<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-278/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0278</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:757">EU:C:2017:757</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20171012">12.10.2017</DATE> – Kawża C‑278/16</P><P>Sleutjes</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20171012">12 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2010/64/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Traduzzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>dokumenti essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>dokumenti essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Digriet kriminali maħruġ fit-tmiem ta’ proċedura unilaterali ssemplifikata u li jikkundanna lid-destinatarju tiegħu għal multa għal reat żgħir</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑278/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landgericht Aachen (qorti reġjonali ta’ Aachen, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160506">6 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20160519">19 ta’ Mejju 2016</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Frank Sleutjes,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Staatsanwaltschaft Aachen,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il‑Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, A. Tizzano (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, E. Levits, M. Berger u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Frank Sleutjes, minn C. Peters, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Hellmann u T. Henze, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn J. Vláčil u M. Smolek, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u M. de Ree, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall‑Kummissjoni Ewropea, minn R. Troosters u S. Grünheid, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE>, dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="280" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 280, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mressqa kontra Frank Sleutjes minħabba li illegalment ħarab mix-xena tal-inċident.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 14, 17 u 30 tad-Direttiva 2010/64 jiddikjaraw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(14)</NO.P><TXT>Id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni għal dawk li ma jitkellmux jew ma jifhmux il-lingwa tal-proċedimenti huma stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-[Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>], kif interpretati fil-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Din id-Direttiva tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ dawk id-drittijiet fil-prattika. Għal dak l-għan, il-mira ta’ din id-Direttiva hija li tiżgura d-drittijiet ta’ persuni suspettati jew akkużati għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali bil-ħsieb li tiżgura d-dritt tagħhom għal proċess ġust.</TXT></NP></CONSID><CONSID><P>[…]</P></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tiżgura li jkun hemm assistenza lingwistika bla ħlas u adegwata, li tagħmilha possibbli għall-persuni suspettati jew akkużati li ma jitkellmux jew ma jifhmux il-lingwa tal-proċedimenti kriminali li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tad-difiża u li tkun salvagwardjata l-ġustizzja tal-proċedimenti.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(30)</NO.P><TXT>Is-salvagwardja tal-ġustizzja fil-proċedimenti teħtieġ li d-dokumenti essenzjali, jew tal-anqas il-partijiet rilevanti ta’ tali dokumenti, għandhom jiġu tradotti għall-benefiċċju tal-persuni suspettati jew akkużati b’konformità ma’ din id-Direttiva. Ċerti dokumenti għandhom dejjem jitqiesu bħala dokumenti essenzjali għal dak il-għan u għalhekk għandhom jiġu tradotti, bħal kwalunkwe deċiżjoni li ċċaħħad lill-persuna mil-libertà tagħha, kwalunkwe imputazzjoni jew akkuża, u kwalunkwe sentenza. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiddeċiedu, fuq mozzjoni tagħhom stess jew fuq talba tal-persuni suspettati jew akkużati jew tal-avukat tagħhom, liema dokumenti oħra huma essenzjali għas-salvagwardja tal-ġustizzja tal-proċedimenti u li għandhom għalhekk jiġu tradotti wkoll.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi,fil-paragrafi (1) u (2) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal persuni minn meta jkunu ġew infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, permezz ta’ nofitika uffiċjali jew notifika oħra, li huma suspettati jew akkużati li wettqu reat kriminali sa ma jiġu fi tmiemhom il-proċedimenti, li huwa mifhum li jfisser il-konklużjoni finali tal-kwistjoni dwar jekk huma wettqux ir-reat, inkluż, meta applikabbli, l-għoti ta’ sentenzi u r-riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe appell.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Dritt għat-traduzzjoni ta’ dokumenti essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, persuni suspettati jew akkużati li ma jifhmux il-lingwa tal-proċedimenti kriminali kkonċernati jiġu, f’perijodu raġonevoli ta’ żmien, pprovduti bi traduzzjoni bil-miktub tad-dokumenti kollha li huma essenzjali biex ikun żgurat li dawn ikunu kapaċi jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom u biex tkun salvagwardjata l-ġustizzja tal-proċedimenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dokumenti essenzjali għandhom jinkludu kwalunkwe deċiżjoni li jċaħħdu lil persuna mil-libertà tagħha, kwalunkwe imputazzjoni jew akkuża, u kwalunkwe sentenza.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt Ġermaniż</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-GVG</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L‑Artikolu 187 tal-Gerichtsverfassungsgesetz (liġi dwar is-sistema ġudizzjarja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>GVG<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li, fir-rigward ta’ persuna akkużata li ma għandhiex kmand tal-lingwa Ġermaniża, hemm lok li jintalab interpretu jew traduttur sa fejn dan ikun neċessarju sabiex il-persuna akkużata teżerċita d-drittijiet tad-difiża kriminali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Minbarra dan, fil-paragrafu 2 tiegħu, dan l-Artikolu 187 jipprovdi li, għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża minn persuna akkużata li ma għandhiex kmand tal-lingwa Ġermaniża, bħala prinċipju huwa neċessarju li tiġi stabbilita traduzzjoni bil-miktub ta’ miżuri li jċaħħdu l-libertà kif ukoll atti ta’ akkuża, digrieti kriminali u sentenzi li għadhom ma sarux <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Is-StPO</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L‑Artikolu 37(3) tal-iStrafprozessordnung (kodiċi tal-proċeduri kriminali, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>StPO<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) jipprovdi li, fir-rigward ta’ persuna akkużata li ma għandhiex kmand tal-lingwa Ġermaniża, hija biss is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> (<HT TYPE="ITALIC">Urteil</HT>) li għandha tiġi nnotifikata, flimkien mat-traduzzjoni tagħha f’lingwa li tinftiehem mill-persuna akkużata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikoli 407 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tas-StPO jirregolaw id-digrieti kriminali (<HT TYPE="ITALIC">Strafbefehle</HT>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20151102">2 ta’ Novembru 2015</DATE>, fuq it-talba tal-iStaatsanwaltschaft Aachen (uffiċċju tal-prosekutur ta’ Aachen, il‑Ġermanja), l-Amtsgericht Düren (qorti distrettwali ta’ Düren, il-Ġermanja) ħarġet, skont l-Artikoli 407 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tas-StPO, digriet kriminali kontra F. Sleutjes, ċittadin Olandiż, li permezz tiegħu kkundannatu b’mod partikolari għal multa minħabba li illegalment ħarab mix-xena tal-inċident.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Dan id-digriet kriminali kien jinkludi informazzjoni relatata mar-rimedji ġudizzjarji, billi indika li dan jibda jieħu effett u jsir eżekuttiv biss jekk, f’terminu ta’ ġimagħtejn li jibdew jiddekorru min-notifika tiegħu, F. Sleutjes ma jkunx ippreżenta oppożizzjoni, fil-lingwa Ġermaniża, quddiem l-Amtsgericht Düren (qorti distrettwali ta’ Düren), bil-miktub jew permezz ta’ dikjarazzjoni orali rreġistrata fir-Reġistru ta’ din il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20151112">12 ta’ Novembru 2015</DATE>, id-digriet kriminali inkwistjoni ġie nnotifikat lil F. Sleutjes. Dan kien redatt fil-lingwa Ġermaniża u kien jinkludi traduzzjoni fil-lingwa Olandiża unikament fir-rigward ta’ informazzjoni relatata mar-rimedji ġudizzjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ messaġġi elettroniċi mibgħuta lill-Amtsgericht Düren (qorti distrettwali ta’ Düren) fl-24 u fis-<DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE>, F. Sleutjes ħa pożizzjoni, fil-lingwa Olandiża, dwar id-digriet kriminali maħruġ kontrih. B’ittra tal-<DATE ISO="20151201">1 ta’ Diċembru 2015</DATE>, din il-qorti informat lill-persuna akkużata bl-obbligu li tifformula fil-lingwa Ġermaniża kull ittra indirizzata lilha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-istess waqt, l-avukat ta’ F. Sleutjes, permezz ta’ faks tal-<DATE ISO="20151201">1 ta’ Diċembru 2015</DATE>, ippreżenta oppożizzjoni u talab restawr għall-istatus <HT TYPE="ITALIC">quo ante</HT>. B’digriet tat-<DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, l-istess qorti ċaħdet bħala inammissibbli, minħabba dekadenza, din l-oppożizzjoni u ċaħdet ukoll it-talba intiża għal restawr għall-istatus <HT TYPE="ITALIC">quo ante</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F. Sleutjes ippreżenta rikors immedjat kontra dan id-digriet li attwalment jinsab pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Landgericht Aachen (qorti reġjonali ta’ Aachen, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Din il-qorti tikkunsidra li ż-żewġ messaġġi elettroniċi ta’ F. Sleutes tal-24 u tas-<DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE>, minkejja li waslu quddiem l-Amtsgericht Düren (qorti distrettwali ta’ Düren) fit-terminu ta’ oppożizzjoni, ma jikkostitwixxux oppożizzjoni valida. Fil-fatt, anki jekk jiġi preżuppost li l-messaġġ elettroniku jissodisfa r-rekwiżit formali meħtieġ mid-dritt Ġermaniż li l-oppożizzjoni għandha tiġi fformulata bil-miktub, dawn il-messaġġi, fi kwalunkwe każ, ma kinux ġew ifformulati fil-lingwa Ġermaniża. Għalhekk, fid-dawl ta’ dan, ma hemmx lok li tiġi ddikjarata ammissibbli l-oppożizzjoni ta’ F. Sleutjes, peress li dan tal-aħħar kien ġie informat, fil-lingwa Olandiża, bl-obbligu li jifformula tali rikors fil-lingwa Ġermaniża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tfakkar li, minn naħa, l-Artikolu 37(3) tas-StPO jipprevedi li, meta l-persuna akkużata ma għandhiex kmand tal-lingwa Ġermaniża, is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> għandha tiġi nnotifikata lilha, flimkien mat-traduzzjoni tagħha f’lingwa li tinftiehem mill-persuna kkonċernata. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 187(2) tal-GVG jipprovdi li bħala prinċipju huwa neċessarju li ssir traduzzjoni bil-miktub, fost l-oħrajn, tad-digrieti kriminali u ta’ sentenzi li ma sarux <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (<HT TYPE="ITALIC">Urteil</HT>), fis-sens tal-Artikolu 37(3) tas-StPO, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/64, għandux jinkludi wkoll id-digrieti kriminali (<HT TYPE="ITALIC">Strafbefehle</HT>). Fl-affermattiv, minn dan jirriżulta li n-notifika tad-digriet kriminali maħruġ kontra F. Sleutjes kienet nulla, sa fejn ma kinitx tinkludi traduzzjoni integrali fil-lingwa Olandiża, b’mod li t-terminu ta’ oppożizzjoni lanqas biss beda jiddekorri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landgericht Aachen (qorti reġjonali ta’ Aachen) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-Artikolu 3 tad-[Direttiva 2010/64] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>sentenza<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> (<HT TYPE="ITALIC">Urteil</HT>) li jidher fl-Artikolu 37(3) tal-[StPO] jinkludi wkoll id-digrieti kriminali (<HT TYPE="ITALIC">Strafbefehle</HT>) fis-sens tal-Artikoli 407 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-kodiċi tal-[StPO]?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Qabel ma tingħata risposta għad-domanda preliminari, hemm lok li jiġi rrilevat li, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Ġermaniż ikkunsidra li, kuntrarjament għall-interpretazzjoni tal-qorti tar-rinviju, id-dispożizzjonijiet tad-dritt intern applikabbli jiggarantixxu lill-persuna akkużata d-dritt għat-traduzzjoni tad-digriet kriminali u tal-oppożizzjoni mressqa kontra dan id-digriet, b’mod li s-soluzzjoni tal-kawża prinċipali ma tiddependix mir-risposta għad-domanda magħmula u li din għalhekk ma hijiex rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq il-kawża u li għandha tagħti d-deċiżjoni, li għandha tevalwa, fid-dawl tal-karatteristiċi tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, sakemm id-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, hija marbuta li tagħti deċiżjoni (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Eurosaneamientos <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑532/15 u C‑538/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:932">EU:C:2016:932</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li d-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-qafas regolamentari u fattwali li hija tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, u li għalhekk l-eżattezza tagħhom ma għandhiex tiġi vverifikata mill-Qorti tal-Ġustizzja, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Iċ-ċaħda, mill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ domanda magħmula minn qorti nazzjonali hija possibbli biss jekk jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi utilment għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Eurosaneamientos <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑532/15 u C‑538/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:932">EU:C:2016:932</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, ma jirriżultax b’mod manifest mill-proċess imressaq lill-Qorti tal-Ġustizzja li s-sitwazzjoni tal-kawża tikkorrispondi ma’ waħda minn dawn l-ipoteżijiet. Minbarra dan, ma huwiex kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja tikkontesta l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li tingħata risposta għad-domanda magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/64 għandux jiġi interpretat fis-sens li att, bħal digriet previst mid-dritt nazzjonali sabiex jiġu ssanzjonati reati kriminali żgħar u maħruġ minn qorti fit-tmiem ta’ proċedura unilaterali ssemplifikata, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>dokument essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, fejn traduzzjoni bil-miktub tiegħu għandha, konformement mar-rekwiżiti formali meħtieġa minn din id-dispożizzjoni, tiġi żgurata lill-persuni ssuspettati jew lill-persuni akkużati li ma jifhmux il-lingwa tal-proċedura kkonċernata sabiex dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom u biex għalhekk tiġi ggarantita n-natura ġusta tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/64 jipprevedi d-dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest, b’mod partikolari, tal-proċeduri kriminali. Barra minn hekk, l-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva jippreċiża li dan id-dritt japplika għall-persuni mill-mument meta jiġu informati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu reat, sat-tmiem tal-proċedura, li huwa mifhum li jfisser id-determinazzjoni definittiva tal-kwistjoni dwar jekk huma wettqux ir-reat, inkluż, jekk ikun il-każ, il-kundanna u d-deċiżjoni mogħtija f’kull appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Konsegwentement, is-sitwazzjoni ta’ persuna, bħal F. Sleutjes, li ppreżentat, kontra digriet kriminali maħruġ skont l-Artikoli 407 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tas-StPO li hija kienet id-destinatarja tiegħu, oppożizzjoni li l-ammissibbiltà tagħha hija eżaminata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ appell, tidħol manifestament fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/64, b’mod li din il-persuna għandha tkun tista’ tibbenefika mid-dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni ggarantit minn din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Covaci</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:686">EU:C:2015:686</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni jekk, f’dan il-każ, dan id-dritt jikkonċernax dan id-digriet kriminali, hemm lok li jitfakkar li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/64 jipprovdi d-dritt tal-persuni ssuspettati jew tal-persuni akkużati li ma jifhmux il-lingwa tal-proċeduri kriminali kkonċernati li jiksbu t-traduzzjoni bil-miktub tad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>dokumenti […] essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, dan l-artikolu jippreċiża, fil-paragrafu 2 tiegħu, li, fost dawn id-dokumenti, hemm kwalunkwe deċiżjoni li ċċaħħad lil persuna mil-libertà tagħha, kwalunkwe imputazzjoni jew akkuża, u kwalunkwe sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mill-punti 20 u 60 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Covaci</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:686">EU:C:2015:686</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li d-digriet kriminali previst mid-dritt Ġermaniż huwa adottat fuq il-bażi ta’ proċedura ssemplifikata, li skont din, essenzjalment, in-notifika ta’ dan id-digriet, minn naħa, isseħħ biss wara li l-qorti tkun tat deċiżjoni dwar il-fondatezza tal-akkuża u, min-naħa l-oħra, tirrappreżenta l-ewwel okkażjoni, għall-persuna akkużata, li tiġi informata bl-akkuża miġjuba kontriha. Barra minn hekk, meta din il-persuna ma tippreżentax oppożizzjoni f’terminu ta’ ġimagħtejn li jiddekorru min-notifika tiegħu, dan id-digriet isir <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u s-sanzjonijiet previsti jsiru eżekuttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, tali digriet kriminali jirrappreżenta, kemm att ta’ akkuża kif ukoll sentenza, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2010/64.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, bħal ma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 33 tal-konklużjonijiet tiegħu, jirriżulta kemm mill-premessi 14, 17 u 30 ta’ din id-direttiva kif ukoll mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 3 tagħha, b’mod partikolari mill-paragrafu 1 tiegħu, li d-dritt għat-traduzzjoni li dan jipprevedi huwa intiż bl-għan li jippermetti lill-persuni kkonċernati jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom u biex jiżgura n-natura xierqa tal-proċedura (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Covaci</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:686">EU:C:2015:686</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, meta digriet kriminali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa indirizzat unikament fil-lingwa tal-proċedura kkonċernata lil persuna minkejja li din ma għandhiex kmand ta’ din il-lingwa, din il-persuna ma hijiex fil-pożizzjoni li tifhem dak li hija akkużata bih, u għalhekk ma tistax validament teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha, jekk hija ma tibbenefikax minn traduzzjoni ta’ dan id-digriet f’lingwa li hija tifhem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li d-domanda magħmula għandha tiġi risposta li l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/64 għandu jiġi interpretat fis-sens li att, bħal digriet previst mid-dritt nazzjonali sabiex jissanzjona reati kriminali żgħar u maħruġ minn qorti fi tmiem proċedura unilaterali ssemplifikata, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>dokument essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, fejn traduzzjoni bil-miktub tiegħu għandha, konformement mar-rekwiżiti formali magħmula minn din<?PAGE NO="7"?> id-dispożizzjoni, tiġi żgurata lill-persuni ssuspettati jew lill-persuni akkużati li ma jifhmux il-lingwa tal-proċedura kkonċernata sabiex dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom u għalhekk sabiex tiġi ggarantita n-natura ġusta tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal-Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L‑Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE>, dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, għandu jiġi interpretat fis-sens li att, bħal digriet previst mid-dritt nazzjonali sabiex jissanzjona reati kriminali żgħar u maħruġ minn qorti fi tmiem proċedura unilaterali ssemplifikata, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>dokument essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, fejn traduzzjoni bil-miktub tiegħu għandha, konformement mar-rekwiżiti formali magħmula minn din id-dispożizzjoni, tiġi żgurata lill-persuni ssuspettati jew lill-persuni akkużati li ma jifhmux il-lingwa tal-proċedura kkonċernata sabiex dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom u għalhekk sabiex tiġi ggarantita n-natura ġusta tal-proċedura.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>