhux bi klassifikazzjoni żero fil-flussi tal-input u tal-output, huwa importanti li l-operaturi jiddeterminaw il-kontenut tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero tal-flussi tal-output. Hija meħtieġa evidenza ċara biex jintwera li ġiet evitata sottovalutazzjoni u li l-massa totali tal-frazzjonijiet tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero fil-materjali tal-output tkun ekwivalenti għall-massa totali tal-frazzjonijiet tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero li tinsab fil-materjali tal-input. |
|
(7) |
Id-Direttiva 2003/87/KE, kif riveduta mid-Direttiva (UE) 2023/959, tispeċifika li l-fattur ta’ emissjoni tal-bijomassa jkun żero jekk il-bijomassa tikkonforma mal-kriterji ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-użu tal-karburanti tal-bijomassa stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001, filwaqt li jitqies kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-applikazzjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif stabbilit fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 ta’ dik id-Direttiva. Sabiex jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li skonthom l-emissjonijiet tal-bijomassa jistgħu jiġu kklassifikati żero u biex ikun hemm allinjament mad-Direttiva (UE) 2018/2001 riveduta, l-Artikolu 38(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jenħtieġ li jiġi emendat. Fejn il-kriterji rilevanti ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ma japplikawx għal tip speċifiku ta’ bijomassa, dik il-bijomassa tista’ tiġi kklassifikata żero direttament. Madankollu, f’dan il-każ, l-operaturi xorta jenħtieġ li juru li l-kriterji mhumiex applikabbli. Il-valutazzjoni tal-prova tal-applikabbiltà u tal-prova tas-sostenibbiltà hija parti essenzjali mill-verifika fejn il-verifikatur jivverifika l-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, inkluża l-klassifikazzjoni żero tal-bijomassa. Meta japplikaw il-kriterji għas-sostenibbiltà u għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10), hija meħtieġa l-konformità ma’ dawn il-kriterji għall-klassifikazzjoni żero. Il-bijomassa li ma tikkonformax mal-kriterji f’dan il-każ jenħtieġ li tiġi ttrattata bħala karburant fossili. Il-klassifikazzjoni żero tal-emissjonijiet skont l-EU ETS hija distinta mill-iskemi ta’ appoġġ definiti fl-Artikolu 2, il-punt (5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. |
|
(8) |
L-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 emendata tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jistabbilixxi bażi tad-data tal-Unjoni li permezz tagħha huwa possibbli t-traċċar ta’ karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi, karburanti tal-karbonju riċiklat u karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju (“il-Bażi tad-data tal-Unjoni”). Sal-21 ta’ Novembru 2024, il-Bażi tad-data tal-Unjoni jenħtieġ li tkun kompletament operattiva. Meta tkun meħtieġa l-konformità mal-kriterji għas-sostenibbiltà u għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29, il-paragrafi (2) sa (7) u (10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, għall-bijomassa, u l-Artikolu 29a ta’ dik id-Direttiva, għall-karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi u l-RCFs, jenħtieġ li l-prova tas-sostenibbiltà tingħata f’konformità mal-Artikolu 30 u 31 ta’ dik id-Direttiva. Sabiex jiġi ffaċilitat dan il-proċess u jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddependu fuq l-evidenza pprovduta mill-operaturi tal-EU ETS, mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru u mill-entitajiet regolati mill-Bażi tad-Data tal-Unjoni dwar it-tranżazzjonijiet relatati ma’ kwalunkwe ammont ta’ karburant li jkun inxtara u ntuża matul is-sena ta’ rapportar u li jkun ġie konness mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-bażi tad-data tal-Unjoni. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data, l-awtorità kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-kampjunar għandu jkun rappreżentattiv għal-lott speċifiku u jkun ħieles mill-preġudizzju. Fejn jintuża kampjunar kontinwu tal-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija, il-frekwenza tal-analiżi jenħtieġ li tiġi allinjata ma’ dan il-proċess u tkopri s-sena ta’ rapportar kollha mingħajr interruzzjoni. |
|
(10) |
Id-Direttiva (UE) 2023/959 estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għar-raffinar ta’ kwalunkwe żejt, il-produzzjoni ta’ kwalunkwe ħadid, il-produzzjoni tal-alumina, il-produzzjoni tal-idroġenu u t-trasport tas-CO2 permezz ta’ mezzi oħra għajr il-pajpijiet. Sabiex jiġi żgurat l-allinjament mal-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, jeħtieġ li l-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jiġu aġġornati. |
|
(11) |
Id-Direttiva 2003/87/KE tirrikonoxxi r-rwol potenzjali tal-RCFs u tal-RFNBOs għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’setturi li diffiċli jiġu dekarbonizzati. Biex jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni, l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom jeħtieġ li jissodisfa l-iffrankar minimu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbilit fl-Artikolu 29a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u jiġi kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fl-att adottat skont dak l-Artikolu. |
|
(12) |
L-RCFs jew l-RFNBOs li fihom il-karbonju fil-kompożizzjoni kimika tagħhom, bħall-e-kerosin jew l-e-metanol, jeħtieġu materja prima tal-karbonju għall-produzzjoni tagħhom. Sakemm l-istadji kollha tal-ħajja ta' prodott, li fih jintuża l-karbonju maqbud, ikunu soġġetti għall-ipprezzar tal-karbonju, b'mod partikolari fl-istadju tal-inċinerazzjoni tal-iskart, id-dipendenza fuq il-kontabbiltà għall-emissjonijiet fil-punt tar-rilaxx tagħhom mill-prodotti fl-atmosfera tirriżulta f’sottovalutazzjoni tal-emissjonijiet. Fejn l-RFNBOs jew l-RCFs jiġu prodotti minn CO2 maqbud taħt attività koperta mid-Direttiva 2003/87/KE, l-emissjonijiet jenħtieġ li jitqiesu taħt dik l-attività. Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju u li jkun meħtieġ pagament doppju għall-istess emissjonijiet, l-emissjonijiet tas-CO2 mill-RCFs u l-RFNBOs li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 jenħtieġ li jkollhom fattur tal-emissjonijiet ta’ żero. |
|
(13) |
Il-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju jridu jikkonformaw mal-kriterji tal-iffrankar tal-gassijiet serra previsti fl-Artikolu 2, il-punt 13 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gass rinnovabbli, il-gass naturali u l-idroġenu. Il-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju jeħtieġu materja prima tal-karbonju għall-produzzjoni tagħhom. Soġġett għal rieżami fir-rigward tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero maħruq f’installazzjonijiet li huma eżentati mill-EU ETS minħabba l-użu għoli tagħhom tal-bijomassa skont il-punt 1 tal-Anness I, biex jiġi evitat l-għadd doppju fl-EU ETS f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066, jekk il-kontenut tal-karbonju tal-karburanti jirriżulta mill-EU ETS u għalhekk ikun ġie kkunsidrat, inkluż meta l-fattur tal-emissjonijiet tiegħu jkun żero, l-emissjonijiet mill-karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju jenħtieġ li jiġu klassifikati żero. L-emissjonijiet li jirriżultaw minn karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju b’kontenut ieħor ta’ karbonju jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala l-ekwivalenti ta’ karburanti fossili tagħhom. Meħtieġ li jiġu previsti regoli għad-determinazzjoni tal-frazzjoni ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero. |
|
(14) |
L-RCFs jew l-RFNBOs li ma jissodisfawx l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbilit fl-Artikolu 29a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jitqiesu li ma jwasslux għal biżżejjed iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-karburanti fossili. Għalhekk, l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-kombustjoni ta’ tali RCFs jew RFNBOs jenħtieġ li jiġu trattati bħala l-ekwivalenti tal-karburanti fossili tagħhom. Peress li l-karburanti fossili jistgħu jitħalltu mal-RCFs jew mal-RFNBOs, jeħtieġ li jiġu pprovduti regoli għad-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-RCF jew tal-RFNBO bi klassifikazzjoni żero. |
|
(15) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jenħtieġ li jiddetermina l-metodoloġija ta’ monitoraġġ li jenħtieġ li tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-RFNBOs, l-RCFs jew il-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero. Id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu inklużi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet totali tal-RFNBOs, l-RCFs u l-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, fil-każ meta l-operatur juża l-metodoloġija bbażata għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet totali tas-CO2. Meta jfasslu l-iskemi ta’ appoġġ għall-karburanti rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ karbonju, l-Istati Membri għandhom id-dritt li jispeċifikaw kif jinċentivaw id-diversi RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju. |
|
(16) |
Barra minn hekk, meta tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl għall-karburanti u l-materjali li fihom il-bijomassa, jenħtieġ li jiżdiedu l-kundizzjonijiet meta l-frazzjoni tal-bijomassa tkun ugwali għall-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero. Jenħtieġ li jiġu pprovduti wkoll kjarifiki meta dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati u f’każ bħal dan, jenħtieġ li l-operatur isegwi d-dispożizzjonijiet użati relatati ma’ approċċ ibbażat fuq il-kalkolu. |
|
(17) |
Meta l-metodoloġija proposta tal-installazzjoni tinvolvi kampjunar kontinwu mill-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija, u fl-istess ħin l-installazzjoni stazzjonarja tikkonsma gass naturali mill-grilja, biex jiġi evitat għadd doppju, is-CO2 li joriġina mill-bijogass jenħtieġ li jiġi ddeterminat permezz ta’ analiżi tal-laboratorju u dan l-ammont jenħtieġ li jitnaqqas rispettivament mit-total ta’ CO2 bi klassifikazzjoni żero ddeterminat qabel b’approċċ ibbażat fuq il-kalkolu. |
|
(18) |
Id-Direttiva 2003/87/KE ma tirrikonoxxix l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra negattivi. Sabiex tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta’ emissjonijiet negattivi, jenħtieġ li operatur ma jnaqqasx mill-emissjonijiet tiegħu l-ebda CO2 li joriġina minn karburanti bi klassifikazzjoni żero. Fil-każ tal-qbid ta’ emissjonijiet minn taħlita ta’ sorsi bi klassifikazzjoni żero u mingħajr klassifikazzjoni żero, biex jiġu żgurati ċ-ċarezza u s-sempliċità, il-kwantità ta’ CO2 li tirriżulta minn sorsi mingħajr klassifikazzjoni żero li tista’ titnaqqas mill-emissjonijiet tal-operatur jenħtieġ li tiġi stabbilita abbażi tal-proporzjon tal-emissjonijiet bi klassifikazzjoni żero u mingħajr klassifikazzjoni żero. |
|
(19) |
L-attivitajiet “trasport ta’ gassijiet serra għall-ħżin ġeoloġiku”, u “ħżin ġeoloġiku tal-gassijiet serra”, fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, ikopru s-CO2 kollu ttrasportat u maħżun f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE, irrispettivament mill-oriġini ġeografika u fiżika tas-CO2. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe lakuna fil-qafas ta’ monitoraġġ u rapportar u biex jiġu pprovduti l-inċentivi għall-operaturi tal-infrastruttura tat-trasport tas-CO2 jew tas-siti tal-ħżin tas-CO2 biex jimminimizzaw it-tnixxijiet, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li dawn l-operaturi jenħtieġ li jimmonitorjaw u jirrapportaw kwalunkwe emissjoni mis-CO2 kollu għall-ħżin ġeoloġiku fil-kustodja tagħhom, inkluż jekk joriġinaw minn attivitajiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(20) |
Peress li s-CO2 għall-ħżin ġeoloġiku huwa mistenni li jiġi ttrasportat b’diversi modi, id-Direttiva (UE) 2023/959 estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività “trasport ta’ gassijiet serra għall-ħżin ġeoloġiku” fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għal kwalunkwe mezz ta’ trasport. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet ta’ monitoraġġ u rapportar relatati mal-attività tat-trasport tas-CO2 biex jiġi żgurat li dawn ikunu applikabbli għal infrastruttura tat-trasport tas-CO2 ibbażata fuq kwalunkwe mezz ta’ trasport. Fejn mezz ta’ trasport ikun kopert ukoll minn attività oħra skont id-Direttiva 2003/87/KE, biex jiġi evitat l-għadd doppju tal-emissjonijiet, l-emissjonijiet koperti mill-attività l-oħra skont dik id-Direttiva jenħtieġ li jiġu esklużi mill-konfini tal-attività tat-trasport tas-CO2. |
|
(21) |
It-trasport tas-CO2 għall-ħżin ġeoloġiku jista’ jsir fuq distanzi twal. Għalhekk, is-CO2 jista’ jkun fi tranżitu għal perjodi twal. F’każijiet bħal dawn, huwa xieraq li l-operatur tal-infrastruttura tat-trasport tas-CO2 jingħata l-flessibbiltà li jnaqqas mill-emissjonijiet li għandhom jiġu rrapportati f’sena partikolari kwalunkwe ammont ta’ CO2 li jkun għadu fi tranżitu sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena, dment li l-vjeġġ tas-CO2 jasal fid-destinazzjoni tiegħu u jiġi ttrasferit għal sit tal-ħżin jew għal installazzjoni oħra tal-EU ETS mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara. |
|
(22) |
Id-Direttiva 2003/87/KE riveduta emendat id-definizzjoni ta’ emissjonijiet biex tinkludi wkoll gassijiet serra li ma jiġux rilaxxati direttament fl-atmosfera. Għalhekk, jenħtieġ li dawn jitqiesu wkoll bħala emissjonijiet skont l-EU ETS, sakemm ma jkunux maħżuna f’sit tal-ħżin f’konformità mad-Direttiva 2009/31/KE jew ma jkunux kimikament marbuta b’mod permanenti fi prodott b’tali mod li f’użu normali ma jidħlux fl-atmosfera, u ma jidħlux fl-atmosfera taħt xi attività normali li sseħħ wara tmiem il-ħajja tal-prodott. B’konsegwenza ta’ dan, l-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jeħtieġ li jiġu aġġornati kif xieraq biex iqisu l-gassijiet serra rilaxxati b’modi oħra għajr direttament fl-atmosfera, filwaqt li jiġi evitat l-għadd doppju tal-emissjonijiet fejn il-gassijiet serra li ma jiġux rilaxxati direttament fl-atmosfera jerġgħu jintużaw fl-istess installazzjoni jew f’installazzjonijiet oħra tal-EU ETS. Sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn għall-installazzjonijiet affettwati minn dawn il-bidliet, l-applikazzjoni tagħhom jenħtieġ li tiġi posposta sal-1 ta’ Jannar 2025 biex ikun hemm biżżejjed żmien għall-adattamenti meħtieġa. |
|
(23) |
Meta jiġi ddeterminat il-fattur ta’ ossidazzjoni jew ta’ konverżjoni ta’ fluss minn sors, il-monossidu tal-karbonju (CO) rilaxxat fl-atmosfera għandu jitqies bħala l-ammont molari ekwivalenti ta’ CO2. CO li b’xi mod ieħor jiġi ttrasferit fi prodott jew bħala materja prima ma jitqiesx bħala emissjoni skont il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(24) |
L-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE jipprevedi li l-kwoti ma għandhomx għalfejn jiġu ċeduti għal gassijiet serra li jitqiesu li jkunu nqabdu u ntużaw b’tali mod li jkunu saru kimikament marbuta b’mod permanenti fi prodott b’tali mod li ma jidħlux fl-atmosfera taħt użu normali, inkluża kwalunkwe attività normali li sseħħ wara t-tmiem tal-ħajja tal-prodott. Jeħtieġ li tiġi inkluża dispożizzjoni ġenerali għall-operaturi biex jiddeterminaw u jnaqqsu mill-emissjonijiet tagħhom l-ammont ta’ CO2 meqjus li huwa kimikament marbut b’mod permanenti fi prodott elenkat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE, li jissostitwixxi d-dispożizzjoni li ppermettiet it-tnaqqis tas-CO2 meqjus kimikament marbut mal-karbonat tal-kalċju preċipitat. |
|
(25) |
Wara li kkunsidra l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika (MRV) tal-effetti mhux tas-CO2 jikkostitwixxi eżerċizzju awtonomu u distint mill-ipprezzar tal-karbonju. L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE dwar l-impatt u s-soluzzjonijiet teknoloġiċi tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 ilhom għaddejjin mill-1994 u jenħtieġ li jkomplu. Minħabba l-inċertezzi dwar l-impatti tal-effetti mhux tas-CO2, huwa kruċjali li l-MRV dwar l-effetti mhux tas-CO2 jinbeda bil-ħsieb li tiġi żgurata l-validazzjoni xjentifika tal-impatti. |
|
(26) |
L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jimmonitorjaw l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 li jseħħu mill-1 ta’ Jannar 2025, mill-attivitajiet imwettqa minn ajruplani mgħammra b’magni ġett, li jippermettu l-kalkolu ta’ ekwivalenti ta’ CO2 (CO2(e)) għal kull titjira. L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jenħtieġ li jirrapportaw dawk l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 darba fis-sena. Madankollu, biex jiġi ffaċilitat il-bidu tal-MRV għall-effetti mhux tas-CO2, fl-2025 u fl-2026, filwaqt li r-rapportar jista’ jkopri r-rotot kollha, tali rapportar għandu jkun meħtieġ biss fir-rigward ta’ rotot li jinvolvu żewġ ajrudromi li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), u rotot minn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE li jitlaq lejn l-Iżvizzera jew lejn ir-Renju Unit. Fir-rigward tal-2025 u l-2026, ir-rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 li jseħħu minn titjiriet oħra huwa possibbli. |
|
(27) |
Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jipprovdu pjan uniku ta’ monitoraġġ għall-emissjonijiet tas-CO2 u għall-effetti mhux tas-CO2. |
|
(28) |
Il-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira jenħtieġ li jsir bl-użu tal-metrika ta’ Potenzjal ta’ Tisħin Globali (GWP) fi tliet perjodi ta’ żmien GWP20, GWP50 u GWP100, biex jinftiehmu aħjar dawk l-impatti fuq il-klima, bl-applikazzjoni tal-effikaċja, kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, u s-sistema ta’ trekkjar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 (NEATS) tal-Kummissjoni, biex tiġi rfinata l-metrika tal-GWP. |
|
(29) |
Sabiex jiġi kkalkulat is-CO2(e) għall-effetti mhux tas-CO2, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jużaw approċċ tal-kalkolu tas-CO2(e). Dan l-approċċ jinkludi moduli għall-istima tal-ħruq tal-karburant u emissjonijiet differenti (NOx, CO, HC), mudelli li jikkalkulaw is-CO2(e) bl-użu tad-data tal-input u l-valuri prestabbiliti kif deskritt fl-Anness IIIa u l-Anness IIIb tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, fejn ikun hemm lakuni fid-data. |
|
(30) |
Sabiex jiġi evitat li jiġi inċentivat in-nuqqas ta’ rapportar, jistgħu jintużaw valuri prestabbiliti konservattivi. Meta d-data miksuba mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma tkunx disponibbli, ix-xogħol jeħtieġ li jkompli jippermetti r-rapportar tal-valuri mkejla, abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli. Id-dipendenza fuq valuri prestabbiliti tnaqqas il-preċiżjoni tad-data. |
|
(31) |
Filwaqt li jirrikonoxxu l-importanza li jiġu pprovduti għodod xierqa biex jiġi limitat l-isforz amministrattiv tal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jiddependu fuq l-għodda tat-teknoloġija tal-informazzjoni, in-NEATS, ipprovduta mill-Kummissjoni. L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jagħżlu wkoll li jużaw l-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni tagħhom stess jew ta’ partijiet terzi dment li dawn l-għodod jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, b’mod partikolari l-Artikolu 56a, u dment li l-Kummissjoni tapprovahom. |
|
(32) |
L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jenħtieġ li jiġbru u jaħżnu b’mod sigur id-data mmonitorjata, inklużi d-dettalji tat-titjira u l-informazzjoni dwar l-inġenji tal-ajru. Għal dan l-għan, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jiddependu fuq l-għodda tal-IT tal-Kummissjoni u/jew ir-riżorsi ta’ partijiet terzi, filwaqt li jiżguraw il-konformità mar-regoli ta’ kunfidenzjalità u l-aċċessibbiltà għall-finijiet ta’ verifika. |
|
(33) |
F’sitwazzjoni fejn ma tiġi pprovduta l-ebda data mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru, in-NEATS jenħtieġ li tkun tista’ tikkalkula s-CO2(e) awtomatikament, abbażi tad-data miġbura minn sorsi esterni u l-valuri prestabbiliti kif deskritt fl-Anness IIIa u l-Anness IIIb tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. |
|
(34) |
F’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ għodod tal-IT, l-operaturi tal-inġenju tal-ajru jenħtieġ li jimmonitorjaw l-informazzjoni essenzjali u l-proprjetajiet tat-titjira u tal-inġenju tal-ajru bħala miżura interim. |
|
(35) |
F’każ li l-mudell tat-tbassir numeriku tat-temp (NWP) ta’ referenza komuni ma jkunx disponibbli, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jenħtieġ li jużaw approċċ simplifikat ibbażat fuq il-post biex jikkalkulaw is-CO2(e) tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 bħala miżura interim. |
|
(36) |
Għall-fini tal-minimizzazzjoni tal-piż amministrattiv, l-emittenti ż-żgħar jistgħu jagħżlu li jużaw approċċ simplifikat ibbażat fuq il-post biex jikkalkulaw is-CO2(e) tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2. |
|
(37) |
Abbażi tal-feedback dwar l-implimentazzjoni tal-EU ETS, jeħtieġ li tiġi ffaċilitata aktar l-identifikazzjoni tal-operatur tal-inġenji tal-ajru skont l-Artikolu 3(o) tad-Direttiva 2003/87/KE u li jiġi inkluż pass addizzjonali f’dan il-proċess. |
|
(38) |
Sabiex id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28a(4) tad-Direttiva 2003/87/KE u ta’ dan ir-Regolament rigward id-definizzjoni ta’ emittenti żgħar jiġu allinjati, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi aġġornat biex l-operaturi li jissodisfaw il-kriterji definiti fl-Artikolu 28a(4) ta’ dik id-Direttiva jkunu jistgħu jużaw l-għodod għall-istima tal-karburanti implimentati minn Eurocontrol. |
|
(39) |
Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet u l-infurzar xierqa tal-leġiżlazzjoni. Sabiex jiġu ssimplifikati dawk ir-rekwiżiti ta’ rapportar, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli xierqa ta’ rapportar għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għall-użu ta’ tipi differenti ta’ karburanti tal-avjazzjoni alternattivi, inklużi l-bijokarburanti, l-RFNBOs, l-RCFs u karburanti oħra eliġibbli skont is-sistema ta’ appoġġ tal-EU ETS stabbilita f’konformità mal-Artikolu 3c(6) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(40) |
Il-livelli limiti tal-emissjonijiet japplikaw għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għall-inklużjoni tagħhom fl-EU ETS jew fl-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA, Carbon Offsetting and Reduction Scheme for International Aviation) tal-ICAO. L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jitqiesu bħala emittenti żgħar jew jitħallew jużaw għodod simplifikati. F’konformità mal-iskop tal-EU ETS u l-prinċipji inklużi wkoll fl-iskema CORSIA tal-ICAO, il-kalkolu ta’ dawn il-limiti tal-emissjonijiet jenħtieġ li ma jqisx l-użu possibbli ta’ karburanti b’fattur ta’ emissjoni ta’ żero. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi stabbilit fattur ta’ emissjoni preliminari għall-fini ta’ kalkolu ta’ dawn il-limiti. |
|
(41) |
F’konformità mad-Direttiva (UE) 2023/959, iċ-ċediment tal-kwoti skont l-iskema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, għat-trasport bit-triq u għal setturi addizzjonali se jibda fl-2028 għall-emissjonijiet annwali tal-2027. Madankollu, il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet skont is-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet se jibdew mill-1 ta’ Jannar 2025. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari dwar il-monitoraġġ u r-rapportar għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għall-binjiet, għat-trasport bit-triq u għal setturi addizzjonali kmieni biżżejjed, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ordnata fl-Istati Membri. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-metodoloġiji ta’ monitoraġġ u biex jinbena fuq l-esperjenzi mis-sistema eżistenti għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għal installazzjonijiet stazzjonarji u għall-avjazzjoni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti r-regoli rilevanti għas-sistema l-ġdida. |
|
(42) |
Sabiex jiġi żgurat livell robust ta’ preċiżjoni tal-monitoraġġ u biex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv għall-entitajiet regolati u għall-awtoritajiet kompetenti, il-fattur tal-ambitu jenħtieġ li jiġi applikat wara l-kategorizzazzjoni tal-entità regolata u l-flussi tal-karburant. Dan għandu jippermetti monitoraġġ aktar preċiż u għandu jevita bidliet bla bżonn fil-pjanijiet ta’ monitoraġġ, li jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-entitajiet regolati u għall-awtoritajiet kompetenti. |
|
(43) |
Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv, huwa xieraq li jiġu pprovduti regoli speċifiċi għall-entitajiet regolati b’emissjonijiet baxxi u li tingħata flessibbiltà lill-awtoritajiet kompetenti fil-kategorizzazzjoni tal-entitajiet regolati. |
|
(44) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri l-ġodda, huwa xieraq li tiġi pprovduta deroga marbuta biż-żmien, qabel l-2027, għall-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu wara l-kategorizzazzjoni. Jixraq li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jikkwalifikaw entità regolata bħala entitajiet regolati b’emissjonijiet baxxi, jew jippermettu lill-entità regolata tikklassifika lilha nnifisha u kull fluss tal-karburant, abbażi tal-emissjonijiet wara l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu, bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina mill-karburanti bi klassifikazzjoni żero, fejn ikun jista’ jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-fattur tal-ambitu applikat għall-klassifikazzjoni se jibqa’ wkoll rappreżentattiv fis-snin li ġejjin. |
|
(45) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-verifika, huwa xieraq li l-operaturi tal-installazzjonijiet stazzjonarji, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru, il-kumpaniji tat-tbaħħir u l-entitajiet regolati jissottomettu l-informazzjoni dwar il-karburanti użati għall-attivitajiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE flimkien mar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet. Ma għandu jkun meħtieġ l-ebda rapport separat dwar l-ammonti ta’ karburanti akkwistati u użati. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jiġi emendat skont dan. |
|
(46) |
Sabiex tiġi ffaċilitata s-sottomissjoni ordnata u koerenti tal-pjan ta’ monitoraġġ għall-entitajiet regolati lill-awtoritajiet kompetenti, u meta jitqiesu d-dispożizzjonijiet li diġà ġew adottati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2122 (9), li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet kollha li jinsabu f’dan ir-Regolament relatati mal-iskambju l-ġdid ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, għat-trasport bit-triq u għal setturi addizzjonali, japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2024. |
|
(47) |
Id-Direttiva 2003/87/KE diġà tipprevedi li l-emissjonijiet mill-RFNBOs użati għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom ikunu klassifikati żero qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din ir-reviżjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. Għalhekk, sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, iċ-ċarezza u kundizzjonijiet ekwi, ir-regoli għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet minn RFNBO, RCF u karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024. |
|
(48) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikoli 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal dawn li ġejjin:
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu japplika għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra speċifikati fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Annessi I u III tad-Direttiva 2003/87/KE, għad-data tal-attività minn installazzjonijiet stazzjonarji, għall-attivitajiet tal-avjazzjoni, inkluż l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, u għall-ammonti ta’ karburant rilaxxati mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva. Għandu japplika għal dan li ġej:
Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 mill-2025 għandhom ikopru l-effetti kollha li mhumiex CO2 mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva li jinvolvu ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE. Madankollu, fir-rigward tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 li jseħħu fl-2025 u l-2026, tali rapportar għandu jkun meħtieġ biss fir-rigward tar-rotot li jinvolvu żewġ ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE, u r-rotot minn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE li jitilqu lejn l-Iżvizzera jew lejn ir-Renju Unit. Fir-rigward tal-2025 u l-2026, l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 li jseħħu minn titjiriet oħra jistgħu jiġu rrapportati fuq bażi volontarja.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Artikolu 4 L-operaturi u l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom iwettqu l-obbligi tagħhom relatati mal-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 skont id-Direttiva 2003/87/KE f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 9 ta’ dan ir-Regolament.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu kompluti u jkopru l-emissjonijiet kollha tal-proċess u l-kombustjoni mis-sorsi ta’ emissjonijiet u l-flussi mis-sorsi kollha li jagħmlu parti mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u attivitajiet rilevanti oħra inklużi skont l-Artikolu 24 ta’ dik id-Direttiva, kif ukoll attivitajiet assoċjati inklużi fil-konfini tal-installazzjoni, u tal-gassijiet serra kollha speċifikati fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet, waqt li jiġi evitat l-għadd doppju.”; |
|
(5) |
fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu 3: “3. L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jiksbu, jirreġistraw, jikkompilaw, janalizzaw u jiddokumentaw data ta’ monitoraġġ, inklużi suppożizzjonijiet, referenzi, data dwar l-attivitajiet u fatturi ta’ kalkolu, b’mod trasparenti li jippermetti r-riproduzzjoni tad-determinazzjoni tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 għal kull titjira mill-verifikatur u mill-awtorità kompetenti.” |
|
(6) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 L-operaturi u l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jippermettu li tiġi rrapportata assigurazzjoni raġonevoli tal-integrità tad-data tal-emissjonijiet u tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2. Huma għandhom jiddeterminaw l-emissjonijiet u l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 bl-użu tal-metodoloġiji ta’ monitoraġġ xierqa stabbiliti f’dan ir-Regolament. Id-data dwar l-emissjonijiet u l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 irrapportata u l-iżvelar relatat għandhom ikunu ħielsa minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali kif definit fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 (*1), għandhom jevitaw il-preġudizzju fl-għażla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni, u għandhom jipprovdu rendikont kredibbli u bbilanċjat tal-emissjonijiet u tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 ta’ installazzjoni jew operatur ta’ inġenju tal-ajru. Fl-għażla tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, it-titjib li jirriżulta minn akkuratezza ikbar għandu jiġi bbilanċjat mal-kostijiet addizzjonali. Il-monitoraġġ u r-rapportar għandu jkollhom il-mira li jilħqu l-ogħla preċiżjoni li tista’ tinkiseb, għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli. (*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2067/oj).”;" |
|
(7) |
fl-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Kull operatur jew operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja l-emissjoniijet ta’ gassijiet serra, u effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 fuq il-bażi ta’ pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, b’kunsiderazzjoni tan-natura u l-funzjonament tal-installazzjoni jew tal-attività ta’ avjazzjoni li japplika għalihom.” |
|
(8) |
fl-Artikolu 14(2), jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:
|
|
(9) |
l-Artikolu 15(4) huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(2), il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 19(2), l-Artikolu 19(5), l-Artikolu 38(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 47(2), it-terminu “bijomassa” huwa sostitwit b’“karbonju bi klassifikazzjoni żero”. |
|
(11) |
fl-Artikolu 19, jitħassar il-paragrafu 6. |
|
(12) |
L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:
|
|
(15) |
fl-Artikolu 37(2), l-aħħar subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Jekk jintużaw il-karburanti mħallta, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li l-applikazzjoni tal-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu ma twassalx għal sottovalutazzjoni tal-emissjonijiet.”; |
|
(16) |
fit-taqsima 2, it-titolu tas-subtaqsima 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Trattament tal-bijomassa, tal-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, RFNBO u RCF”; |
|
(17) |
L-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:
|
|
(19) |
jiddaħħal l-Artikolu 39a li ġej: “ Artikolu 39a Determinazzjoni ta’ RFNBO jew RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju u RFNBO jew RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero 1. Għal karburanti jew materjali li fihom RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju li għalihom l-operatur ma jistax jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju f’konformità mal-paragrafu 2, l-operatur għandu jassumi l-assenza ta’ RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju u japplika frazzjoni predefinita tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju ta’ 0 %. 2. L-operatur għandu jiddetermina l-fatturi ta’ kalkolu li ġejjin relatati mal-kompożizzjoni tal-karburanti abbażi tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001:
Permezz ta’deroga mill-ewwel subparagrafu, jekk l-operatur ma jkunx irid jagħmel użu minn klassifikazzjoni żero, għall-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew għall-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju jistgħu jintużaw approċċi oħra bħal bilanċ materjali tal-proċess ta’ taħlit jew ta’ produzzjoni li minnu jinkiseb il-karburant jew il-materjal. 3. Il-kontenut tal-karbonju tal-karburanti li jikkwalifikaw bħala RFNBOs jew RCFs skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 li jikkonformaw mal-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29a ta’ dik id-Direttiva, għandu jitqies bħala klassifikat żero. Il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-Artikoli 30 u 31(1) ta’ dik id-Direttiva. Il-kriterji jistgħu jitqiesu ssodisfati wkoll jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ xiri ta’ kwantità ta’ RFNBOs jew RCFs konnessi mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-Bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-Awtorità Kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq. Meta l-RFNBO jew l-RCF ma jikkonformawx mal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kontenut tal-karbonju tagħhom għandu jitqies bħala karbonju fossili. 4. Il-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju għandhom ikunu klassifikati żero meta l-kontenut tal-karbonju tagħhom ikun ġie soġġett għaċ-ċediment minn qabel tal-kwoti skont id-Direttiva 2003/87/KE, sakemm dak il-karbonju maqbud ma jkunx karbonju bi klassifikazzjoni żero kif definit fl-Artikolu 3(38f) ta’ dan ir-Regolament. Il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29a(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-Artikoli 30 u 31(1) ta’ dik id-Direttiva. Il-kriterji jistgħu jitqiesu ssodisfati wkoll jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ xiri ta’ kwantità ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju konnessi mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-Bażi tad-Data tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-Awtorità Kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq. Fi kwalunkwe każ ieħor, il-kontenut tal-karbonju tal-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju għandu jitqies bħala karbonju fossili. 5. L-operatur jista’ jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF u frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF identiċi bi klassifikazzjoni żero tal-gass naturali fejn tali frazzjonijiet ikunu ġew injettati fi grilja tal-gass naturali bl-użu ta’ rekords tax-xiri ta’ RFNBO jew RCF ta’ kontenut ta’ enerġija ekwivalenti, dment li l-operatur jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li:
Il-konformità ma’ dan il-paragrafu tista’ titqies murija jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ xiri ta’ kwantità ta’ RFNBO jew RCF gassużi konness mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-Bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-awtorità kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq.” |
|
(20) |
l-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:
|
|
(21) |
fl-Artikolu 44(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-operatur għandu jikkalkula l-medji fis-siegħa għal kull parametru, inkluż il-konċentrazzjonijiet u l-fluss, rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet jew tal-ammonti ta’ CO2 trasferit bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl bl-użu tal-punti kollha tad-data disponibbli għal dik is-siegħa speċifika.” |
|
(22) |
fl-Artikolu 46 u fl-Anness I, it-Taqsima 1, il-punti (7)(a), (b) u (c), it-terminu “network ta’ trasport” huwa sostitwit b’“infrastruttura tat-trasport tas-CO2”. |
|
(23) |
fl-Artikolu 47(2), jitħassar l-aħħar subparagrafu. |
|
(24) |
l-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:
|
|
(25) |
L-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:
|
|
(26) |
jiddaħħal l-Artikolu 49a li ġej: “Artikolu 49a Emissjonijiet marbuta kimikament b’mod permanenti fi prodott 1. L-operatur għandu jnaqqas mill-emissjonijiet tal-installazzjoni kwalunkwe ammont ta’ CO2 li joriġina minn karbonju mingħajr klassifikazzjoni żero f’attivitajiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li ma jiġix rilaxxat mill-installazzjoni, iżda kimikament marbut b’mod permanenti fi prodott elenkat fir-Regolament Delegat adottat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE. Fil-każ ta’ CO2 li jirriżulta minn materjali jew karburanti li fihom frazzjoni ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, l-operatur għandu jnaqqas biss mill-emissjonijiet tal-installazzjoni l-kwantità tas-CO2 kimikament marbut b’mod permanenti fi prodott elenkat fir-Regolament Delegat adottat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE, proporzjonali għall-frazzjoni tal-karbonju li ma joriġinax minn karbonju bi klassifikazzjoni żero. 2. Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta’ CO2 marbut fi prodott li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-operatur għandu jew japplika l-metodoloġija standard f’konformità mat-Taqsimiet 2 u 4 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, jew japplika bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament bl-użu tal-karburanti u l-materjali li jkunu deħlin u ħerġin mill-proċess li fih is-CO2 ikun kimikament marbut bħala l-flussi minn sorsi rilevanti għal dan il-kalkolu, filwaqt li titqies kwalunkwe emissjoni ta’ kombustjoni relatata mal-proċess. Għal dan l-għan, l-ogħla livell kif definit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi applikat kif speċifikat fl-istess Anness għall-attività li minnha joriġina s-CO2. Madankollu, l-operatur jista’ japplika l-livell iktar baxx li jkun imiss bil-kundizzjoni li l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-applikazzjoni tal-ogħla livell kif iddefinit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament mhijiex teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli.” |
|
(27) |
it-titolu tal-Kapitolu IV huwa sostitwit b’dan li ġej: “MONITORAĠĠ TA’ EMISSJONIJIET U EFFETTI MHUX TAS-CO2 MILL-AVJAZZJONI”; |
|
(28) |
L-Artikolu 51 huwa emendat kif ġej:
|
|
(29) |
Fl-Artikolu 52(1), l-ewwel żewġ subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. Mhux aktar tard minn 4 xhur qabel ma operatur ta’ inġenju tal-ajru jibda attivitajiet ta’ avjazzjoni koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti pjan ta’ monitoraġġ għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, operatur ta’ inġenju tal-ajru li għall-ewwel darba jwettaq attività tal-avjazzjoni koperta bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, jew jimmonitorja u jirrapporta l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, li ma setgħux jiġu previsti 4 xhur qabel l-attività, għandu jissottometti pjan ta’ monitoraġġ lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed, iżda mhux aktar minn 6 ġimgħat wara li l-attività tkun twettqet. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni xierqa lill-awtorità kompetenti għala ma setax jissottometti pjan ta’ monitoraġġ 4 xhur qabel l-attività.” |
|
(30) |
L-Artikolu 53 huwa emendat kif ġej:
|
|
(31) |
jiddaħħal l-Artikolu 53a li ġej: “Artikolu 53a Regoli ta’ rapportar għall-użu ta’ karburanti tal-avjazzjoni alternattivi 1. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja l-ammont ta’ karburanti tal-avjazzjoni alternattivi użati u jirrapporta dak l-ammont kif attribwit għal kull titjira jew par ta’ ajrudromi. 2. Meta l-karburanti tal-avjazzjoni alternattivi jiġu kkonsenjati lill-inġenju tal-ajru f’lottijiet fiżikament identifikabbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-karburant tal-avjazzjoni alternattiv huwa attribwit għat-titjira immedjatament wara l-ippumpjar tal-karburant ta’ dik it-titjira. Meta jitwettqu diversi titjiriet sussegwenti mingħajr ippumpjar tal-karburant bejn dawn it-titjiriet, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jaqsam l-ammont ta’ karburant alternattiv u jassenjah lil dawn it-titjiriet b’mod proporzjonali għall-emissjonijiet minn dawk it-titjiriet ikkalkulati bl-użu tal-fattur ta’ emissjoni preliminari. 3. Meta l-karburanti tal-avjazzjoni alternattivi ma jkunux jistgħu jiġu attribwiti fiżikament f’ajrudrom għal titjira speċifika, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jattribwixxi l-karburant għat-titjiriet tiegħu li għalihom iridu jiġu ċeduti kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE b’mod proporzjonali għall-emissjonijiet minn dawk it-titjiriet li jitilqu minn dak l-ajrudrom ikkalkulati bl-użu tal-fattur ta’ emissjoni preliminari. F’dan ir-rigward, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jrid jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-karburant tal-avjazzjoni alternattiv ġie kkonsenjat lis-sistema ta’ riforniment tal-karburant tal-ajrudrom tat-tluq fil-perjodu ta’ rapportar, jew 3 xhur qabel il-bidu, jew 3 xhur wara t-tmiem, ta’ dak il-perjodu ta’ rapportar. 4. Għall-fini tal-paragrafi 2 u 3, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li:
Għall-fini tal-punti (i) sa (iii), kwalunkwe karburant li jibqa’ fit-tankijiet wara titjira u qabel l-ippumpjar tal-karburant huwa preżunt li huwa 100 % karburant fossili. Għall-fini li tintwera l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (iv), l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ juża d-data rreġistrata fil-bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva.” |
|
(32) |
l-Artikoli 54 u 54a huma sostitwiti b’dan li ġej: “ Artikolu 54 Determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa għall-bijokarburanti 1. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa tal-karburanti tal-avjazzjoni mħallta li fihom il-bijokarburanti. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jew jassumi n-nuqqas ta’ bijokarburant u japplika frazzjoni fossili prestabbilita ta’ 100 %, jew jiddetermina frazzjoni ta’ bijokarburant f’konformità mal-paragrafi 2 jew 3. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża l-valur prestabbilit tal-frazzjoni tal-bijomassa ta’ 100 % għall-bijokarburanti puri. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru li juża karburanti tal-avjazzjoni mħallta li fihom il-bijokarburanti, jista’ jagħżel li jimmonitorja l-kontenut tal-bijokarburanti u l-kontenut tal-karburanti fossili tal-avjazzjoni, bħala flussi minn sorsi separati jekk l-evidenza pprovduta mill-fornituri tal-karburant tippermetti tali approċċ. 2. Fejn il-bijokarburanti jitħalltu fiżikament mal-karburanti fossili u jitwasslu lill-inġenju tal-ajru f’lottijiet fiżikament identifikabbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jwettaq analiżijiet f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35 biex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa, abbażi ta’ standard rilevanti u l-metodi analitiċi stabbiliti f’dawk l-Artikoli, sakemm l-użu ta’ dak l-istandard u ta’ dawk il-metodi analitiċi jiġi approvat mill-awtorità kompetenti. Fejn l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li tali analiżijiet iġarrbu kostijiet irraġonevoli jew ma jkunux teknikament fattibbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jibbaża l-istima tal-kontenut tal-bijokarburanti fuq bilanċ materjali tat-taħlit ta’ karburanti fossili u bijokarburanti mixtrija. Jekk il-frazzjoni tal-bijomassa tkun ġiet iddeterminata bl-użu tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, ma għandha tkun meħtieġa l-ebda evidenza ta’ kostijiet irraġonevoli jew fattibbiltà teknika. 3. Fejn il-lottijiet ta’ bijokarburant mixtrija ma jitwasslux fiżikament lil inġenju tal-ajru speċifiku, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma għandux juża l-analiżijiet biex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa tal-karburanti użati. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa bl-użu ta’ rekords tax-xiri ta’ bijokarburant b’kontenut ta’ enerġija ekwivalenti. Arikolu 54a Dispożizzjonijiet speċifiċi għal karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli 1. Għall-fini tal-Artikolu 3c(6) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru kummerċjali għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura bil-miktub sabiex jimmonitorja kwalunkwe ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli pur (f’tunnellati) użat għal titjiriet subsoniċi, u għandu jirrapporta l-ammonti ta’ karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli ddikjarati bħala element ta’ memo separat fir-rapport annwali tiegħu dwar l-emissjonijiet. 2. Għall-fini tal-paragrafu 1, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiżgura li kwalunkwe ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli mitlub jiġi ċċertifikat f’konformità mal-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew ċertifikazzjoni oħra aċċettata skont ir-Regolament 2023/2405. L-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-operatur ta’ inġenju tal-ajru juża d-data rreġistrata fil-bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-Awtorità Kompetenti għandha tikkoreġi l-ammonti vverifikati ta’ karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli puri kif xieraq. 3. Għall-karburanti tal-avjazzjoni mħallta, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jew jassumi n-nuqqas ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli u japplika frazzjoni fossili predefinita ta’ 100 % jew jiddetermina l-ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli pur f’konformità mal-paragrafu 3a. 3a. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli pur bħala somma ta’ karburanti alternattivi puri eliġibbli skont l-Artikolu 3c(6) tad-Direttiva 2003/87/KE kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 53(1) ta’ dan ir-Regolament. Il-karburanti eliġibbli puri għandhom jiġu attribwiti għal kull titjira jew par ta’ ajrudromi f’konformità mal-paragrafi 4 jew 5. 4. Meta l-karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli jiġu kkonsenjati lill-inġenju tal-ajru f’lottijiet fiżikament identifikabbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-karburant tal-avjazzjoni eliġibbli huwa attribwit għat-titjira immedjatament wara l-ippumpjar tal-karburant ta’ dik it-titjira. Meta jitwettqu diversi titjiriet sussegwenti mingħajr l-ippumpjar tal-karburant bejn dawn it-titjiriet, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jaqsam l-ammont tal-karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli u jassenjah għal dawn it-titjiriet b’mod proporzjonali għall-emissjonijiet minn dawk it-titjiriet ikkalkolati bl-użu tal-fattur ta’ emissjoni preliminari. 5. Meta l-karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli ma jkunux jistgħu jiġu attribwiti fiżikament f’ajrudrom għal titjira speċifika, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jattribwixxi l-karburant għat-titjiriet tiegħu li għalihom iridu jiġu ċeduti kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u t-titjiriet tiegħu koperti bl-Artikolu 3c(8) ta’ dik id-Direttiva, b’mod proporzjonali għall-emissjonijiet minn dawk it-titjiriet li jitilqu minn dak l-ajrudrom ikkalkulati bl-użu tal-fattur ta’ emissjoni preliminari. Għal dak l-għan, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jrid jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-karburant tal-avjazzjoni eliġibbli ġie kkonsenjat lis-sistema ta’ riforniment tal-karburant tal-ajrudrom tat-tluq fil-perjodu ta’ rapportar, jew 3 xhur qabel il-bidu, jew 3 xhur wara t-tmiem, ta’ dak il-perjodu ta’ rapportar. 6. Għall-fini tal-paragrafi 4 u 5, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li:
Għall-fini tal-punti (a), (b) u (c), kwalunkwe karburant li jibqa’ fit-tankijiet wara titjira u qabel l-ippumpjar tal-karburant jitqies li huwa karburant 100 % mhux eliġibbli. Għall-fini li tintwera l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (d), l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ juża d-data rreġistrata fil-bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva.” |
|
(33) |
jiddaħħlu l-Artikoli 54b u 54c li ġejjin: “Artikolu 54b Determinazzjoni tal-RFNBO, tal-RCF jew tal-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju 1. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju tal-karburanti tal-avjazzjoni mħallta li fihom RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jew jassumi n-nuqqas ta’ RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju u japplika frazzjoni fossili predefinita ta’ 100 %, jew jiddetermina frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju f’konformità mal-paragrafi 2 jew 3. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża valur predefinit ta’ frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF ta’ 100 %, jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju ta’ 100 %, kif applikabbli, għal RFNBO jew RCF pur jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju pur. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru li juża karburanti tal-avjazzjoni mħallta li fihom RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju, jista’ jagħżel li jimmonitorja l-kontenut RFNBO jew RCF jew kontenut sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju u kontenut ieħor ta’ karburanti fossili tal-avjazzjoni, bħala flussi minn sorsi separati jekk l-evidenza pprovduta mill-fornituri tal-karburant tippermetti tali approċċ. 2. Meta l-RFNBO, l-RCF jew il-karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju jitħalltu fiżikament mal-karburanti fossili u jiġu kkonsenjati lill-inġenju tal-ajru f’lottijiet fiżikament identifikabbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jibbaża l-istima tal-kontenut RFNBO jew tal-RCF jew tal-kontenut sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju fuq bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li jirrifletti t-taħlit tal-karburanti fossili u RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju mixtri. 3. Meta l-RFNBO, l-RCF jew il-lottijiet tal-karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju mixtrija ma jiġux ikkonsenjati fiżikament lil inġenju tal-ajru speċifiku, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bl-użu ta’ rekords tax-xiri ta’ RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju b’kontenut ta’ enerġija ekwivalenti. Artikolu 54c Kundizzjonijiet għal bijokarburanti, RFNBO, RCF u karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru 1. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jgħodd il-frazzjoni tal-bijomassa ta’ karburant tal-avjazzjoni mħallat mal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero biss sal-punt li l-kontenut tal-bijokarburant jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 38(5). 2. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jgħodd il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF ta’ karburant tal-avjazzjoni mħallat mal-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero biss sal-punt li l-kontenut tal-RFNBO jew tal-RCF jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39a(3). 3. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jgħodd il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju ta’ karburant tal-avjazzjoni mħallat mal-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero biss sal-punt li l-kontenut sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39a(4). 4. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jiddikjara bijokarburanti bi klassifikazzjoni żero, RFNBO jew RCF bi klassifikazzjoni żero u karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero biss sal-punt li dawn il-karburanti bi klassifikazzjoni żero jikkonformaw mal-ammont massimu ta’ użu tal-karburant iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 53a ta’ dan ir-Regolament, għal titjiriet li għalihom il-kwoti jridu jiġu ċeduti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.” |
|
(34) |
fl-Artikolu 55(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. B’deroga mill-Artikolu 53, l-emittenti żgħar u l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru li jkollhom emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 3 000 tunnellata ta’ CO2 minn titjiriet għajr dawk imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 28a(1), u fl-Artikolu 3c(8) tad-Direttiva 2003/87/KE jistgħu jistmaw il-konsum ta’ karburant abbażi tad-distanza għal kull par ta’ ajrudromi bl-użu ta’ għodod implimentati mill-Eurocontrol jew minn organizzazzjoni rilevanti oħra, li tista’ tipproċessa l-informazzjoni rilevanti kollha dwar it-traffiku tal-ajru u tevita kwalunkwe sottovalutazzjoni tal-emissjonijiet.” |
|
(35) |
jiddaħħlu l-Artikoli 56a u 56b li ġejjin: “Artikolu 56a Kalkolu tal-ekwivalenti tas-CO2 għall-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 1. Kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 mill-attivitajiet tiegħu mwettqa minn ajruplani mgħammra b’magni ġett f’ekwivalenti ta’ CO2 (CO2(e)) għal kull titjira. 2. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jikkalkula s-CO2(e) għal kull titjira bl-użu tal-metrika tal-GWP, b’mod partikolari GWP20, GWP50 u GWP100, li jirriżultaw f’valuri ta’ CO2(e) għal tliet orizzonti ta’ żmien (20, 50 u 100 sena) għal kull waħda mit-titjiriet immonitorjati. 3. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża l-effikaċja kif iddefinita f’dan ir-Regolament u fin-NEATS, biex jirfina l-GWP kif imsemmi fil-paragrafu 2 għall-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira sakemm l-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma jipprovdix evidenza lill-awtorità kompetenti li mhuwiex possibbli li tintuża l-effikaċja. 4. Għall-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira, kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu japplika approċċ ta’ kalkolu tas-CO2(e) li jkopri l-elementi li ġejjin:
Il-Metodu C u l-Metodu D għandhom ikunu bbażati fuq data tal-input mill-moduli msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, data mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru u data rilevanti dwar it-temp mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru jew minn sorsi terzi. 5. Kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża l-Metodu C biex jikkalkula s-CO2(e) għal kull titjira. 6. B’deroga mill-paragrafu 5, emittenti żgħar, kif definiti fl-Artikolu 55(1), jistgħu jużaw il-Metodu D. 7. Sabiex japplikaw il-mudelli ta’ kalkolu tas-CO2(e) għat-titjiriet tagħhom, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin, jew bl-użu tan-NEATS, skont l-Anness IIIa, it-Taqsima 2, għodod tal-IT proprji u ta’ partijiet terzi, jew kombinazzjoni tan-NEATS u ta’ dawn l-għodod:
8. Meta operatur ta’ inġenju tal-ajru jippjana li juża l-għodod imsemmija fil-paragrafu 7, għajr il-modulu tal-ħruq tal-karburant, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu l-ewwel jissottometti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-għodod lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ispeċifikazzjonijiet tal-għodod u, meta dawn l-għodod jikkonformaw mar-rekwiżiti f’dan ir-Regolament, għandha tapprova l-għodod. Ladarba jiġu approvati, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-għodod u l-fluss tax-xogħol għandhom jiġu deskritti aktar mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru fil-pjan ta’ monitoraġġ. Artikolu 56b Monitoraġġ tad-data 1. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja d-data msemmija fit-Taqsima 4 tal-Anness IIIa. 2. Id-data mmonitorjata kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkiseb mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru, inkluż minn tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira tal-inġenju tal-ajru, fejn disponibbli. 3. B’deroga mill-paragrafu 2, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jagħżel li jiddependi għall-monitoraġġ ta’ parti mid-data jew tad-data kollha, fuq dan li ġej:
4. Meta d-data tkun nieqsa u l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jkun wera li mhuwiex kapaċi jikseb dik id-data permezz tan-NEATS jew metodi oħra, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża valuri predefiniti kif previst fl-Anness IIIa, it-Taqsima 5 u l-Anness IIIb. 5. L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jipprovdu lill-verifikatur b’aċċess għad-data kollha li tkun meħtieġa għall-verifika, inkluża data kunfidenzjali. Fuq talba tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru, l-awtorità kompetenti għandha tittratta l-informazzjoni pprovduta mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru bħala kunfidenzjali. 6. Meta ma jkunx possibbli li tintuża n-NEATS minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà tagħha, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja bħala minimu l-informazzjoni dwar it-titjira u l-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru għal kull titjira. F’każ bħal dan il-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira għandu jitwettaq fi stadju aktar tard mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru, mhux aktar tard mid-data li l-Kummissjoni tagħmel in-NEATS disponibbli. 7. Meta ma jkunx possibbli li jintuża mudell NWP ta’ referenza komuni minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà tiegħu fin-NEATS, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu, b’deroga mill-Artikolu 56a(5), juża l-Metodu D. Ladarba l-mudell NWP ta’ referenza komuni jsir disponibbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża l-metodu xieraq f’konformità mal-Artikolu 56a(5) u (6). 8. In-NEATS għandha tiġi aġġornata kif xieraq”; |
|
(36) |
L-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:
|
|
(37) |
L-Artikolu 66 huwa emendat kif ġej:
|
|
(38) |
fl-Artikolu 68, jiddaħħlu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin: “5. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti taħt l-istess kundizzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1, rapport separat bħala anness mar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, li jkopri l-effetti annwali tal-avjazzjoni mhux tas-CO2. 6. Ir-rapport separat imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness X, it-Taqsima 2a.” |
|
(39) |
fl-Artikolu 69(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Kull operatur għandu jivverifika regolarment jekk il-metodoloġija ta’ monitoraġġ applikata tistax tittejjeb.” |
|
(40) |
L-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:
|
|
(41) |
l-Artikolu 72(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-emissjonijiet annwali totali ta’ kull wieħed mill-gassijiet serra CO2, N2O u PFCs, kif ukoll l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 għandhom jiġu rrapportati bħala tunnellati approssimati ta’ CO2 jew CO2(e). L-emissjonijiet annwali totali tal-installazzjoni għandhom jiġu kkalkulati bħala t-total tal-valuri approssimati għas-CO2, l-N2O u l-PFCs.”; |
|
(42) |
L-Artikolu 75d(3) huwa emendat kif ġej:
|
|
(43) |
l-Artikolu 75e huwa emendat kif ġej:
|
|
(44) |
It-titolu tas-subtaqsima 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(45) |
l-Artikolu 75m huwa emendat kif ġej:
|
|
(46) |
l-Artikolu 75n huwa emendat kif ġej:
|
|
(47) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(48) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(49) |
L-Anness IIa huwa emendat kif ġej:
|
|
(50) |
fl-Anness III, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Metodoloġiji ta’ monitoraġġ għall-emissjonijiet mill-avjazzjoni (Artikolu 53)”; |
|
(51) |
jiddaħħlu l-Annessi IIIa u IIIb li ġejjin: “ANNESS IIIa Metodoloġiji ta’ monitoraġġ għall-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 (Artikolu 56a) 1. DEFINIZZJONIJIET RELATATI MAL-EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA MAS-CO2
2. SISTEMA TA’ TREKKJAR TAL-EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA TAS-CO2 (NEATS) In-NEATS hija pprovduta mill-Kummissjoni lill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru, lill-verifikaturi akkreditati u lill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tal-iffaċilitar u, sa fejn ikun possibbli, tal-awtomatizzazzjoni tal-monitoraġġ, tar-rapportar u tal-verifika tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, sabiex jiġi minimizzat kwalunkwe piż amministrattiv. In-NEATS hija allinjata mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 75(1) ta’ dan ir-Regolament u tipprovdi interfaċċa tal-utent iddedikata u sigura għal kull operatur ta’ inġenju tal-ajru, verifikatur u awtorità kompetenti. Monitoraġġ: In-NEATS tissimplifika l-proċess ta’ monitoraġġ peress li tinkorpora direttament, jew tagħti aċċess għal, data disponibbli dwar it-trajettorji tat-titjiriet u t-temp miġbura minn partijiet terzi li tippermetti li jiġi minimizzat il-monitoraġġ mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għall-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru, kif ukoll għall-proprjetajiet tal-karburant, fejn meħtieġ, kif definit fit-Taqsima 1 tal-Anness IIIa jew li jsir kompletament awtomatiku skont l-użu tal-valuri predefiniti. In-NEATS tinkorpora l-approċċi tal-kalkolu tas-CO2(e) kif elenkati fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 56a ta’ dan ir-Regolament u tipprovdi mudell NWP ta’ referenza komuni, fejn tkun meħtieġa data mtejba dwar it-temp (il-Metodu C). Dan jirriżulta fil-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira bħala parti mid-data mmonitorjata. Rapportar: In-NEATS tissimplifika l-eżerċizzju ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 68(5) ta’ dan ir-Regolament. L-għodda tiġġenera awtomatikament it-tabella XML imsemmija fit-Taqsima 2a(9) tal-Anness X ta’ dan ir-Regolament fi tmiem kull sena ta’ rapportar, filwaqt li timminimizza l-piż amministrattiv assoċjat mar-rapportar. Verifika: In-NEATS tissimplifika l-verifika u l-kontroverifiki li jsiru rispettivament mill-verifikatur u mill-awtorità kompetenti. Dan jipprovdi l-mezzi biex jiġi vverifikat is-CO2(e) għal kull titjira, filwaqt li tiġi protetta data kunfidenzjali. Ħżin tad-data: In-NEATS tippermetti li tinħażen id-data kollha (mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru u minn partijiet terzi), u tikkodifika u tipproteġi b’mod sigur mir-rilaxx ta’ data kunfidenzjali, meta tali data tittella’ mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru fuq in-NEATS, sakemm tiġi identifikata bħala kunfidenzjali mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru. Trasparenza: In-NEATS tiddependi fuq mudelli tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku biex tikkalkula s-CO2(e) għall-effetti mhux tas-CO2. L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jiżviluppaw l-għodod tagħhom stess jew jużaw għodod ta’ partijiet terzi, dment li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness. In-NEATS għandha tikkontribwixxi għal sit web pubbliku li jiġbor fil-qosor id-data mhux kunfidenzjali u s-CO2(e) għal kull titjira u għal kull operatur ta’ inġenju tal-ajru. 3. MODULI TAL-ĦRUQ TAL-KARBURANT U TAL-ISTIMA TAL-EMISSJONIJIET GĦALL-EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA MAS-CO2 Modulu tal-ħruq tal-karburant: Il-modulu tal-ħruq tal-karburant huwa bbażat fuq approċċ kinetiku għall-immudellar tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, li jippermetti li jiġu mbassra b’mod preċiż it-trajettorji tal-inġenji tal-ajru u l-konsum assoċjat tal-karburant tul l-envelopp tat-titjira tal-operat kollu u fil-fażijiet kollha ta’ titjira. Il-mudell jipproċessa l-prinċipji fundamentali teoretiċi biex jikkalkula l-parametri tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, inkluża informazzjoni dwar ir-reżistenza, l-irfigħ, il-piż, il-forza propulsiva, il-konsum tal-karburant, kif ukoll il-veloċitajiet għall-fażijiet tat-tlugħ, tal-kruċiera u tal-inżul ta’ inġenju tal-ajru, jekk wieħed jassumi operazzjonijiet normali tal-inġenju tal-ajru. Barra minn hekk, il-koeffiċjenti speċifiċi għall-inġenji tal-ajru huma inputs tad-data ewlenin għall-komputazzjoni tal-ippjanar tat-trajettorja tat-titjira ta’ tipi speċifiċi ta’ inġenji tal-ajru. Modulu tal-istima tal-emissjonijiet: Il-modulu tal-istima tal-emissjonijiet jippermetti li jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-magni tal-inġenji tal-ajru ta’ NOx, HC, u CO permezz ta’ ekwazzjonijiet ta’ korrelazzjoni mingħajr mudelli ta’ prestazzjoni tal-ajruplan u tal-magna proprjetarji flimkien ma’ karatterizzazzjonijiet tal-emissjonijiet mill-magni proprjetarji. Dan il-modulu japplika indiċijiet tal-emissjonijiet tal-egżost (EIs) miċ-ċertifikazzjoni tat-tip ta’ magna tal-ICAO taħt kundizzjonijiet ta’ referenza predefiniti fuq l-art u jistma l-EIs korrispondenti matul il-kundizzjonijiet tat-titjir bis-suppożizzjoni ta’ kundizzjonijiet tal-atmosfera standard internazzjonali (ISA) bl-użu ta’ fatturi ta’ korrezzjoni għad-differenzi fil-kundizzjonijiet ISA tat-temperatura, il-pressjoni u l-umdità. 4. MUDELLI TA’ KALKOLU TAS-CO2(e) GĦAL EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA MAS-CO2 Kriterji ġenerali: Fil-mudelli ta’ kalkolu tas-CO2(e), l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jikkunsidra l-effetti klimatiċi tal-aġenti kollha mhux tas-CO2 fuq bażi ta’ kull titjira inklużi t-trajettorji tat-titjira (il-pjan tat-titjira u t-trajettorji tat-titjira li jkun tar), kif ukoll il-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru u tal-karburant ta’ titjira. L-emissjonijiet minn kull titjira għandhom jitqiesu bħala emissjonijiet f’impuls. Meta jiġu applikati l-mudelli ta’ kalkolu tas-CO2(e), id-data dwar l-emissjonijiet tal-inġenji tal-ajru dipendenti mit-trajettorja tat-titjira għandha tintuża biex jiġu kkalkulati l-elementi kollha li ġejjin:
L-isforzi amministrattivi u komputazzjonali għandhom jinżammu baxxi biex tiġi żgurata l-fattibbiltà għall-partijiet ikkonċernati kollha. Il-mudell(i) għandu/hom ikun(u) trasparenti u adattat(i) għall-użu operazzjonali. Skont il-mudell, hemm żewġ tipi ta’ listi ta’ rekwiżiti: Metodu C: Għall-approċċ ibbażat fuq it-temp, għandhom jitqiesu l-effetti klimatiċi dettaljati tal-emissjonijiet mhux tas-CO2 tal-inġenji tal-ajru kollha f’post u f’ħin speċifiku filwaqt li titqies l-informazzjoni attwali dwar it-temp biex jiġu kkalkulati t-trajettorji b’erba’ dimensjonijiet ottimizzati għall-klima għall-ippjanar individwali tat-titjiriet. Sabiex tkun tista’ ssir kontabbiltà dettaljata tal-effetti klimatiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet atmosferiċi attwali, inġenji tal-ajru, tipi ta’ propulsjoni, kif ukoll proprjetajiet tal-karburant differenti għandhom jiġu kkunsidrati b’mod espliċitu fil-mudelli. Għandhom jiġu inklużi stimi għall-formazzjoni, iċ-ċiklu tal-ħajja u l-effetti klimatiċi ta’ kondensazzjoni għal titjiriet individwali kif ukoll il-ħinijiet ta’ residenza għall-H2O u l-NOx rilaxxati u l-impatt tagħhom fuq il-kompożizzjoni atmosferika. Biex tkun tista’ tinħareġ informazzjoni avvanzata għall-użu fl-ippjanar tat-titjir ta’ kuljum, il-mudell(i) għandu/hom ikun(u) effiċjenti fil-komputazzjoni. Kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja d-data li ġejja għal kull titjira:
Metodu D: Għall-approċċ simplifikat ibbażat fuq il-post, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża mudell(i) ta’ rispons għall-klima biex jistma l-impatt tal-effetti kollha mhux marbuta mas-CO2 għal kull titjira fuq bażi klimatoloġika. L-għodda/għodod għandha/għandhom tintuża/jintużaw biex jiġi vvalutat il-benefiċċju klimatiku tal-possibbiltajiet ġenerali tar-rotot, filwaqt li jitqiesu d-differenzi ġenerali fl-inġenji tal-ajru, fit-tipi ta’ propulsjoni u fil-proprjetajiet tal-karburant permezz tal-parametrizzazzjonijiet fiżiċi tagħhom. Is-CO2(e) ikkalkulat bl-approċċ simplifikat ibażat fuq il-post għandu jagħti medja ta’ kwalunkwe devjazzjoni kbira għal titjiriet individwali fuq perjodu itwal ta’ żmien. Il-mudell(i) jenħtieġ li jiżgura/jiżguraw sforzi mnaqqsa fil-ħtiġijiet, il-komputazzjoni u l-immaniġġjar tad-data, meta mqabbla mal-mudell(i) għall-approċċ ibbażat fuq it-temp. B’deroga tal-Metodu C, emittenti żgħar, kif definiti fl-Artikolu 55(1) ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jimmonitorjaw id-data li ġejja għal kull titjira:
5. UŻU TAL-VALURI PRESTABBILITI GĦALL-EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA MAS-CO2 Soġġett għal aktar skrutinju mill-awtorità kompetenti u l-Kummissjoni, l-użu tal-valuri prestabbiliti għandu dejjem jirriżulta f’CO2(e) għal kull titjira ogħla meta mqabbel mad-data monitorjata.
ANNESS IIIb Identifikaturi konservattivi prestabbiliti tal-magna għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru
|
|
(52) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
|
(53) |
l-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
(54) |
fit-Tabella tal-Anness VII, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu wara t-tieni ringiela, l-intestatura “gass naturali”:
|
|
(55) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
|
(56) |
l-Anness X huwa emendat kif ġej:
|
|
(57) |
fl-Anness Xa, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Flimkien mal-informazzjoni li tinsab fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet skont l-Anness X ta’ dan ir-Regolament, l-operatur għandu jissottometti l-informazzjoni li ġejja għal kull karburant mixtri kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (af) tad-Direttiva 2003/87/KE:”; |
|
(58) |
fl-Anness Xb, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Flimkien mal-informazzjoni li tinsab fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet skont l-Anness X ta’ dan ir-Regolament, l-entità regolata għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja għal kull karburant mixtri kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (af), tad-Direttiva 2003/87/KE:”; |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Madankollu, l-Artikolu 1, il-punti (2)(m), (42) sa (46), (49), (57) u (58) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2024.
L-Artikolu 1, il-punti (3), (5) sa (8), (9)(c), (21), (25) sa (27), (28)(a), (29), (35), (36), (38), (40), (41), (47)(a) (ii) u (iii), (47)(b)(i) l-ewwel u r-raba’ sing, (47)(b)(iii), (48)(a)(ii), (51), (52)(d), (52)(e), (52)(f), (52)(g)(ii), (52)(h), (52)(i), (52)(j), (53), (55)(a)(ii), (55)(a)(iii), (55)(a)(iv), (55)(b)(ii), (56)(a)(vi), (56)(c) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj.
(2) Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134, ELI:). http://data.europa.eu/eli/dir/2023/959/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj).
(4) Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 115, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/958/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2066/oj).
(6) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1999/oj).
(8) Id-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2122 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 rigward l-aġġornament tal-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2122, 18.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2122/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2493/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)