|
30.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1308
tad-29 ta' Lulju 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza “saliċilat tal-aluminju, bażiku”
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 jitlob li l-limitu massimu ta' residwi (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, jiġi stabbilit f'Regolament. |
|
(2) |
It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistipula s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRL fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali. |
|
(3) |
Is-saliċilat tal-aluminju, bażiku, huwa diġà inkluż f'din it-tabella li skontha s-saliċilat tal-aluminju, bażiku, huwa permess għal (i) l-użu orali għall-ispeċijiet bovini, esklużi l-ispeċijiet li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem, u (ii) l-użu topiku għall-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel, ħlief il-ħut bil-pinen. |
|
(4) |
Applikazzjoni għal modifika tal-entrata eżistenti għas-saliċilat tal-aluminju, bażiku, intbagħtet lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-EMA”). |
|
(5) |
L-EMA, abbażi tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, irrakkomandat li tinżamm il-klassifikazzjoni ta' “MRL mhux neċessarju” għas-saliċilat tal-aluminju, bażiku, iżda għall-użu topiku ta' din is-sustanza biss kif ukoll għal speċijiet oħra li jipproduċu l-ikel għajr l-ispeċijiet bovini, kaprini, ekwidi, il-fniek u l-ħut bil-pinen. L-entrata eżistenti għall-ispeċijiet bovini għandha tiġi sostitwita minn MRL numeriċi peress li, minħabba li s-sustanza issa hija proposta għall-użu fl-annimali adulti, il-klassifikazzjoni ta' “MRL mhux neċessarju” ma għadhiex valida u huwa meħtieġ l-istipular ta' limiti fit-tessuti bovini u fil-ħalib. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-EMA għandha tikkunsidra li jew tuża l-MRL stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f'oġġett tal-ikel partikolari għal oġġett tal-ikel ieħor li ġej mill-istess speċi, jew inkella li tuża l-MRL stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew iktar għal speċijiet oħrajn. |
|
(7) |
L-EMA kkunsidrat li l-estrapolazzjoni tal-MRL numeriċi għas-saliċilat tal-aluminju, bażiku, li huma rrakkomandati għall-ispeċijiet bovini, hija xierqa għall-mogħoż, għaż-żwiemel u għall-fniek. |
|
(8) |
Għalhekk, it-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(9) |
Il-metodu analitiku għall-monitoraġġ tal-MRL li huma proposti għas-saliċilat tal-aluminju, bażiku, fit-tessuti bovini jew fil-ħalib mill-annimali bovini, huwa disponibbli, iżda għadu mhuwiex validat biżżejjed. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, MRL proviżorju jista' jiġi stabbilit f'każijiet fejn id-dejta xjentifika ma tkunx kompluta, diment li ma jkun hemm l-ebda raġuni biex wieħed jissoponi li r-residwi ta' dik is-sustanza fil-livell propost huma ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem. |
|
(11) |
Għalhekk, l-MRL numeriċi li jiġu proposti għandhom ikunu proviżorji u għandhom jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2016. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qiegħed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mit-28 ta' Settembru 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).
ANNESS
Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, l-entrata għas-sustanza “saliċilat tal-aluminju, bażiku” tiġi sostwita b'dan li ġej:
|
Sustanza farmakoloġikament attiva |
Residwu markatur |
Speċi tal-annimal |
MRL (limitu massimu ta' residwi) |
Tessuti fil-mira |
Dispożizzjonijiet oħra (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009) |
Klassifikazzjoni terapewtika |
|
“saliċilat tal-aluminju, bażiku |
Aċidu saliċiliku |
Bovini, kaprini, Ekwidi, fniek |
200 μg/kg 500 μg/kg 1 500 μg/kg 1 500 μg/kg |
Muskoli Xaħam Fwied Kliewi |
L-MRL proviżorji jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2016. |
Aġenti kontra l-infjammazzjonijiet tal-intestini u kontra d-dijarea” |
|
Bovini, kaprini, Ekwidi |
9 μg/kg |
Ħalib |
||||
|
|
MHUX APPLIKABBLI |
L-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel ħlief bovini, kaprini, Ekwidi, fniek u ħut bil-pinen |
L-ebda MRL mhuwa meħtieġ |
MHUX APPLIKABBLI |
Għal użu topiku biss. |
|