32006D0734

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

Official Journal L 300 , 31/10/2006 P. 0045 - 0045
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0132 - 0132


20050627

Deċiżjoni tal-Kunsill

tas- 27 ta’ Ġunju 2005

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

(2006/734/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80, paragrafu 2, flimkien ma' l-Artikolu 300 (2), l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fil- 5 ta' Ġunju 2003 il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ftehim mar-Repubblika taċ-Ċili dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru skond il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għal dik id-deċiżjoni.

(3) Soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data iktar tard, il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat b'mod provviżorju.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru qiegħed hawn jiġi approvat f'isem il-Komunità, soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.

It-test tal-ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħżel il-persuna(i) bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f' isem il-Komunità soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ Ġunju 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Lux

--------------------------------------------------