Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu VIII - Disposizzjonijiet finali - Artikolu 53
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0035 - 0036
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0032 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0172 - Consolidated version
Official Journal C 191 , 29/07/1992 P. 0063
Artikolu 53 [4] Dan it-Trattat, redatt f'oriġinal wieħed bl-ilsien Daniż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Olandiż, Portugiż, Spanjol u Taljan, bit-testi ta' kull wieħed minn dawn ugwalment awtentiċi, għandu jiġi depożitat fl-arkivji tal-gvern tar-Repubblika Taljana, li għandu jibgħat kopja awtentikata lil kull wieħed mill-gvernijiet ta' l-Istati firmatarji l-oħra. Skond it-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-1994, il-verżjonijiet bil-Finlandiż u bl-Iżvediż ta' dan it-Trattat għandhom ikunu awtentiċi wkoll. Skond it-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-2003, il-verżjonijiet biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bis-Slovakk, bis-Sloven u bl-Ungeriż ta' dan it-Trattat għandhom ikunu awtentiċi wkoll. [4] Ara l-Appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb. --------------------------------------------------