European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1686

19.3.2025

Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping

(C/2025/1686)

1.   

Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami ta’ skadenza. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping u dannu. F’każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità jelaboraw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami, jirribattuhom jew jikkummentaw dwarhom.

3.   Skadenza

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li trid tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.

Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Nitrat tal-ammonju

Ir-Russja

Dazju anti-dumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2100 tal-15 ta’ Diċembru 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 425, 16.12.2020, p. 21)

17.12.2025


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/2020-08-11.

(2)   TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1686/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)