<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑44/16 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0044</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:357">EU:C:2017:357</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170511">11.5.2017</DATE> – KAWŻA C-44/16 P</P><P>DYSON vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2010/30/UE</KEYWORD><KEYWORD>Indikazzjoni, permezz ta’ ttikkettjar u ta’ informazzjoni standard tal-prodott, dwar il-konsum tal-enerġija</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Delega (UE) Nru 665/2013</KEYWORD><KEYWORD>Tikkettjar enerġetiku tal-vacuum cleaners</KEYWORD><KEYWORD>Effiċjenza enerġetika</KEYWORD><KEYWORD>Metodu ta’ kejl</KEYWORD><KEYWORD>Limiti tal-kompetenza ddelegata</KEYWORD><KEYWORD>Żnaturament tal-provi</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-44/16 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fil-<DATE ISO="20160125">25 ta’ Jannar 2016</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Dyson Ltd</HT>, stabbilita f’Malmesbury (ir-Renju Unit), irrappreżentata minn E. Batchelor u M. Healy, solicitors, kif ukoll minn F. Carlin, barrister, u A. Patsa, advocate,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn K. Herrmann kif ukoll minn E. White, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn E. Juhász, President tal-Awla, C. Vajda u C. Lycourgos (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Dyson Ltd titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<DATE ISO="20151111">11 ta’ Novembru 2015</DATE>, Dyson vs Il‑Kummissjoni (T‑544/13, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:836">EU:T:2015:836</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha hija ċaħdet it-talba tagħha intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013, tat-<DATE ISO="20130503">3 ta’ Mejju 2013</DATE>, li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettjar enerġetiku tal-vacuum cleaners (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="192" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013 L 192, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>regolament kontenzjuż<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2010/30/UE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-premessi 5 u 8 tad-Direttiva 2010/30/UE ta-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20100519">19 ta’ Mejju 2010</DATE>, dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010 L 153, p. 1</REF.DOC.OJ>), jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(5)</NO.P><TXT>Il-forniment ta’ informazzjoni preċiża, rilevanti u komparabbli dwar il-konsum speċifiku ta’ enerġija tal-prodotti marbutin mal-enerġija għandu jinfluwenza l-għażla tal-utenti finali favur dawk il-prodotti li jikkonsmaw jew indirettament iwasslu għal konsum inqas tal-enerġija u riżorsi oħra essenzjali matul l-użu, u b’hekk iwassal lill-produtturi biex jieħdu passi biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra essenzjali mill-prodotti li jimmanifatturaw. Dan għandu jinkoraġġixxi wkoll indirettament l-użu effiċjenti ta’ dawn il-prodotti sabiex jikkontribwixxi għall-mira tal-UE ta’ 20 % effiċjenza tal-enerġija. Fin-nuqqas ta’ din l-informazzjoni, il-ħidma tal-forzi tas-suq waħidha tonqos milli tippromwovi l-użu razzjonali tal-enerġija u riżorsi essenzjali oħra għal dawn il-prodotti.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>L-informazzjoni tilgħab rwol importanti fil-ħidma tal-forzi tas-suq u huwa għalhekk neċessarju li tiġi introdotta tikketta uniformi għall-prodotti kollha tal-istess tip, sabiex ix-xerrejja potenzjali jiġu pprovduti b’informazzjoni supplimentari standard dwar l-ispejjeż ta’ dawk il-prodotti f’termini ta’ enerġija u l-konsum ta’ riżorsi essenzjali oħra u sabiex jittieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat li utenti aħħarin potenzjali li ma jarawx il-prodott għall-wiri, u għalhekk li ma jkollhomx l-opportunità jaraw it-tikketta, ikunu wkoll fornuti b’din l-informazzjoni. Sabiex tkun effiċjenti u ta’ suċċess, it-tikketta għandha tkun tingħaraf faċilment mill-utent aħħari, sempliċi u fil-qosor. Għal dan il-għan il-format eżistenti tat-tikketta għandu jinżamm bħala l-bażi biex l-utenti aħħarin jiġu informati dwar l-effiċjenza tal-prodotti. Il-konsum tal-enerġija mill-prodotti u informazzjoni oħra dwarhom għandhom jitkejlu skont standards u metodi armonizzati.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) u (2) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-armonizzazzjoni ta’ miżuri nazzjonali dwar l-informazzjoni għall-utent aħħari, b’mod partikolari b’mezzi ta’ ttikkettar u b’informazzjoni standard dwar il-prodott, dwar il-konsum ta’ enerġija u, fejn rilevanti, dwar riżorsi essenzjali oħra waqt l-użu, u b’informazzjoni supplimentari dwar prodotti marbutin mal-enerġija, u b’hekk tippermetti lill-utenti aħħarin jagħżlu prodotti aktar effiċjenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti marbutin mal-enerġija li għandhom impatt sinifikanti dirett jew indirett fuq il-konsum tal-enerġija u, fejn applikabbli, fuq ir-riżorsi essenzjali l-oħra waqt l-użu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(a) u (b) tal-imsemmija direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>l-fornituri li jqiegħdu fis-suq jew għat-tħaddim prodotti koperti minn att delegat jipprovdu tikketta u skeda skont din id-Direttiva u l-att delegat<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> u li dawn il-fornituri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>jipproduċu dokumentazzjoni teknika li tkun biżżejjed sabiex tippermetti li tiġi vvalutata l-preċiżjoni tal-informazzjoni li jkun hemm fit-tikketta u l-iskeda.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2010/30, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Atti delegati<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-dettalji dwar it-tikketta u l-iskeda permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 11, 12 u 13, dwar kull tip ta’ prodott skont dan l-Artikolu.</ALINEA><ALINEA>Fejn prodott jissodisfa l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, hu għandu jiġi kopert minn att delegat skont il-paragrafu 4.</ALINEA><ALINEA>Dispożizzjonijiet fl-atti delegati fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta u fuq l-iskeda dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi essenzjali oħra matul l-użu għandhom jippermettu lill-utenti aħħarin biex jaslu għal deċiżjoni aħjar dwar ix-xiri u għandhom jippermettu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jivverifikaw jekk il-prodotti jikkonformawx mal-informazzjoni pprovduta.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="010.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-atti delegati għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>il-livell ta’ preċiżjoni fl-istqarrijiet fuq it-tikketta u l-iskedi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>j)</NO.P><TXT>id-data għall-evalwazzjoni u r-reviżjoni possibbli tal-att delegat, filwaqt li titqies il-ħeffa tal-progress teknoloġiku.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-eżerċizzju tad-delega<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jippreċiża, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Is-setgħat sabiex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10 għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin li jibda fid-<DATE ISO="20100619">19 ta’ Ġunju 2010</DATE>. […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-regolament kontenzjuż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tiegħu, ir-regolament kontenzjuż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar u l-għoti ta’ informazzjoni supplimentari dwar il-prodott għal vacuum cleaners li jitqabbdu mal-mejn tal-elettriku, inklużi vacuum cleaners ibridi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-regolament ikkontestat, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Responsabbiltajiet tal-fornituri u skeda taż-żmien<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-fornituri għandhom jiżguraw li mill-<DATE ISO="20140901">1 ta’ Settembru 2014</DATE>:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kull vacuum cleaner ikun fornut b’tikketta stampata fil-format u bil-kontenut kif stipulat fl-Anness II;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tkun disponibbli skeda tal-prodott, kif stabbilit fl-Anness III;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>id-dokumentazzjoni teknika, kif stipulata fl-Anness IV, tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq talba tagħhom;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jekk tkun qed tingħata informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz, kull reklamar għal mudell speċifiku ta’ vacuum cleaner għandu jindika l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>kwalunkwe materjal tekniku ta’ promozzjoni dwar mudell speċifiku ta’ vacuum cleaner li tiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tindika l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta’ dak il-mudell.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-format tat-tikketta stipulata fl-Anness II se japplika skont l-iskeda li ġejja:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għal vacuum cleaners li tqiegħdu fis-suq mill-<DATE ISO="20140901">1 ta’ Settembru 2014</DATE> it-tikketti għandhom ikunu skont it-tikketta 1 tal-Anness II;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għal vacuum cleaners li tqiegħdu fis-suq mill-<DATE ISO="20170901">1 ta’ Settembru 2017</DATE> it-tikketti għandhom ikunu skont it-tikketta 2 tal-Anness II.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Metodi ta’ kejl<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[l]-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta’ metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, kif stipulat fl-Anness VI<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-regolament kontenzjuż, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku sa mhux aktar tard minn ħames snin wara li jkun daħal fis-seħħ. Ir-reviżjoni għandha b’mod partikolari tivvaluta t-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fl-Anness VII, jekk il-vacuum cleaners ta’ daqs sħiħ li jaħdmu bil-batteriji għandhomx ikunu inklużi fil-kamp tal-applikazzjoni u jekk hux vijabbli li jintużaw metodi ta’ kejl għall-konsum annwali tal-enerġija, għat-trab miġbur u għall-emissjoni mill-ġdid tat-trab li huma bbażati fuq kejl b’kontenitur parzjalment mimli pjuttost milli b’kontenitur vojt.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Anness I ta’ dan ir-regolament jindika li vacuum cleaner għandu jiġi kklassifikat skont l-effiċjenza enerġetika tiegħu, iddeterminata skont il-konsum annwali tiegħu ta’ elettriku, il-prestazzjoni ta’ tindif tiegħu, iddeterminata skont ir-rata ta’ trab miġbur, u ta’ emissjoni mill-ġdid tat-trab.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Anness VI tar-regolament kontenzjuż jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom jitwettqu permezz ta’ proċedura ta’ kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta’ kejl u kalkolu l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi armonizzati stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>. Dawn għandhom jissodisfaw id-definizzjonijiet tekniċi, il-kundizzjonijiet, l-ekwazzjonijiet u l-parametri stabbilit b’dan l-Anness.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20131007">7 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Dyson ippreżentat rikors intiż għall-annullament tar-regolament kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, Dyson qajmet tliet motivi bbażati, fir-rigward tal-ewwel motiv, fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni, fir-rigward tat-tieni motiv, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tar-regolament kontenzjuż u, fir-rigward tat-tielet motiv, fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Dyson titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla r-regolament kontenzjuż, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Dyson għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-appell</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, Dyson tqajjem sitt aggravji. Permezz tal-ewwel aggravju, hija tilmenta li l-Qorti Ġenerali kkwalifikat mill-ġdid b’mod inkorrett l-ewwel motiv invokat fl-ewwel istanza. It-tieni aggravju huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali tal-portata tas-setgħa ddelegata lill-Kummissjoni permezz tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2010/30. Permezz tat-tielet aggravju tagħha, Dyson tilmenta li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha. Ir-raba’ aggravju tagħha huwa bbażat fuq l-iżnaturament u fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċerti provi. Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata. Fl-aħħar nett, permezz tas-sitt u l-aħħar aggravju tagħha, Dyson tinvoka ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament min-naħa tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju u r-raba’ parti tal-ħames aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, li jeħtieġ li jiġi eżaminat fl-ewwel lok, Dyson tilmenta li l-Qorti Ġenerali, minn naħa, żnaturat u, min-naħa l-oħra, naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni ċerti provi intiżi li juru n-natura riproduċibbli ta’ metodu ta’ kejl tal-prestazzjoni enerġetika tal-vacuum cleaners b’kontenituri mimlija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Sabiex jiġi pprovat li l-prestazzjoni enerġetika tal-vacuum cleaners tista’ tiġi mkejla permezz ta’ metodu ieħor minbarra dak meħud inkunsiderazzjoni mir-regolament kontenzjuż, li jibbaża ruħu fuq testijiet imwettqa b’kontenituri vojta, Dyson tindika li hija kienet sostniet, quddiem il-Qorti Ġenerali, numru ta’ punti intiżi li jipprovaw, fost oħrajn, ir-riproduċibbiltà ta’ metodu ta’ kejl tal-prestazzjoni enerġetika tal-vacuum cleaners permezz ta’ testijiet b’kontenituri mimlija, jiġifieri l-metodu meħud inkunsiderazzjoni mit-taqsima 5.9 tar-Regola Armonizzata EN 60312-1:(2013) adottata mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>metodu Cenelec<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ewwel parti tar-raba’ aggravju tagħha, Dyson tqis li l-Qorti Ġenerali, billi qieset, fil-punt 51 tas-sentenza appellata, li hija kienet identifikat test wieħed biss f’laboratorju li jippermetti li jikkonferma r-riproduċibbiltà tal-imsemmi metodu, żnaturat il-prova li hija kienet ipproduċiet u li kienet tistabbilixxi li l-metodu ta’ kejl bil-kontenitur mimli kien ġie ttestjat f’numru ta’ laboratorji u kien riproduċibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-tieni parti tar-raba’ aggravju tagħha, Dyson issostni li l-Qorti Ġenerali la ttrattat u lanqas ħadet inkunsiderazzjoni l-provi prodotti minnha u li juru r-riproduċibbiltà tal-metodu Cenelec. Fir-raba’ parti tal-ħames aggravju tagħha, Dyson tilmenta li l-Qorti Ġenerali ma spjegatx ir-raġuni għalfejn il-provi li hija kienet ipproduċiet sabiex turi r-riproduċibbiltà tal-metodu Cenelec ma kinux ġew aċċettati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis, qabel kollox, li Dyson mingħajr dubju għamlet riferiment quddiem il-Qorti Ġenerali għal testijiet imwettqa f’numru ta’ laboratorji iżda li hija ma sostnietx li kienu jagħmlu parti minn programm ta’ testijiet komparattivi bbażati fuq l-istess mudell ta’ vacuum cleaner (testijiet interlaboratorji/ċirkolari). Il-Kummissjoni tenfasizza li seta kien li l-Qorti Ġenerali ma użatx it-terminoloġija teknika preċiża iżda li, b’danakollu, ma żnaturatx il-provi li kellha quddiemha. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali setgħet ikkonkludiet li kien hemm dubji fir-rigward tar-riproduċibbiltà tal-metodu ta’ kalkolu b’kontenitur mimli fid-dawl tal-fatt li ma kien twettaq ebda test ċirkolari biex tiġi vvalidata r-riproduċibbiltà tal-imsemmi metodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tosserva, sussegwentement, li l-allegazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> tal-provi li jirrigwardaw biss l-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali u għaldaqstant ma tikkostitwixxix, taħt riżerva ta’ żnaturament, kwistjoni ta’ liġi li tista’ tiġi eżaminata fil-kuntest ta’ appell. Il-Kummissjoni tenfasizza, barra minn hekk, li l-Qorti Ġenerali ma għandhiex obbligu li teżamina kull prova sottomessa lilha. Issa, mill-punti 49 sa 53 tas-sentenza appellata li l-Qorti Ġenerali bbilanċjat il-provi prodotti mill-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssostni li hija ma għandhiex obbligu tuża r-regoli elaborati mis-Cenelec.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-punt 49 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, minkejja li Dyson kienet sostniet numru ta’ argumenti intiżi li juru l-affidabbiltà tal-preċiżjoni tat-test ta’ prestazzjoni enerġetika mwettaq b’kontenitur mimli, xorta jibqa’ l-fatt li kien hemm dubji fir-rigward tar-riproduċibbiltà tal-imsemmi test.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-punt 50 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali tenfasizza li, fil-fatt, id-determinazzjoni tar-riproduċibbiltà tat-testijiet fil-prattika teħtieġ li jitwettqu testijiet imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>ċirkolari<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> bejn laboratorji, fejn dawn it-testijiet ikunu intiżi li jiżguraw ir-regolarità tar-riżultati miksuba permezz tat-twettiq ta’ testijiet ripetuti f’diversi laboratorji permezz ta’ kampjun uniku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-punt 51 tal-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali finalment ikkonstatat li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kienet identifikat test wieħed biss fil-laboratorju li, fil-fehma tagħha, kien jippermetti li tikkonferma r-riproduċibbiltà tiegħu, b’tali mod li r-riproduċibbiltà tat-test imwettaq b’kontenitur mimli ma kienx ġie suffiċjentement stabbilit biex jiġi kkonstatat żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-ewwel parti tar-raba’ aggravju tagħha, Dyson tilmenta, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali żnaturat, fil-punt 51 tas-sentenza appellata, il-pożizzjoni li hija kienet iddefendiet quddiemha, li skontha l-metodu Cenelec kien ġie ssuġġettat għal numru ta’ testijiet fil-laboratorju li jikkonfermaw ir-riproduċibbiltà tiegħu, kif ukoll ix-xhieda tal-Kap tas-Servizzi ta’ Informazzjoni dwar il-Kompetituri (Head of Competitor Intelligence), ipprovda insostenn ta’ din l-affermazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, f’każ ta’ appell, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex kompetenti biex tikkonstata l-fatti u lanqas, bħala regola ġenerali, biex teżamina l-provi li l-Qorti Ġenerali qieset in sostenn ta’ dawn il-fatti. Fil-fatt, ladarba dawn il-provi jkunu nkisbu legalment, u ladarba l-prinċipji ġenerali tad-dritt u r-regoli ta’ proċedura applikabbli fil-qasam tal-oneru u produzzjoni tal-provi jkunu ġew osservati, hija biss il-Qorti Ġenerali li tista’ tevalwa l-valur li għandu jingħata lill-elementi mressqa quddiemha. Għalhekk din l-evalwazzjoni tal-fatti, ħlief fil-każ tal-iżnaturament tal-provi prodotti quddiem il-Qorti Ġenerali,<?PAGE NO="7"?> ma tikkostitwixxix kwistjoni ta’ liġi suġġetta għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Toshiba vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑623/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:21">EU:C:2017:21</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Is-setgħa ta’ stħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-konstatazzjonijiet fattwali magħmula mill-Qorti Ġenerali għaldaqstant testendi, b’mod partikolari, għall-ineżattezza materjali ta’ dawn il-konstatazzjonijiet li jirriżultaw mill-atti tal-proċess, għall-iżnaturament tal-provi, għall-klassifikazzjoni legali tagħhom, u għall-kwistjoni dwar jekk ir-regoli fil-qasam tal-oneru u tal-produzzjoni tal-provi ġewx osservati (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑403/04 P u C‑405/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:52">EU:C:2007:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Siemens <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑239/11 P, C‑489/11 P u C‑498/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:866">EU:C:2013:866</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-punt 38 tar-replika ta’ Dyson quddiem il-Qorti Ġenerali jirriżulta li hija sostniet li l-metodu Cenelec kien ġie ttestjat b’mod rigoruż, kemm mill-perspettiva tar-riproduċibbiltà tiegħu kif ukoll minn dik tar-repetibbiltà tiegħu. Fix-xhieda tiegħu, annessa mal-imsemmija replika u msemmija fil-punt 39 ta’ din tal-aħħar, il-Kap tas-Servizzi ta’ Informazzjoni dwar il-Kompetituri ta’ Dyson enfasizza wkoll li dan il-metodu kien suġġett għal numru ta’ testijiet li jinvolvu numru ta’ laboratorji u li jippermettu li tiġi kkonfermata r-riproduċibbiltà tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk il-Qorti Ġenerali manifestament żnaturat il-pożizzjoni difiża minn Dyson billi qieset, fil-punt 51 tas-sentenza appellata, li hija kienet identifikat biss test wieħed fil-laboratorju li jippermetti li tiġi kkonfermata r-riproduċibbiltà tal-metodu ta’ kalkolu b’kontenitur mimli. Fil-fatt, kif tosserva ġustament Dyson fl-appell tagħha, tali konstatazzjoni hija manifestament f’kontradizzjoni mas-sustanza tan-noti proċedurali li hija ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll max-xhieda tal-Kap tas-Servizzi ta’ Informazzjoni dwar il-Kompetituri tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu jeħtieġ li jiġi osservat li, skont il-punt 50 tas-sentenza appellata, in-natura riproduċibbli ta’ metodu ta’ kejl teħtieġ mhux biss li jitwettqu numru ta’ testijiet fil-laboratorju, iżda wkoll li dawn it-testijiet ikunu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>ċirkolari<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jiġifieri mwettqa permezz ta’ kampjun wieħed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalhekk is-sempliċi ċirkustanza li l-Qorti Ġenerali żnaturat l-allegazzjonijiet ta’ Dyson fir-rigward tal-eżistenza ta’ numru ta’ testijiet fil-laboratorju ma tistax, waħedha, titqies li hija suffiċjenti sabiex tinvalida l-konklużjoni li l-metodu Cenelec ma kienx riproduċibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, fit-tieni parti tar-raba’ aggravju tagħha, Dyson tilmenta għal darb’oħra li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċerti provi li jinsabu fin-noti proċedurali tagħha u li kienu wrew in-natura riproduċibbli tal-metodu Cenelec. Fir-raba’ parti tal-ħames aggravju tagħha, Dyson tilmenta wkoll li l-Qorti Ġenerali ma mmotivatx ir-raġuni għalfejn dawn il-provi ġew esklużi. Jeħtieġ li dawn iż-żewġ aggravji jiġu eżaminati flimkien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, hemm lok li jitfakkar, minn naħa, li, fil-kuntest tal-appell, l-istħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja għandu bħala għan, b’mod partikolari, li jivverifika jekk il-Qorti Ġenerali weġbitx suffiċjentement skont il-liġi l-għadd ta’ argumenti invokati mir-rikorrenti fl-ewwel istanza u, min-naħa l-oħra, li l-aggravju bbażat fuq nuqqas ta’ tweġiba mill-Qorti Ġenerali għal argumenti invokati fl-ewwel istanza, essenzjalment, jinvoka ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, applikabbli għall-Qorti Ġenerali bis-saħħa tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-istess statut u tal-Artikolu 117 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Gogos vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑583/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:287">EU:C:2010:287</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Alliance One International vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑593/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:804">EU:C:2012:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja ma timponix fuq il-Qorti Ġenerali li tipprovdi espożizzjoni li ssegwi, b’mod eżawrjenti u individwali, ir-raġunamenti kollha artikolati mill-partijiet fit-tilwima, u li l-motivazzjoni tista’ għalhekk tkun impliċita bil-kundizzjoni li tippermetti lill-persuni kkonċernati jsiru jafu r-raġunijiet għalfejn il-Qorti Ġenerali ma laqgħetx l-argumenti tagħhom u lill-Qorti tal-Ġustizzja jkollha biżżejjed elementi sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha (digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Alliance One International vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-593/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:804">EU:C:2012:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>PT Musim Mas vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑468/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:803">EU:C:2016:803</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li jiġi enfasizzat, l-ewwel nett, li l-assenza ta’ riproduċibbiltà tal-metodu Cenelec ikkostitwixxa element determinanti fl-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li fi tmiemha hija ddeċidiet li l-approċċ tal-Kummissjoni, li kien jikkonsisti f’li tingħata preferenza lil metodu ta’ kejl tal-prestazzjoni enerġetika tal-vacuum cleaners ibbażat fuq testijiet imwettqa b’kontenituri vojta, ma kienx manifestament mhux raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tieni nett, jeħtieġ li jitfakkar li, fil-punt 49 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset li kienu jissussistu dubji fir-rigward tar-riproduċibbiltà tal-metodu Cenelec u li, fil-punt 50 tal-imsemmija sentenza, hija enfasizzat li r-riproduċibbiltà ta’ metodu ta’ kejl kienet tirrikjedi, fil-fatt, it-twettiq ta’ testijiet ċirkolari bejn laboratorji, fejn dawn it-testijiet kienu intiżi li jiżguraw ir-regolarità tar-riżultati miksuba bit-twettiq ta’ testijiet ripetuti f’laboratorji differenti u permezz tal-istess kampjun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, fin-noti proċedurali tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, Dyson ipprovat turi li, minkejja li ma huwiex ibbażat fuq testijiet imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>ċirkolari<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, il-metodu Cenelec kien riproduċibbli. F’dan ir-rigward, fil-punti 7, 8 u 39 tar-replika tagħha, Dyson sostniet li s-Cenelec għandu bħala mandat li jħares li r-regoli kollha ppubblikati jkunu koerenti, ċari u preċiżi u li jieħdu inkunsiderazzjoni l-qagħda tat-teknika. Hija ppreżentat ukoll l-opinjoni mmotivata ta’ laboratorju Ewropew akkreditat ta’ testijiet ta’ vacuum cleaners li skontha dan il-metodu jwassal għal riżultati riproduċibbli kif ukoll xhieda konverġenti tal-Kap tas-Servizzi ta’ Informazzjoni dwar il-Kompetituri, li kien involut fil-proċess ta’ elaborazzjoni tal-imsemmi metodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx tqis bħala paċifiku, kif għamlet fil-punt 49 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>xi dubji fir-rigward tar-riproduċibbiltà tal-imsemmi test jibqgħu jissussistu<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fir-rigward tal-metodu Cenelec, mingħajr ma tispjega r-raġuni għalfejn il-kontestazzjoni ta’ affermazzjoni bħal din minn Dyson, permezz tal-elementi mfakkra fil-punt preċedenti, kellha tiġi miċħuda. B’mod iktar partikolari, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx tafferma li r-riproduċibbiltà ta’ metodu ta’ kejl kien jeħtieġ it-twettiq ta’ testijiet imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ċirkolari<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, mingħajr ma tispjega f’xiex l-argumenti f’sens kuntrarju żviluppati minn Dyson fin-noti proċedurali tagħha ma kinux tali li jinvalidaw affermazzjoni bħal din. Filwaqt li huwa minnu li l-Kummissjoni kkontestat quddiem il-Qorti Ġenerali n-natura riproduċibbli tal-metodu Cenelec, għandu jiġi kkonstatat li Dyson argumentat fis-sens kuntrarju fin-noti proċedurali tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, fejn kienet din tal-aħħar li kellha l-obbligu tagħti deċiżjoni f’dan ir-rigward. Billi naqset milli twieġeb l-argumenti hekk invokati minn Dyson, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni li hija kellha skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 117 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-raba’ aggravju ta’ Dyson u r-raba’ parti tal-ħames aggravju tagħha għandhom jiġu ddikjarati fondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Dyson tilmenta li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 36, 37 u 43 tas-sentenza appellata, qieset li l-ewwel motiv imqajjem quddiemha kien jirrigwarda żball manifest ta’ evalwazzjoni, filwaqt li fil-fatt kien jirrigwarda ksur mill-Kummissjoni tal-limiti tal-kompetenza tagħha. Din il-kumpannija tispeċifika li, permezz ta’ dan il-motiv, hija kienet sostniet li l-Kummissjoni kienet eċċediet il-limiti tas-setgħa ddelegata lilha mill-Artikolu 10 tad-Direttiva 2010/30. Skont Dyson, il-Qorti Ġenerali kellha l-obbligu li tiddetermina jekk il-Kummissjoni kinitx biddlet l-elementi essenzjali tal-att ta’ awtorizzazzjoni billi għażlet metodu ta’ kalkolu tal-prestazzjoni enerġetika tal-vacuum cleaners permezz ta’ kontenituri vojta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tosserva li Dyson tikkritika biss it-tweġiba mogħtija mill-Qorti Ġenerali għall-ewwel parti tal-ewwel motiv tagħha għal annullament u mhux ir-raġunament li ta lok għaċ-ċaħda tat-tieni parti ta’ dan il-motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni l-ewwel aggravju għandu barra minn hekk jitqies bħala infondat. Fil-fatt, quddiem il-Qorti Ġenerali, Dyson ma qegħditx inkwistjoni l-kompetenza tal-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tar-regolament kontenzjuż, iżda l-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza għal dak li jirrigwarda l-għażla tal-metodu ta’ kejl. Il-Kummissjoni tenfasizza li l-ewwel motiv ta’ Dyson quddiem il-Qorti Ġenerali kien jirrikjedi l-evalwazzjoni ta’ elementi fattwali ta’ natura teknika kumplessi ħafna biex jiġi ddeterminat il-metodu ta’ kejl, liema fatt kien jiġġustifika li l-istħarriġ ġudizzjarju jillimita ruħu għall-iżball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, Dyson tilmenta li l-Qorti Ġenerali kkwalifikat mill-ġdid b’mod inkorrett l-ewwel motiv tar-rikors tagħha għal annullament li permezz tiegħu hija kkritikat, essenzjalment, lill-Kummissjoni talli ma osservatx l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2010/30, li jimponi li l-metodu ta’ kalkolu tal-prestazzjoni enerġetika tal-vacuum cleaners jagħti kont tal-prestazzjoni tagħhom matul l-użu tagħhom, sabiex jipprovdi lill-konsumaturi informazzjoni eżatta, jħajjar lill-produtturi jtejbu l-effikaċja enerġetika tal-prodotti tagħhom u jilħaq l-għan ta’ tnaqqis tal-konsum ta’ enerġija, filwaqt li tali rekwiżit jikkostitwixxi, fil-fehma tagħha, element essenzjali ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Preliminarjament, hemm lok li jiġi osservat li, kif tenfasizza l-Kummissjoni, l-ewwel aggravju, fil-verità, huwa intiż biss sabiex jikkontesta l-evalwazzjoni li wasslet lill-Qorti Ġenerali tiċħad l-ewwel parti tal-ewwel motiv invokat fl-ewwel istanza, u mhux ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali li wassal għaċ-ċaħda tat-tieni parti ta’ dan il-motiv, li permezz tagħha Dyson ilmentat li r-regolament kontenzjuż ma kienx impona l-obbligu ta’ informazzjoni dwar il-boroż u l-filtri, inkwantu riżorsi essenzjali kkonsmati matul l-użu tal-vacuum cleaners.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk jeħtieġ li jiġi enfasizzat li, fil-punt 36 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset li kien jirriżulta b’mod ċar min-noti tar-rikorrenti fl-ewwel istanza quddiemha li din tal-aħħar, permezz tal-ewwel motiv tagħha, ma kinitx invokat bħala tali l-inkompetenza tal-Kummissjoni, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regolament kontenzjuż, iżda kienet ikkontestat pjuttost essenzjalment l-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza. Fil-punt 37 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li għaldaqstant kien meħtieġ li jiġi kkunsidrat li l-ewwel motiv tar-rikorrenti fl-ewwel istanza kien ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni fl-adozzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Issa, mir-rikors ta’ Dyson quddiem il-Qorti Ġenerali jirriżulta mingħajr dubju li l-ewwel motiv tagħha għal annullament kien ibbażat fuq l-argument li l-Kummissjoni ma kinitx kompetenti biex tadotta r-regolament kontenzjuż. B’mod iktar partikolari, Dyson essenzjalment ikkritikatha bi ksur, billi<?PAGE NO="10"?> adottat dan ir-regolament, ta’ element essenzjali tal-att ta’ awtorizzazzjoni billi qieset bħala metodu ta’ kalkolu tal-prestazzjoni enerġetika tal-vacuum cleaners metodu bbażat fuq testijiet b’kontenituri vojta, filwaqt li l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2010/30 kien irrikjeda li l-imsemmi metodu jirrifletti kundizzjonijiet normali ta’ użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali ma weġbitx il-motiv ibbażat fuq il-ksur mir-regolament kontenzjuż ta’ element essenzjali tal-att ta’ awtorizzazzjoni, iżda motiv ieħor, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni, li Dyson ma kinitx qajmet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Ma jistax jiġi sostnut li, billi għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali eżaminat impliċitament il-motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni, hekk kif kienet ġiet ifformulata minn Dyson. Fil-fatt, il-wisa’ tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-att ta’ awtorizzazzjoni hija kwistjoni ta’ liġi distinta minn dik relatata mal-osservanza tal-limiti tal-mandat mogħti permezz tal-att ta’ awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, il-verifika tal-osservanza ta’ dawn iż-żewġ rekwiżiti tissodisfa standards differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>B’hekk, filwaqt li, kif tosserva ġustament il-Qorti Ġenerali fil-punt 38 tas-sentenza appellata, l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija lilhom, setgħa diskrezzjonali kbira meta jintalbu, b’mod partikolari, jwettqu riflessjonijiet u evalwazzjonijiet kumplessi, jeħtieġ, qabel kollox, li jiġi ddeterminat jekk dawn l-awtoritajiet jaġixxux effettivament fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilhom u, b’mod iktar partikolari, meta, bħal f’dan il-każ, tkun sitwazzjoni ta’ setgħa ddelegata fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE, sabiex jiġi vverifikat jekk l-awtoritajiet tal-Unjoni jmorrux lil hinn mill-mandat li ngħata lilhom mill-att ta’ awtorizzazzjoni, fejn, b’mod partikolari, tali setgħa ddelegata għandha tosserva, fi kwalunkwe ipoteżi, l-elementi essenzjali tal-att ta’ awtorizzazzjoni u għandha tidħol fil-qafas regolatorju hekk kif iddefinit mill-att leġiżlattiv bażiku (ara, f’dan is-sens, i-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Parlament vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑286/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:183">EU:C:2016:183</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Mill-punti preċedenti jirriżulta li billi naqset milli tiddeċiedi dwar wieħed mill-motivi tar-rikorrenti fl-ewwel istanza, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, jekk il-motivi ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali jindikaw ksur tad-dritt tal-Unjoni, iżda li d-dispożittiv tagħha jidher fondat fuq motivi oħra ta’ dritt, tali ksur ma jkunx ta’ natura li jwassal għall-annullament ta’ din is-sentenza u jkun hemm lok li ssir sostituzzjoni tal-motivi (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160922">22 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pensa Pharma vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:720">EU:C:2016:720</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi ddeterminat jekk, billi qieset metodu ta’ kalkolu tal-prestazzjoni enerġetika bbażat fuq testijiet imwettqa b’kontenitur vojt, il-Kummissjoni osservatx il-limiti tal-kompetenza ddelegata tagħha, f’liema każ, l-ewwel parti tal-ewwel motiv tar-rikors għall-annullament ta’ Dyson għandu jiġi ddikjarat infondat. Fir-rigward ta’ raġuni legali, huwa possibbli li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrimedja l-ommissjoni tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-legalità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata skont il-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data li fiha l-att ġie adottat (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:535">EU:C:2015:535</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Il-legalità tar-regolament kontenzjuż għandu għalhekk jiġi evalwat skont il-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fit-<DATE ISO="20130503">3 ta’ Mejju 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, jeħtieġ li jitfakkar li l-possibbiltà li jiġu ddelegati s-setgħat prevista fl-Artikolu 290 TFUE hija intiża sabiex tippermetti lil-leġiżlatur jikkonċentra fuq l-elementi essenzjali ta’ leġiżlazzjoni kif ukoll fuq l-elementi mhux essenzjali li dwarhom iqis li huwa opportun li jilleġiżla filwaqt li jagħti lill-Kummissjoni l-kompitu li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>jikkompleta<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv adottat jew ulterjorment li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>jbiddel<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tali elementi fil-qafas ta’ delega mogħtija lilha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑286/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:183">EU:C:2016:183</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għalhekk ir-regoli essenzjali fil-qasam ikkonċernat għandhom jiġu deċiżi fil-leġiżlazzjoni bażika u ma jistgħux ikunu suġġetti għal delega (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑355/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:516">EU:C:2012:516</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑363/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:579">EU:C:2015:579</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk ir-rekwiżit li l-informazzjoni pprovduta lill-konsumaturi għandha tirrifletti l-konsum enerġetiku matul l-użu tal-apparat, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 1 u mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2010/30, jikkostitwixxi element essenzjali ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-elementi essenzjali ta’ leġiżlazzjoni bażika huma dawk li l-adozzjoni tagħhom teħtieġ li jsiru għażliet politiċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet infushom tal-leġiżlatur tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑355/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:516">EU:C:2012:516</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>L-identifikazzjoni tal-elementi ta’ qasam li għandhom jiġu kklassifikati bħala essenzjali għandha tibbaża ruħha fuq elementi oġġettivi li jistgħu jiġu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju u timponi li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi u l-ispeċifikazzjonijiet tal-qasam ikkonċernat (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>DK Recycling und Roheisen vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑540/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:469">EU:C:2016:469</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-istruttura ġenerali tad-Direttiva 2010/30, hemm lok li jiġi kkunsidrat li r-rekwiżit imfakkar fil-punt 60 ta’ din is-sentenza jikkostitwixxi element essenzjali ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-premessi 5 u 8 tad-Direttiva 2010/30 jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>l-forniment ta’ informazzjoni preċiża, rilevanti u komparabbli dwar il-konsum speċifiku ta’ enerġija<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tal-prodotti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>tilgħab rwol importanti fil-ħidma tal-forzi tas-suq<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u, għaldaqstant, fil-kapaċità li l-konsum jiġi dirett lejn apparat b’konsum <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>inqas tal-enerġija […] matul l-użu<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Bl-istess mod, l-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li hija intiża li tarmonizza miżuri nazzjonali li jirrigwardaw l-informazzjoni tal-utenti finali fuq il-konsum ta’ enerġija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>waqt l-użu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, sabiex ikunu jistgħu jagħżlu prodotti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>aktar effiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. L-informazzjoni għall-konsumatur li tirrigwarda l-effiċjenza enerġetika tal-apparati waqt l-użu tagħhom għalhekk tikkostitwixxi l-għan essenzjali tal-imsemmija direttiva u tirrifletti għażla politika li taqa’ taħt ir-responsabbiltajiet speċifiċi tal-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-kwistjoni dwar jekk, bħal ma jidher li tindika l-formulazzjoni tiegħu, ir-regolament kontenzjuż għandux l-għan li jikkompleta, u mhux li jemenda, id-Direttiva 2010/30, ma hijiex rilevanti f’dan il-każ. Fil-fatt, kif ġie enfasizzat fil-punt 58 ta’ din is-sentenza, ebda waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ setgħat iddelegati ma tawtorizza, fi kwalunkwe każ, lill-Kummissjoni tmur kontra element essenzjali tal-att ta’ awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u kuntrarjament għal dak li sostniet il-Qorti Ġenerali, fil-punt 59 tas-sentenza appellata, interpretazzjoni tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>matul l-użu<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2010/30, fis-sens li tirrigwarda ċirkustanzi reali ta’ użu, ma tikkostitwixxix interpretazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>eċċessivament estensiva<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tal-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva, iżda s-sens innifsu ta’ din il-preċiżazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex imqiegħda inkwistjoni, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, mis-sempliċi ċirkustanza li din il-preċiżazzjoni tista’ wkoll, konsegwentement, tkun intiża li teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-enerġija kkonsmata mill-manifattura, id-distribuzzjoni u r-rimi tal-apparat inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti preċedenti, il-Kummissjoni għaldaqstant kellha l-obbligu, sabiex ma tmurx kontra element essenzjali tad-Direttiva 2010/30, li tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tar-regolament kontenzjuż, metodu ta’ kalkolu li jippermetti li titkejjel il-prestazzjoni enerġetika tal-vacuum cleaners f’ċirkustanzi kemm jista’ jkun simili għall-kundizzjonijiet reali ta’ użu, li jirrikjedi li l-kontenitur<?PAGE NO="12"?> tal-vacuum cleaner ikun mimli sa ċertu livell, madankollu fid-dawl tal-eżiġenzi marbuta mal-validità xjentifika tar-riżultati miksuba u mal-eżattezza tal-informazzjoni pprovduta lill-konsumaturi hekk kif jissemmew b’mod partikolari fil-premessa 5 u fl-Artikolu 5(b) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, fil-punt 46 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali aċċettat li t-testijiet b’kontenitur vojt jistgħu ma jirriflettux il-kundizzjonijiet normali ta’ użu tal-vacuum cleaners, sa fejn testijiet bħal dawn ma jieħdux inkunsiderazzjoni l-akkumulazzjoni ta’ trab fil-kontenituri ta’ ċerti tipi ta’ vacuum cleaners, liema fatt ma ġiex ikkontestat mill-Kummissjoni, hekk kif jirriżulta mill-punti 98 u 99 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Huwa minnu li fil-punti 47 sa 54 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet din il-konstatazzjoni bil-fatt li ebda metodu ta’ kejl ibbażat fuq testijiet permezz ta’ kontenituri mimlija ma huwa riproduċibbli. Il-Kummissjoni ssostni l-istess argument quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, mill-punti 34 sa 43 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, sabiex waslet għal konklużjoni bħal din, il-Qorti Ġenerali wettqet żnaturament tal-fatti u marret kontra l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, fejn għaldaqstant il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tibbaża lilha nnifisha, sabiex twettaq sostituzzjoni ta’ motivi, fuq din l-evalwazzjoni fattwali, li ma ġietx stabbilita b’mod validu mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-ewwel aggravju għandu jiġi ddikjarat fondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Dyson tqis li l-Qorti Ġenerali marret kontra r-rekwiżit ta’ proporzjonalità, inerenti għall-istħarriġ tal-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, billi qieset li r-regolament kontenzjuż seta’ jittratta vacuum cleaners li jużaw teknoloġiji differenti bl-istess mod minħabba li t-testijiet ipprattikati minn Dyson ma kinux jissodisfaw simultanjament il-kriterji ta’ affidabbiltà, ta’ preċiżjoni u ta’ riproduċibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni Dyson ma tispjegax kif l-elaborazzjoni ta’ test b’kontenitur mimli kellha tkun iktar proporzjonata. Il-Kummissjoni ssostni li ma għandhiex obbligu li tipprova li ma seta’ jiġi żviluppat ebda metodu aħjar ta’ testijiet, iżda li għall-kuntrarju hija Dyson li għandha tipprova li kien jeżisti metodu ta’ ttestjar iktar xieraq, liema ħaġa ma għamlitx skont il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt aggravju tagħha, Dyson tilmenta, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali marret kontra, fil-punt 110 tas-sentenza appellata, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi qieset li r-regolament kontenzjuż seta’ jittratta vacuum cleaners li jużaw teknoloġiji differenti bl-istess mod, minħabba li l-metodi ta’ kalkolu tal-prestazzjoni enerġetika tal-vacuum cleaners, ibbażati fuq testijiet imwettqa permezz ta’ kontenituri mimlija, ma kinux riproduċibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fil-punt 109 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali enfasizzat li hija kienet ikkonstatat preċedentement li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>it-testijiet magħmula b’kontenitur parzjalment mimli, fihom infushom ma [kinux ġew] suġġetti għal testijiet <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>ċirkolari<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/> bejn laboratorji, b’mod li r-riproduċibbiltà tagħhom setgħet tiġi kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-punt 110 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeduċiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>l-fatt li t-testijiet irrakkomandati mir-rikorrenti ma jissodisfawx, b’mod simultanju, il-kriterji ta’ affidabbiltà, ta’ preċiżjoni u ta’ riproduċibbiltà jikkostitwixxi raġuni oġġettiva li tiġġustifika trattament uniformi ta’ vacuum cleaners li<?PAGE NO="13"?> jużaw teknoloġiji differenti, jiġifieri tal-vacuum cleaners <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>bil-borża<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="2019" ID="QE0038"/> u tal-vacuum cleaners <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>mingħajr borża<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="2019" ID="QE0039"/><QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Ebda ġustifikazzjoni oħra ma ngħatat mill-Qorti Ġenerali sabiex tivvalida l-identiċità ta’ trattament ikkontestat minn Dyson.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Għalhekk is-sempliċi ġustifikazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali għat-trattament identiku riżervat, mir-regolament kontenzjuż, għall-vacuum cleaners <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>bil-borża<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>mingħajr borża<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> tistrieħ fuq konstatazzjoni fattwali li ma ġietx validament stabbilita mill-Qorti Ġenerali, għar-raġunijiet esposti fil-punti 34 sa 43 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sitt aggravju għandu jiġi ddikjarat fondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet aggravji kif ukoll fuq l-ewwel tliet partijiet tal-ħames aggravju</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u t-tielet aggravji tagħha, Dyson tilmenta rispettivament li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat, fil-punti 58 u 59 tas-sentenza appellata, il-portata tas-setgħa ddelegata tal-Kummissjoni, u li marret kontra d-drittijiet tad-difiża tagħha, fid-dawl ta’ dak li huwa sostnut fil-punti 50 u 51 tas-sentenza appellata. Permezz tal-ewwel tliet partijiet tal-ħames aggravju tagħha, Dyson tilmenta li l-Qorti Ġenerali ma mmotivatx suffiċjentement il-konstatazzjonijiet magħmula fil-punti 36, 37, 52 u 67 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Madankollu peress li l-eżami tat-tieni u tat-tielet aggravji kif ukoll tal-ewwel tliet partijiet tal-ħames aggravju ma jistgħux iwasslu għal annullament usa’ tas-sentenza appellata minn dak li jirriżulta wara li ntlaqgħu l-ewwel, ir-raba’ u s-sitt aggravji, ma hemmx lok li dawn jiġu eżaminati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fid-dawl tan-natura fondata tal-ewwel, ir-raba’ u s-sitt aggravji, kif ukoll tar-raba’ parti tal-ħames aggravju, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata sa fejn, permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ewwel parti tal-ewwel motiv u t-tielet motiv invokati fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ jew hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hija ma tinsabx f’pożizzjoni li tagħti deċiżjoni fuq il-mertu fir-rigward tal-ewwel parti tal-ewwel motiv kif ukoll tat-tielet motiv invokati fl-ewwel istanza. Fil-fatt, l-eżami ta’ din il-parti u ta’ dan il-motiv jimplika evalwazzjonijiet fattwali li jirrigwardaw, b’mod prinċipali, il-kwistjoni tan-natura riproduċibbli jew le tal-metodu Cenelec, li ma kinux suġġetti għal evalwazzjoni korretta mill-Qorti Ġenerali u li ma ġewx iddibattuti b’mod sħiħ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li l-kawża tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar l-ewwel parti tal-ewwel motiv u dwar it-tielet motiv invokati fl-ewwel istanza, u l-ispejjeż jiġu rriżervati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151111">11 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Dyson vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑544/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:836">EU:T:2015:836</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) hija annullata sa fejn ċaħdet l-ewwel parti tal-ewwel motiv u t-tielet motiv invokati fl-ewwel istanza.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="14"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar l-ewwel parti tal-ewwel motiv u t-tielet motiv invokati fl-ewwel istanza.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>