|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2840 |
26.5.2026 |
AVVIŻI MINGĦAND L-ISTATI MEMBRI
Avviż mill-Gvern ta’ Malta dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(C/2026/2840)
Id-dipartiment tal-Blata Kontinentali fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi b’dan jinnotifika li skont l-Avviż mill-Gvern ta’ Malta dwar id-Direttiva msemmija hawn fuq ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-25 ta’ Marzu 2026 (Referenza: C/2026/1943), iż-żoni 1, 4, 5 u 7 issa jinsabu taħt awtorizzazzjoni u mhumiex disponibbli għal-liċenzjar sakemm jingħata avviż ieħor.
Informazzjoni dwar dan l-avviż tista’ tinkiseb billi tikkuntattja lid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Blata Kontinentali fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi, Blokk E, Triq Antonio Maurizio Valperga, Floriana, FRN 1700, Malta fuq dgcs.csmalta@gov.mt u fuq continentalshelf.gov.mt.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2840/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)