02022D0060 — MT — 17.01.2022 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
Ikkoreġuta bi:
▼B
▼C1
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/60
tat-12 ta’ Jannar 2022
dwar il-Mekkaniżmu ta’ Koordinazzjoni Operazzjonali għad-Dimensjoni Esterna tal-Migrazzjoni
▼B
Artikolu 1
▼C1
Ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni operazzjonali
▼B
1.
►C1
Din id-Deċiżjoni toħloq mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni operazzjonali għad-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni (MOCADEM)
◄ . Il-MOCADEM għandu jippermetti lill-Unjoni tikkoordina u tirreaġixxi fil-ħin għal kwistjonijiet relatati mad-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni.
2.
Il-MOCADEM għandu jipprovdi lill-Kunsill bil-flessibbiltà meħtieġa biex jiżgura s-sinteżi tal-informazzjoni u l-orjentazzjonijiet proposti mid-diversi korpi preparatorji u mid-diversi partijiet involuti fil-mekkaniżmu. Huwa għandu jħejji u jipproponi azzjonijiet operazzjonali relatati mal-mezzi u l-ingranaġġi li għandhom jiġu mobilizzati biex jiġu implimentati l-objettivi tal-Unjoni għal kull pajjiż terz ikkonċernat.
3.
Il-MOCADEM għandu jkun taħt id-direzzjoni tal-Presidenza tal-Kunsill, b'kont sħiħ meħud tal-kompetenzi tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).
4.
Il- MOCADEM ma jissostitwixxix u ma jidduplikax mekkaniżmi jew arranġamenti eżistenti tal-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjoni
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, "azzjoni operazzjonali" tfisser kwalunkwe azzjoni li l-implimentazzjoni tagħha x'aktarx tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiż terz fil-qasam tal-migrazzjoni, inkluż:
—
approċċ politiku jew diplomatiku;
—
azzjoni b'appoġġ għall-pajjiż terz ikkonċernat, inkluż fil-qasam tal-bini tal-kapaċitajiet jew tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp;
—
il-mobilizzazzjoni ta' kwalunkwe ingranaġġ disponibbli, pereżempju appoġġ finanzjarju, jew l-għodod tal-politika dwar il-viżi jew kwalunkwe politika oħra; u,
—
l-iżvilupp ta' strateġiji ta' komunikazzjoni mmirati.
Artikolu 3
Funzjonament
1.
Fejn is-sitwazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiż terz fir-rigward tal-migrazzjoni jkollha tali impatt li tkun teħtieġ koordinazzjoni u rispons f'waqtu mill-Unjoni, il-Presidenza tista' tlaqqa', bl-appoġġ u l-parir tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, diskussjoni madwar mejda tal-MOCADEM.
2.
Id-diskussjoni madwar mejda tal-MOCADEM għandha l-għan li tissintetizza l-informazzjoni u l-proposti ta' politika pprovduti mid-diversi korpi preparatorji tal-Kunsill kif ukoll minn partijiet mistiedna oħra. Abbażi b'mod partikolari tas-sommarji ta' ħidma mfassla mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar l-Aspetti Esterni tal-Ażil u l-Migrazzjoni , u l-ħidma rilevanti mwettqa minn gruppi ta' ħidma tal-Kunsill oħra (bħall-Grupp ta' Ħidma dwar il-Viża, il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Integrazzjoni, il-Migrazzjoni u t-Tkeċċija, il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u Sħubijiet Internazzjonali , jew gruppi ta' ħidma ġeografiċi). Huwa għandu jħejji azzjonijiet operazzjonali li għandhom jiġu proposti lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper), fi kwalunkwe qasam rilevanti għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiż terz ikkonċernat fil-qasam tal-migrazzjoni.
3.
Il-Presidenza għandha tiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tad-diskussjonijiet madwar mejda tal-MOCADEM. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw u jippreżentaw kontribuzzjoni ta' sommarju dwar l-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom. L-Istati Membri interessati għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw. Korpi, uffiċċji jew aġenziji rilevanti tal-Unjoni, partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, u esperti f'ċerti oqsma għandhom ukoll jiġu mistiedna jipparteċipaw, kif xieraq.
4.
Il-livell ta' rappreżentanza ta' kull istituzzjoni, korp, uffiċċju, aġenzija jew parti oħra mistiedna għandu jkun xieraq għall-objettiv operazzjonali u tat-teħid ta' deċiżjonijiet tad-diskussjoni madwar mejda.
Artikolu 4
Rwol tal-Coreper
Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-politiki u l-azzjonijiet imwettqa mill-Unjoni, il-Coreper għandu jiżgura d-direzzjoni strateġika tal-ħidma tal-MOCADEM, li għandu jirrapporta b'mod regolari lill-Coreper, u l-Coreper għandu jiżgura l-kontroll politiku tal-implimentazzjoni tal-arranġamenti.
Artikolu 5
Riżorsi
1.
Il-MOCADEM jista' jiddependi fuq rapporti mħejjija mill-kapaċità ta' appoġġ tal-Għarfien u ta' Analiżi Integrati tas-Sitwazzjoni (ISAA) stabbilita taħt id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1993.
2.
Il-kapaċità ta' appoġġ tal-ISAA għandha tippermetti:
(a)
il-ġbir u t-tixrid ta' informazzjoni dwar is-sitwazzjoni, l-analiżijiet imwettqa mill-Unjoni u mill-Istati Membri, id-deċiżjonijiet u l-miżuri li l-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu ħadu jew jeħtieġ li jieħdu, u r-rekwiżiti ta' koordinazzjoni;
(b)
l-ipproċessar ta' informazzjoni msemmija f'punt (a) u tipprovdi ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni; u,
(c)
il-produzzjoni ta' analiżi integrata, inkluż l-evoluzzjoni possibbli u l-konsegwenzi tas-sitwazzjoni.
3.
L-ISAA għandha tkun żviluppata mis-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE fi ħdan ir-rwoli u r-responsabiltajiet rispettivi tagħhom u fi ħdan il-limiti tal-mezzi u kapaċitajiet eżistenti tagħhom. L-ISAA għandha tkun ibbażata wkoll fuq l-analiżijiet ipprovduti mill-Istati Membri u mill-korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni.
Artikolu 6
Rieżami
Sa mhux aktar tard mit-13 ta’ Jannar 2023, il-Coreper għandu jirrevedi l-implimentazzjoni tal-MOCADEM, abbażi ta' rapport ippreżentat mill-Presidenza wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u r-RGħ. Il-Coreper, għandu, kif adatt, jipproponi lill-Kunsill reviżjonijiet possibbli għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.