<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-338/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0338</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:683">EU:C:2021:683</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Bobek – Kawża C‑338/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Prokuratura Rejonowa Łódź-Bałuty</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑338/20</HT></P><P>Prokuratura Rejonowa Łódź-Bałuty</P><P><HT TYPE="NORMAL">(Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi (il-Qorti Distrettwali għal Łodzi-Śródmieścia, ta’ Łódź, il-Polonja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Rikonoxximent reċiproku</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet pekunjarji</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI</KEYWORD><KEYWORD>Raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent u għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas li tiġi pprovduta traduzzjoni tad-deċiżjoni li qiegħda tiġi eżegwita</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet lingwistiċi</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ xieraq</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fl-2019, sewwieq b’residenza permanenti fil-Polonja ġie mwaqqaf fil-Pajjiżi l-Baxxi mill-pulizija lokali. Bl-għajnuna ta’ interpretu li jitkellem bil-Pollakk, li ġie kkuntattjat permezz tat-telefon, il-pulizija informat lis-sewwieq li kien kiser il-kodiċi tas-sewqan u li kienet sejra tiġi imposta multa fuqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Imbagħad, l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti fil-Pajjiżi l-Baxxi adottaw id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni pekunjarja u nnotifikaw din id-deċiżjoni lis-sewwieq permezz tal-posta. Minkejja li din id-deċiżjoni ġiet abbozzata bl-Olandiż, ċerta informazzjoni relatata ma’ din id-deċiżjoni ġiet ipprovduta wkoll sommarjament bil-Franċiż, bl-Ingliż u bil-Ġermaniż, flimkien ma’ riferiment għal sit internet b’informazzjoni b’lingwi oħra, inkluż il-Pollakk. Peress li din id-deċiżjoni ma ġietx appellata, din saret definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-proċeduri prinċipali, il-qorti Pollakka li għandha ġurisdizzjoni fuq il-kwistjoni għandha tiddeċiedi dwar rikors mill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar is-sanzjoni. Is-sewwieq jopponiha fuq il-bażi li huwa ma rċeviex verżjoni tradotta ta’ din id-deċiżjoni bil-Pollakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawn, il-qorti Pollakka hija obbligata – skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal‑<DATE ISO="20050224">24 ta’ Frar 2005</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="159M" PAGE.FIRST="256" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 159M, p. 256</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> – sabiex tirrikonoxxi u tordna<?PAGE NO="2"?> l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni? Inkella, din il-qorti għandha topponi r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni minħabba ksur tad-dritt tas-sewwieq għal smigħ xieraq? Din hija, essenzjalment, id-domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja f’dawn il-proċeduri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-premessi 2 u 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 jistabbilixxu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(2)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għandu japplika għal penali finanzjarji mposti minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi sabiex jiġi faċilitat l-infurzar ta’ tali penali fi Stat Membru li ma jkunx dak l-Istat li fih ġew imposti l-penali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tkopri wkoll penali finanzjarji mposti għal reati tat-traffiku tat-triq.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprevedi li, għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni qafas:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser deċiżjoni finali li teħtieġ il-ħlas ta’ penali finanzjarja minn persuna fiżika jew ġuridika fejn id-deċiżjoni ttieħdet minn:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>awtorità ta’ l-Istat emittenti li ma tkunx qorti, fir-rigward ta’ reat kriminali skond il-liġi ta’ l-Istat emittenti, sakemm il-persuna konċernata kellha l-opportunità li jkollha l-każ deċiż minn qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>penali finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser l-obbligu ta’ ħlas ta’:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>somma ta’ flus imposta b’deċiżjoni wara kundanna fuq reat;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, jindika l-kamp ta’ applikazzjoni u jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Ir-reati li ġejjin, jekk huma kastigabbli fl-Istat emittenti u kif inhuma definiti mill-liġi ta’ l-Istat emittenti, għandhom, skond l-istipulazzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru u mingħajr verifikazzjoni tal-kriminalità doppja ta’ l-att, jagħtu lok għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>kondotta li tikser ir-regolamenti tat-traffiku tat-triq, inklużi l-ksur tar-regolamenti dwar il-ħinijiet ta’ sewqan u ta’ mistrieħ u tar-regolamenti dwar merkanzija perikoluża,</P></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>[l]-awtoritajiet kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandhom jirrikonoxxu deċiżjoni li ġiet trasmessa skond l-Artikolu 4 mingħajr ma tkun neċessarja kwalunkwe formalità oħra u għandhom minnufiħ jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-esekuzzjoni tagħha, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix tinvoka waħda mir-raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent jew nuqqas ta’ esekuzzjoni previsti fl-Artikolu 7<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(3) ta’ din id-deċiżjoni qafas, li jikkonċerna r-raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent u għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2(ċ) u (g), qabel ma tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix jew li ma tesegwix deċiżjoni, kompletament jew parzjalment, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tikkonsulta ma’ l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezzi xierqa, u għandha, fejn xieraq, titlobha biex tforni kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(3) ta’ din id-deċiżjoni qafas jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>[k]ull Stat Membru jista’ jopponi r-rikonoxximent u l-esekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fejn iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 4 jagħti lok għal kwistjoni dwar il-possibbiltà ta’ ksur tad-drittijiet fondamentali jew tal-prinċipji legali fondamentali kif professati fl-Artikolu 6 tat-Trattat. Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(3) għandha tapplika<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 611fg(1)(9) tal-Kodeks Postępowania Karnego (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) jippermetti lill-qrati Pollakki li jiċħdu l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni finali dwar sanzjonijiet pekunjarji jekk il-kontenut taċ-ċertifikat juri li l-persuna kkonċernata bid-deċiżjoni ma tkunx ġiet debitament informata bil-possibbiltà li tappella minn din id-deċiżjoni u d-dritt tiegħu jew tagħha li tagħmel dan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Is-Centraal Justitieel Incassobureau (l-Aġenzija Ċentrali għall-Ġbir tal-Multi, il-Pajjiżi l-Baxxi) (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>CJIB<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) hija l-awtorità amministrattiva ċentrali responsabbli għall-ġbir u l-irkupru ta’ talbiet li jirriżultaw minn avviżi ta’ sanzjonijiet maħruġa b’rabta ma’ ksur imwettaq fit-territorju tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi. Avviż ta’ sanzjoni maħruġ miċ-CJIB jista’ jiġi appellat quddiem l-officier van justitie (l-Uffiċċju tal-Prosekutur, il-Pajjiżi l-Baxxi) fi żmien sitt ġimgħat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċeduri nazzjonali u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, D.P. – ċittadin u resident Pollakk – ġie mwaqqaf fil-Pajjiżi l-Baxxi mill-pulizija lokali. Bl-għajnuna ta’ interpretu li jitkellem bil-Pollakk, li ġie kkuntattjat permezz tat-telefon (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>tolkentelefoon<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), il-pulizija informaw lis-sewwieq, bil-Pollakk, li ġie mwettaq ksur tal-kodiċi tas-sewqan peress li l-vettura kienet qiegħda tinstaq b’żewġ tajers li ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-profil. Il-pulizija informaw ukoll lis-sewwieq li kienet sejra tiġi imposta fuqu multa ta’ EUR 210, li kellu d-dritt jibqa’ sieket, li kellu d-dritt għall-informazzjoni u traduzzjoni, u, finalment, tawh spjegazzjoni dwar il-mezzi sabiex jikkontesta l-multa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20190722">22 ta’ Lulju 2019</DATE>, id-deċiżjoni li imponiet il-multa (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) ġiet adottata u nnotifikata miċ-CJIB lis-sewwieq bil-posta. Din id-deċiżjoni kienet redatta bl-Olandiż, iżda kienet akkumpanjata minn (i) traduzzjoni bil-Franċiż, l-Ingliż u l-Ġermaniż tal-elementi prinċipali tagħha, u (ii) riferiment b’dawn il-lingwi għas-sit internet taċ-CJIB li jinkludi, bil-Pollakk ukoll, informazzjoni dwar, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-mezzi disponibbli sabiex tiġi kkontestata d-deċiżjoni jew sabiex wieħed ifittex iktar informazzjoni miċ-CJIB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata saret definittiva f’Settembru 2019 peress li ma kinitx ġiet appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, is-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi (il-Qorti Distrettwali għal Łodzi-Śródmieścia, ta’ Łódź, il-Polonja) irċeviet rikors miċ-CJIB għall-eżekuzzjoni tas-sanzjoni pekunjarja imposta fuq is-sewwieq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Din il-qorti talbet liċ-CJIB sabiex tindika jekk id-deċiżjoni kkontestata ġietx ikkonsenjata lil D.P. flimkien ma’ traduzzjoni tagħha bil-Pollakk. Iċ-CJIB wieġbet fin-negattiv. Quddiem il-qorti tar-rinviju, D.P. ikkonferma li, f’Novembru/Diċembru 2019, huwa kien irċieva ittra mill-Pajjiżi l-Baxxi. Madankollu, is-sewwieq sostna li huwa ma kienx kapaċi jifhem il-kontenut tal-ittra minħabba li ma kinitx tinkludi informazzjoni bil-Pollakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20200707">7 ta’ Lulju 2020</DATE>, b’dubji dwar l-interpretazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, is-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi (il-Qorti Distrettwali għal Łodzi-Śródmieścia, ta’ Łódź) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>In-notifika lill-persuna kkundannata ta’ deċiżjoni li timponi sanzjoni pekunjarja mingħajr ma tiġi pprovduta t-traduzzjoni tagħha f’lingwa li tinftiehem mill-persuna li lilha hija indirizzata tagħti dritt lill-awtorità tal-Istat responsabbli mill-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni tiċħad l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 20(3) tad-Deċiżjoni Qafas [2005/214] minħabba ksur tad-dritt għal smigħ xieraq?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mill-Prokuratura Rejonowa Łódź-Bałuty (il-Prosekutur Reġjonali ta’ Łódź, il-Polonja), il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi u dak tal-Polonja, kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Dawn il-partijiet wieġbu wkoll bil-miktub għall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 (u, b’mod partikolari, l-Artikolu 20(3) tagħha) għandhomx jiġu interpretati li jippermettu lil qorti nazzjonali tal-Istat ta’ eżekuzzjoni sabiex topponi r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni finali adottata mill-Istat li ta d-deċiżjoni li teħtieġ li sanzjoni pekunjarja tiġi mħallsa minn individwu (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>deċiżjoni ta’ sanzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), fejn dan l-individwu ma ġiex innotifikat bi traduzzjoni ta’ din id-deċiżjoni f’lingwa li hu jew hi jifhmu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet, wara xi rimarki preliminari intiżi li jiċċaraw id-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni Ewropea (A), sejjer nittratta l-kwistjoni mqajma mid-domanda preliminari: individwu huwa intitolat jirċievi, skont id-Deċiżjoni Qafas 2005/214, traduzzjoni tad-deċiżjoni li qiegħda tiġi mfittxija l-eżekuzzjoni tagħha? (B)</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Rimarki preliminari: il-qafas ġuridiku rilevanti</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Qabelxejn, jista’ jkun utli li jiġi ċċarat il-qafas ġuridiku applikabbli għall-kawża inkwistjoni fil-proċeduri prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, id-deċiżjoni ta’ sanzjoni kienet, skont id-dritt nazzjonali, ir-riżultat ta’ proċedura li inkludiet żewġ stadji: stadju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>orali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> li seħħ, bl-għajnuna ta’ interpretu, matul il-verifika fit-triq li twettqet mill-pulizija, u stadju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>bil-miktub<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li seħħ diversi ġimgħat iktar tard quddiem iċ-CJIB. Id-deċiżjoni, li qiegħda tintalab l-eżekuzzjoni tagħha f’din il-kawża, hija għaldaqstant, dik mibgħuta lis-sewwieq b’posta elettronika, redatta bl-Olandiż, iżda b’sommarju tal-informazzjoni pprovdut bil-Franċiż, bl-Ingliż u bil-Ġermaniż, kif ukoll dettalji sabiex jiġi aċċessat is-sit internet taċ-CJIB fejn setgħet tinstab iktar informazzjoni, inkluż informazzjoni pprovduta bil-Pollakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Proċedura (imħallta) bħal din hija pjuttost differenti mill-forma tal-proċedura mwettqa oralment u kompletament fil-pront, quddiem il-pulizija. Sabiex nipprovdi eżempju ta’ dan, wieħed jista’ jimmaġina sewwieq li jitwaqqaf immedjatament wara li jwettaq reat tat-traffiku (pereżempju, saq b’veloċità eċċessiva jew li ma waqafx meta s-sinjal tad-dawl tat-traffiku kien aħmar), li jaċċetta l-ksur osservat mill-pulizija u jingħata perijodu ta’ żmien sabiex iħallas is-sanzjoni mogħtija. F’dan ix-xenarju, il-proċedura sseħħ kompletament fil-preżenza tas-sewwieq, u d-deċiżjoni ta’ sanzjoni – jiġifieri, l-att li jista’ jiġi eżegwit – jiġi adottat dak il-ħin mill-pulizija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Dan ma huwiex il-każ fis-sitwazzjoni inkwistjoni fil-proċeduri prinċipali. F’din il-kawża, nifhem li hija biss id-deċiżjoni finali bil-miktub, maħruġa miċ-CJIB, li, skont id-dritt nazzjonali, tagħlaq il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, x’inhuma d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li huma applikabbli u rilevanti f’dawn il-proċeduri?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tinterpreta d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214. Fil-fatt, din il-leġiżlazzjoni hija applikabbli għal din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ntalbet tirrikonoxxi u teżegwixxi deċiżjoni trażmessa skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214. Id-deċiżjoni li għandha tiġi eżegwita hija, skont l-Artikolu 1(a)(ii) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>deċiżjoni finali li teħtieġ il-ħlas ta’ penali finanzjarja minn persuna fiżika jew ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> li ngħatat minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>awtorità ta’ l-Istat emittenti li ma tkunx qorti, fir-rigward ta’ reat kriminali skond il-liġi ta’ l-Istat emittenti, sakemm il-persuna konċernata kellha l-opportunità li jkollha l-każ deċiż minn qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 jinkludi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>kondotta li tikser ir-regolamenti tat-traffiku tat-triq<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fost il-ksur li, meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet rilevanti, għandu jirriżulta fir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Bil-maqlub, id-Direttiva (UE) 2015/413<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20150311">11 ta’ Marzu 2015</DATE> li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="068" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 68, p. 9</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> u d-Direttiva 2010/64/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE> dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="280" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 280, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> – li ġew imsemmija bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>sorsi ta’ ispirazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> possibbli għall-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 kemm mill-qorti tar-rinviju u wħud mill-partijiet – ma humiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> għal din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2015/413, intiża li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, tapplika biss fir-rigward tal-ksur speċifiku elenkat fl-Artikolu 2 tagħha. Huwa stabbilit li din il-lista ma hijiex eżawrjenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>F’dan ir-rigward, ara <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> l-premessi 7 u 9, u l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2015/413.</P></NOTE>. Il-ksur ta’ regoli li jikkonċernaw rekwiżiti tal-profil tat-tajers ma huwiex inkluż hemm. Barra minn hekk, kif isegwi b’mod partikolari mill-Artikolu 1, l-Artikolu 4(1) u l-premessi 2 u 8 tad-Direttiva 2015/413, l-għan ta’ dan l-istrument huwa li jiżgura l-effettività tal-<HT TYPE="ITALIC">investigazzjoni</HT> ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sigurtà fit-toroq sabiex ikun possibbli li tiġi sussegwentement imposta sanzjoni fuq l-individwi responsabbli. L-<HT TYPE="ITALIC">eżekuzzjoni</HT> ta’ dawn is-sanzjonijiet ma hijiex is-suġġett tad-Direttiva 2015/413.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Imbagħad, sa fejn hija kkonċernata d-Direttiva 2010/64 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, l-Artikolu 1(3) tagħha jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[m]eta l-liġi ta’ Stat Membru tipprovdi għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni fir-rigward ta’ reati żgħar minn awtorità li ma tkunx qorti li jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet kriminali, u l-impożizzjoni ta’ tali sanzjoni tkun tista’ tiġi appellata f’qorti bħal din, din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-<HT TYPE="ITALIC">proċedimenti quddiem dik il-qorti</HT> wara tali appell<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>. Il-premessa 16 tagħmilha ċara li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>reati […] żgħar<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jistgħu jinkludu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/><HT TYPE="ITALIC">reati tat-traffiku</HT> li jitwettqu fuq skala kbira u li jistgħu jiġu stabbiliti wara kontroll tat-traffiku<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Din il-premessa tispjega wkoll li l-leġiżlatura tal-Unjoni kkunsidrat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>[f]’sitwazzjonijiet bħal dawn, ma jkunx raġonevoli li l-awtorità kompetenti tkun rikjesta tiżgura d-drittijiet kollha skont [id-Direttiva 2010/64]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, l-individwu li kontrih intalbet l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma eżerċitax id-dritt tiegħu li jappella minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi. Għalhekk, ma tressqu ebda proċeduri ġudizzjarji, li fihom setgħet tapplika d-Direttiva 2010/64. Anki li kieku kien il-każ, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/64 kienu jkunu applikabbli fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri, mhux dawk li bħalissa jinsabu pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għaldaqstant huwa ċar li s-sitwazzjoni inkwistjoni hija rregolata, sa fejn hija kkonċernata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, (biss) mid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214. Naturalment, jekk din id-deċiżjoni qafas hija applikabbli wkoll mela hekk ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>). F’din il-kawża, id-dritt għal smigħ xieraq, stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, jidher li huwa partikolarment rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-preċedenti, issa sejjer indur għall-kwistjoni prinċipali mqajma minn dawn il-proċeduri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Dritt li persuna tirċievi traduzzjoni tad-deċiżjoni li qiegħda tiġi eżegwita skont id-Deċiżjoni Qafas 2005/214?</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Essenzjalment, id-domanda magħmula tqajjem il-kwistjoni dwar jekk, skont id-Deċiżjoni Qafas 2005/214, id-deċiżjoni ta’ sanzjoni, li qiegħda tiġi mitluba l-eżekuzzjoni tagħha, għandhiex, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, f’ċirkustanzi fejn din id-deċiżjoni ġiet redatta f’lingwa li ma hijiex il-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tkun akkumpanjata minn traduzzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ir-risposta għal din id-domanda għandha tkun fin-negattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>L-ewwel, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 ma jinkludu ebda obbligu espress jew impliċitu sabiex tiġi pprovduta traduzzjoni tad-deċiżjoni oriġinali li qiegħda tiġi mfittxija l-eżekuzzjoni tagħha (1). It-tieni, ma joriġina ebda obbligu ġenerali sabiex tiġi pprovduta traduzzjoni, fil-fehma tiegħi, mill-prinċipji ġenerali tad-dritt jew tad-drittijiet fundamentali li għalihom l-Artikolu 20(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 japplika <HT TYPE="ITALIC">renvoi</HT> (2 u 3).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Biex inkun ċar, dan ma jeskludix li, f’ċerti sitwazzjonijiet, in-nuqqas li tiġi pprovduta traduzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ sanzjoni jista’ potenzjalment jirriżulta fi ksur tad-dritt għal smigħ xieraq tad-destinatarju, fil-kuntest ta’ proċeduri li seħħew fl-Istat li ta d-deċiżjoni, bir-riżultat ta’ ċaħda leġittimu tal-Istat ta’ eżekuzzjoni li jirrikonoxxi u jeżegwixxi din id-deċiżjoni. Dan sempliċement ifisser li l-assenza ta’ traduzzjoni ma tirriżultax <HT TYPE="ITALIC">awtomatikament</HT> fi ksur tad-dritt għal smigħ xieraq. Fil-fatt, il-konstatazzjoni ta’ ksur tad-dritt għal smigħ xieraq tad-destinatarju teħtieġ evalwazzjoni speċifika għall-kawża taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha. F’dan ir-rigward, fl-aħħar parti ta’ dawn il-konklużjonijiet, sejjer nipprova nipprovdi xi gwida lill-qorti tar-rinviju dwar kif għandha twettaq din l-evalwazzjoni f’din il-kawża (4).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-test u l-għan tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>[l]-awtoritajiet kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">għandhom jirrikonoxxu</HT> deċiżjoni li ġiet trasmessa skond l-Artikolu 4 <HT TYPE="ITALIC">mingħajr</HT> ma tkun neċessarja <HT TYPE="ITALIC">kwalunkwe formalità oħra</HT> u <HT TYPE="ITALIC">għandhom minnufiħ jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa</HT> għall-esekuzzjoni tagħha, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix tinvoka waħda mir-raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent jew nuqqas ta’ esekuzzjoni previsti fl-Artikolu 7<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija pjuttost ċara: meta l-awtoritajiet li jagħmlu t-talba josservaw il-formalitajiet stabbiliti f’din id-deċiżjoni qafas, l-awtoritajiet tal-Istat ta’ eżekuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">għandhom</HT>, bħala prinċipju, jirrikonoxxu deċiżjoni u jadottaw il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tagħha. L-awtoritajiet ta’ eżekuzzjoni ma jistgħux jeħtieġu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/><HT TYPE="ITALIC">kwalunkwe formalità oħra</HT><QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> mill-awtoritajiet li jagħmlu t-talba, u <HT TYPE="ITALIC">ma jistgħux</HT> jiċħdu r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni sakemm ma tapplikax waħda minn dawn ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ rikonoxximent u nuqqas ta’ eżekuzzjoni stabbiliti hemm. Dawn ir-raġunijiet huma elenkati fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, u skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tista’ tinsab raġuni oħra għan-nuqqas ta’ rikonoxximent fl-Artikolu 20(3) tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Baláž</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑60/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:733">EU:C:2013:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Centraal Justitieel Incassobureau (Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet pekunjarji)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑671/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1054">EU:C:2019:1054</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, nosserva, l-ewwel, li ebda dispożizzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 ma tinkludi, fost il-formalitajiet li għandhom jiġu osservati mill-awtoritajiet li jagħmlu t-talba, sabiex jitħallew ifittxu r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi sanzjoni pekunjarja fuq individwu, li tiġi pprovduta traduzzjoni ta’ din id-deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 4 tagħha, li huwa d-dispożizzjoni prinċipali dwar il-formalitajiet li għandhom jiġu osservati u d-dokumenti li għandhom jiġu trażmessi.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>It-tieni, nuqqas li tiġi pprovduta traduzzjoni tad-deċiżjoni li qiegħda tiġi eżegwita ma huwiex inkluż fost ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ rikonoxximent u nuqqas ta’ eżekuzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214. Dan huwa partikolarment sinjifikattiv peress li t-tieni paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni jinkludi nuqqasijiet li – bħal dak allegat f’dawn il-proċeduri – jistgħu potenzjalment jaffettwaw l-eżerċizzju tad-dritt ta’ difiża tad-destinatarju. Fost dawk inklużi espressament, wieħed isib, b’mod partikolari, in-nuqqas li l-persuna tingħata informazzjoni adegwata rigward tar-rimedji legali disponibbli (l-Artikolu 7(2)(g)), li l-persuna titressaq quddiem il-qorti kompetenti b’mod xieraq (l-Artikolu 7(2)(i)(i)), jew li l-persuna tiġi nnotifikata bid-deċiżjoni b’mod xieraq (l-Artikolu 7(2)(i)(iii)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jidhirli li l-<HT TYPE="ITALIC">għan</HT> imfittex mid-Deċiżjoni Qafas 2005/214 ma jsostnix interpretazzjoni stretta tal-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-deċiżjoni qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Bħalma enfasizzat il-Qorti tal-Ġustizzja, id-Deċiżjoni Qafas 2005/214 għandha l-għan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>li tistabbilixxi <HT TYPE="ITALIC">mekkaniżmu effettiv</HT> għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni transkonfinali ta’ deċiżjonijiet li jimponu b’mod definittiv sanzjoni pekunjarja fuq persuna fiżika jew ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Baláž</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑60/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:733">EU:C:2013:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Centraal Justitieel Incassobureau (Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet pekunjarji)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑671/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1054">EU:C:2019:1054</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Enfasi miżjuda minni. Ara wkoll, iktar reċentement, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Richard de la Tour in LU</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑136/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:412">EU:C:2021:412</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat ukoll li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li fuqu hija bbażata l-istruttura tad-Deċiżjoni Qafas<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jimplika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>r-raġunijiet għar-rifjut ta’ rikonoxximent jew ta’ eżekuzzjoni [ta’ deċiżjoni trażmessa skont l-Artikolu 4] għandhom jiġu interpretati <HT TYPE="ITALIC">b’mod restrittiv</HT><QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Baláž</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑60/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:733">EU:C:2013:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Centraal Justitieel Incassobureau (Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet pekunjarji)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑671/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1054">EU:C:2019:1054</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Tali konstatazzjonijiet huma konsistenti mar-<HT TYPE="ITALIC">raison d’être</HT> ta’ dan l-istrument: għal għanijiet ta’ eżekuzzjoni, id-deċiżjoni bażi tiġi (metaforikament) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>assorbita<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fid-dokument li, fil-qosor u b’mod skematiku, jagħti sommarju tagħha u jispjegaha: iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, li l-formola standard tiegħu hija mogħtija fl-Anness tagħha. Skont il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka, l-Istat ta’ eżekuzzjoni għandu jafda l-kontenut taċ-ċertifikat, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet għall-kuntrarju. Dan jispjega għaliex l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 jirregola r-rekwiżiti tal-lingwa taċ-ċertifikat, u mhux tad-deċiżjoni bażi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Dan jirrifletti l-approċċ ġenerali segwit mil-leġiżlatur tal-Unjoni f’numru ta’ strumenti adottati f’dan il-qasam. Dawn kollha jinvokaw formola standardizzata jew ċertifikat, anness mal-istrument legali inkwistjoni, li, għall-għanijiet ta’ rikonoxximent u eżekuzzjoni fil-prattika, <HT TYPE="ITALIC">jissostitwixxi</HT> d-deċiżjoni bażi. L-għażla li dawn is-sistemi jiġu bbażati fuq dokument standard li jinkludi l-elementi prinċipali tad-deċiżjoni bażi hija preċiżament intiża sabiex tevita l-problemi u l-kumplessitajiet riżultanti mill-multilingwiżmu tal-Unjoni Ewropea.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 16(2) jidher li għandu sens. Dan jaqra: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>L-esekuzzjoni tad-deċiżjoni tista’ tiġi sospiża għaż-żmien meħtieġ biex tinkiseb it-traduzzjoni tagħha, li għandha titħallas mill-Istat ta’ esekuzzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Din id-dispożizzjoni tikkonferma li, skont id-Deċiżjoni Qafas 2005/214: (i) dak li huwa essenzjali, fl-istadju tal-eżekuzzjoni, huwa l-lingwa taċ-ċertifikat, u (ii) traduzzjoni tad-deċiżjoni oriġinali ma hijiex awtomatikament meħtieġa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jiena tal-fehma li mid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 ma jista’ jirriżulta ebda rekwiżit espress jew impliċitu sabiex individwu jiġi pprovdut bi traduzzjoni sħiħa ta’ din id-deċiżjoni f’lingwa speċifika, liema individwu qiegħda titfittex l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ sanzjoni kontrih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Madankollu, f’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju tindika l-Artikolu 20(3) ta’ din id-deċiżjoni qafas, li skontu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>[k]ull Stat Membru jista’ jopponi r-rikonoxximent u l-esekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fejn iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 4 jagħti lok għal kwistjoni dwar il-possibbiltà ta’ ksur tad-<HT TYPE="ITALIC">drittijiet fondamentali</HT> jew tal-<HT TYPE="ITALIC">prinċipji legali fondamentali</HT> kif professati fl-Artikolu 6 tat-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, in-nuqqas li d-destinatarju jiġi pprovdut bi traduzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata jista’ jirriżulta fi ksur tal-prinċipju ġenerali rigward it-traduzzjoni ta’ dokumenti li huma ta’ preġudizzju għal individwi, minn naħa, u, jirriżultaw fi ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Issa sejjer neżamina dawn il-kwistjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dritt għal traduzzjoni bħala kwistjoni ta’ prinċipju ġuridiku fundamentali tad-dritt tal-Unjoni?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-ewwel, il-qorti tar-rinviju tissuġġerixxi li l-assenza ta’ dispożizzjoni speċifika, fid-Deċiżjoni Qafas 2005/214, dwar is-sistema tal-lingwa tad-deċiżjoni li għandha tiġi eżegwita hija minħabba d-data tal-adozzjoni tagħha, illum pjuttost distanti. Il-qorti tar-rinviju ssostni li r-rieda (attwali) tal-leġiżlatur tal-Unjoni dwar din il-kwistjoni tista’ tiġi dedotta mid-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw rekwiżiti tal-lingwa li ġew inklużi fi strumenti legali iktar reċenti adottati fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tindika d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/64 u d-Direttiva 2015/413, li jinkludu ċerti obbligi fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri sabiex jipprovdu traduzzjoni tad-deċiżjonijiet li tkun qiegħda titfittex l-eżekuzzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Essenzjalment, il-qorti tar-rinviju qiegħda tissuġġerixxi l-estrazzjoni, minn strumenti oħra tad-dritt tal-Unjoni, ta’ prinċipju ġenerali li jkun jeħtieġ lill-awtoritajiet jipproduċu, f’sitwazzjonijiet bħal dawn inkwistjoni, traduzzjoni ta’ kwalunkwe att li għandu effetti negattivi fuq individwu, fil-lingwa materna tiegħu jew tagħha (jew, possibbilment, fi kwalunkwe lingwa oħra li hu jew hi jifhmu).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jikkonvinċinix.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>L-ewwel, f’BV, jiena kelli l-opportunità nispjega għaliex ma nemminx li l-Qrati tal-Unjoni għandhom jagħtu importanza kbira għall-allegat ħsieb leġiżlattiv tal-leġiżlatur meta tali ħsieb ma jkun espress b’mod ċar imkien fil-leġiżlazzjoni adottata u valida. Fil-fehma tiegħi, dak li huwa importanti fl-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni huma l-elementi inklużi fit-test, flimkien mal-ħsieb leġiżlattiv espress fil-preambolu. Bil-maqlub, l-intenzjonijiet u l-ideat attwalment jew allegatament espressi matul il-proċess leġiżlattiv, li madankollu ma jinstabu mkien fit-test tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, ma għandux ikollhom rilevanza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi f’<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>BV</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑129/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:375">EU:C:2020:375</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0117">117</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Dan għandu jkun il-każ <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> fir-rigward tal-allegata intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li għandha tiġi dedotta mhux minn dokumenti li kienu parti mill-proċess leġiżlattiv rilevanti, iżda minn atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni adottati <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> l-adozzjoni tal-att inkwistjoni u, barra minn hekk, li ma humiex relatati miegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>It-tieni, u fi kwalunkwe każ, ma iniex konvint li l-allegata intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni speċifikament li jipprovdi għal traduzzjoni ta’ deċiżjonijiet li jipproduċu effetti negattivi fuq l-individwi tista’ tiġi dedotta minn atti oħra tal-Unjoni. Ħarsa ta’ malajr lejn id-dispożizzjonijiet rilevanti inklużi f’diversi strumenti legali turi li l-leġiżlatur tal-Unjoni, bħala stat ta’ fatt, segwa varjetà ta’ approċċi dwar din il-kwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Pereżempju, id-direttivi tal-Unjoni adottati fil-qasam tal-proċedura kriminali, bir-raġun, jipprovdu livell ta’ protezzjoni ogħla lil individwi suġġetti għal proċeduri. Madankollu, dawn id-direttivi tal-Unjoni ma jurux tendenza uniformi. Id-Direttiva 2010/64 teħtieġ traduzzjoni tad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>dokumenti essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>bil-lingwa materna tal-persuni suspettati jew akkużati jew bi kwalunkwe lingwa oħra li dawn jitkellmu<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Premessa 22 u Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/64.</P></NOTE>. Id-Direttiva 2012/13/UE dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="142" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 142, p. 1</REF.DOC.OJ>). Lanqas din id-direttiva ma tapplika għal din il-kawża. Fil-fatt, l-Artikolu 2(2) jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>[m]eta l-liġi ta’ Stat Membru tipprevedi l-impożizzjoni ta’ sanzjoni rigward reati żgħar minn awtorità li ma tkunx qorti li jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet kriminali, u l-impożizzjoni ta’ din is-sanzjoni tista’ tkun suġġetta għal appell f’tali qorti, din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-proċeduri quddiem dik il-qorti, wara tali appell<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</P></NOTE> teħtieġ li l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>jiżguraw li suspettati jew persuni akkużati, li jiġu arrestati jew detenuti jkunu provduti fil-pront b’Ittra tad-Drittijiet bil-miktub<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Din l-ittra għandha tiġi redatta mill-ġdid <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>b’lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>b’lingwa li jifhmu<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Artikolu 4 tad-Direttiva 2012/13.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jikkonċernaw il-proċeduri kriminali, l-individwi normalment ma jistgħux jiksbu drittijiet tal-lingwa suġġettivi minn strumenti leġiżlattivi tal-Unjoni f’diversi oqsma ta’ regolazzjoni tal-Unjoni. Jekk l-istrumenti leġiżlattivi b’xi mod jindirizzaw kwistjonijiet tal-lingwa, dan normalment jagħmluh bl-għan li jiffaċilitaw l-għajnuna reċiproka bejn l-Istati Membri. Anki jekk is-sitwazzjoni tad-destinatarju tittieħed inkunsiderazzjoni, ma hemm ebda garanzija li hu jew hi sejrin jifhmu d-dokument inkwistjoni, peress li dan id-dokument jista’ jiġi kkonsenjat lilhom, pereżempju, bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn din il-persuna tkun iddomiċiljata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, jew bil-lingwa tal-Istat Membru fejn il-vettura involuta f’reat tat-traffiku tkun irreġistrata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Artikolu 5 tad-Direttiva 2015/413.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fl-Unjoni, bħalissa ma hemm ebda approċċ uniku rigward is-sistema tal-lingwa tad-dokumenti nnotifikati b’mod transkonfinali. Skont is-suġġett speċifiku tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni inkwistjoni, ir-rekwiżit għall-awtoritajiet tal-Istat Membru li jressaq it-talba sabiex jipprovdu dokumenti u/jew informazzjoni bil-lingwa tad-destinatarju tal-att jista’ jkun iktar jew inqas sinjifikattiv. Għalhekk, ma naħsibx li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/64 u d-Direttiva 2015/413 (jew, f’dan ir-rigward, kwalunkwe strument ieħor) jistgħu jiġu interpretati bħala indikattivi ta’ intenzjoni attwali jew ġenerali tal-leġiżlatur tal-Unjoni, li tkun l-istess ħaġa irrispettivament mill-istrument legali kkonċernat – anki bl-assunzjoni (<HT TYPE="ITALIC">quod non</HT>) li din l-intenzjoni hija ermenewtikament rilevanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Jekk xejn, l-oppost huwa minnu. L-interpretazzjoni proposta mill-qorti tar-rinviju tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 jidher li diffiċli tiġi rrikonċiljata mal-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ċari tad-Direttiva 2015/413 u d-Direttiva 2010/64.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Minn naħa, l-estensjoni tar-rekwiżit tat-traduzzjoni għad-deċiżjonijiet kollha li jeżegwixxu sanzjonijiet imposti fir-rigward ta’ <HT TYPE="ITALIC">kwalunkwe</HT> ksur tar-reati tat-traffiku hija ekwivalenti għall-esklużjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2015/413 minn din il-leġiżlazzjoni. Fil-fatt, kif imsemmi fil-punt 30 iktar ’il fuq, il-lista ta’ ksur stabbilit hawn hija eżawrjenti.. Barra minn hekk, l-għan ta’ dan l-istrument huwa differenti minn dak segwit mid-Deċiżjoni Qafas 2005/214, u huwa għalhekk li għandha tiġi eżerċitata kawtela meta jitqabblu dawn iż-żewġ strumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-premessa 16 tad-Direttiva 2010/64 turi li l-leġiżlatur tal-Unjoni kkunsidra li, f’każijiet ta’ reati minuri bħal dawk relatati mat-traffiku, fejn is-sanzjoni tiġi imposta minn awtorità amminsitrattiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>ma jkunx raġonevoli li l-awtorità kompetenti tkun rikjesta tiżgura d-drittijiet<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni inklużi fiha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Għaldaqstant, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Sleutjes – li għaliha wħud mill-partijiet għamlu riferiment – hija irrilevanti f’din il-kawża. F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja sempliċement applikat id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/64 għal kawża li, <HT TYPE="ITALIC">b’differenza minn din il-kawża</HT>, kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva minħabba l-fatt li s-sanzjoni ġiet imposta <HT TYPE="ITALIC">minn organu ġudizzjarju</HT>. Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171012">12 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Sleutjes</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑278/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:757">EU:C:2017:757</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Din id-dikjarazzjoni tissuġġerixxi wkoll li saret għażla ċara, f’dan il-qasam, mil-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>L-argument li skontu d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 għandhom jiġu interpretati fid-dawl ta’ strumenti leġiżlattivi iktar reċenti huwa iktar stramb jekk wieħed jikkunsidra li l-leġiżlatur tal-Unjoni emenda din id-deċiżjoni qafas fl‑2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b’hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta’ persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, mingħajr ma introduċa xi dispożizzjoni speċifika dwar dan il-punt. Il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu opportunità kbira matul id-deċennju ta’ wara dawn l-emendi sabiex jerġa’ jemenda t-test ta’ din id-deċiżjoni qafas, li kieku ried jagħmel hekk. Madankollu, b’mod ċar għażel li ma jagħmilx hekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Biex nikkonkludi dwar dan il-punt, u irrispettivament mill-allegata intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni, ma nista’ nsib ebda prinċipju ġenerali li jkun jeħtieġ lill-awtoritajiet nazzjonali jipproduċu, f’sitwazzjonijiet bħal din inkwistjoni, traduzzjoni ta’ xi att li jkollu effetti negattivi fuq individwu, bil-lingwa materna tiegħu jew tagħha (jew, possibbilment, bi kwalunkwe lingwa oħra li hu jew hi jifhmu).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fuq nota relatata, jiena nara konferma oħra, anki jekk indiretta, tal-assenza ta’ prinċipju ġenerali dwar din il-kwistjoni fid-diversi regoli tal-Unjoni li jikkonċernaw il-konsegwenzi potenzjali li joriġinaw minn nuqqas ta’ komunikazzjoni, b’lingwa partikolari, ta’ att li jkun qiegħed jiġi nnotifikat jew li r-rikonoxximent tiegħu jkun qiegħed jiġi mfittex, jew l-informazzjoni relatata ma’ dan l-att. Fil-fatt, f’ħafna strumenti, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma ppreveda ebda regola speċifika f’dan ir-rigward<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, pereżempju, l-assenza ta’ kwalunkwe dispożizzjoni li tikkonċerna l-konsegwenzi ta’ ksur, mill-awtoritajiet tal-Istat Membru, tal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2015/413, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/64, jew l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2012/13.</P></NOTE>. Fejn għamel hekk, dawn ir-regoli huma kkaratterizzati minn livell sostanzjali ta’ diversità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Qabbel id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas 2005/214 ma’, pereżempju, l-Artikoli 9 u 12 tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20201125">25 ta’ Novembru 2020</DATE> dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (riformulazzjoni) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="405" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 405, p. 40</REF.DOC.OJ>), u mal-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas‑<DATE ISO="20100316">16 ta’ Marzu 2010</DATE> dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="084" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 84, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Għalhekk jidher pjuttost eżaġerat li wieħed jaħseb li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, sempliċement fuq il-bażi tad-dritt għal smigħ xieraq żgurat fl-Artikolu 47 tal-Karta, tislet <HT TYPE="ITALIC">dmir ġenerali</HT> li jeħtieġ lill-awtoritajiet amministrattivi kollha fl-Istati Membri jipproduċu, f’sitwazzjonijiet transkonfinali, traduzzjoni sħiħa ta’ kwalunkwe att li jkollu effetti negattivi fuq individwu fil-lingwa materna tiegħu jew tagħha (jew kwalunkwe lingwa oħra li hu jew hi jifhmu).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Anki d-Direttiva 2010/64 – li, kif imsemmi fil-punti 29 u 32 iktar ’il fuq, ma hijiex applikabbli għal din il-kawża – teħtieġ traduzzjoni sħiħa tad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>dokumenti essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> biss<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara l-Artikolu 3(1) u (2) tagħha.</P></NOTE>. Dan huwa l-każ, irrispettivament mill-fatt li d-Direttiva 2010/64 hija espressament maħsuba sabiex tmur lil hinn mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>istandards minimi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>) u l-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara l-premessa 7 tagħha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>L-oneru impost fuq l-amministrazzjoni nazzjonali b’tali dmir ikun sinjifikattiv u, ta’ sikwit, bla dubju li sproporzjonat. Huwa għalhekk żgur mhux b’kumbinazzjoni, fil-fehma tiegħi, li ma jista’ jinstab ebda obbligu daqstant ġenerali fid-dritt primarju jew sekondarju tal-Unjoni. L-abbozzaturi tat-Trattati u l-leġiżlatur tal-Unjoni konsistentement adottaw approċċ pjuttost kawt u prammatiku fir-rigward tad-drittijiet tal-lingwa. Lil hinn sew mill-problemi prattiċi identifikati iktar ’il fuq, kemm l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma konxji wkoll li l-adozzjoni ta’ regoli dwar lingwi tista’ tinvolvi għażliet li jkunu, xi drabi, politikament u/jew soċjalment delikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Wieħed jista’ wkoll isib l-istess kawtela u prammatiżmu fir-rigward ta’ drittijiet tal-lingwa fil-prattika tal-ġudikatura tal-Unjoni. Pereżempju, meta mitluba sabiex jirrikonoxxu u jipproteġu drittijiet lingwistiċi li joriġinaw mid-dritt tal-Unjoni, il-Qrati tal-Unjoni ħadmu sabiex jiżguraw li l-individwi affettwati jiġu protetti, filwaqt li ħallew lill-awtoritajiet kompetenti ċertu marġni ta’ diskrezzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Iktar fid-dettall, u b’riferimenti speċifiċi għall-ġurisprudenza, ara l-konklużjonijiet tiegħi f’An tAire <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Talmhaíochta Bia agus Mara, Éire agus an tArd-Aighne</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑64/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:14">EU:C:2021:14</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Iktar importanti, ma hemm ebda traċċa fil-ġurisprudenza tal-Unjoni ta’ dmir ġenerali, impost fuq l-amministrazzjoni nazzjonali, sabiex tipproduċi traduzzjoni ta’ xi dokument innotifikat jew eżegwit barra ’l pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie rrilevat, jiena nikkonkludi li, kif inhu d-dritt tal-Unjoni attwalment, ma hemm ebda prinċipju ġenerali li jeħtieġ lill-awtoritajiet amministrattivi kollha fl-Istati Membri sabiex jipproduċu traduzzjoni sħiħa ta’ kwalunkwe att li jkollu effetti negattivi fuq individwu bil-lingwa tiegħu jew tagħha (jew kwalunkwe lingwa oħra li hu jew hi jifhmu).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq fil-proċeduri prinċipali?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni li issa teħtieġ li tiġi kkunsidrata hija jekk in-nuqqas li tiġi prodotta verżjoni tradotta tad-deċiżjoni kkontestata bil-Pollakk (jew lingwa oħra li d-destinatarju seta’ jifhem) <HT TYPE="ITALIC">inevitabbilment</HT> tirriżultax, fil-proċedura amministrattiva oriġinali, fi ksur tad-<HT TYPE="ITALIC">dritt għal smigħ xieraq</HT> stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta, li jaffettwa r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni sussegwenti ta’ din id-deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>F’dan ir-rigward, jista’ jiġi nnotatat ukoll li l-premessa 5 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 tiddikjara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, li d-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fondamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fil-Kapitolu VI tagħha<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> (nota ta’ qiegħ il-paġna mħollija barra). Barra minn hekk, l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 jipprevedi li d-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>Deċiżjoni Kwadru ma għandhiex ikollha l-effett li temenda l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fondamentali u tal-prinċipji legali fondamentali kif professati fl-Artikolu 6 tat-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Jiena ma naħsibx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Jidhirli li l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qorti tal-Ġustizzja jsostnu l-fehma li l-ksur tad-dritt ta’ individwu għal smigħ xieraq, f’kawża bħal din, jiddependi fuq iċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Isegwi mill-Artikolu 6(3) TUE u l-Artikolu 52(3) tal-Karta li l-Artikolu 47 tal-Karta għandu jiġi interpretat u applikat konsistentement mal-Artikolu 6 KEDB (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>dritt għal smigħ xieraq<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Barra minn hekk, huwa stabbilit fl-Ispjegazzjonijiet dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 17</REF.DOC.OJ>), li l-Artikolu 48(2) tal-Karta jikkorrispondi għall-Artikolu 6(3) KEDB u għandu l-istess tifsira u kamp ta’ applikazzjoni bħalu. Ara wkoll is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180605">5 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Kolev <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑612/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:392">EU:C:2018:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Huwa aċċettat b’mod ġenerali mill-partijiet f’dawn il-proċeduri li, fi ħdan it-tieni dispożizzjoni, il-paragrafu 3 – li jikkonċerna lil persuni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>akkużat[i] b’reat kriminali<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> – huwa applikabbli f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Jiena naqbel. Bħalma l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat reċentement f’B<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210622">22 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Latvijas Republikas Saeima (Penalty points)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑439/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:504">EU:C:2021:504</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, <HT TYPE="ITALIC">reati tat-traffiku</HT>, inkluż dawk minuri, ġeneralment jikkostitwixxu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>reati kriminali<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> għall-għanijiet tal-Artikolu 6 KEDB, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom skont id-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tal-Qorti EDB tal‑<DATE ISO="19840221">21 ta’ Frar 1984</DATE>, Öztürk vs Il‑Ġermanja (CE:ECHR:1984:0221JUD000854479, punti 46 sa 54), u d-deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20041019">19 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Falk vs Il‑Pajjiżi l‑Baxxi (CE:ECHR:2004:1019DEC006627301, punt 7). Enfasi miżjuda minni. F’dan is-sens, iktar reċentement, ara wkoll is-sentenza tal-Qorti EDB tat‑<DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE>, Bajčić vs Il‑Kroazja (CE:ECHR:2020:1008JUD006733413, punti 27 u 28).</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-qorti ta’ Strasbourg għamlitha ċara li d-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(3) KEDB għandhom jiġu żgurati fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluż l-<HT TYPE="ITALIC">istadju prekontenzjuż</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti EDB tal‑<DATE ISO="20151020">20 ta’ Ottubru 2015</DATE>, Dvorski vs Il‑Kroazja (CE:ECHR:2015:1020JUD002570311, punt 76 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fost id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>drittijiet minimi<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> li, skont l-Artikolu 6(3) KEDB, għandhom ikunu żgurati lil kull min jiġi akkużat b’reat kriminali, wieħed isib id-dritt <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>li jkun infurmat minnufih, b’lingwa li jifhem u fid-dettal, dwar in-natura u r-raġuni tal-akkuża kontra tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> (punt a). L-informazzoni li għandha tingħata lill-individwu inkwistjoni, b’lingwa li hu jew hi jifhmu, tinkludi – bħalma ċċarat il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – mhux biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>il-motivazzjoni tal-akkuża, jiġifieri l-atti li allegatament huwa wettaq u li fuqhom hija bbażata l-akkuża, iżda anki l-karatterizzazzjoni ġuridika mogħtija lil dawn l-atti<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara s-sentenza tal-Qorti EDB tal‑<DATE ISO="19990325">25 ta’ Marzu 1999</DATE>, Pélissier u Sassi vs Franza (CE:ECHR:1999:0325JUD002544494, punt 51).</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Din l-informazzjoni għandha tkun iddettaljata biżżejjed<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid.</HT></P></NOTE> sabiex tippermetti lill-individwu inkwistjoni jeżerċita d-dritt ta’ difiża tiegħu jew tagħha effettivament u prattikament, b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>billi [j]ressaq lill‑qorti l-verżjoni [tiegħu] tal-fatti<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara s-sentenzi tal-Qorti EDB tal‑<DATE ISO="20090224">24 ta’ Frar 2009</DATE>, Protopapa vs It‑Turkija (CE:ECHR:2009:0224JUD001608490, punt 80), u tad‑<DATE ISO="19891219">19 ta’ Diċembru 1989</DATE>, Kamasinski vs L‑Awstrija (CE:ECHR:1989:1219JUD000978382, punt 74).</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Madankollu, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem indikat li l-adegwatezza tal-informazzjoni ma tistax tiġi stabbilita fl-astratt, iżda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>tvarja skont iċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull kawża<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tal-Qorti EDB tal‑<DATE ISO="20000725">25 ta’ Lulju 2000</DATE>, Mattoccia vs L‑Italja (CE:ECHR:2000:0725JUD002396994, punt 60).</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Rigward, b’mod iktar speċifiku, il-<HT TYPE="ITALIC">lingwa</HT> li biha l-informazzjoni għandha tingħata, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ikkonkludiet li din ma għandhiex neċessarjament tkun il-lingwa materna tal-individwu inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti EDB tat‑<DATE ISO="20180828">28 ta’ Awwissu 2018</DATE>, Vizgirda vs Is‑Slovenja (CE:ECHR:2018:0828JUD005986808, punt 90).</P></NOTE>. Din tista’ tkun, b’mod partikolari, il-lingwa tal-Istat Membru fejn iseħħu l-proċeduri, sakemm il-persuna inkwistjoni għandha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>għarfien suffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] ta’ din il-lingwa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti EDB tad‑<DATE ISO="19891219">19 ta’ Diċembru 1989</DATE>, Brozicek vs L‑Italja (CE:ECHR:1989:1219JUD001096484, punt 41).</P></NOTE>. Fin-nuqqas ta’ dan, skont il-formulazzjoni stess tal-Artikolu 6(3) KEDB, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bi <HT TYPE="ITALIC">kwalunkwe</HT> lingwa oħra li l-persuna kapaċi tifhem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti EDB tat‑<DATE ISO="20061018">18 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Hermi vs L‑Italja (CE:ECHR:2006: 1018JUD001811402, punt 68).</P></NOTE>. Il-kmand suffiċjenti tal-lingwa użata għall-komunikazzjoni għandu jiġi evalwat, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fir-rigward tan-natura tar-reat li bih ġie akkużat il-konvenut u l-kumplessità tal-komunikazzjonijiet indirizzati lilu mill-awtoritajiet rilevanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>., punt 71.</P></NOTE>. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom diskrezzjoni wiesgħa sabiex jużaw il-mezzi kkunsidrati l-iktar idonei sabiex jivverifikaw dan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti EDB tat‑<DATE ISO="20180828">28 ta’ Awwissu 2018</DATE>, Vizgirda vs Is‑Slovenja (CE:ECHR:2018:0828JUD005986808, punt 84).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Dwar il-<HT TYPE="ITALIC">mod</HT> li bih l-akkużat għandu jiġi informat bin-natura u r-raġunijiet għall-akkuża magħmula kontrih jew kontriha, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ikkonstatat li l-Artikolu 6(3) KEDB ma jistabbilixxi ebda forma partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara d-deċiżjoni tal-Qorti EDB tas‑<DATE ISO="20040217">17 ta’ Frar 2004</DATE>, Tabaï vs Franza (CE:ECHR:2004:0217DEC007380501, punt 4).</P></NOTE>. L-informazzjoni rilevanti mhux neċessarjament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>tingħata bil-miktub jew tiġi tradotta bil-miktub<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara s-sentenza tal-Qorti EDB tat‑<DATE ISO="20061018">18 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Hermi vs L‑Italja (CE:ECHR:2006:1018JUD0018, punt 68).</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Konsegwentement, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>għajnuna lingwistika orali tista’ tissodisfa r-rekwiżiti tal-Konvenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>., punti 69 u 70.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Sa fejn hija kkonċernata t-<HT TYPE="ITALIC">traduzzjoni</HT> ta’ dokumenti, l-Artikolu 6(3) KEDB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>ma jestendix sal-punt li tista’ tintalab traduzzjoni bil-miktub ta’ kull prova dokumentali jew dokument uffiċjali fil-proċess<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>., punt 70.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fil-qosor, isegwi mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem imsemmija iktar ’il fuq li (i) id-determinazzjoni ta’ ksur tad-dritt għal smigħ xieraq teħtieġ evalwazzjoni każ b’każ, (ii) l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata għandha tkun iddettaljata biżżejjed sabiex tippermetti lill-akkużat jeżerċita d-dritt ta’ difiża tiegħu jew tagħha prattikament u effettivament, (iii) din l-informazzjoni tista’ tingħata bi kwalunkwe lingwa li l-persuna tifhem u, skont il-każ, anki oralment, u (iv) ma hemm ebda bżonn li tiġi pprovduta traduzzjoni bil-miktub tad-dokumenti kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Dawn il-prinċipji – li jeskludu kwalunkwe awtomatiżmu u jindikaw ċerta <HT TYPE="ITALIC">souplesse</HT> – jidhru saħansitra iktar validi fir-rigward ta’ kawżi bħal din. Fil-fatt, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem stess konsistentement irrikonoxxiet li hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>akkużi kriminali<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> ta’ piż differenti u li, f’sitwazzjonijiet li jaqgħu lil hinn mill-qalba tad-dritt kriminali, il-garanziji marbuta mal-aspett<?PAGE NO="15"?> kriminali stabbiliti fl-Artikolu 6(3) KEDB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>ma għandhomx japplikaw neċessarjament fis-saħħa kollha tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti EDB tat‑<DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE>, Jussila vs Il‑Finlandja (CE:ECHR:2006:1123JUD007305301, punt 43).</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Dan huwa l-każ, fil-fehma tiegħi, speċjalment fil-każ ta’ reati tat-traffiku minuri bħal dan inkwistjoni fil-proċeduri prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ir-rekwiżiti tal-flessibbiltà u li sseħħ evalwazzjoni każ b’każ taċ-ċirkustanzi ta’ kull kawża fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">mertu</HT> huma l-konsegwenza neċessarja ta’ twessigħ żejjed tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>reat kriminali<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għall-għanijiet tal-<HT TYPE="ITALIC">ammissibbiltà</HT> skont l-Artikolu 6 KEDB, li bdiet bil-kawża magħrufa sew Engel (sentenza tal-Qorti EDB tat‑<DATE ISO="19760608">8 ta’ Ġunju 1976</DATE>, Engel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (CE:ECHR:1976:0608JUD000510071, punti 80 sa 82)). Jekk anki ksur minuri tal-liġi li jeħtieġ l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet pjuttost ħfief, bħar-reat tat-traffiku f’din il-kawża, jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>kriminali<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, isegwi pjuttost b’mod naturali li, għall-għanijiet tal-evalwazzjoni ta’ allegat ksur tad-drittijiet fundamentali tal-akkużat, isir neċessarju li jkun hemm differenza bejn tipi ta’ reati u gravitajiet varji u din għandha tiġi introdotta mill-ġdid iktar ’il quddiem, sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid xi tip ta’ bilanċ raġonevoli fis-sistema. Hija dikjarazzjoni ta’ dak li huwa ovvju li l-Istati Membri jistgħu leġittimament jiddeċiedu li joffru iktar garanziji (li jistgħu fil-fatt ikunu għaljin għal, u jinvolvu piż amministrattiv għoli fuq, l-amministrazzjoni) lil individwi akkużati b’reati bħal omiċidju jew terroriżmu milli lil individwi li jirċievu biljett tal-parkeġġ jew li jinqabdu b’tajers ta’ profil baxx.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġurisprudenza tal-Unjoni, għandu jiġi indikat li l-Qorti ta-Ġustizzja għad ma kellhiex l-opportunità tipproduċi organu ta’ ġurisprudenza dwar id-dritt għal smigħ xieraq li huwa estensiv u ddettaljat daqs dak żviluppat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Madankollu, fid-deċiżjonijiet tagħha mogħtija sal-lum, il-Qorti tal-Ġustizzja frekwentement u espressament iċċitat is-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem rigward l-Artikolu 6(3) KEDB u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>inkorporat<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> il-prinċipji li joriġinaw minnhom fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Moro</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑646/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:489">EU:C:2019:489</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Covaci</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:686">EU:C:2015:686</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fir-rigward tad-dritt għad-difiża u d-dritt għal rimedju effettiv – li, f’kawża bħal din inkwistjoni, huma neċessarjament marbuta flimkien mad-dritt għal smigħ xieraq – il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet konsistentement: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva għandha tiġi evalwata skont <HT TYPE="ITALIC">iċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ</HT>, b’mod partikolari n-natura tal-att inkwistjoni, il-kuntest tal-adozzjoni tiegħu u r-regoli ġuridiċi li jirregolaw il-qasam ikkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara, fost ħafna, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Sacko</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑348/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:591">EU:C:2017:591</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Huwa importanti li ġie adottat approċċ simili fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-drittijiet tal-akkużat li jirċievi informazzjoni adegwata skont id-Deċiżjoni Qafas 2005/214. Fil-kawża CJIB, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jgawdu ċerta flessibbiltà fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">mod li bih</HT> għandha tiġi kkomunikata din l-informazzjoni. Dak li verament jgħodd huwa li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>n-notifika tkun effettiva u l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża jkun żgurat<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Centraal Justitieel Incassobureau (Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet pekunjarji)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑671/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1054">EU:C:2019:1054</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika fil-kawża speċifika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>., punti 42 u 50.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-preċedenti, jiena marbut nikkonkludi li determinazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ksur ta’ dritt għal smigħ xieraq, f’ċirkustanzi bħal dawn inkwistjoni fil-proċeduri prinċipali, teħtieġ lill-qorti tar-rinviju teżamina ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti tal-kawża sabiex tistabbilixxi jekk l-individwu inkwistjoni kienx kapaċi jikseb, f’lingwa li jifhem, biżżejjed informazzjoni dwar ir-reat li huwa akkużat bih, li tippermettilu jeżerċita d-dritt tiegħu għad-difiża b’mod xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tiegħi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 jidher ukoll li hija kkonfermata mill-formulazzjoni tal-Artikolu 20(3) tagħha, li jippermetti ċ-ċaħda tal-eżekuzzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>fejn <HT TYPE="ITALIC">iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 4</HT> jagħti lok għal kwistjoni dwar<?PAGE NO="16"?> il-possibbiltà ta’ ksur tad-drittijiet fondamentali jew tal-prinċipji legali fondamentali<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Enfasi miżjuda minni. Il-formola standard għaċ-ċertifikat hija, skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, ipprovduta fl-Anness.</P></NOTE>. Din id-dispożizzjoni tissuġġerixxi li ċaħda ma tistax tkun ibbażata fuq raġunijiet astratti jew ġenerali, iżda teħtieġ li l-qorti ta’ eżekuzzjoni tevalwa ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull kawża, kif jirriżultaw mill-proċess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Dwar l-importanza taċ-ċertifikat, ara l-punt 45 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni jidher ukoll li hija iktar konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-prinċipji ta’ rikonoxximent u fiduċja reċiproċi. Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement iddeċidiet li dawn il-prinċipji jeħtieġu li l-Istati Membri, jikkunsidraw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>b’mod partikolari fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja […] ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, li l-Istati Membri l-oħra kollha josservaw id-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Għalhekk, fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>jkunu meħtieġa […] jippreżumu r-rispett tad-drittijiet fundamentali mill-Istati Membri l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>., punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie rrilevat iktar ’il fuq, nikkonkludi li l-fatt li deċiżjoni bħal din inkwistjoni fil-proċedura prinċipali ma ġietx innotifikata lid-destinatarju flimkien ma’ traduzzjoni b’lingwa li seta’ jifhem ma jirriżultax <HT TYPE="ITALIC">inevitabbilment</HT>, fil-proċedura amministrattiva oriġinali, fi ksur ta’ prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni jew fi ksur tad-dritt għal smigħ xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta li għandha tingħata lill-qorti tar-rinviju għandha, fil-fehma tiegħi, tkun li l-Artikolu 20(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 ma jistax jiġi interpretat li jippermetti qorti nazzjonali tiċħad ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sempliċement minħabba li d-deċiżjoni kkontestata ma ġietx tradotta għall-Pollakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 20(3) ta’ din id-deċiżjoni qafas ma tippermettix lil qorti nazzjonali topponi r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni jekk, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni speċifika għall-kawża taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti, din tikkonkludi li l-awtoritajiet tal-Istat Membru li ressaq it-talba ma pprovdewx lill-akkużat b’informazzjoni biżżejjed dwar in-natura u l-kawża tal-ksur b’lingwa li hu jew hi setgħu jifhmu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Hija evidentement il-qorti tar-rinviju li għandha twettaq tali evalwazzjoni f’din il-kawża.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara, b’analoġija, id-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160428">28 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Alta Realitat</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑384/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:316">EU:C:2016:316</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> Madankollu, sabiex ngħin lil din il-qorti, sejjer nipprova nipprovdi xi gwida fir-rigward tal-kawża speċifika, fid-dawl tal-informazzjoni magħmula disponibbli lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Din il-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fil-proċess, fil-fehma tiegħi ma huwiex ovvju li fil-fatt kien hemm ksur tad-dritt tas-sewwieq għal smigħ xieraq. Fl-istess ħin, madankollu, wieħed ma jistax kompletament jelimina din il-possibbiltà. Konstatazzjoni f’dan is-sens mill-qorti tar-rinviju għalhekk tkun teħtieġ ċerta prudenza, u evalwazzjoni ddettaljata tas-sitwazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Fis-sottomissjonijiet tiegħu, il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi spjega li, b’mod konformi ma’ proċeduri stabbiliti, il-pulizija lokali informat lis-sewwieq bil-Pollakk, permezz ta’ interpretu kkuntattjat fuq it-telefon, dwar: (i) il-ksur allegat tal-kodiċi tat-traffiku li kien wettaq, (ii)<?PAGE NO="17"?> l-ammont tas-sanzjoni imposta, (iii) id-dritt tiegħu li jibqa’ sieket, (iv) il-possibbiltà li jikkontesta s-sanzjoni imposta fuqu, u (v) id-drittijiet għal għajnuna legali, kif ukoll għal traduzzjoni u interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Madankollu, kif imsemmi fil-punt 24 iktar ’il fuq, id-deċiżjoni li qiegħda tiġi eżegwita f’dawn il-proċeduri ma ġietx adottata mill-pulizija, immedjatament u fuq il-post, fil-preżenza tas-sewwieq (assistit minn interpretu). Din id-deċiżjoni ġiet imħabbra f’dak il-mument biss, u adottata sussegwentement miċ-CJIB. Id-deċiżjoni, redatta bl-Olandiż, imbagħad intbagħtet lis-sewwieq bil-posta, u kienet tinkludi spjegazzjonijiet oħra bil-Franċiż, bl-Ingliż u bil-Ġermaniż, kif ukoll riferiment b’dawn il-lingwi għas-sit internet taċ-CJIB fejn hija pprovduta informazzjoni bil-Pollakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Għalhekk, is-sewwieq seta’ leġittimament iwarrab id-deċiżjoni u l-informazzjoni relatata pprovduta fl-ittra li rċieva mill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi, u validament jinvoka l-injoranza tiegħu dwar id-deċiżjoni li qiegħda tiġi eżegwita?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, naqbel mal-Gvern Pollakk li individwu li jsib ruħu f’sitwazzjoni bħal dik tas-sewwieq ma jistax ikun mistenni attivament li jfittex l-informazzjoni li l-awtoritajiet naqsu li jikkomunikawlu b’lingwa li hu jew hi jistgħu jifhmu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200514">14 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Staatsanwaltschaft Offenburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑615/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:376">EU:C:2020:376</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u l-konklużjonijiet tiegħi f’dik il-kawża (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:9">EU:C:2020:9</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Madankollu, ma nemminx li l-evalwazzjoni f’din il-kawża tista’ verament tieqaf hawn. Hija primarjament ir-responsabbiltà tal-persuni kkonċernati sabiex jeżerċitaw id-diliġenza kollha meħtieġa sabiex jiddefendu l-interessi tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Ara, pereżempju, id-deċiżjoni tal-Qorti EDB tal‑<DATE ISO="20011004">4 ta’ Ottubru 2001</DATE>, Teuschler vs Il‑Ġermanja (CE:ECHR:2001:1004DEC004763699). Din hija manifestazzjoni ta’ prinċipju magħruf sew u ġeneralment irrikonoxxut, sikwit espress bil-massima Latina <HT TYPE="ITALIC">vigilantibus (non dormientibus) iura (succurrunt)</HT>.</P></NOTE>. Barra minn hekk, bħalma l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddikjarat b’mod konsistenti, bħala prinċipju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>la l-ittra u lanqas l-ispirtu tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ma jipprekludu persuna milli tirrinunzja minn jeddha, b’mod espress jew taċitu, għall-intitolament għall-garanziji ta’ smigħ xieraq<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Qorti EDB tal‑<DATE ISO="20090224">24 ta’ Frar 2009</DATE>, Protopapa vs It‑Turkija (CE:ECHR:2009:0224JUD001608490, punti 82 sa 86 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għalhekk għandha tevalwa bir-reqqa s-sitwazzjoni fil-kawża inkwistjoni peress li mhux is-sitwazzjonijiet kollha huma l-istess. B’mod partikolari, nara differenza bejn żewġ tipi ta’ sitwazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Minn naħa, hemm il-proċeduri sħaħ tal-<HT TYPE="ITALIC">in absentia</HT>. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, individwu jista’ fil-fatt jirċievi, kompletament bla mistenni, ittra minn Stat Membru ieħor, b’lingwa li hu jew hi ma jifhmux, rigward allegat ksur tal-liġijiet ta’ dan l-Istat Membru, li hu jew hi ma kellhom ebda preavviż tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hemm sitwazzjonijiet fejn individwu jirċievi ittra minn Stat Membru ieħor wara li diġà jkun ipparteċipa f’xi tip ta’ proċeduri f’dan l-Istat Membru. Tali ittra, minkejja li tkun redatta f’lingwa li hu jew hi ma jifhmux, jidher li tikkonċerna allegat ksur li s-sewwieq diġà kien ġie mgħarraf bih, u li essenzjalment tirrepeti l-informazzjoni li hu jew hi diġà kienu ngħataw dak il-ħin stess.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Jidhirli li ksur tad-dritt għal smigħ xieraq huwa ħafna iktar probabbli fl-ewwel xenarju milli fit-tieni wieħed. Ovvjament, ma jistax jiġi eskluż li, anki fit-tieni xenarju, jista’ jkun hemm ksur tad-drittijiet tad-destinatarju. Dan ikun il-każ, pereżempju, meta d-deċiżjoni finali nnotifikata tvarja, b’xi mod sinjifikattiv, mill-informazzjoni li kienet preċedentement ipprovduta, bir-riżultat ta’ sitwazzjoni fejn l-akkużat jista’ ma jkunx kapaċi jeżerċita d-dritt tiegħu jew tagħha għad-difiża adegwatament. Madankollu, fejn ma hemm ebda differenza sinjifikattiva bejn id-deċiżjoni finali u l-elementi prinċipali li diġà ġew ikkomunikati lid-destinatarju oralment, insibha iktar diffiċli naċċetta l-argument tad-destinatarju li skontu hu jew hi ma kinux kapaċi jifhmu jew jiddeduċu dwar xiex kienet l-ittra li rċevew mill-awtoritajiet barranin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Madankollu, kif ġie spjegat, finalment hija l-qorti tar-rinviju li għandha tagħmel kwalunkwe determinazzjoni f’dan ir-rigward. Essenzjalment, il-qorti nazzjonali għandha tistabbilixxi jekk, minkejja l-fatt li d-deċiżjoni taċ-CJIB ġiet redatta b’lingwa li d-destinatarju ma kienx jifhem, is-sewwieq kien preċedentement irċieva, mingħand il-pulizija, biżżejjed informazzjoni dwar, b’mod partikolari, ir-reat li bih kien akkużat, il-konsegwenzi li rriżultaw minnu, u l-mezzi legali disponibbli lilu sabiex jikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-pulizija. Fi ħdan din l-evalwazzjoni tad-dritt għal smigħ xieraq, għandha tingħata attenzjoni għall-proċeduri kollha fl-Istat Membru li jagħmel it-talba u l-informazzjoni kollha mogħtija lis-sewwieq matul dawn il-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Jekk din il-qorti jkollha xi dubju dwar il-liġijiet applikabbli tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-fatti rilevanti, tista’ tiġi mfittxija l-għajnuna mill-awtoritajiet tal-Istat li ta d-deċiżjoni. Fil-fatt, kif isegwi mill-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 20(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>qabel ma tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix jew li ma tesegwix deċiżjoni, kompletament jew parzjalment, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tikkonsulta ma’ l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezzi xierqa, u għandha, fejn xieraq, titlobha biex tforni kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Kif isegwi mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 7(3) ta’ din id-deċiżjoni qafas, il-konsultazzjoni hija <HT TYPE="ITALIC">mandatorja</HT> u għandha titwettaq <HT TYPE="ITALIC">qabel</HT> il-konsenja ta’ kwalunkwe deċiżjoni li tiċħad, kompletament jew parzjalment, l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ sanzjoni. Wara kollox, din id-dispożizzjoni hija manifestazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u l-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera, li huma l-bażi tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fis-sens li d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 jipprekludu qorti nazzjonali milli topponi r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni finali li teħtieġ il-ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja minn individwu, adottata minn awtorità amministrattiva tal-Istat li ta d-deċiżjoni, sempliċement fuq il-bażi li dan l-individwu ma ġiex innotifikat bi traduzzjoni ta’ din id-deċiżjoni b’lingwa li hu jew hi jifhmu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali tista’, fuq il-bażi tal-Artikolu 20(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, topponi r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni jekk, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni każ b’każ taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti, tasal għall-konklużjoni li l-awtoritajiet tal-Istat Membru li ressaq it-talba ma pprovdewx lill-akkużat b’biżżejjed informazzjoni dwar in-natura u l-kawża tal-ksur b’lingwa li hu jew hi setgħu jifhmu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="19"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi t-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi (il-Qorti Distrettwali għal Łodzi-Śródmieścia, ta’ Łódź, il-Polonja) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI tal‑<DATE ISO="20050224">24 ta’ Frar 2005</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji jipprekludu qorti nazzjonali milli topponi r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni finali li teħtieġ il-ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja minn individwu, adottata minn awtorità amministrattiva tal-Istat li ta d-deċiżjoni, sempliċement fuq il-bażi li dan l-individwu ma ġiex innotifikat bi traduzzjoni ta’ din id-deċiżjoni b’lingwa li hu jew hi jifhmu.</P></ITEM><ITEM><P>Il-qorti nazzjonali tista’, fuq il-bażi tal-Artikolu 20(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, topponi r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni jekk, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni każ b’każ taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti, tasal għall-konklużjoni li l-awtoritajiet tal-Istat Membru li ressaq it-talba ma pprovdewx lill-akkużat b’biżżejjed informazzjoni dwar in-natura u l-kawża tal-ksur b’lingwa li hu jew hi setgħu jifhmu.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>