32004D0374



Official Journal L 118 , 23/04/2004 P. 0070 - 0071


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-13 ta’ April 2004

li tissospendi l-bejgħ fis-suq u l-importazzjoni ta’ ġelli f’mini-cups li jkollhom additiv ta’ l-ikel E 400, E 401, E 402, E 403, E 404, E 405, E 406, E 407, E 407a, E 410, E 412, E 413, E 414, E 415, E 417 u/jew E 418

(notifikata bid-dokument numru Ċ(2004) 1401)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/374/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li stabbilixxa l-Awtorità Europea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel li stabbiliet proċeduri f’materji ta’ sigurtà ta’ l-ikel [1] kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 [2], u b’ mod partikolari Artikolu 53(1) tiegħu,

Billi:

(1) Taħt Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-bejgħ fis-suq jew l-użu ta’ ikel li x’ aktarx jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa umana, meta tali riskju ma jistax jiġi mrażżan b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati membri konċernati.

(2) Id-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Frar 1995 dwar additivi fl-ikel għajr għal kuluri u sweeteners [3], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 [4], tawtorizza l-użu ta’ additivi ta’l-ikel E 400 l-aċidu alġiniku, E 401 is-sodium alginate, E 402 il-potassium alginate, E 403 l-ammonium alginate, E 404 il-calcium alginate, E 405 il-propane 1,2-diol alginate, E 406 l-agar, E 407 il-carrageenan, E 407a l-euchema algi pproċessata, E 410 il-gum tal-ħarrub, E 412 il-guar gum, E 413 it-tragacanth, E 414 l-acacia gum, E 415 ix-xanthan gum, E 417 it-tara gum u/jew E 418 il-gellan gum fl-ikel taħt ċerti kondizzjonijiet.

(3) Diversi Stati Membri ħadu miżuri biex jipprojbixxu temporanjament l-bejgħ fis-suq jew l-importazzjoni ta’ ħelu tal-ġelli ta’ konsistenza soda, li jkun fi f’mini-cups semi riġidi jew mini kapsuli, maħsuba biex jiġu mittiekla f’gidma waħda billi tiġi eżerċitata pressjoni fuq il-mini-cup jew il-mini-kapsula biex tipproġetta l-ħelu fil-ħalq u li jkollu derivattivi miksuba mill-algae tal-baħar u/jew minn ċerti gums hawnhekk iżjed "il quddiem imsejħa ġelli f’mini-cups. L-Istati Membri konċernati ħadu dawn il-miżuri billi dawn il-ġelli f’mini-cups jikkombinaw diversi fatturi ta’ riskju minħabba l-konsistenza tagħhom ,l-għamla, d-daqs u l-mod kif jiġu mittiekla, billi joħolqu r-riskju li jeħlu fil-gerżuma u jikkawżaw li persuna tista’ tifga. Il-Kummissjoni kienet informata b’dawn il-miżuri."

(4) Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri flimkien mal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentarja u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

(5) A-bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri li adottaw miżuri f’livell nazzjonali, jista’ jiġi konkluż illi l-ġelli f’mini -cups li jkollhom additivi miksuba minn alġi u/jew ċerti gums jikkostitwixxu riskju għall-ħajja. Anki jekk l-għamla, d-daqs u l-mod kif jittieklu huma l-kawża prinċipali, r-riskju joriġina wkoll mill-proprjetajiet kimiċi u fiżiċi ta’ dawn l-additivi li jikkontribwixxu biex il-ġelli f’mini-cups jikkostitwixxu riskju serju għas-saħħa tal-bniedem.

(6) Fil-każ prezenti, twissija permezz ta’ tikkettjar ma tkunx biżżejjed biex tipproteġi s-saħħa umana, speċjalment in-rigward tat-tfal.

(7) Miżuri li jkopru l-Komunità kollha huma meħtieġa sabiex jipprovdu protezzjoni adekwata lis-saħħa umana minħabba d-disparità fil-miżuri mittieħda minn xi Stati Membri u l-fatt li Stati Membri oħra ma ħadu l-ebda miżuri.

(8) Jinħtieġ li jiġi sospiż il-bejgħ fis-suq ta’ ġelli tal-mini-cups li jkollhom wieħed jew aktar ta’ l-additivi ta’ l-ikel E 400, E 401, E 402, E 403, E 404, E 405, E 406, E 407, E 407a, E 410, E 412, E 413, E 414, E 415, E 417 u/jew E 418 u l-użu ta’ dawn l-additivi f’ġelli tal-mini-cups u l-importazzjoni ta’ ġelli f’mini-cups li jkollhom dawn l-additivi sabiex is-saħħa umana tiġi protetta.

(9) Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurta ta’ l-Ikel f’din il-materja billi hija ta’ relevanza għas-saħħa pubblika u, a-bażi ta’ l-opinjoni xjentifika ta’ l-Awtorità, tirrevedi d-deċiżjoni preżenti u teżamina jekk hemmx il-ħtieġa li tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill xi emenda għad-Directive 95/2/KE.

(10) Il-miżuri maħsuba f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentarja u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għal għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ġelli tal-mini-cups tfisser ħelu tal-ġelli ta’ konsistenza soda, mqiegħed f’mini-cups semi-rigidi jew mini-kapsuli, intiżi biex jiġu mittiekla f’gidma waħda billi tiġi eżerċitata pressjoni fuq il-mini cup jew mini-kapsula biex il-ħelu jiġi proġettat fil-ħalq u li jkollu additiv ta’ l-ikel magħmulin mill-alġi tal-baħar u/jew minn ċerti gums.

Artikolu 2

1. Il-bejħ fis-suq ta’ ġelli f’mini-cups li jkollhom l-E 400 l-aċidu alġiniku, E 401 sodium alginate, E 402 potassium alginate, E 403 ammonium alginate, E 404 calcium alginate, E 405 propane 1,2-diol alginate, E 406 agar, E 407 chondrus crispus, E 407a l-euchema alġi proċessati, E 410 il-gum tal-ħarrub, E 412 il-guar gum, E 413 tragacanth, E 414 acacia gum, E 415 xanthan gum, E 417 tara gum u/jew E 418 gellan gum hu sospiż.

2. L-użu ta’ l-E 400 aċidu alġiniku, E 401 sodium alginate, E 402 potassium alginate, E 403 ammonium alginate, E 404 calcium alginate, E 405 propane 1,2-diol alginate, E 406 agar, E 407 carregeenan, E 407a euchema alġi proċessata, E 410 il-gum tal-ħarrub, E 412 guar gum, E 413 tragacanth, E 414 acacia gum, E 415 xanthan gum, E 417 tara gum u/jew E 418 gellan gum f’ġelli mini-cups hu sospiż.

3. L-importazzjoni ta’ mini-cups tal-ġelli li jkollhom l-E 400 l-aċidu alġiniku, E 401 is-sodium alginate, E 402 il-potassium alginate, E 403 l-ammonium alginate, E 404 il-calcium alginate, E 405 il-propane 1,2-diol alginate, E 406 l-agar, E 407 il-carrageenan, E 407a l-euchema alġi pproċessata, E 410 il-gum tal-ħarrub, E 412 il-guar gum, E 413 it-tragacanth, E 414 l-acacia gum, E 415 ix-xanthan gum, E 417 it-tara gum u/jew l-E 418 il-gellan gum hija sospiża.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ April 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 31, 01.02.02, p. 1.

[2] ĠU L 245, 29.09.03, p. 4.

[3] ĠU L 61, 18.03.95, p. 1.

[4] ĠU L 284, 31.10.03, p. 1.

--------------------------------------------------