|
12.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1412
tat-2 ta’ Marzu 2020
dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (11/C) (ex 11/NN) implimentati mill-Italja għal Tirrenia di Navigazione u għall-akkwirent tagħha Compagnia Italiana di Navigazione
(notifikata bid-dokument C(2020) 1110)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fil-5 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ diversi miżuri adottati mill-Italja favur il-kumpaniji tal-ex Tirrenia Group (2) (“id-Deċiżjoni tal-2011”). L-investigazzjoni kienet tikkonċerna fost l-oħrajn il-kumpensi mogħtija lil Tirrenia di Navigazione (“Tirrenia”) għall-operat ta’ numru ta’ rotot marittimi mill-1 ta’ Jannar 2009, u l-proċess ta’ privatizzazzjoni (ara t-taqsima 2.3.3) li rriżulta fl-akkwiżizzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia (ara wkoll il-premessa 27) minn Compagnia Italiana di Navigazione (“CIN”). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-2011 ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri taħt investigazzjoni. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-miżuri soġġetti għal din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand Tirrenia f’Amministrazzjoni Straordinarja (“Tirrenia f’EA”), Pan Med Lines (“Pan Med”), CIN u Grandi Navi Veloci (magħrufa wkoll bħala GNV) (ara t-Taqsima 5). Għaddiethom lill-Italja, li kellha l-opportunità li tirreaġixxi. L-Italja ma bagħtitx kummenti. |
|
(4) |
Fl-10 ta’ Jannar 2012, l-awtoritajiet Taljani nnotifikaw formalment, allegatament għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt, l-abbozz ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku (“Konvenzjonijiet”) li kienu se jiġu konklużi mal-akkwirenti futuri rispettivi tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar u fuq liema bażi se jingħata kumpens lil dawn l-akkwirenti. Fl-24 ta’ Jannar 2012, fl-4 ta’ Frar 2012 u fit-3 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Taljani dwar il-miżuri nnotifikati. Din l-informazzjoni ġiet ipprovduta mill-awtoritajiet Taljani b’ittri tad-9 ta’ Frar 2012, tal-11 ta’ Mejju 2012 u tad-19 ta’ Lulju 2012. Permezz tal-ittra tagħhom datata d-19 ta’ Lulju 2012, l-awtoritajiet Taljani informaw ukoll lill-Kummissjoni li l-Konvenzjoni l-ġdida bejn l-Istat Taljan u CIN kienet ġiet iffirmata ġurnata qabel. |
|
(5) |
Fis-7 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni estendiet il-proċedura ta’ investigazzjoni fost l-oħrajn (ara t-taqsima 2.2) fir-rigward ta’ (i) l-estensjoni illegali tal-għajnuna għas-salvataġġ mogħtija lil Tirrenia u (ii) il-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil CIN skont il-Konvenzjoni l-ġdida konkluża mal-Istat Taljan. Verżjoni emendata (4) ta’ dik id-Deċiżjoni ġiet adottata mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Diċembru 2012 (“id-Deċiżjoni tal-2012”). |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-2012 ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri taħt investigazzjoni. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-miżuri soġġetti għal din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand CIN, Tirrenia f’EA u Pan Med (ara t-taqsima 5). Għaddiethom lill-Italja, li kellha l-opportunità li tirreaġixxi. L-Italja ma bagħtitx kummenti. |
|
(8) |
Fil-5 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni kkuntrattat lil Ecorys Netherlands BV sabiex tipprovdilha stima tal-valur tas-suq tal-assi rilevanti ta’ Tirrenia offruti għall-bejgħ (ara t-taqsima 2.3.3.5) abbażi ta’ żewġ xenarji alternattivi. Ecorys bagħtet ir-rapport finali tagħha fl-4 ta’ Settembru 2013 (“ir-Rapport ta’ Ecorys”). Il-Kummissjoni għaddiet dan ir-rapport lill-Italja fis-27 ta’ Settembru 2013. L-Italja ssottomettiet il-kummenti tagħha dwar ir-Rapport ta’ Ecorys, inkluża kontrovalwazzjoni mill-espert indipendenti tagħha stess Banca Profilo, b’ittra datata s-17 ta’ Diċembru 2013. |
|
(9) |
Bid-deċiżjoni tagħha tat-22 ta’ Jannar 2014 (“id-Deċiżjoni tal-2014”) (6), il-Kummissjoni għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ diversi miżuri adottati mir-Reġjun ta’ Sardinja favur Saremar. L-appell ippreżentat minn Saremar u mir-Reġjun kontra dik id-deċiżjoni ġie miċħud mill-Qorti Ġenerali fl-2017 (7). |
|
(10) |
Fit-12 ta’ Frar 2016, fid-29 ta’ Mejju 2018, fit-18 ta’ Settembru 2018, fl-10 ta’ Ottubru 2018 u fit-22 ta’ Novembru 2018, Grimaldi Euromed S.p.A. (“Grimaldi”) għamlet sottomissjonijiet lill-Kummissjoni kif deskritt fit-taqsima 6. Fuq talba ta’ Grimaldi, fis-17 ta’ Lulju 2018 is-servizzi tal-Kummissjoni ltaqgħu wkoll mar-rappreżentant legali tal-kumpanija. |
|
(11) |
Fil-25 ta’ Jannar 2018, fid-29 ta’ Marzu 2018, u fil-31 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Taljani. L-awtoritajiet Taljani pprovdew din l-informazzjoni fis-26 ta’ April 2018, fil-31 ta’ Mejju 2018, fit-2 ta’ Novembru 2018 u fil-11 ta’ Diċembru 2018. Fit-23 u fl-24 ta’ Jannar 2019, is-servizzi tal-Kummissjoni ltaqgħu mal-awtoritajiet Taljani f’Ruma. Fix-xhur ta’ wara, l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw l-informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Kummissjoni matul din il-laqgħa. |
|
(12) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna biss il-miżuri ta’ għajnuna possibbli lil Tirrenia u lil CIN, kif speċifikat fil-premessa 31. Il-miżuri kollha li jifdal soġġetti għad-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012 qed jiġu investigati separatament taħt il-każijiet SA.32014, SA.32015 u SA.32016 u għalhekk mhumiex koperti minn din id-Deċiżjoni. Għalhekk, dawk il-miżuri li jifdal jikkonċernaw kumpaniji oħra tal-ex Tirrenia Group. |
2. L-ISFOND U D-DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI SOĠĠETTI GĦALL-INVESTIGAZZJONI
2.1. Il-qafas ġenerali
2.1.1. Il-Konvenzjonijiet inizjali
|
(13) |
Tirrenia Group kien tradizzjonalment proprjetà tal-Istat Taljan permezz tal-kumpanija Fintecna (8) u għall-ewwel kien jinkludi sitt kumpaniji, jiġifieri Tirrenia, Adriatica, Caremar, Saremar, Siremar u Toremar. Dawn il-kumpaniji pprovdew servizzi tat-trasport marittimu taħt kuntratti pubbliċi separati ta’ servizz konklużi mal-Istat Taljan fl-1991, li baqgħu fis-seħħ għal għoxrin sena bejn Jannar 1989 u Diċembru 2008 (minn hawn ’il quddiem “il-Konvenzjonijiet inizjali”). Fintecna kellha 100% tal-kapital azzjonarju ta’ Tirrenia li min-naħa tagħha kienet kompletament proprjetà tal-kumpaniji reġjonali Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar. Adriatica, li kienet topera numru ta’ rotot bejn l-Italja u l-Albanija/il-Kroazja/il-Greċja/il-Montenegro, ġiet fuża ma’ Tirrenia fl-2004. |
|
(14) |
L-iskop ta’ dawn il-kuntratti pubbliċi ta’ servizz kien li jiggarantixxu r-regolarità u l-affidabbiltà tas-servizzi tat-trasport marittimu, bil-maġġoranza tagħhom li kienet tgħaqqad lill-Italja kontinentali ma’ Sqallija, ma’ Sardinja u ma’ gżejjer Taljani iżgħar oħra. Għal dan l-għan, l-Istat Taljan ta appoġġ finanzjarju fil-forma ta’ sussidji mħallsa direttamnet lil kull waħda mill-kumpaniji ta’ Tirrenia Group. |
|
(15) |
Tirrenia kienet qed tipprovdi servizzi tat-trasport marittimu fuq numru ta’ rotot imħallta (passiġġieri, karozzi u trakkijiet) kif ukoll fuq ċerti rotot tal-merkanzija, l-aktar bejn l-Italja kontinentali u Sardinja, Sqallija u l-Gżejjer Tremiti, rispettivament, u wkoll bejn Sardinja u Sqallija. Ir-rotot eżatti kkonċernati huma deskritti aktar ’il quddiem. |
|
(16) |
Fis-6 ta’ Awwissu 1999, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward ta’ għajnuna mħallsa fuq il-bażi tal-Konvenzjonijiet inizjali lis-sitt kumpaniji li dak iż-żmien kienu jifformaw Tirrenia Group. |
|
(17) |
Matul il-fażi tal-investigazzjoni, l-awtoritajiet Taljani talbu li l-każ ta’ Tirrenia Group jinqasam sabiex tingħata prijorità għall-ilħuq ta’ deċiżjoni finali dwar Tirrenia. Din it-talba kienet immotivata mill-pjan tal-awtoritajiet Taljani li jipprivatizzaw il-Grupp, billi jibdew b’Tirrenia, u l-intenzjoni tagħhom li jħaffu l-proċess fir-rigward ta’ dik il-kumpanija. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni aderixxiet mat-talba tal-awtoritajiet Taljani, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/851/KE (9) hija għalqet il-proċedura mnedija fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lil Tirrenia (“id-Deċiżjoni tal-2001”). L-għajnuna ġiet iddikjarata kompatibbli soġġetta għal ċerti impenji mill-awtoritajiet Taljani. |
|
(19) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE (10) (“id-Deċiżjoni tal-2004”), adottata fis-16 ta’ Marzu 2004, il-Kummissjoni ddikjarat il-kumpens mogħti mill-Italja lill-kumpaniji ta’ Tirrenia Group minbarra Tirrenia (11) bħala parzjalment kompatibbli mas-suq intern, parzjalment kompatibbli bil-patt li jiġu rrispettati diversi impenji mill-awtoritajiet Taljani, u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern. Id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq data kontabilistika li kienet tkopri mill-1992 sal-2001 u kienet tinkludi ċerti kundizzjonijiet li kellhom l-għan li jiżguraw il-kompatibbiltà tal-kumpens matul id-durata tal-Konvenzjonijiet inizjali. |
|
(20) |
Bis-Sentenza tal-4 ta’ Marzu 2009 fil-Kawżi T-265/04, T-292/04 u T-504/04 (12) (“is-Sentenza tal-2009”) il-Qorti Ġenerali ħassret id-Deċiżjoni tal-2004. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-proċedura li għaddejja wara s-Sentenza tal-2009. |
2.1.2. L-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali
|
(21) |
L-Artikolu 26 tad-Digriet Amministrattiv Nru 207 tat-30 ta’ Diċembru 2008, ikkonvertit fil-Liġi Nru 14 tas-27 ta’ Frar 2009, stabbilixxa l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali (inkluża dik applikabbli għal Tirrenia), li inizjalment kellhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2008, għal sena, sal-31 ta’ Diċembru 2009. |
|
(22) |
L-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv Nru 135 tal-25 ta’ Settembru 2009, ikkonvertit fil-Liġi Nru 166 tal-20 ta’ Novembru 2009 (“il-Liġi tal-2009”), stabbilixxa li, minħabba l-privatizzazzjoni tal-kumpaniji ta’ Tirrenia Group, il-parteċipazzjoni azzjonarja tal-kumpaniji reġjonali (ħlief għal Siremar) tiġi ttrasferita mill-kumpanija omm Tirrenia mingħajr ebda kumpens imħallas kif ġej.
|
|
(23) |
Il-Liġi tal-2009 speċifikat ukoll li sal-31 ta’ Diċembru 2009 kellhom jiġu miftiehma “Konvenzjonijiet” ġodda bejn l-Istat Taljan u Tirrenia u Siremar. Bl-istess mod, is-servizzi reġjonali jiġu inklużi fl-abbozz ta’ “Kuntratti Pubbliċi ta’ Servizz”, li kellu jiġi miftiehem bejn Saremar, Toremar u Caremar mal-awtoritajiet reġjonali sal-31 ta’ Diċembru 2009 (ma’ Sardinja u mat-Toscana) u sat-28 ta’ Frar 2010 (ma’ Campania u ma’ Lazio) rispettivament. L-abbozz tal-Konvenzjonijiet il-ġodda / tal-Kuntratti Pubbliċi ta’ Servizz jiġu offruti f’sejħa għall-offerti mal-kumpaniji nfushom u mbagħad jiġu ffirmati max-xerrejja mal-finalizzazzjoni tal-privatizzazzjoni ta’ kull waħda minn dawk il-kumpaniji (14). |
|
(24) |
Għal dak il-għan, il-Liġi tal-2009 estendiet ulterjorment il-Konvenzjonijiet inizjali (inkluża dik applikabbli għal Tirrenia) mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Settembru 2010. |
|
(25) |
Il-Liġi tal-2009 stabbiliet ukoll limiti massimi ta’ kumpens annwali fissi għall-operat tas-servizzi mill-2010 (taħt l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali kif ukoll taħt il-Konvenzjonijiet il-ġodda u l-Kuntratti Pubbliċi ta’ Servizz), għal ammont totali ta’ EUR 184 942 251, kif ġej: Tabella 1 Limiti massimi tal-kumpens mill-2010
|
|
(26) |
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 163 tal-1 ta’ Ottubru 2010 li tbiddel id-Digriet Amministrattiv Nru 125 tal-5 ta’ Awwissu 2010 (“il-Liġi tal-2010”) stabbilixxa l-estensjoni ulterjuri tal-Konvenzjonijiet inizjali (inkluża dik applikabbli għal Tirrenia) mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-tlestija tal-proċessi ta’ privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u ta’ Siremar. |
2.1.3. Il-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u l-konklużjoni tal-Konvenzjoni l-ġdida
|
(27) |
F’Settembru 2010, tnediet proċedura tal-offerti (ara t-taqsima 2.3.3) sabiex jinstab xerrej għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia flimkien mal-Konvenzjoni l-ġdida għall-provvista ta’ servizzi marittimi fuq perjodu ta’ tmien snin bi skambju għall-kumpens tas-servizz pubbliku. F’dan il-kuntest, issir referenza għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia minflok għal Tirrenia peress li l-proċedura tal-offerti kienet tikkonċerna biss dawk l-assi u l-kuntratti neċessarji sabiex jitwettqu l-obbligi ta’ servizz pubbliku speċifikati f’Konvenzjoni ġdida li għandha tiġi konkluża mal-akkwirent. L-assi li jifdal ta’ Tirrenia, li hija kienet tuża għal skopijiet oħra (bħal bastimenti, proprjetà immobbli u opri tal-arti), kellhom jinbiegħu permezz ta’ proċeduri separati. Barra minn hekk, il-proċedura tal-offerti ma kinitx tikkonċerna l-obbligazzjonijiet ta’ Tirrenia u, għalhekk, l-ebda dejn dovut minn Tirrenia sad-data tal-bejgħ ma ġie ttrasferit lix-xerrej. Sal-lum, Tirrenia f’EA għadha teżisti bħala entità separata għad li bl-iskop primarju li tiġi llikwidata wara li tirrimborża lill-kredituri tagħha. |
|
(28) |
Wara l-offerta ta’ suċċess tagħha fil-proċedura tal-offerti, fil-25 ta’ Lulju 2011 CIN iffirmat il-kuntratt għall-akkwist tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. Il-Konvenzjoni l-ġdida bejn l-Istat Taljan u CIN ġiet iffirmata fit-18 ta’ Lulju 2012. Fuq din il-bażi, is-sjieda tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia ġiet ittrasferita mill-Istat lil CIN fid-19 ta’ Lulju 2012. |
2.2. Il-miżuri fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012
|
(29) |
Il-miżuri li ġejjin kienu soġġetti għal valutazzjoni fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali miftuħa bid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012 (ara wkoll it-taqsima 3):
|
|
(30) |
Bid-Deċiżjoni tagħha tal-2014, il-Kummissjoni għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-miżuri adottati mir-Reġjun ta’ Sardinja favur Saremar imsemmija hawn fuq bħala l-Miżura 7 bl-eċċezzjoni ta’ miżura waħda (17). |
2.3. Deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri soġġetti għal din id-Deċiżjoni
|
(31) |
Din id-Deċiżjoni tittratta biss il-miżuri 1 sa 6 kif elenkati fil-premessa 29. Dawn il-miżuri huma deskritti f’aktar dettall fit-taqsimiet li ġejjin. |
2.3.1. L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn l-Istat u Tirrenia
2.3.1.1.
|
(32) |
L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni inizjali ma’ Tirrenia kien jipprovdi għal pjanijiet ta’ ħames snin sabiex jiġu deskritti l-portijiet li kellhom jiġu servuti, it-tip ta’ bastimenti li kellhom jintużaw u l-frekwenza meħtieġa tas-servizz inkarigat lil Tirrenia. |
|
(33) |
L-Italja informat lill-Kummissjoni li, għal Tirrenia, l-aħħar pjan ta’ ħames snin adottat permezz tad-Digriet Ministerjali tal-20 ta’ Settembru 2001 ikopri l-perjodu 2000-2004. Dan il-pjan jirrifletti bis-sħiħ l-impenji (notevolment it-tnaqqis fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema tas-servizz pubbliku) li ħadet l-Italja fil-kuntest tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2001. Tfassal pjan għall-perjodu 2005-2008 iżda dan qatt ma ġie approvat formalment mill-ministeri kompetenti. Minflok, ittieħdu deċiżjonijiet ad hoc mill-gvern bil-ħsieb li s-servizzi jinġiebu aktar mill-qrib f’konformità mal-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali, mingħajr madankollu ma saru tibdiliet sostantivi fis-sistema tas-servizz pubbliku. L-awtoritajiet Taljani argumentaw li l-ippjanar fit-tul ma kienx għadu possibbli minħabba n-nuqqas ta’ bbaġitjar tal-fondi meħtieġa. Għal din ir-raġuni, it-tibdiliet limitati li saru kienu jikkonċernaw l-aktar it-tnaqqis tas-servizz pubbliku. |
|
(34) |
Fuq il-bażi tal-Konvenzjoni inizjali, kif ġiet estiża u mmodifikata (għal rotot partikolari), Tirrenia operat ir-rotot li ġejjin bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u t-18 ta’ Lulju 2012:
|
2.3.1.2.
|
(35) |
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-kumpens annwali mogħti lil Tirrenia għall-perjodu 2009 - Lulju 2012: Tabella 2 Kumpens mogħti għall-perjodu 2009 – Lulju 2012
|
|
(36) |
Il-Konvenzjoni inizjali tipprovdi għall-kumpens annwali tas-servizz pubbliku li għandu jitħallas kif ġej: pagament inizjali bil-quddiem isir sat-30 ta’ Marzu ta’ kull sena, ekwivalenti għal 70 % tal-kumpens imħallas is-sena ta’ qabel. It-tieni pagament, li jsir sat-30 ta’ Ġunju, huwa ugwali għal 20 % tal-kumpens. Id-differenza bejn l-ammonti mħallsa u d-defiċit bejn il-kostijiet operatorji u d-dħul matul is-sena kurrenti tikkostitwixxi l-bilanċ, li jitħallas sat-30 ta’ Novembru. Jekk kien jirriżulta li Tirrenia tkun irċiviet somma akbar mill-kost nett tas-servizzi pprovduti (dħul nieqes it-telf), din kienet meħtieġa trodd lura d-differenza (24). |
|
(37) |
Kif deskritt aktar ’il fuq (ara l-premessa 34), matul l-eqqel staġun Tirrenia topera r-rotot Genova – Porto Torres, Civitavecchia – Olbia u Napoli – Palermo (mill-2010 ’il quddiem) fuq bażi kummerċjali. Kwalunkwe profitt li tagħmel minn dawk ir-rotot matul l-eqqel staġun jitnaqqas mill-ammont ta’ kumpnes tas-servizz pubbliku pagabbli lil Tirrenia, filwaqt li kwalunkwe telf imġarrab matul dak il-perjodu kien ikollu jiġġarrab minn Tirrenia stess. Dan inaqqas l-ammont ta’ kumpens meħtieġ għall-operat ta’ dawn ir-rotot taħt is-sistema ta’ servizz pubbliku li tapplika matul l-istaġun kwiet.
|
|
(38) |
Id-Digriet Presidenzjali Nru 501 tal-1 ta’ Ġunju 1979 (“Digriet Nru 501/79”) jispeċifika l-elementi varji (dħul u kostijiet) li jidħlu fil-kalkolu tas-sussidju mħallas lill-operaturi tas-servizz pubbliku marittimu. Barra minn hekk, il-Liġi Nru 856 tal-5 ta’ Diċembru 1986 (“Liġi 856/86”) ipprovdiet għal ċerti tibdiliet fis-sistema tal-obbligi ta’ servizz pubbliku marittimu fl-Italja. Fir-rigward tal-konnessjonijiet ma’ gżejjer maġġuri u minuri, l-Artikolu 11 tagħha emenda l-kriterji għall-kalkolu tal-kumpens tas-servizz pubbliku. Tabilħaqq, is-sussidju kellu jiġi kkalkolat abbażi tad-differenza bejn id-dħul u l-kostijiet tas-servizz kif iddeterminati b’referenza għal parametri medji u oġġettivi, u kellu jinkludi redditu raġonevoli fuq il-kapital investit. L-istess artikolu jistabbilixxi wkoll li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku kellhom jinkludu l-lista tar-rotot issussidjati, il-frekwenza u t-tipi ta’ vapuri li kellhom jintużaw. Is-sussidji kellhom jiġu approvati mill-Ministri responsabbli. Il-prinċipji stabbiliti fid-Digriet Presidenzjali Nru 501/79 u fil-Liġi Nru 856/86 kienu riflessi fil-Konvenzjonijiet inizjali. |
|
(39) |
Tabilħaqq, għall-2009, il-kumpens għar-rilaxx tal-SGEI kien ikkalkolat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita mill-Konvenzjoni inizjali li ilha fis-seħħ mill-1991 u ġie estiż wara d-data ta’ skadenza inizjali tiegħu tal-31 ta’ Diċembru 2008. B’mod partikolari, il-kumpens kien jikkorrispondi għat-telf nett akkumulat fuq is-servizzi operati taħt is-sistema ta’ servizz pubbliku, li miegħu żdied ammont varjabbli li jikkorrispondi għar-redditu fuq il-kapital investit. |
|
(40) |
Id-diversi elementi tal-kostijiet li ġew ikkunsidrati sabiex jiġi kkalkolat il-kumpens definit mill-awtoritajiet pubbliċi kienu dawn li ġejjin: il-kostijiet tal-akkwist, tar-reklamar u tal-akkomodazzjoni, il-kostijiet tat-tagħbija, tal-ħatt u tal-manuvrar, il-kost tal-persunal amministrattiv fuq l-art, il-kostijiet tal-manutenzjoni tal-vapuri, il-kostijiet amministrattivi, il-kostijiet tal-assigurazzjoni, il-kostijiet tal-kera u tal-lokazzjoni, il-kostijiet tal-fjuwil, tat-taxxi u tad-deprezzament.
|
|
(41) |
Mill-2010, il-kumpens għall-operat tal-SGEI ġie ddeterminat bl-applikazzjoni ta’ metodoloġija ġdida stabbilita fid-Direttiva CIPE (25) tad-9 ta’ Novembru 2007 intitolata “Kriterji għad-definizzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku u d-dinamika tan-noll fis-settur tal-kabotaġġ marittimu ta’ interess pubbliku” (“id-Direttiva CIPE”) (26). Skont il-preambolu tagħha, id-Direttiva CIPE inħarġet fid-dawl tal-privatizzazzjoni tal-kumpaniji pubbliċi li joperaw servizzi marittimi taħt sistema ta’ servizz pubbliku (27). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva CIPE ġew applikati fir-rigward tas-servizzi pprovduti mill-kumpaniji ta’ Tirrenia Group mill-2010, anki qabel id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjonijiet il-ġodda u tal-Kuntratti Pubbliċi ta’ Servizz rispettivi wara l-privatizzazzjonijiet rispettivi. |
|
(42) |
Il-metodu stabbilit fid-Direttiva CIPE jippermetti li l-kumpaniji li joperaw is-servizz pubbliku marittimu jkollhom redditu xieraq. Ir-rata tar-redditu fuq il-kapital tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-kost medju ponderat tal-kapital (WACC). |
|
(43) |
Ir-redditu meħtieġ għall-ekwità (28) għandu jiġi kkalkolat permezz tal-Mudell tal-Ipprezzar tal-Assi Kapitali. Fuq il-bażi ta’ dan il-mudell, il-kost tal-ekwità hija dderivata bħala funzjoni ta’ (i) ir-rata mingħajr riskju, (ii) il-Beta (stima tal-profil tar-riskju tal-kumpanija meta mqabbla mas-suq tal-ekwità) u (iii) il-primjum tar-riskju ta’ ekwità assenjat lis-suq tal-ekwità. |
|
(44) |
B’mod partikolari, il-kost tal-ekwità jiġi kkalkolata bl-applikazzjoni ta’ primjum għat-tiġrib ta’ riskju żejjed fuq ir-rata ta’ redditu fuq attivitajiet mingħajr riskju. Dan il-primjum għandu jiġi kkalkolat bħala l-primjum tar-riskju tas-suq immoltiplikat bil-Beta tiegħu, li jkejjel kemm attività speċifika hija riskjuża b’mod relattiv għas-suq. |
|
(45) |
Skont id-Direttiva CIPE, ir-rata ta’ redditu fuq attivitajiet mingħajr riskju tikkorrispondi għar-rendiment gross medju fuq bonds normattivi ta’ għaxar snin b’referenza għat-tnax-il xahar preċedenti li għalihom hemm data disponibbli. |
|
(46) |
Id-Direttiva CIPE tistabbilixxi primjum tar-riskju tas-suq ta’ 4%. Barra minn hekk, fil-każ ta’ servizz li jiġi operat fuq bażi mhux esklussiva, ir-riskju preżumibbilment akbar imġarrab mill-operatur jiġi remunerat biż-żieda ta’ 2,5 % żejjed għall-primjum tar-riskju tas-suq. |
|
(47) |
Madankollu, fil-prattika, l-ammont ta’ kumpens imħallas lil Tirrenia ma jistax jaqbeż il-limitu massimu ta’ EUR 72 685 642 fis-sena kif stabbilit mil-Liġi tal-2009 (ara l-premessa 25). Għad li l-Liġi tal-2009 tistabbilixxi l-limiti massimi għall-kumpens annwali mħallas lill-kumpaniji kollha ta’ Tirrenia għall-operat tas-servizzi marittimi soġġetti għas-sistema ta’ servizz pubbliku, id-Direttiva CIPE fiha wkoll ċerti salvagwardji li jippermettu lil dawk l-operaturi jkopru b’mod suffiċjenti l-kostijiet operatorji tagħhom. |
|
(48) |
B’mod partikolari, skont id-Direttiva CIPE, l-ambitu tas-servizzi, in-nollijiet massimi stabbiliti mill-Konvenzjoni l-ġdida u l-kumpens fil-fatt mogħti jridu jkunu ddefiniti b’tali mod li l-fornitur tas-servizz ikun kopert għall-kostijiet ammissibbli kollha. Hija applikabbli l-formula li ġejja: VA(RSP) + VA(AI(X)) = VA(CA) fejn:
|
|
(49) |
Fil-każ li l-ekwazzjoni ta’ hawn fuq ma taħdimx, l-ambitu tal-attivitajiet issussidjati jista’ jitnaqqas (ara wkoll il-premessa 103), jew inkella l-organizzazzjoni tas-servizzi (eż. it-tip ta’ vapuri) tista’ tiġi rieżaminata, jew in-nollijiet massimi jistgħu jiġu mmodifikati. |
|
(50) |
Barra minn hekk, il-limitu massimu tan-nollijiet applikabbli għal kull servizz, nett mit-taxxi u mid-dovuti tal-portijiet, jiġi aġġustat kull sena fuq il-bażi ta’ formula tal-limitu massimu fuq il-prezzijiet kif ġej: ΔT = ΔP – X fejn:
|
|
(51) |
Id-Direttiva CIPE tispeċifika wkoll li l-limitu massimu tan-nollijiet jista’ jiġi aġġustat sabiex jirrifletti l-varjazzjonijiet fil-kostijiet tal-fjuwil, billi jittieħdu l-prezzijiet standard disponibbli pubblikament bħala referenza. |
2.3.2. L-estensjoni illegali tal-għajnuna ta’ salvataġġ lil Tirrenia
|
(52) |
Fis-16 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni approvat għajnuna ta’ salvataġġ lil Tirrenia u lil Siremar (“id-Deċiżjoni tal-2010”) (29). L-għajnuna kienet tikkonsisti f’garanzija fuq linji ta’ kreditu pprovduti minn banek privati għal ammont sa EUR 95 000 000. L-Italja ħadet impenn li tikkomunika lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-awtorizzazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna għas-salvataġġ, pjan ta’ ristrutturar jew prova li s-self tħallas lura kollu u/jew li l-garanzija kienet ġiet itterminata. |
|
(53) |
Imbagħad, l-Italja informat lill-Kummissjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji magħżula, Banca Infrastrutture Innovazione e Sviluppo (“BIIS”) u Unicredit, kienu awtorizzaw linja ta’ kreditu ta’ EUR 40 000 000 lil Tirrenia u lil Siremar (jiġifieri EUR 25 000 000 għal Tirrenia u EUR 15 000 000 għal Siremar) bid-data ta’ maturità stabbilita għat-30 ta’ Ġunju 2011. L-Istat iggarantixxa l-linja ta’ kreditu fil-15 ta’ Frar 2011. |
|
(54) |
Il-finanzjament ġie żborżat kif ġej:
|
|
(55) |
L-Italja għarrfet lill-Kummissjoni li, minħabba li l-ewwel pagament parzjali tas-self garantit kien tħallas lil Tirrenia u lil Siremar mhux qabel it-28 ta’ Frar 2011, il-perjodu ta’ sitt xhur għar-rimborż tal-kreditu fis-sens tal-paragrafu 25(a) tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ ditti f’diffikultà (“il-Linji Gwida tal-2004 għas-Salvataġġ u għar-Ristrutturar”) (30) u l-premessi 32 u 47 tad-Deċiżjoni tal-2010, jiskadi fit-28 ta’ Awwissu 2011. |
|
(56) |
Madankollu, Tirrenia u Siremar kienu inadempjenti fil-ħlas tas-self tagħhom u, għaldaqstant, fil-11 ta’ Lulju 2011, il-garanzija mill-Istat ġiet eżerċitata minn BIIS. Għalhekk, f’din id-data, Tirrenia kellha dejn ta’ EUR 25 203 063.89 fir-rigward tal-Istat. Dan jinkludi kemm l-ammont prinċipali tas-self rispettiv kif ukoll l-imgħax pendenti dovut lill-bank. |
|
(57) |
Il-Qorti tal-Fallimenti awtorizzat l-inklużjoni tal-Ministeru għall-Ekonomija u għall-Finanzi fost il-kredituri preferenzjali (“prededucibili”) ta’ Tirrenia. Skont l-awtoritajiet Taljani, il-Kummissarju Straordinarju inkarigat bl-immaniġġjar tal-kumpanija fil-proċedura ta’ insolvenza qies, f’dak iż-żmien, li Tirrenia setgħet tħallas lura l-finanzjament sat-28 ta’ Awwissu 2011, billi tieħu mir-rikavat tal-privatizzazzjoni ppjanata (ara t-taqsima 2.3.3). |
|
(58) |
Fil-25 ta’ Lulju 2011 ġie ffirmat il-kuntratt għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN. Madankollu, it-trasferiment tal-assi u, għalhekk, ukoll il-pagament, ittardjaw, l-aktar minħabba diffikultajiet sabiex jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa għall-fużjoni (31). L-awtorità Taljana tal-kompetizzjoni, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (“AGCM”), eventwalment approvat it-tranżazzjoni bejn Tirrenia u CIN fil-21 ta’ Ġunju 2012, u l-bejgħ ġie ffinalizzat fid-19 ta’ Lulju 2012. |
|
(59) |
Fit-18 ta’ Settembru 2012, Tirrenia ħallset lura ammont ta’ EUR 25 852 548.93 lill-Istat. Fl-24 ta’ Ottubru 2012, l-Italja informat lill-Kummissjoni li l-ammonti dovuti minn Tirrenia sal-11 ta’ Lulju 2011, li jinkludu l-imgħax dovut lill-Istat għal ammont ta’ EUR 649 485.04, kienu tħallsu lura kompletament mill-kumpanija, u tat prova ta’ dan. |
2.3.3. Il-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u l-pagament differit tal-prezz tax-xiri minn CIN
|
(60) |
Fit-23 ta’ Diċembru 2009 Fintecna ppubblikat l-ewwel sejħa għall-offerti għall-bejgħ tal-kapital azzjonarju kollu ta’ Tirrenia, inkluża s-sussidjarja tagħha Siremar. Fid-19 ta’ Frar 2010, kienu waslu 16-il espressjoni ta’ interess minn 19-il entità. Fl-4 ta’ Awwissu 2010, wara li fallew in-negozjati mal-uniku offerent li ppreżenta offerta vinkolanti, Fintecna ddikjarat l-għeluq tal-proċedura. Skont l-Italja, in-negozjati fallew minħabba tħassib relatat mal-aspetti finanzjarji tal-offerta. |
|
(61) |
Wara l-falliment tal-ewwel tentattiv ta’ privatizzazzjoni, Tirrenia u Siremar, li kienu qed jaffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji severi, it-tnejn ġew ammessi fil-proċedura kollettiva ta’ insolvenza prevista skont il-liġi Taljana għal kumpaniji kbar, jiġifieri l-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja (“amministrazione straordinaria”) u ftit wara ġew iddikjarati insolventi. B’mod aktar speċifiku, Tirrenia ġiet ammessa għall-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja fil-5 ta’ Awwissu 2010. Fit-12 ta’ Awwissu 2010, il-Qorti ta’ Ruma qatgħet is-sentenza Nru 332/2010 li permezz tagħha ddikjarat li Tirrenia kienet insolventi. |
2.3.3.1.
|
(62) |
Għall-kuntrarju tal-proċedura normali ta’ falliment, li l-għan ewlieni tagħha huwa li tillikwida l-kumpanija insolventi sabiex tissodisfa t-talbiet tal-kredituri, il-proċedura amministrattiva straordinarja, stabbilita bid-Digriet Amministrattiv Nru 270 tat-8 ta’ Lulju 1999, hija proċedura ta’ insolvenza speċifika għal kumpaniji kbar li għandha l-għan li tissalvagwardja l-assi u tiżgura l-kontinwazzjoni tan-negozju. |
|
(63) |
Skont din il-proċedura, il-ġestjoni tal-kumpanija insolventi tiġi ttrasferita lil Kummissarju Straordinarju maħtur mill-Ministeru kompetenti. Il-Kummissarju Straordinarju jipproponi pjan ta’ rkupru tan-negozju inkwistjoni, jew permezz tar-ristrutturar jew permezz tal-bejgħ tal-assi tal-kumpanija insolventi. Dan il-pjan huwa soġġett għal awtorizzazzjoni preċedenti mill-Ministeru kompetenti, filwaqt li jikkunsidra l-opinjoni ta’ Bord Superviżorju (magħmul minn esperti maħtura mill-Ministeru). |
|
(64) |
Id-Digriet Amministrattiv Nru 347 tat-23 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi miżuri urġenti għar-ristrutturar ta’ kumpaniji kbar insolventi, ikkonvertiti b’emendi fil-Liġi Nru 39 tat-18 ta’ Frar 2004 (“il-liġi Marzano”), jirregola l-proċedura amministrattiva straordinarja applikabbli għal kumpaniji insolventi, li biħsiebhom jgħaddu minn din il-proċedura ta’ ristrutturar. Dawn il-kumpaniji jridu jissodisfaw ukoll b’mod kumulattiv ċerti kriterji dwar l-għadd ta’ impjegati fis-sena preċedenti u l-livell ta’ dejn. |
|
(65) |
Il-proċedura teħtieġ li l-kumpanija insolventi tippreżenta kemm applikazzjoni lill-Ministru Taljan għall-Iżvilupp Ekonomiku kif ukoll petizzjoni lill-Qorti kompetenti tal-fallimenti. Imbagħad il-Ministeru jiddeċiedi dwar l-ammissjoni tal-kumpanija insolventi għall-proċedura u jaħtar il-Kummissarju Straordinarju taħt is-superviżjoni tal-Bord Superviżorju, filwaqt li l-Qorti taċċerta l-istat ta’ insolvenza tal-kumpanija. |
|
(66) |
Fi żmien 180 jum mill-ħatra tiegħu, il-Kummissarju Straordinarju jeħtieġlu jissottometti pjan ta’ ristrutturar lill-Ministeru. Il-proċedura ordinarja ta’ falliment titnieda biss fil-każ li l-Ministeru ma japprovax dan il-pjan ta’ ristrutturar u l-proċedura alternattiva ta’ bejgħ tal-assi ma tkunx vijabbli. |
|
(67) |
Id-Digriet Amministrattiv 134/2008 (“id-Digriet 134/2008”) (32) introduċa diversi emendi għal-liġi Marzano. Dawn l-emendi huma applikabbli għal kumpaniji li jipprovdu servizzi pubbliċi essenzjali, U tikkonċerna fost l-oħrajn il-possibbiltà li l-Kummissarju Straordinarju jidentifika xerrej tal-assi tal-kumpanija insolventi permezz ta’ proċedura ta’ negozjar ma’ partijiet li tiggarantixxi l-kontinwità tas-servizz pubbliku fuq it-terminu medju u intervent rapidu. Id-Digriet 134/2008 jispeċifika li l-prezz tal-bejgħ ma jistax ikun inqas mill-valur tas-suq tal-assi kif stabbilit minn espert indipendenti maħtur minn Digriet Ministerjali. |
|
(68) |
Id-Digriet 134/2008 introduċa wkoll il-possibbiltà li jiġi segwit – immedjatament – pjan ta’ ċessjoni tal-assi, meta mqabbel mas-sistema preċedenti, li kien jirrikjedi li l-ewwel jiġi ppreżentat pjan ta’ ristrutturar lill-Ministeru. Fl-aħħar nett, id-Digriet 134/2008 jistipula li, f’każ li la pjan ta’ ċessjoni tal-assi u lanqas pjan ta’ ristrutturar ma jkun jista’ jiġi implimentat jew approvat mill-Ministeru, tinbeda l-proċedura ordinarja ta’ falliment. |
2.3.3.2.
|
(69) |
Fil-15 ta’ Settembru 2010, ġiet ippubblikata s-sejħa għall-offerti għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia (33) raggruppata flimkien mal-Konvenzjoni l-ġdida ta’ tmien snin. L-għan ta’ din is-sejħa kien li tivverifika jekk kienx hemm xi entitajiet nazzjonali jew internazzjonali potenzjali interessati li jakkwistaw il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia li kienu kapaċi jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizzi tat-trasport. |
|
(70) |
Din is-sejħa ġiet ippubblikata fuq is-sit web ta’ Tirrenia, f’diversi gazzetti (34) u wkoll fuq siti web speċjalizzati partikolari (35). L-iskadenza għal din is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess oriġinarjament ġiet stabbilita għad-29 ta’ Settembru 2010 iżda mbagħad ġiet estiża sal-20 ta’ Ottubru 2010 permezz ta’ avviż pubbliku ppubblikat fl-istess gazzetti u siti elettroniċi nazzjonali u internazzjonali msemmija qabel sabiex jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għas-sottomissjoni tal-espressjonijiet ta’ interess. |
|
(71) |
B’kollox saru 21 espressjoni ta’ interess fil-parteċipazzjoni f’din is-sejħa għall-offerti minn entitajiet nazzjonali, Ewropej u mhux Ewropej. Imbagħad, il-Kummissarju Straordinarju stieden lis-sittax-il entità li l-espressjonijiet ta’ interess tagħhom kienu wrew li setgħu jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz tat-trasport marittimu (36) sabiex iwettqu kontroll approfondit tad-diliġenza dovuta fuq il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. L-aċċess għad-dokumentazzjoni rilevanti ngħata bil-kundizzjoni li l-partijiet interessati jiffirmaw ftehimiet ta’ kunfidenzjalità. |
|
(72) |
Il-ħdax-il parti (37) li eventwalment għażlu li jwettqu din id-diliġenza dovuta ngħataw aċċess għall-kmamar tad-data virtwali li fihom dawn li ġejjin:
|
|
(73) |
Permezz ta’ Digriet Ministerjali tal-4 ta’ Frar 2011, il-Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku ħatar lil Banca Profilo bħala l-espert indipendenti inkarigat li jwettaq valutazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia skont l-Artikolu 4(4-quater) tad-Digriet Amministrattiv Nru 347/2003. Fit-8 ta’ Marzu 2011, Banca Profilo stmat li l-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia (inkluża l-Konvenzjoni l-ġdida ta’ tmien snin) kien ta’ EUR 380 000 000. Din l-informazzjoni ttellgħet fil-kamra tad-data għall-offerenti potenzjali kollha qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta’ offerti vinkolanti. |
|
(74) |
Fil-15 ta’ Marzu 2011, wara l-aħħar data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ offerti vinkolanti, il-Kummissarju Straordinarju nnota li CIN biss – kumpanija li tinkludi lil Onorato Partecipazioni S.r.l., Grimaldi Compagnia di Navigazione S.p.A. and Marinvest S.r.l. – kienet issottomettiet offerta vinkolanti skont it-termini tal-ittra ta’ proċedura tat-2 ta’ Frar 2011 (38). |
|
(75) |
Fl-14 ta’ April 2011, wara talba għal kjarifiki mill-Kummissarju Straordinarju, CIN għamel offerta vinkolanti finali għall-akkwist tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. B’mod speċifiku, din l-offerta, issupplimentata minn (i) pjan ta’ direzzjoni tan-negozju konsistenti mal-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-Konvenzjoni u (ii) garanziji bankarji għal ammont totali ta’ EUR 20 000 000, ipprovdiet għal dan li ġej:
|
|
(76) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissarju Straordinarju daħħal l-offerta vinkolanti sottomessa minn CIN fil-kamra tad-data, u fit-2 ta’ Mejju 2011, bagħat lill-offerenti kollha kkunsidrati għall-fażi tad-diliġenza dovuta ittra li tistidinhom jissottomettu offerta aħjar minn dik sottomessa minn CIN fl-14 ta’ April 2011, sat-12 ta’ Mejju 2011. Imbagħad, wara talba minn wieħed mix-xerrejja potenzjali, l-iskadenza sabiex jiġu sottomessi offerti aħjar ġiet estiża mill-Kummissarju Straordinarju għad-19 ta’ Mejju 2011. Madankollu, il-Kummissarju Straordinarju ma rċieva l-ebda offerta oħra sa dik id-data. |
|
(77) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni mwettqa mill-Kummissarju Straordinarju u mill-konsulenti tiegħu, l-offerta ta’ xiri sottomessa minn CIN fl-14 ta’ April 2011 tqieset konsistenti mal-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kif iddeterminat minn Banca Profilo. Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju inkluż mal-offerta nstab li kien konformi ma’ dak li ntalab fl-ittra ta’ proċedura tat-2 ta’ Frar 2011 (ara l-premessa 74) u tqies bħala prova xierqa tal-kapaċità tal-offerent li jiggarantixxi l-kontinwazzjoni mingħajr xkiel tas-servizz pubbliku tal-konnessjoni marittima. |
|
(78) |
Imbagħad, fit-23 ta’ Mejju 2011, il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku awtorizza lill-Kummissarju Straordinarju jbigħ il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-offerta sottomessa fl-14 ta’ April 2011. Wara xi konsultazzjonijiet oħra, il-Kummissarju Straordinarju ffirma l-kuntratt ma’ CIN fil-25 ta’ Lulju 2011. |
|
(79) |
Fil-21 ta’ Novembru 2011, it-tranżazzjoni li rriżultat ġiet innotifikata għall-approvazzjoni lill-Kummissjoni. Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni fil-fond skont ir-Regolament tal-UE dwar il-Fużjonijiet (39). |
|
(80) |
L-investigazzjoni inizjali tas-suq tal-Kummissjoni indikat tħassib serju dwar il-kompetizzjoni, b’mod partikolari minħabba li l-partijiet għall-fużjoni kellhom ishma tas-suq ikkombinati għoljin ħafna, jekk mhux monopolistiċi, fuq numru ta’ rotot marittimi fl-Italja, u b’mod partikolari fuq ċerti rotot lejn u minn Sardinja. Għall-ewwel, CIN kienet impriża konġunta bejn il-kompetituri ewlenin ta’ Tirrenia: Grimaldi, MarInvest (li pereżempju tikkontrolla Grandi Navi Veloci u SNAV) u Onorato Partecipazioni (li tikkontrolla Moby). Fid-dawl tat-tħassib tal-Kummissjoni, Grimaldi u Marinvest irtiraw minn CIN billi biegħu l-ishma tagħhom lil Onorato Partecipazioni. Din tal-aħħar imbagħad ġibdet azzjonisti ġodda sabiex eventwalment, 40% ta’ CIN kienet proprjetà ta’ Moby (li hija stess kienet ikkontrollata minn Onorato Partecipazioni), 30% ta’ Clessidra Società del Risparmio, 20% ta’ Gruppo Investimenti Portuali u 10% ta’ Shipping Investment S.r.l.. |
|
(81) |
Fis-27 ta’ April 2012, il-Kummissjoni għalqet l-investigazzjoni fil-fond tagħha wara li l-partijiet kienu abbandunaw it-tranżazzjoni notifikata. Fis-7 ta’ Mejju 2012, it-tranżazzjoni tal-fużjoni riveduta, li ma baqgħetx teħtieġ l-approvazzjoni fil-livell Ewropew, ġiet innotifikata lill-AGCM. Permezz tar-riżoluzzjoni tagħha nru 23670 tal-21 ta’ Ġunju 2012, l-AGCM awtorizzat it-tranżazzjoni soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet (40). Is-sjieda tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia ġiet finalment ittrasferita lil CIN fid-19 ta’ Lulju 2012. |
|
(82) |
Fis-6 ta’ Lulju 2015, Onorato Partecipazioni nnotifikat l-intenzjoni tagħha li takkwista kontroll sħiħ fuq Moby u CIN billi takkwista ishma mill-azzjonisti l-oħra taż-żewġ kumpaniji. L-AGCM approvat din l-operazzjoni – li effettivament kienet tfisser konċentrazzjoni bejn Moby u CIN – bir-riżoluzzjoni tagħha nru 25773 tal-10 ta’ Diċembru 2015, soġġetta wkoll għall-kundizzjonijiet għar-rotot Civitavecchia – Olbia u Genova – Olbia (41). B’riżultat ta’ din ir-riorganizzazzjoni, CIN bħalissa hija kompletament proprjetà ta’ Moby, u, għalhekk, iż-żewġ kumpaniji huma proprjetà sħiħa ta’ Onorato Partecipazioni. |
|
(83) |
Fis-26 ta’ April 2018, il-Bord tad-Diretturi ta’ Moby approva l-pjan tal-fużjoni ma’ CIN. Dment li jinkisbu l-approvazzjonijiet meħtieġa, din il-fużjoni kienet ippjanata li titlesta sa tmiem l-2018 iżda kienet ittardjata wara intervent minn Tirrenia f’EA. |
2.3.3.3.
|
(84) |
Il-kuntratt ta’ bejgħ tal-25 ta’ Lulju 2011 jiddefinixxi l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia bħala l-fergħa ta’ Tirrenia ddedikata għall-provvista ta’ servizzi tat-trasport skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku kurrenti. B’mod partikolari, l-Artikolu 4 tal-kuntratt jispeċifika li l-assi tal-fergħa kummerċjali huma elenkati f’anness għall-kuntratt ta’ bejgħ, u jkopru l-assi intanġibbli (42) u tanġibbli (43) kollha użati mill-kumpanija fit-twettiq tal-obbligi tagħha ta’ servizz pubbliku. |
|
(85) |
L-Artikolu 11(3) tal-kuntratt tal-bejgħ jistipula li l-bejgħ huwa kundizzjonali għall-iffirmar tal-Konvenzjoni l-ġdida bejn CIN u l-Ministeru tat-Trasport f’ċertu perjodu ta’ żmien iddefinit minn qabel. Fi kliem ieħor, l-iffirmar tal-Konvenzjoni l-ġdida huwa kundizzjoni meħtieġa għall-konklużjoni definittiva tal-bejgħ. |
|
(86) |
L-Artikolu 7(9) tal-kuntratt tal-bejgħ ikompli jispjega li CIN se tagħmel offerti ta’ xogħol ġodda (fuq il-bażi ta’ kuntratti ta’ impjieg ġodda) lill-persunal amministrattiv u tal-ekwipaġġ kollu li huwa impjegat minn Tirrenia għall-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jitqiesu l-kwalifiki miksuba u/jew l-ekwivalenza tad-deskrizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll il-ftehimiet possibbli mat-trade unions. Kif meħtieġ mill-Artikolu 63(2) tad-Digriet Amministrattiv 270/1999, CIN trid toqgħod lura minn kwalunkwe sensja mhux dixxiplinarja għal perjodu ta’ sentejn. Skont l-Artikoli 7(11) u 7(12) tal-kuntratt ta’ bejgħ, CIN hija obbligata li tinforma regolarment lill-bejjiegħ dwar l-osservanza ta’ dawn l-obbligi, b’ammonti ta’ penali sinifikanti li għandhom jitħallsu f’każ ta’ ksur. |
|
(87) |
L-Artikolu 7(6)(d) tal-kuntratt tal-bejgħ jistipula li x-xerrej huwa kapaċi, f’konformità mal-Artikolu 4, il-paragrafu 4-quater tal-liġi Marzano, li jiggarantixxi l-kontinwità fuq terminu medju tas-servizz u l-osservanza tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali applikabbli. |
|
(88) |
Skont l-Artikolu 5 tal-kuntratt tal-bejgħ, il-prezz tal-bejgħ ta’ EUR 380 100 000 għandu jitħallas kif ġej:
|
|
(89) |
L-Artikolu 8(23) tal-kuntratt tal-bejgħ jgħid li, f’konformità mal-Artikolu 63(5) tad-Digriet Amministrattiv 270/1999, is-sid il-ġdid mhux ser ikun responsabbli li jħallas lura kwalunkwe dejn imġarrab minn Tirrenia qabel it-trasferiment tal-fergħa kummerċjali. |
|
(90) |
Fis-16 ta’ Lulju 2012 il-partijiet iffirmaw Addendum għall-kuntratt tal-bejgħ li fost affarijiet oħra jemenda l-mezz ta’ ħlas tal-Prezz Fiss ta’ EUR 200 100 000 (ara l-premessa 88(a)). B’mod partikolari, EUR 138 200 000 jibqgħu pagabbli fi żmien tlett ijiem mill-adozzjoni tad-digriet imsemmi fil-premessa 88(a), u l-EUR 61 900 000 li jifdal jitħallsu, bl-imgħax (45), fl-1 ta’ Marzu tat-tmien sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni l-ġdida (jiġifieri, l-2020). Il-partijiet qablu li sentejn wara d-dħul fis-seħħ, huma jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiddeterminaw jekk huwiex possibbli li jerġgħu jiġu nnegozjati t-termini u l-kundizzjonijiet tal-pagament tal-EUR 61 900 000 li jifdal. B’riżultat ta’ dan, l-aħħar ammont tħallas qabel dak previst fil-bidu (jiġifieri fi Frar 2016 minflok f’Marzu 2020). Ma jseħħ l-ebda tibdil fil-ħlas tal-Prezz Differit ta’ EUR 180 000 000. |
2.3.3.4.
|
(91) |
Kif deskritt aktar ’il fuq (ara l-premessa 73), Banca Profilo nħatar mill-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku bħala l-espert indipendenti inkarigat li jwettaq valutazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia skont l-Artikolu 4(4-quater) tad-Digriet Amministrattiv Nru 347/2003. Fit-8 ta’ Marzu 2011, Banca Profilo ħarġet rapport fejn iddeskriviet il-metodoloġiji ta’ valutazzjoni u d-data li kienet użat, li kien jinkludi l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Tirrenia għall-perjodu 2011-2018. Dan ir-rapport inkluda medda stmata ta’ valuri għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia |
|
(92) |
Il-valutazzjonijiet ta’ Banca Profilo huma bbażati fuq diversi suppożizzjonijiet li jinkludu, b’mod partikolari, li l-kuntratt il-ġdid ta’ servizz pubbliku jkun japplika sal-iskadenza tiegħu u li, bħala riżultat, il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia tirċievi kumpens tas-servizz pubbliku għat-tħaddim tal-konnessjonijiet tat-trasport marittimu stabbiliti f’dak il-kuntratt. Fir-rapport ta’ valutazzjoni tagħha, Banca Profilo tirreferi għall-Fluss tal-Flus Skontat (“DCF”) u l-Valur Miżjud Ekonomiku (“EAV”) bħala l-metodoloġiji ewlenin tagħha u għall-Multipli tas-Suq u għall-Metodu tal-Ekwità bħala metodoloġiji sekondarji għall-fini ta’ kontroll. |
|
(93) |
Skont il-metodoloġija DCF, Banca Profilo tqis: (i) il-flussi tal-flus iġġenerati sad-data ta’ skadenza tal-Konvenzjoni l-ġdida; (ii) il-valur tal-likwidazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia fil-mument tal-iskadenza tal-Konvenzjoni l-ġdida, abbażi tas-suppożizzjoni li mhux ser ikun possibbli li jitkomplew l-operazzjonijiet wara dik id-data; u (iii) il-valur tal-ekwità ta’ wħud mill-parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ minoranza limitati tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. Skont il-metodoloġija EAV, Banca Profilo tivvaluta: (i) il-valur kontabilistiku aġġustat; (ii) l-avvjament; (iii) il-valur tal-likwidazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia fil-mument tal-iskadenza tal-Konvenzjoni l-ġdida (għall-istess raġuni bħal dik skont l-approċċ DCF). Din il-valutazzjoni tiddependi fuq data mill-pjan industrijali tal-kumpanija u fuq il-kalkoli tal-Banca Profilo bl-użu ta’ din id-data. |
|
(94) |
Fir-rigward tal-metodoloġiji sekondarji, dawn kienu jinkludu dawn li ġejjin. L-analiżi tal-Multipli tas-Suq hija bbażata fuq il-kalkoli ta’ Banca Profilo bl-użu ta’ data ta’ Bloomberg għal disa’ kumpaniji tat-trasport marittimu komparabbli. Il-Metodu tal-Ekwità jikkonsisti f’valutazzjoni tal-valur nett tal-assi kif irreġistrat fil-karta tal-bilanċ iżda b’xi aġġustamenti fejn xieraq (eż. il-valur tal-flotta, il-kuntratt ta’ servizz pubbliku, eċċ.). |
|
(95) |
Banca Profilo kkonkludiet, fuq il-bażi tal-metodoloġiji ta’ hawn fuq, li l-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kien ikun fil-medda ta’ bejn EUR 380 u 426 miljun. B’riżultat ta’ dan, il-prezz minimu għal din il-kumpanija jkollu jiġi stabbilit għal EUR 380 000 000. |
2.3.3.5.
|
(96) |
Matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni inkarigat lil konsulent indipendenti (Ecorys) bil-kompitu li jistabbilixxi l-valur tas-suq tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia offruta għall-bejgħ (ara l-premessa 8). Il-konsulent intalab i) jikkonferma l-validità tal-valutazzjoni mwettqa minn Banca Profilo, u ii) jistabbilixxi l-valur tas-suq tal-unità tan-negozju mingħajr ebda kundizzjoni marbuta. |
|
(97) |
Sabiex tiddetermina l-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia raggruppata mal-Konvenzjoni l-ġdida, Ecorys applikat il-metodoloġiji ewlenin li ntużaw ukoll minn Banca Profilo. B’mod partikolari, Ecorys użat il-metodoloġiji tal-Fluss tal-Flus Skontat u tal-Valur Miżjud Ekonomiku iżda mmodifikat is-suppożizzjonijiet rilevanti meta qieset li dan kien xieraq (46). Ecorys tassumi li l-Konvenzjoni l-ġdida mhux se tiġi estiża (47) fid-data ta’ skadenza tagħha u li, għalhekk, ir-rotot ta’ servizz pubbliku mhux se jibqgħu jiġu operati wara dik id-data. Fuq din il-bażi, Ecorys stabbilixxiet li l-valur minimu tas-suq tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia mibjugħa kien jammonta għal EUR 409,5 miljun (jiġifieri, kważi 8% ogħla mill-valwazzjoni ta’ Banca Profilo). |
|
(98) |
Ecorys ikkonkludiet ukoll li, kieku l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kellha tinbiegħ mingħajr l-ebda kundizzjoni marbuta magħha, u b’mod partikolari mingħajr il-kuntratt il-ġdid ta’ servizz pubbliku għall-operat tas-servizz pubbliku (u għalhekk anki mingħajr l-obbligu li tiġi żgurata l-kontinwità ta’ dan is-servizz pubbliku), il-kumpanija kienet tinbiegħ bil-valur ta’ likwidazzjoni tagħha (48), jiġifieri EUR 303,5 miljun. Ecorys ibbażat din il-konklużjoni fuq is-suppożizzjoni li l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia ma setgħetx tkompli tagħmel il-profitt bl-operazzjonijiet tagħha mingħajr kumpens tas-servizz pubbliku. Ecorys ikkaraterizzat ir-rotot tas-servizz pubbliku operati kemm minn Tirrenia kif ukoll minn Siremar bħala “operazzjonijiet li jagħmlu telf kbir ikkaratterizzati minn volumi baxxi ta’ passiġġieri u kompletament dipendenti fuq il-finanzjament mill-Konvenzjonijiet”. Barra minn hekk, Ecorys qieset li “l-possibbiltà li tinbidel il-kwalità tas-servizzi u aktar libertà sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-biljetti mhumiex kundizzjonijiet biżżejjed sabiex dawn ir-rotot isiru ekonomikament vijabbli mil-lat kummerċjali”. Ecorys osservat li dan il-valur ta’ likwidazzjoni huwa anqas mill-valur li rriżulta mis-sejħa għall-offerti u indika li, għalhekk, il-likwidazzjoni immedjata (essenzjalment il-bejgħ tal-vapuri) ma kinitx alternattiva vijabbli għal operatur f’ekonomija tas-suq. |
|
(99) |
Barra minn hekk, Ecorys qabblet il-persunal tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia ma’ dak ta’ diversi kumpaniji komparabbli tal-mezz ta’ trasport tul korp tal-ilma u kkonkludiet li n-numru tal-persunal u l-istruttura tal-kostijiet tal-persunal ta’ Tirrenia “huma simili għal dawn il-kumpaniji komparabbli, b’referenza għas-sehem tal-kostijiet lavorattivi tad-dħul totali (49) u l-proporzjon tal-kostijiet lavorattivi/persunal” (50). L-analiżi ma wriet l-ebda differenza sostantiva bejn il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u l-kumpaniji komparabbli li setgħu jissuġerixxu persunal eċċessiv jew kostijiet lavorattivi eċċessivi. Għalhekk, xerrej potenzjali kien ikollu marġni żgħir ta’ manuvra f’termini ta’ għoti ta’ sensji jew ta’ bdil ta’ parti mill-forza tax-xogħol. Fuq din il-bażi, Ecorys ikkonkludiet li ma hemm l-ebda element li juri li l-kundizzjoni tal-forza tax-xogħol kellha xi impatt sinifikanti fuq il-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. |
2.3.4. Il-Konvenzjoni l-ġdida bejn l-Istat Taljan u CIN
2.3.4.1.
|
(100) |
CIN hija l-offerent rebbieħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, inizjalment maħluqa għal dan l-għan minn Onorato Partecipazioni S.r.l., minn Grimaldi Compagnia di Navigazione S.p.A. u minn Marinvest S.r.l. għalkemm dawn iż-żewġ partijiet tal-aħħar kellhom jiġu ssostitwiti minn tliet investituri oħra sabiex jiksbu l-approvazzjoni tal-fużjoni (ara l-premessa 80). Kif spjegat aktar ’il fuq (ara l-premessa 82), CIN ilha minn Lulju 2015 ikkontrollata biss minn Onorato Partecipazioni S.r.l.. |
2.3.4.2.
|
(101) |
Skont il-Konvenzjoni l-ġdida tat-18 ta’ Lulju 2012 bejn l-Italja u CIN, ir-rotot li ġejjin ikunu operati minn din tal-aħħar taħt is-sistema tas-servizz pubbliku: Tabella 3 Ir-rotot operati minn CIN skont il-Konvenzjoni l-ġdida
|
|
(102) |
CIN se topera r-rotot Napoli – Palermo, Genova – Porto Torres, Civitavecchia – Olbia skont termini kummerċjali matul l-eqqel staġun. L-Anness A għall-Konvenzjoni l-ġdida jispjega kif għandha tiġi operata kull waħda mir-rotot fit-Tabella 3 (eż. it-tip ta’ vapuri, il-ħin tat-tluq għal uħud mir-rotot, eċċ.). Barra minn hekk, in-nollijiet imposti fuq l-utenti (rispettivament għar-residenti tal-gżejjer u għal passiġġieri oħra) ma jistgħux jaqbżu l-limiti stabbiliti mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni l-ġdida u speċifikati fl-istess Anness A. |
|
(103) |
B’ittra tas-7 ta’ Novembru 2013, CIN applikat għal rieżami tal-kundizzjonijiet tal-bilanċ ekonomiku-finanzjarju, kif previst mill-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni l-ġdida (ara l-premessa 107). Fis-7 ta’ Awwissu 2014, il-Ministeru Taljan tal-Infrastruttura u tat-Trasport u CIN fuq din il-bażi qablu dwar għadd ta’ emendi għall-Konvenzjoni tat-18 ta’ Lulju 2012. Sabiex jerġa’ jġib il-bilanċ ekonomiku-finanzjarju tal-operazzjonijiet, il-ftehim ta’ emenda stabbilixxa li:
|
2.3.4.3.
|
(104) |
Il-Konvenzjoni l-ġdida ffirmata bejn l-Istat Taljan u CIN fit-18 ta’ Lulju 2012 se tkun fis-seħħ għal tmien snin u, għalhekk, tiskadi fit-18 ta’ Lulju 2020. |
2.3.4.4.
|
(105) |
L-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq CIN jikkonċernaw il-konnessjonijiet tat-trasport marittimu li għandhom jiġu operati (ara l-premessa 101), it-tip u l-kapaċità tal-bastimenti assenjati għar-rotot marittimi rispettivi operati, id-disponibbiltà ta’ vapur ta’ riżerva sabiex jiżgura l-kontinwità tas-servizz, il-frekwenza tas-servizz, u n-nollijiet massimi imposti fuq l-utenti tas-servizz fuq kull waħda mir-rotot rispettivi. |
2.3.4.5.
|
(106) |
Il-kumpens annwali li għandha tirċievi CIN skont il-Konvenzjoni l-ġdida huwa limitat għal EUR 72 685 642. L-ammont tal-kumpens għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-metodoloġija stabbilita mid-Direttiva CIPE (ara l-premessi 41-51). |
|
(107) |
L-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni l-ġdida jipprovdi għal rieżami regolari ta’ tliet snin tal-ambitu tal-attivitajiet sussidjati, sabiex jivverifika li ma jkun hemm l-ebda żbilanċ finanzjarju. Barra minn hekk, l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni l-ġdida jistipula li, f’ċirkostanzi speċifiċi ħafna ta’ tibdiliet mhux mistennija u strutturali fid-dħul jew fil-kostijiet, u fi kwalunkwe każ, biss wara l-ewwel sena ta’ kull perjodu ta’ tliet snin, il-partijiet jistgħu jibdew rieżami bħal dan minn qabel (id-“dispożizzjoni ta’ salvagwardja”). |
2.3.5. Il-prijorità tal-irmiġġ
|
(108) |
Il-paragrafu 21 tal-Artikolu 19-ter tal-Liġi tal-2009 stabbilixxa li, sabiex tiġi ggarantita l-kontinwità territorjali mal-gżejjer u fid-dawl tal-obbligi tagħhom ta’ servizz pubbliku, il-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group, inkluża Tirrenia, iżommu l-irmiġġ li diġà ġie allokat u l-prijorità fl-allokazzjoni ta’ slots ġodda f’konformità mal-proċeduri stabbiliti mill-Awtoritajiet Marittimi kif stabbiliti bil-Liġi Nru 84 tat-28 ta’ Jannar 1994 u mill-Kodiċi Marittimu Taljan. |
2.3.6. Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010
|
(109) |
Il-Liġi tal-2010 stabbiliet il-possibbiltà li l-impriżi tal-ex Tirrenia Group jużaw, fuq bażi temporanja, ir-riżorsi finanzjarji diġà impenjati (52) għat-titjib u għall-modernizzazzjoni tal-flotta sabiex ikopru l-ħtiġijiet urġenti ta’ likwidità. Madankollu, l-impriżi ta’ dak li kien Tirrenia Group li għamlu użu minn din il-possibbiltà kienu meħtieġa jerġgħu jagħmlu disponibbli dawn il-fondi ddedikati, sabiex xorta waħda jkunu jistgħu jwettqu l-aġġornamenti neċessarji fil-vapuri tagħhom. Dawn l-aġġornamenti kienu meħtieġa sabiex jintlaħqu standards internazzjonali tas-sikurezza ġodda wara l-Ftehim ta’ Stokkolma tal-1996 (53). |
|
(110) |
B’mod partikolari, minn żewġ faċilitajiet (54) twarrbu EUR 23 750 000 sabiex iħallsu għat-titjib f’Tirrenia Group kollu. Minn dan l-ammont, EUR 12 051 900 ġew iddepożitati f’kont bankarju dedikat f’Banca Carige speċifikament għal Tirrenia, dejjem bl-għan li dawn il-fondi jintużaw kif kien maħsub oriġinarjament, jiġifieri sabiex jitwettqu l-aġġornamenti meħtieġa sabiex jiġu rispettati l-istandards internazzjonali dwar is-sikurezza. Madankollu, fit-12 ta’ Awwissu 2010 Banca Carige paċiet b’dan id-depożitu żewġ djun dovuti lilha minn Tirrenia, għal ammont ta’ EUR 4 657 005,35. Għalhekk, Tirrenia effettivament sfruttat il-possibbiltà stabbilita fil-Liġi tal-2010 sabiex tuża l-fondi allokati għall-aġġornament tal-flotta sabiex tissodisfa d-domandi ta’ likwidità, anki jekk hija kienet għadha obbligata tħallas lura din l-għajnuna lill-Istat Taljan billi terġa’ tqiegħed għad-dispożizzjoni l-kont iddedikat għax-xogħlijiet ta’ aġġornament. |
|
(111) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 1 tal-Liġi tal-2010 stabbilixxa wkoll dan li ġej:
|
2.4. Il-proċedura ta’ ksur Nru 2007/4609
|
(112) |
Wara skambji preċedenti bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani, fid-19 ta’ Diċembru 2008 id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni responsabbli għall-enerġija u għat-trasport bagħat talba għall-informazzjoni lill-Italja. Din it-talba kienet tikkonċerna fost affarijiet oħra, ħarsa ġenerali lejn ir-rotot tas-servizz pubbliku f’dak iż-żmien u l-mandat tas-servizz pubbliku li l-Italja kienet tipprevedi skont il-Konvenzjonijiet il-ġodda proposti. Barra minn hekk, l-Italja ntalbet tipprovdi aktar dettalji dwar il-pjanijiet ta’ privatizzazzjoni għal Tirrenia Group. |
|
(113) |
Fl-ittra tagħhom tat-28 ta’ April 2009, l-awtoritajiet Taljani taw tweġiba dettaljata għat-talba tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008. F’din l-ittra, l-Italja, fost affarijiet oħra:
|
|
(114) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2009, id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni responsabbli għall-enerġija u għat-trasport bagħat ittra lill-awtoritajiet Taljani filwaqt li nnota fost l-oħrajn li:
|
|
(115) |
Fit-22 ta’ Jannar 2010, l-awtoritajiet Taljani wieġbu għall-ittra tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2009. Fl-ittra tagħhom, l-awtoritajiet Taljani:
|
|
(116) |
Fid-29 ta’ Jannar 2010 (58), il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ avviż formali rigward l-implimentazzjoni ħażina tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. F’din l-ittra, il-Kummissjoni fakkret li dan ir-Regolament jirrikjedi li kull meta Stat Membru jikkonkludi kuntratti pubbliċi ta’ servizz jew jimponi obbligi ta’ servizz pubbliku, dan għandu jagħmel hekk fuq bażi nondiskriminatorja fir-rigward tas-sidien kollha tal-bastimenti tal-Komunità. Skont l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament, il-kuntratti pubbliċi eżistenti ta’ servizz jistgħu jibqgħu fis-seħħ sad-data ta’ skadenza tal-kuntratt rilevanti. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li l-kumpaniji ta’ Tirrenia Group komplew joperaw servizzi tat-trasport marittimu wara l-iskadenza tal-kuntratti pubbliċi rispettivi ta’ servizz (il-Konvenzjonijiet inizjali). B’mod partikolari, dawn il-Konvenzjonijiet kellhom jiskadu fl-aħħar tal-2008 iżda ġew estiżi b’mod ripetut mill-Italja. Għalhekk, il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Taljani sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. |
|
(117) |
Ukoll fid-29 ta’ Jannar 2010, id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni responsabbli għall-enerġija u għat-trasport wieġeb għall-ittra tal-awtoritajiet Taljani tat-22 ta’ Jannar 2010. Id-Direttur Ġenerali enfasizza li t-tweġiba tiegħu kienet tikkonċerna biss il-konformità mar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu u mhux kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat. F’dan l-isfond, id-Direttur Ġenerali indika li l-ġustifikazzjonijiet ipprovduti rigward il-linji Genova – Porto Torres, Genova – Olbia – Arbatax u Civitavecchia – Olbia kienu suffiċjenti sabiex ineħħu d-dubji espressi qabel. Barra minn hekk, id-Direttur Ġenerali nnota b’mod pożittiv li, wara t-talba preċedenti tiegħu, l-Italja kienet neħħiet konnessjoni internazzjonali mill-abbozz il-ġdid tal-Konvenzjoni għal Tirrenia. Fir-rigward tal-mistoqsijiet imqajma dwar ir-rotot operati minn Caremar, il-ġustifikazzjonijiet għal uħud minn dawn ir-rotot biss tqiesu li kienu suffiċjenti. Għalhekk, l-Italja ntalbet tipprovdi aktar kjarifiki dwar uħud mir-rotot ta’ Caremar. Id-Direttur Ġenerali fakkar li l-kuntratti pubbliċi ta’ servizz jistgħu jkopru biss rotot li għalihom hemm falliment tas-suq. |
|
(118) |
Fid-29 ta’ Marzu 2010, l-awtoritajiet Taljani wieġbu għall-ittra ta’ avviż formali tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2010. Fit-tweġiba tagħhom, l-awtoritajiet Taljani:
|
|
(119) |
Fl-10 ta’ Settembru 2010, l-awtoritajiet Taljani informaw lill-Kummissjoni waqt laqgħa ad hoc, li l-proċedura għall-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u ta’ Siremar kienet ġiet ikkanċellata fl-aħħar stadju u li, konsegwentement, l-iskadenza tat-30 ta’ Settembru ma kinitx se tintlaħaq. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani rrapportaw li l-proċeduri kompetittivi għall-kuntratti ta’ Caremar, ta’ Saremar, ta’ Siremar u ta’ Toremar kienu ġew ittardjati wkoll. Sussegwentement, il-Liġi Nru 163 tal-1 ta’ Ottubru 2010 estendiet ulterjorment il-Konvenzjonijiet inizjali sat-tlestija tal-proċessi ta’ privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u ta’ Siremar (ara wkoll il-premessa 26). |
|
(120) |
Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, fl-24 ta’ Novembru 2010 il-Kummissjoni adottat ittra ta’ avviż formali komplementari. F’din l-ittra, il-Kummissjoni:
|
|
(121) |
Fil-21 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni adottat opinjoni motivata dwar id-dewmien tal-privatizzazzjoni ta’ tliet kumpaniji Tirrenia (Caremar, Laziomar u Saremar) ta’ dak li kien Tirrenia Group. Minħabba li l-proċeduri tal-offerti għat-tliet kumpaniji l-oħra (Tirrenia, Toremar u Siremar) kienu tlestew matul l-2011 (59), dawn il-kumpaniji ma kinux koperti mill-opinjoni motivata. Il-Kummissjoni nnotat li l-Italja ma kinitx implimentat proċeduri kompetittivi għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizz għall-kabotaġġ marittimu operati mill-kumpaniji Caremar, Laziomar u Saremar, aktar minn tliet snin wara l-iskadenza normali tal-Konvenzjonijiet inizjali rispettivi. Dawk il-Konvenzjonijiet kienu ġew estiżi awtomatikament u b’mod indefinit u b’hekk kienu qed iżommu lil sidien ta’ bastimenti oħra tal-Komunità milli jikkompetu għall-għoti ta’ dawn il-kuntratti. |
|
(122) |
Fit-8 ta’ Awwissu 2012, l-awtoritajiet Taljani wieġbu għall-opinjoni motivata billi ddikjaraw li l-avviżi tas-sejħa għal offerti għall-għoti ta’ kumpaniji inkarigati b’kuntratti pubbliċi ġodda ta’ servizz kienu ppubblikati jew kienu se jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE. B’mod partikolari, għal Caremar, l-avviż ġie ppubblikat fl-20 ta’ Lulju 2012 u għal Laziomar, l-avviż intbagħat għall-pubblikazzjoni fl-1 ta’ Awwissu 2012. Finalment, għal Saremar, fit-2 ta’ Awwissu 2012 ġiet adottata Liġi li kienet teħtieġ il-pubblikazzjoni ta’ avviż bħal dan sat-2 ta’ Ottubru 2012. |
|
(123) |
Fit-13 ta’ Jannar 2014, Compagnia Laziale di Navigazione saret is-sid il-ġdid ta’ Laziomar u ffirmat kuntratt pubbliku ta’ servizz ta’ għaxar snin għal konnessjonijiet mal-arċipelagu ta’ Pontine. Fis-16 ta’ Lulju 2015, ATI SNAV-Rifim saret is-sid ta’ Caremar u ġiet inkarigata b’kuntratt pubbliku ta’ servizz ta’ disa’ snin. Finalment, wara d-Deċiżjoni tal-2014, Saremar ġiet illikwidata u l-kuntratt pubbliku ta’ servizz għar-rotot bejn Sardinja u l-gżejjer iż-żgħar ingħata lil Delcomar f’Marzu 2016. |
|
(124) |
Permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Lulju 2016, l-awtoritajiet Taljani informaw lill-Kummissjoni li l-privatizzazzjoni tal-kumpaniji kollha ta’ dak li kien Tirrenia Group kienet tlestiet. Fit-8 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta’ ksur. |
3. IR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU U GĦALL-ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA
3.1. L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn l-Istat u Tirrenia
3.1.1. L-osservanza ta’ Altmark u l-eżistenza ta’ għajnuna
|
(125) |
Fid-Deċiżjoni tagħha tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li d-definizzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku ma kinitx ċara biżżejjed u, għalhekk, ma kinitx tippermetti lill-Kummissjoni tikkonkludi b’mod definittiv jekk kienx fiha żball evidenti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni kompluta dwar l-obbligi propji imposti fuq Tirrenia għall-operat tar-rotot inkwistjoni meta mqabbla mas-servizzi offruti mill-kompetituri fuq uħud minn dawk ir-rotot. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk ir-rotot ta’ ġarr tal-merkanzija operati minn Tirrenia setgħux jitqiesu li jissodisfaw l-interessi ekonomiċi ġenerali fis-sens tad-dritt tal-Unjoni. |
|
(126) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li t-tieni kriterju tas-sentenza Altmark (60) kien issodisfat minħabba li l-parametri li huma l-bażi tal-kalkolu tal-kumpens kienu ġew stabbiliti minn qabel u r-rekwiżiti ta’ trasparenza kienu osservati. B’mod partikolari, il-Kummissjoni nnotat li dawn il-parametri huma deskritti fil-Konvenzjoni inizjali (għall-kumpens li jikkonċerna s-sena 2009) u fid-Direttiva CIPE (għall-kumpens mill-2010 ’il quddiem). |
|
(127) |
Madankollu, il-Kummissjoni qieset li t-tielet kriterju ta’ Altmark ma kienx jidher li ġie ssodisfat u li l-operaturi setgħu kienu kkumpensati żżejjed għat-twettiq tal-kompiti ta’ servizz pubbliku. B’mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-primjum tar-riskju ta’ 6,5 %, li kien japplika mill-2010 ’il quddiem, jirriflettix livell xieraq ta’ riskju billi prima facie Tirrenia ma kinitx tidher li kienet qed tassumi r-riskji normalment imġarrba fl-operat ta’ dawn is-servizzi. |
|
(128) |
Il-Kummissjoni kienet ukoll tal-fehma preliminari li r-raba’ kriterju ta’ Altmark ma ġiex issodisfat peress li l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali ma kinitx soġġetta għal sejħa għall-offerti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat ukoll li ma kienet irċiviet l-ebda evidenza li ssostni l-argument li Tirrenia fil-fatt kienet ipprovdiet is-servizzi inkwistjoni bl-anqas kost għall-komunità. |
|
(129) |
Għalhekk, fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-kumpensi tas-servizz pubbliku mħallsa lil Tirrenia matul l-2009-2011 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li din l-għajnuna jenħtieġ li titqies bħala għajnuna ġdida. |
|
(130) |
Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni qieset li, peress li l-kundizzjonijiet kollha kienu baqgħu l-istess fl-2012 u sad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni l-ġdida, il-kumpens mogħti lil Tirrenia mill-1 ta’ Jannar 2012 taħt l-estensjoni ulterjuri tal-Konvenzjoni inizjali jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ukoll. |
3.1.2. Il-kompatibbiltà
|
(131) |
Fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kumpens tas-servizz pubbliku għas-snin 2009-2011 ma kienx jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE (61) (Deċiżjoni SGEI tal-2005) u lanqas tal-Qafas SGEI tal-2005 (62). Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat din il-miżura direttament skont l-Artikolu 106(2) TFUE u sabet li kellha dubji dwar jekk kinux issodisfati l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà applikabbli. |
|
(132) |
Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni nnotat li fil-31 ta’ Jannar 2012, kien daħal fis-seħħ pakkett SGEI ġdid li jikkonsisti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE (63) (Deċiżjoni SGEI tal-2011) u fil-Qafas SGEI tal-2011 (64). Madankollu, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kumpens tas-servizz pubbliku skont l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali ma setax jitqies kompatibbli mas-suq intern u jiġi eżentat mir-rekwiżit ta’ notifika skont id-Deċiżjoni SGEI tal-2011. |
|
(133) |
Il-Liġi tal-2010 kienet tipprevedi l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali mit-30 ta’ Settembru 2010 sa tmiem il-proċess ta’ privatizzazzjoni. Tirrenia kienet f’diffikultà fil-mument tal-adozzjoni tal-Liġi tal-2010 (ara l-premessa 61). B’riżultat ta’ dan, il-kumpens riċevut mill-kumpanija mill-1 ta’ Ottubru 2010 sal-privatizzazzjoni tagħha ma setax jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-Qafas SGEI tal-2011. Minflok, skont il-paragrafu 9 (65) tal-Qafas SGEI tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li din l-għajnuna jenħtieġ li tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. |
|
(134) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-kriterji ta’ kompatibbiltà stabbiliti mil-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar ma kinux issodisfati f’dan il-każ u, għalhekk, kienet tal-fehma preliminari fid-Deċiżjoni tal-2012 li l-kumpens imħallas lil Tirrenia f’diffikultà kien isarraf f’għajnuna inkompatibbli għar-ristrutturar. |
3.2. L-estensjoni illegali tal-għajnuna ta’ salvataġġ lil Tirrenia
|
(135) |
Fid-Deċiżjoni tal-2012, Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-għajnuna għas-salvataġġ kienet ġiet estiża b’mod illegali mit-28 ta’ Awwissu 2011 għat-18 ta’ Settembru 2012 u li l-estensjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ matul dan il-perjodu kienet tikkostitwixxi għajnuna inkompatibbli lil Tirrenia u lil Siremar u possibbilment ukoll lix-xerrejja rispettivi tagħhom. B’mod partikolari, il-Kummissjoni nnotat li l-Italja ma kinitx issottomettiet pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni fi żmien sitt xhur wara l-ħlas tal-ewwel pagament parzjali tal-għajnuna għas-salvataġġ lil dawn il-kumpaniji kif meħtieġ mil-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Il-Kummissjoni kkunsidrat li lanqas il-kundizzjonijiet għal estensjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ kif stabbiliti fil-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar ma kienu ssodisfati. |
3.3. Il-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u l-pagament differit tal-prezz tax-xiri minn CIN
|
(136) |
Fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha li l-proċedura tal-offerti għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia ma kinitx trasparenti biżżejjed u inkondizzjonata b’tali mod li jiżgura li l-bejgħ sar bil-prezz tas-suq. |
|
(137) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li għalkemm is-sejħa għall-espressjoni ta’ interess ġiet ippubblikata f’diversi gazzetti u fuq għadd ta’ siti web, dik is-sejħa ma kinitx tidher li tagħti dettalji dwar l-ambitu tal-bejgħ u ma tat l-ebda struzzjonijiet ċari lill-offerenti dwar il-fażijiet sussegwenti tal-proċedura. Is-sejħa lanqas ma kien jidher li fiha kriterji ta’ qabel il-kwalifika jew tal-għażla jew xi kundizzjoni oħra li kellha tiġi ssodisfata mill-offerenti minbarra l-kundizzjoni obbligatorja li jrid jibqa’ jiġi pprovdut is-servizz pubbliku. Barra minn hekk, l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tal-assi soġġetti għall-proċedura tal-bejgħ saret disponibbli għall-offerenti biss matul il-fażi tad-diliġenza dovuta. |
|
(138) |
It-tieni, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li ċerti rekwiżiti imposti fil-privatizzazzjoni setgħu rrestrinġew l-għadd ta’ offerenti u/jew influwenzaw il-prezz tal-bejgħ. Il-Kummissjoni ddikjarat mill-ġdid il-prattika stabbilita tagħha dwar il-bejgħ ta’ assi ta’ impriżi pubbliċi mill-Istat jew imputabbli lill-Istat: kunsiderazzjonijiet mhux ekonomiċi li bejjiegħ privat ma kienx jagħmel, bħal tħassib dwar il-politika pubblika, l-impjiegi jew l-iżvilupp reġjonali, jissuġġerixxu l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat jekk dawn jimponu obbligi onerużi fuq ix-xerrej potenzjali u, għalhekk, huma suxxettibbli li jnaqqsu l-prezz tal-bejgħ. |
|
(139) |
Il-proċeduri tal-bejgħ tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar kienu bbażati fuq il-proċedura stabbilita mil-liġi Marzano (ara l-premessa 64). Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat iż-żewġ proċeduri flimkien. Hija kkunsidrat li l-bejgħ tal-fergħat kummerċjali inkarigati b’Konvenzjonijiet ġodda rriżulta f’obbligu fuq ix-xerrejja li jipprovdu s-servizz pubbliku soġġetti għall-obbligi stabbiliti minn qabel dwar il-kwalità, il-frekwenza u n-nollijiet kif stabbiliti mill-Konvenzjonijiet il-ġodda. Billi impona obbligi bħal dawn, lill-Kummissjoni dehrilha li l-Istat ma fittixx li jikseb l-ogħla prezz, iżda pjuttost li jsegwi objettivi ta’ interess pubbliku. Il-Kummissjoni kkunsidrat li kien improbabbli ħafna li bejjiegħ privat kien jagħti l-istess importanza lill-operat mhux interrott tas-servizz pubbliku. |
|
(140) |
Bl-istess mod, il-Kummissjoni kkunsidrat li bejjiegħ privat, li jopera taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, ma kienx jimponi l-obbligu li jinżammu l-livelli ta’ impjieg għal sentejn. |
|
(141) |
Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-proċedura ta’ privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia ma kinitx trasparenti u inkondizzjonata biżżejjed sabiex tiżgura waħedha li l-bejgħ sar bil-prezz tas-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li ngħata vantaġġ ekonomiku la lill-attività ekonomika mibjugħa u lanqas lix-xerrej. |
|
(142) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li kwalunkwe għajnuna li setgħet ingħatat matul il-proċess ta’ privatizzazzjoni kienet tkun inkompatibbli. |
|
(143) |
Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-pagament differit minn CIN tal-prezz tax-xiri għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia seta’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil CIN. B’mod partikolari, il-Kummissjoni nnotat li l-valur reali tal-prezz tax-xiri, miksub permezz ta’ tnaqqis tal-pagamenti differiti fil-valur tagħhom fil-mument tal-bejgħ, huwa anqas mill-valur tas-suq stabbilit mill-espert indipendenti maħtur mill-Italja. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li CIN setgħet ibbenefikat minn vantaġġ rappreżentat tal-anqas bid-differenza bejn il-prezz stabbilit mill-espert indipendenti u l-pagamenti futuri skontati bil-valur preżenti tagħhom. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni qieset li din il-miżura setgħet kienet tikkostitwixxi għajnuna operazzjonali, li fil-prinċipju hija inkompatibbli mas-suq intern. |
3.4. Il-Konvenzjoni l-ġdida bejn l-Istat Taljan u CIN
|
(144) |
Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kumpens lix-xerrej tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia (jiġifieri, CIN) ma ssodisfax il-kriterji stabbiliti fis-Sentenza Altmark u, għalhekk, kien isarraf f’għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
(145) |
Il-Kummissjoni waslet għal din il-konklużjoni minħabba li:
|
|
(146) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-kumpens għal CIN, il-Kummissjoni nnotat li, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani, deher li għall-konnessjonijiet operati minn CIN taħt is-sistema tas-servizz pubbliku, in-numru ta’ passiġġieri ttrasportati fis-sentejn preċedenti għal dik tal-inkarigu ma jaqbiżx il-limitu stabbilit mid-Deċiżjoni SGEI tal-2011, jiġifieri 300 000 passiġġier. Madankollu, fid-dawl tad-dubji tagħha dwar in-natura ġenwina tal-SGEI u dwar il-possibbiltà ta’ kumpens żejjed għal CIN, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kumpensi ma setgħux jiġu kkunsidrati kompatibbli fuq il-bażi tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011. Imbagħad, il-Kummissjoni evalwat l-għajnuna fuq il-bażi tal-Qafas SGEI tal-2011 iżda sabet li kellha dubji dwar jekk il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà ta’ dak il-Qafas kinux issodisfati u stiednet lill-Italja biex turi li dan kien il-każ. |
3.5. Il-prijorità tal-irmiġġ
|
(147) |
Fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li fejn il-prijorità tal-irmiġġ ma tkunx remunerata, il-miżura tkun vantaġġ regolatorju li ma jinvolvi l-ebda trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat u, għalhekk, ma tistax tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. Jekk il-prijorità tal-irmiġġ tkun remunerata, il-Kummissjoni qieset li dment li Tirrenia tipprovdi SGEI ġenwin u li din il-prijorità tingħata biss b’rabta mal-konnessjonijiet koperti mill-SGEI, din ma tkunx tirriżulta f’vantaġġ ekonomiku addizzjonali peress li tkun intrinsika għall-provvista tal-SGEI. Minkejja dan, il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Taljani u lil partijiet terzi sabiex jipprovdu aktar informazzjoni dwar din il-miżura. |
|
(148) |
Peress li kienet qajmet dubji dwar il-leġittimità tal-missjoni tal-SGEI, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi dwar il-kompatibbiltà tal-miżura li kieku kellha tkun għajnuna. |
3.6. Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010
|
(149) |
Fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-miżuri kollha stabbiliti mil-Liġi tal-2010 kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat favur il-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group, inkluża Tirrenia. Dawn kienu jinkludu (1) l-użu possibbli għal skopijiet ta’ likwidità tal-fondi allokati għall-aġġornament tal-vapuri; (2) l-eżenzjonijiet fiskali relatati mal-proċess ta’ privatizzazzjoni; (3) l-użu possibbli tar-riżorsi tal-FAS. Il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Taljani jiċċaraw jekk u b’liema mod kull waħda minn dawn il-miżuri kinitx meħtieġa sabiex jiġi pprovdut is-servizz pubbliku. |
|
(150) |
Il-Kummissjoni kienet ukoll tal-fehma preliminari li dawn il-miżuri x’aktarx kienu jikkostitwixxu għajnuna operazzjonali li tnaqqas il-kostijiet li Tirrenia, u l-kumpaniji l-oħra ta’ dak li kien Tirrenia Group, kien ikollhom iġarrbu huma stess u, għalhekk, dawn il-miżuri jenħtieġ li jitqiesu bħala inkompatibbli mas-suq intern. |
4. KUMMENTI MILL-ITALJA
4.1. Dwar l-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-ambjent kompetittiv
|
(151) |
L-Italja pprovdiet lista ta’ rotot operati minn Tirrenia li huma soġġetti għal obbligi ta’ servizz pubbliku, inklużi l-frekwenza u l-iskedi staġjonali, l-ambjent kompetittiv u r-raġunijiet li wasslu għall-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku. |
|
(152) |
Fir-rigward tal-eżistenza ta’ SGEI ġenwin, l-Italja nnotat li l-obbligi ta’ servizz pubbliku li imponiet fuq Tirrenia u, aktar tard, CIN, jiżguraw, f’termini ta’ regolarità, ta’ kontinwità u ta’ kwalità, servizz sodisfaċenti li jgħaqqad l-Italja kontinentali mal-portijiet tal-gżejjer. Dan is-servizz jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer, filwaqt li fl-istess ħin jiggarantixxi l-ħtiġijiet essenzjali tal-mobbiltà tal-komunitajiet tal-gżejjer u jiżgura li jiġi rrispettat id-dritt garantit kostituzzjonalment għall-kontinwità territorjali. F’dan il-kuntest, l-Italja nnotat li l-obbligi ta’ servizz pubbliku huma kompletament konformi mal-objettivi tal-Artikoli 174 et seq. TFUE u tad-Dikjarazzjoni Nru 30 dwar ir-reġjuni ta’ gżejjer (mehmuża mal-Att Finali tat-Trattat ta’ Amsterdam). L-Italja rreferiet ukoll għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) li tikkonferma li l-għan li jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed servizzi regolari tat-trasport marittimu lejn il-gżejjer, mill-gżejjer u bejn il-gżejjer, huwa kopert minn objettiv leġittimu ta’ interess pubbliku (67). |
|
(153) |
L-Italja sostniet li s-servizzi operati minn kumpaniji soġġetti għal obbligi ta’ servizz pubbliku u dawk ġestiti minn kumpaniji li jwettqu attività kummerċjali b’mod ħieles mhumiex komparabbli kompletament. B’mod partikolari, ir-regolarità, il-kontinwità u l-kwalità tas-servizzi pprovduti minn tal-ewwel ikunu ggarantiti bis-sħiħ bis-saħħa tal-obbligi ċari stabbiliti fil-Konvenzjonijiet filwaqt li tal-aħħar ikunu jiddependu biss fuq il-kalkolu mill-operatur tar-redditu tiegħu fuq l-investiment. F’dan ir-rigward, l-Italja tat l-eżempju tar-rotta La Maddalena – Palau li għaliha Enermar, li topera din ir-rotta fuq termini kummerċjali, iddeċidiet li twaqqaf is-servizz mingħajr avviż minn qabel. Għall-kuntrarju, Saremar, li kienet topera din ir-rotta permezz ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz, kienet meħtieġa tkompli s-servizz tagħha u, għalhekk, effettivament żgurat kontinwità territorjali. L-Italja rreferiet ukoll għall-operatur privat Go f’Sardinja li minħabba diffikultajiet finanzjarji ssospenda bla ma kien mistenni s-servizzi tiegħu f’Awwissu 2014. Dan ikkawża tbatija għal eluf ta’ passiġġieri li kienu diġà ħallsu l-biljetti tagħhom u li ma kinux jilħqu d-destinazzjonijiet tagħhom mingħajr l-intervent ta’ Tirrenia. |
4.2. Dwar l-estensjoni illegali potenzjali tal-għajnuna ta’ salvataġġ lil Tirrenia
|
(154) |
L-awtoritajiet Taljani fakkru li huma kienu informaw lill-Kummissjoni, b’ittra tas-16 ta’ Mejju 2011, li Tirrenia f’EA kienet se tħallas lura s-self garantit mill-Istat wara t-tlestija tal-bejgħ tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar, billi tuża l-fondi minn dan il-bejgħ (68). Minħabba li fil-25 ta’ Lulju 2011 CIN iffirmat il-kuntratt għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, kemm l-awtoritajiet Taljani kif ukoll Tirrenia f’EA leġittimament kienu jemmnu li l-għajnuna setgħet titħallas lura sad-data ta’ skadenza tat-28 ta’ Awwissu 2011. |
|
(155) |
L-Italja enfasizzat li l-avvenimenti sussegwenti dewmu bla ma kien mistenni t-tlestija tal-bejgħ tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar. Għaldaqstant, Tirrenia f’EA kellha tkompli topera s-servizzi tagħha għal żmien konsiderevolment itwal minn dak ippjanat u kellha ġġarrab il-kostijiet relatati. Skont l-Italja, il-pjan ta’ likwidazzjoni għal Tirrenia kien disponibbli fuq is-sit web ta’ Tirrenia f’EA ħafna qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur stabbilit mil-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. L-Italja żiedet tgħid li l-Kummissjoni dejjem kienet aġġornata dwar il-progress tal-proċess ta’ privatizzazzjoni. L-ammont sħiħ dovut kemm minn Tirrenia kif ukoll minn Siremar, inkluż l-imgħax, tħallas lura lill-Istat wara biss 48 jum mill-pagament minn CIN tal-ewwel pagament parzjali tal-prezz għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. |
4.3. Dwar il-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Terrenia
4.3.1. Dwar in-natura trasparenti u nondiskriminatorja tal-proċedura
|
(156) |
L-Italja enfasizzat li l-proċeduri twettqu f’konformità sħiħa mal-liġi Marzano. Għalkemm il-liġi inkwistjoni tirreferi għall-possibbiltà li jiġi identifikat ix-xerrej permezz ta’ negozjati privati, dan ma jipprekludix l-osservanza tal-prinċipji ta’ ftuħ, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni. Barra minn hekk, f’dan il-każ, dispożizzjonijiet legali oħra li espliċitament jeħtieġu l-organizzazzjoni ta’ proċeduri kompetittivi trasparenti u nondiskriminatorji jkunu jeskludu l-possibbiltà li wieħed jirrikorri għal kwalunkwe forma ta’ negozjati privati. B’mod partikolari, l-Artikolu 1(5-bis)(b) tal-Liġi tal-2010 jirrikjedi li l-Kummissarju Straordinarju jillimita l-proċedimenti għaż-“żmien minimu li huwa possibbli taħt il-proċedura amministrattiva straordinarja filwaqt li tinżamm konformità mal-proċedura kompetittiva, trasparenti u nondiskriminatorja meħtieġa għall-bejgħ”. |
|
(157) |
Il-proċedura prevista fl-Artikolu 4 (4-quater) tad-Digriet Amministrattiv 347/2003, skont l-Italja, offriet garanziji addizzjonali f’termini ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni, b’mod partikolari minħabba l-valutazzjoni tal-prezz tas-suq tal-unità tan-negozju offruta għall-bejgħ minn espert indipendenti u l-għażla tal-aktar offerta vantaġġuża f’termini ta’ prezz. |
|
(158) |
L-Italja sostniet li l-partijiet kollha kellhom aċċess ugwali għall-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jidentifikaw b’mod ċar l-assi offruti għall-bejgħ u jħejju offerta. Tabilħaqq, il-bejgħ kien limitat għall-assi u għar-relazzjonijiet kuntrattwali inerenti fil-provvista tas-servizz pubbliku, kif ġej:
|
|
(159) |
L-Italja ċċarat ukoll li sitta mill-bastimenti ta’ Tirrenia, li ma kinux meħtieġa għall-provvista tas-servizz pubbliku, inbiegħu taħt proċeduri ta’ bejgħ separati. Tnedew proċeduri ta’ bejgħ separati għad-disponiment tal-proprjetà immobbli u għall-opri tal-arti li jappartjenu għal Tirrenia. B’hekk, dawn l-assi ma kinux inklużi fis-sejħa għall-offerti għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia (ara wkoll it-taqsima 4.3.2). |
|
(160) |
F’dak li jirrigwarda b’mod speċifiku l-obbligu li jinżammu l-livelli tal-impjieg, l-Italja enfasizzat li l-bejgħ tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2112 tal-Kodiċi Ċivili u, għalhekk, ma hemm l-ebda trasferiment awtomatiku tal-persunal (bil-kuntratti eżistenti tiegħu) lill-offerenti rebbieħa. L-uniku obbligu legali għall-offerenti magħżula kien li jerġgħu jimpjegaw il-persunal tal-bejjiegħ (fuq il-bażi ta’ kuntratti ġodda) u li jżommu l-livelli ta’ impjieg għal sentejn, kif mitlub mill-Artikolu 63(2) tad-Digriet Amministrattiv 270/1999, li japplika għall-kumpaniji l-kbar kollha f’amministrazzjoni straordinarja. Madankollu, dan ma kienx ifisser li l-impjegati ta’ Tirrenia awtomatikament jiġu ttrasferiti lix-xerrej. Barra minn hekk, dan l-obbligu kien limitat għall-persunal li, skont il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u t-tabelli ta’ forniment tal-persunal tal-fergħa kummerċjali, kien meqjus essenzjali għat-tkomplija tal-operat tas-servizz pubbliku. |
|
(161) |
L-Italja sostniet li tali obbligu, impost mil-liġi domestika ġenerali, u li jservi sabiex jiżgura l-kontinwità tal-attività u t-twettiq tas-servizz pubbliku, kien ikun impost fuq l-istess termini minn bejjiegħ privat. |
|
(162) |
Wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess bit-Taljan u bl-Ingliż fuq is-sit web ta’ Tirrenia u f’numru ta’ gazzetti nazzjonali u internazzjonali u siti web speċjalizzati, saru 21 espressjoni ta’ interess minn entitajiet Taljani, Ewropej u mhux Ewropej. L-Italja qieset li dan juri li l-kontenut ta’ din is-sejħa ppermetta li jiġu identifikati b’mod ċar x’kien qed jinbiegħ u n-natura tal-proċedura li kellha tiġi segwita, filwaqt li fl-istess ħin tiġi salvagwardjata l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva (primarjament sabiex jiġu protetti l-interessi tax-xerrejja potenzjali). Imbagħad, matul il-fażi ta’ diliġenza dovuta, l-entitajiet ingħataw informazzjoni dettaljata dwar fost l-oħrajn l-assi speċifiċi għall-bejgħ, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, l-abbozz tal-Konvenzjoni l-ġdida (ara l-premessa 72). |
|
(163) |
Għalhekk, l-Italja sostniet li l-entitajiet kollha interessati li jakkwistaw il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia ġew ipprovduti b’mod trasparenti u nondiskriminatorju bl-informazzjoni meħtieġa sabiex jagħmlu offerta ta’ xiri bl-għarfien sħiħ tal-fatti. |
4.3.2. Dwar il-bejgħ tal-assi mhux fl-ambitu tal-fergħa kummerċjali ta’ Terrenia
|
(164) |
L-Italja spjegat li l-Kummissarju Straordinarju nieda proċessi ta’ sejħa għall-offerti indipendenti, trasparenti u nondiskriminatorju għall-bejgħ tas-sitt vapuri (69)li Tirrenia ma kellhiex bżonn sabiex topera s-servizz pubbliku. Fl-10 ta’ Diċembru 2010, ġew ippubblikati sejħiet għal espressjoni ta’ interess fil-gazzetti nazzjonali u internazzjonali kif ukoll f’xi pubblikazzjonijiet speċjalizzati. Sa ma għaddiet id-data ta’ skadenza, li kienet ġiet estiża darbtejn, ġew riċevuti biss offerti għal skopijiet ta’ demolizzjoni għall-ħames hekk imsejħa mezzi veloċi ta’ trasport tul korp tal-ilma. Madankollu, mal-iskadenza tal-proċedura dwar il-vapur bil-mutur Domiziana, waslu żewġ offerti għax-xiri ta’ dan il-bastiment għall-finijiet ta’ kummerċ (jiġifieri ta’ trasport bil-baħar). Saru tentattivi sabiex jinkisbu offerti ogħla (kemm miż-żewġ offerenti inizjali kif ukoll minn offerenti potenzjali addizzjonali) iżda ma waslet l-ebda tali offerta. Għalhekk, intgħażel l-offerent li kien għamel l-ogħla offerta. |
|
(165) |
L-Italja indikat ukoll li diversi proprjetajiet immobbli li kienu proprjetà ta’ Tirrenia kienu ppjanati li jinbiegħu permezz ta’ proċeduri separati indipendenti ta’ sejħiet għall-offerti peress li ma kinux meħtieġa għall-operat tas-servizz pubbliku u, għalhekk, ma kinux inklużi fil-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. L-Italja rreferiet għall-bejgħ tal-Palazzo Molin f’Venezja sabiex turi s-salvagwardji li kienu ttieħdu sabiex jiġi żgurat l-ogħla prezz tal-bejgħ possibbli (eż. billi jitqabbad espert indipendenti sabiex jevalwa l-proprjetà, billi l-offerenti jiġu mistiedna jtejbu l-offerti tagħhom). Finalment, l-Italja spjegat li l-kollezzjoni tal-arti ta’ Tirrenia kienet se tinbiegħ ukoll permezz ta’ rkant pubbliku separat f’kumpanija tal-irkanti rinomata. |
4.3.3. Dwar ir-raggruppament tal-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia b’Konvenzjoni ġdida
|
(166) |
L-ewwel nett, l-Italja sostniet li d-deċiżjoni li tipprivatizza l-assi flimkien mal-inkarigu tal-obbligu ta’ servizz pubbliku ttieħdet bl-għan li tiġi żgurata liberalizzazzjoni bla xkiel tas-settur tal-kabotaġġ marittimu. L-Italja ssemmi li din l-istrateġija ġiet diskussa minn qabel mal-Kummissjoni (ara t-taqsima 2.4) u fil-prinċipju tqieset konformi mar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. |
|
(167) |
Barra minn hekk, l-Italja qieset li, minħabba l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq f’dak iż-żmien, kien xieraq li l-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia jiġu raggruppati ma’ Konvenzjoni ġdida. Fi żmien ta’ riċessjoni u ta’ tnaqqis sinifikanti fid-domanda għas-settur tat-trasport marittimu, il-possibbiltà ta’ użu tal-flotta tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia għall-operar tar-rotot tas-servizz pubbliku stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida tkun tikkostitwixxi opportunità kummerċjali vijabbli aktar milli fattur li jixħet pressjoni fuq il-valur tas-suq tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. Għalhekk, l-Italja tqis li dan ma setax affettwa b’mod negattiv il-proċedura tal-offerti u l-prezz li rriżulta. |
|
(168) |
F’dan ir-rigward, l-Italja fakkret li mis-sitt bastimenti mhux inklużi fl-ambitu tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia (ara l-premessa 164), ħamsa kellhom jinbiegħu għal skopijiet ta’ demolizzjoni. L-Italja tqis li, fid-dawl tal-kumplessità tas-suq tat-trasport marittimu u tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’dak iż-żmien, kien impossibbli li jinġieb prezz aħjar għall-assi tal-kumpanija, anki li kieku l-proċess tal-offerti ġie ripetut jew li kieku l-assi ma ġewx raggruppati flimkien mal-Konvenzjoni l-ġdida. Fl-aħħar nett, l-Italja tirreferi għall-osservazzjoni li saret minn offerent potenzjali minnhom għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia fil-kuntest tal-proċedura Ewropea ta’ approvazzjoni tal-fużjonijiet. B’mod partikolari, dak l-offerent indika li l-prezz minimu stabbilit mill-espert indipendenti maħtur mill-Italja kien għoli wisq. |
4.3.4. Dwar il-ħatra tal-espert indipendenti
|
(169) |
L-Italja sostniet li, fis-16 ta’ Diċembru 2010, ħames istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin mingħajr ebda skopertura għal Tirrenia Group kienu mistiedna jissottomettu offerti għall-valwazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. L-ebda waħda mill-istituzzjonijiet mistidnin ma ssottomettiet offerta sal-iskadenza stabbilita. |
|
(170) |
Imbagħad Banca Profilo esprimiet interess li tieħu l-kompitu ta’ konsulent indipendenti taħt l-istess kundizzjonijiet kif stabbiliti fil-proċedura tal-għażla. Permezz ta’ Digriet tal-4 ta’ Frar 2011, il-Ministru identifika lil Banca Profilo bħala l-espert indipendenti għall-fini tal-valutazzjoni tal-valur tas-suq tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar. |
4.3.5. Dwar il-kriterji għall-għoti
|
(171) |
L-Italja enfasizzat li fit-2 ta’ Frar 2011, il-Kummissarju Straordinarju bagħat ittra lill-entitajiet interessati dwar il-proċedura, li tistabbilixxi b’mod ċar il-kriterji tal-għoti. Din l-ittra stabbiliet il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-proċess tal-bejgħ u ċċarat li l-prezz tal-bejgħ ma setax ikun anqas mill-valur stabbilit mill-espert indipendenti, filwaqt li l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju propost kellu jkun konformi mal-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti mill-Konvenzjoni l-ġdida. |
|
(172) |
L-Italja kkonfermat ukoll li l-kriterju tal-għoti f’każ ta’ diversi offerti kien l-ogħla prezz, kif stabbilit fir-regoli speċifiċi applikabbli għall-proċedura. |
4.3.6. Dwar ir-rapport ta’ Ecorys
|
(173) |
Matul l-investigazzjoni, l-Italja ġiet mistiedna tikkummenta (ara l-premessa 8) dwar is-sejbiet tal-konsulent indipendenti magħżul mill-Kummissjoni (Ecorys). L-Italja qablet mal-konklużjonijiet ta’ Ecorys li la r-raggruppament flimkien tal-privatizzazzjoni mal-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida u lanqas il-kundizzjoni tal-forza tax-xogħol ma kienu jbaxxu l-valur tas-suq tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. |
|
(174) |
Fir-rigward tar-raggruppar imsemmi aktar ’il fuq, l-Italja rreferiet għal diversi dikjarazzjonijiet ta’ Ecorys, inkluża l-kunsiderazzjoni tagħha li, meta sar il-bejgħ, l-unika alternattiva vijabbli għal bejgħ tal-assi taħt is-sistema ta’ servizz pubbliku (jiġifieri permezz tar-raggruppament tal-privatizzazzjoni tal-assi mal-Konvenzjoni l-ġdida) kien il-likwidazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. L-Italja tenniet ukoll li fi żmien ta’ kriżi fis-settur tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma, ikkaratterizzata minn tnaqqis sinifikanti fid-domanda, il-possibbiltà li tintuża l-flotta ta’ Tirrenia għar-rotot tas-servizz pubbliku identifikati fil-Konvenzjoni kienet tikkostitwixxi opportunità kummerċjali valida, aktar milli fattur li x’aktarx inaqqas il-valur tal-assi. Barra minn hekk, l-Italja fakkret li mis-sitt vapuri mhux inklużi fl-ambitu tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, ħamsa setgħu jinbiegħu għal fini ta’ demolizzjoni biss (ara l-premessa 168). Fl-aħħar nett, l-Italja ddikjarat li, fid-dawl tal-prezz attwali li jirriżulta mill-proċedura tal-offerti, il-livell tal-prezzijiet tal-fjuwil, u ċ-ċirkustanzi ekonomiċi ħżiena, ma kienx ikun possibbli li tinkiseb valwazzjoni aħjar tal-assi, anki li kieku l-proċedura tal-offerti kellha tiġi ripetuta jew kieku l-perimetru tal-assi għall-bejgħ kellu jinbidel. |
|
(175) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni tal-forza tax-xogħol, l-Italja enfasizzat il-konklużjoni ta’ Ecorys li ma hemm l-ebda element li juri li din il-kundizzjoni kellha xi impatt sinifikanti fuq il-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. L-Italja fakkret ukoll li din il-kundizzjoni kienet tirriżulta mill-Artikolu 63(2) tad-Digriet Amministrattiv 270/1999 u kienet tikkonċerna biss lil dawk l-impjegati li huma meħtieġa jiggarantixxu l-operat tan-negozju kkonċernat f’konformità mat-tabelli dwar il-forniment tal-persunal tal-flotta. It-tabelli dwar il-forniment tal-persunal tal-flotta (i) jistabbilixxu l-kompożizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tal-ekwipaġġ meħtieġ sabiex jopera l-bastiment f’konformità mal-liġijiet dwar is-sikurezza marittima; (ii) huma stabbiliti b’Digriet Ministerjali; u (iii) jitħejjew minn kumitat li jinkludi, fi rwol konsultattiv, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-ħaddiema u lis-sidien tal-bastimenti. Bastiment jista’ jkun qed ibaħħar għal 365 jum fis-sena u l-ekwipaġġ tal-bastiment jeħtieġ li jalterna perjodi abbord ma’ perjodi fuq l-art. Konsegwentement, meta jiġu ddeterminati l-livelli tal-forza tax-xogħol sabiex jiġi żgurat li l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia tkun operazzjonali, il-livell minimu tal-forza tax-xogħol irid jinkludi n-numru ta’ ekwipaġġ iddikjarat fit-tabelli tal-forniment tal-persunal flimkien ma’ ekwipaġġ ta’ riżerva. Is-sid il-ġdid tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kien ikollu jirrispetta dawn il-livelli minimi tal-forza tax-xogħol, indipendentement minn kwalunkwe kundizzjoni tal-forza tax-xogħol. Barra minn hekk, l-Italja żiedet li filwaqt li x-xerrej tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kellu joffri impjieg lill-impjegati kollha li huma meħtieġa sabiex jiggarantixxu l-operat tas-servizz pubbliku, dan kien ibbażat fuq kuntratti ta’ impjieg differenti minn dawk li kienu fis-seħħ qabel (70). |
|
(176) |
Ir-rapport ta’ Ecorys ikkonkluda li l-valur stmat tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia seta’ kien madwar 7,8% ogħla mill-valur propost mill-espert maħtur mill-awtoritajiet Taljani, Banca Profilo. L-Italja qieset li din id-differenza tista’ tiġi spjegata għaliex iż-żewġ esperti kellhom jibbażaw fuq previżjonijiet għal diversi parametri tekniċi u li min-natura tagħhom hemm marġni ta’ differenza f’dawn il-previżjonijiet. L-awtoritajiet Taljani ppreżentaw kontrovalwazzjoni mħejjija minn Banca Profilo, li tispjega fid-dettall id-differenzi (71) mir-rapport ta’ Ecorys. L-Italja qieset li din il-kontrovalwazzjoni toffri raġunijiet b’saħħithom u oġġettivi għad-differenzi bejn iż-żewġ valutazzjonijiet. Tabilħaqq, Banca Profilo sostniet li s-suppożizzjonijiet tagħha kienu aktar konservattivi (72) minn dawk ta’ Ecorys u kienu jirriflettu aħjar is-sitwazzjoni li qed tiġi eżaminata. |
|
(177) |
Barra minn hekk, l-Italja indikat li t-trasferiment tas-sjieda fuq il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia seħħ aktar minn sentejn wara d-data ta’ referenza użata kemm minn Banca Profilo kif ukoll minn Ecorys għall-valwazzjonijiet tagħhom. Skont l-Italja, matul dak il-perjodu, il-valur tal-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kien jonqos fil-valur u l-klima ekonomika kienet teqleb għall-agħar b’mod sinifikanti. Għalhekk, l-Italja kkonkludiet li ma setax ikun hemm dubji li, fid-data meta sar il-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, il-kundizzjonijiet tal-prezz miftiehma mill-partijiet kienu jirriflettu bis-sħiħ il-valur tas-suq tal-assi tal-kumpanija. |
4.4. Dwar il-konformità tal-Konvenzjoni l-ġdida mal-kriterji ta’ Altmark
|
(178) |
L-Italja tenniet li hija kienet innotifikat il-kumpens tas-servizz pubbliku li kellu jitħallas skont il-Konvenzjoni l-ġdida għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt biss, minħabba li hija kienet tqis li din il-miżura ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat (ara l-premessa 4). B’mod partikolari, l-awtoritajiet Taljani argumentaw li l-erba’ kriterji ta’ Altmark huma rrispettati għar-raġunijiet li ġejjin:
|
4.5. Dwar il-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % stabbilit fid-Direttiva CIPE mill-2010
|
(179) |
L-Italja rrimarkat li fl-2009, il-kumpens imħallas lil Tirrenia kien jammonta għal EUR 80 010 000. Mill-2010 ’il quddiem, l-ammont massimu tal-kumpens ġie stabbilit għal EUR 72 685 642. L-Italja nnotat li dan l-ammont huwa ferm aktar baxx mil-livell storiku tad-defiċits tal-kumpanija. Aktarx li preżumibbilment dan iġiegħel lix-xerrej tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia jagħmel l-operazzjonijiet aktar effiċjenti sabiex inaqqas id-defiċits għal taħt il-limiti tal-ammont fiss tas-sussidji tul id-durata sħiħa tal-Konvenzjoni l-ġdida u jikkumpensa għall-inflazzjoni tul perjodu twil fil-futur. |
|
(180) |
Id-Direttiva CIPE tipprevedi li l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % jintuża sabiex jiġi ddeterminat ir-redditu fuq il-kapital bl-użu tal-formula tad-WACC (ara l-premessa 42). Madankollu, l-Italja ċċarat li, minħabba li l-ammont tal-kumpens huwa limitat bil-Liġi tal-2009, ġie deċiż li l-kalkolu jiġi ssimplifikat billi tiġi applikata rata fissa ta’ 6.5 % tar-redditu fuq il-kapital. Dan l-approċċ issimplifikat kien applikabbli matul l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali u għadu japplika skont il-Konvenzjoni l-ġdida. L-awtoritajiet Taljani wrew ukoll li l-applikazzjoni tal-metodoloġija sħiħa kif stabbilita fid-Direttiva CIPE setgħet wasslet għal redditu fuq il-kapital li, tal-anqas f’xi snin, kien jaqbeż is-6.5 %. Għal din ir-raġuni, l-Italja tqis li l-approċċ issimplifikat tagħhom huwa konservattiv u ma jippermettix kumpens għal Tirrenia jew għal CIN li jkun ogħla milli dak stabbilit bid-Direttiva CIPE. |
|
(181) |
L-Italja sostniet ukoll li r-redditu fuq il-kapital ta’ 6,5 % jirrifletti r-riskju tal-attivitajiet inkarigati lil Tirrenia rispettivament lil CIN, mingħajr ma jwassal għal kumpens żejjed tas-servizz pubbliku għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi li ġejjin. |
|
(182) |
L-Italja l-ewwel fakkret li matul l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali u minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tal-kumpanija, Tirrenia kellha titpoġġa f’Amministrazzjoni Straordinarja fil-5 ta’ Awwissu 2010. Skont l-Italja, kien de facto impossibbli li jiġi kopert kompletament il-kost nett (jiġifieri l-kostijiet nieqes id-dħul) tas-servizz pubbliku bl-ammont massimu tal-kumpens stabbilit mil-Liġi tal-2009. Għalhekk, Tirrenia fil-prattika ma kinitx tirċievi redditu fuq il-kapital matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u t-18 ta’ Lulju 2012. L-Italja ssottomettiet il-kontijiet rotta b’rotta għas-snin 2010 u 2011 u r-rapporti finanzjarji ta’ kull tliet xhur għall-2012 ta’ Tirrenia sabiex tissostanzja din id-dikjarazzjoni. |
|
(183) |
Il-Konvenzjoni l-ġdida għax-xerrej tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia tipprovdi li l-livell ta’ kumpens jiġi kkalkolat abbażi tal-evoluzzjoni prevista tad-dħul u tal-kostijiet. Skont l-Italja, għall-kuntrarju tal-Konvenzjonijiet inizjali, il-Konvenzjoni l-ġdida ma tistabbilixxi l-ebda kumpens sħiħ u awtomatiku għaż-żieda fil-kostijiet operatorji (bħal pereżempju l-ħaddiema, il-fjuwil, in-noleġġ, eċċ.). Għalhekk, ir-riskji assoċjati ma’ din iż-żieda fil-kostijiet kif ukoll ir-riskji marbuta mal-volumi tat-traffiku jkunu kompletament imġarrba mill-operatur. Għalhekk, l-Italja sostniet li l-operatur jerfa’ r-riskji kollha assoċjati mas-servizz u ma għandu l-ebda garanzija li jiġi kkumpensat sa livell suffiċjenti sabiex ikopri l-kostijiet kollha. Skont l-Italja dan jibqa’ minnu anki jekk jitqiesu l-Artikoli 8 u 9 tal-Konvenzjoni l-ġdida, peress li l-operatur jibqa’ skopert għar-riskju ta’ dewmien bejn l-okkorrenza ta’ kwalunkwe tali żbilanċi u l-punt li fih jistgħu jsiru l-aġġustamenti. Barra minn hekk, kwalunkwe aġġustament bħal dan huwa r-riżultat tan-negozjati u mhuwiex applikat retroattivament iżda biss għall-futur. L-Italja ssottomettiet il-kontijiet annwali rotta b’rotta ta’ CIN għall-perjodu mill-18 ta’ Lulju 2012 sal-aħħar tal-2018 sabiex turi li ma kien hemm l-ebda kumpens żejjed skont il-Konvenzjoni l-ġdida. |
4.6. Dwar il-konformità tal-Konvenzjoni l-ġdida mad-Deċiżjoni SGEI tal-2011
|
(184) |
Anke jekk l-Italja tqis li l-kumpens tas-servizz pubbliku mħallas skont il-Konvenzjoni l-ġdida għal CIN ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, hija argumentat ukoll għaliex din il-miżura tkun konformi mad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 li kieku kienet għajnuna. |
|
(185) |
L-Italja fakkret li l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tan-natura ġenwina ta’ SGEI hija limitata għall-verifika ta’ jekk l-Istat Membru għamilx żball ċar meta ddefinixxa servizz bħala SGEI. F’dan l-isfond, l-Italja ddeskriviet ir-rotot speċifikati fil-Konvenzjoni l-ġdida u rrimarkat li f’ħafna minn dawn ir-rotot, CIN hija l-uniku operatur. Barra minn hekk, għal tliet rotot oħrajn, CIN tirċievi biss kumpens tas-servizz pubbliku fl-istaġun kwiet filwaqt li tibqa’ suġġetta għal restrizzjonijiet (eż. fuq in-nollijiet) matul l-eqqel staġun. |
|
(186) |
L-Italja pprovdiet data annwali dwar it-traffiku tal-passiġġieri għas-sentejn finanzjarji ta’ qabel dik li fiha ġie assenjat l-SGEI (jiġifieri l 2010 u l-2011), sabiex issostni li l-limitu ta’ 300 000 passiġġier kif stabbilit fl-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 ma kienx inkiser fuq ir-rotot operati minn Tirrenia. Barra minn hekk, peress li l-Konvenzjoni l-ġdida għandha durata ta’ tmien snin, l-Italja nnotat li l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 huwa rrispettat ukoll. Fl-aħħar nett, l-Italja sostniet li l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 huwa ssodisfat peress li bil-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia permezz ta’ proċedura tal-offerti kompetittiva, trasparenti u nondiskriminatorja, ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu ġew irrispettati kompletament. |
|
(187) |
L-Italja sostniet li l-Konvenzjoni l-ġdida tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li japplikaw għall-atti ta’ inkarigu kif speċifikati fl-Artikoli 4 sa 6 tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011. B’mod partikolari, din il-Konvenzjoni tistabbilixxi fid-dettall l-obbligi ta’ servizz pubbliku, id-durata tagħhom, il-mekkaniżmu ta’ kumpens (ibbażat fuq id-Direttiva CIPE u l-Liġi tal-2009), u l-mekkaniżmi sabiex jiġi evitat u rkuprat kwalunkwe kumpens żejjed. Fl-aħħar nett, l-Italja indikat il-miżuri (inkluża sistema ta’ rimedji u ta’ sanzjonijiet) li huma fis-seħħ sabiex jiżguraw konformità stretta mat-termini tal-Konvenzjoni l-ġdida. |
4.7. Dwar il-pagament differit ta’ parti mill-prezz tax-xiri minn CIN
|
(188) |
Fir-rigward tal-ħlas minn CIN ta’ parti mill-prezz tal-bejgħ f’pagamenti parzjali matul id-durata tal-Konvenzjoni, l-Italja nnotat dan li ġej. L-offerta vinkolanti sottomessa minn CIN fl-14 ta’ April 2011, li pprovdiet għall-pagament differit ta’ parti mill-prezz, tqiegħdet fil-kamra tad-data. Fit-2 ta’ Mejju 2011, il-Kummissarju Straordinarju bagħat lill-partijiet kollha ammessi għall-fażi ta’ diliġenza dovuta komunikazzjoni li stidnithom jissottomettu offerti aħjar minn dik sottomessa minn CIN. Il-fatt li ma waslet l-ebda offerta finali li kienet aħjar minn dik sottomessa minn CIN huwa minħabba d-dinamika kompetittiva tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti. Minħabba dan, il-pagament differit tal-prezz tax-xiri ma setax jitqies bħala intervent selettiv favur CIN iżda, minflok, jirrifletti l-prezz tas-suq. B’mod partikolari, offerenti oħra possibbli setgħu għamlu wkoll offerta inkluż il-pagament differit iżda għażlu li ma jagħmlux dawn l-offerti. |
|
(189) |
F’dan il-kuntest, l-Italja rreferiet għall-ġurisprudenza (73) tal-Qrati Ewropej, li skont dawn offerti vinkolanti sottomessi b’mod validu fil-kuntest ta’ proċedura xierqa ta’ sejħa għall-offerti għall-privatizzazzjoni ta’ kumpanija partikolari jikkostitwixxu indikatur aħjar tal-prezz tas-suq ta’ dik l-entità milli, pereżempju, valutazzjonijiet ta’ esperti. L-Italja enfasizzat ukoll li l-Qrati Ewropej sabu li dan l-approċċ jenħtieġ li jittieħed ukoll meta l-proċedura tal-offerti inkwistjoni tkun ikkaratterizzata minn kundizzjonijiet mhux legali anki jekk l-awtoritajiet Taljani jqisu li ma kien hemm l-ebda kundizzjoni bħal din marbuta mal-proċedura tal-offerti għall-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. L-awtoritajiet Taljani rreferew ukoll għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ Sandretto (74). F’dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni aċċettat l-argument tal-Italja li filwaqt li l-prezz tal-bejgħ tal-assi ta’ Sandretto kien anqas mill-prezz li bih dawn kienu ġew stmati, dan xorta waħda kien l-ogħla valur espress mis-suq u, għalhekk, ma setax jiġi eskluż li l-prezz offrut mix-xerrej kien il-prezz tas-suq. |
4.8. Dwar il-prijorità tal-irmiġġ
|
(190) |
L-awtoritajiet Taljani argumentaw li ntilfet l-ebda riżorsa tal-Istat permezz tal-allokazzjoni tal-prijorità tal-irmiġġ. Skont l-awtoritajiet Taljani, l-operaturi kollha tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma jħallsu tariffi regolari lill-awtoritajiet rilevanti tal-port għall-irmiġġ. L-awtoritajiet Taljani jsostnu wkoll li din il-prijorità tal-irmiġġ kienet applikabbli biss għar-rotot ta’ servizz pubbliku, u li Tirrenia u, aktar tard, CIN, ma ħallsux u lanqas ma jħallsu xi tariffa addizzjonali għal din il-prijorità tal-irmiġġ, peress li l-portijiet jagħtuhom l-ewwel għażla ta’ postijiet tal-irmiġġ anki fin-nuqqas ta’ prijorità tal-irmiġġ formali fid-dawl tal-missjoni ta’ servizz pubbliku tagħhom. |
|
(191) |
L-awtoritajiet Taljani jqisu li l-prijorità tal-irmiġġ ma tagħtix vantaġġ sinifikattiv lill-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group, inklużi Tirrenia u l-akkwirent tagħha CIN. B’mod partikolari, huma jargumentaw li fil-prattika l-prijorità tal-irmiġġ hija applikata biss f’ċirkostanzi limitati ħafna. Id-daqs tal-biċċa l-kbira tal-portijiet u l-iskedar minn qabel tal-wasliet u tat-tluq jiżguraw li f’ċirkostanzi normali – jekk ma jkunx hemm dewmien jew kundizzjonijiet estremi tat-temp – ma jkunx hemm trikkib fl-użu ta’ rmiġġi speċifiċi minn operaturi differenti. Barra minn hekk, peress li Tirrenia u CIN joperaw is-servizzi tagħhom tul is-sena kollha (għall-kuntrarju ta’, pereżempju, operaturi li joperaw fl-eqqel staġun biss), ikun naturali għall-portijiet li jagħtuhom l-ewwel għażla tal-postijiet tal-irmiġġ anki fin-nuqqas ta’ prijorità formali tal-irmiġġ. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Italja tqis li ma jistax ikun li l-prijorità tal-irmiġġ tat xi vantaġġ sinifikattiv lil Tirrenia u lil CIN. |
4.9. Dwar il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010
|
(192) |
L-Italja ma kkontestatx li Tirrenia rċiviet madwar EUR 12 051 900 sabiex twettaq l-aġġornamenti meħtieġa tal-bastimenti sabiex tirrispetta l-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li effettivament Tirrenia użat biss EUR 630 600 minn dawn il-fondi sabiex tħallas għal aġġornamenti fil-vapur Clodia. Il-bqija tal-fondi (jiġifieri EUR 11 421 300) la ntużaw sabiex iħallsu għall-aġġornamenti u lanqas ma tħallsu lura lill-Istat. Skont l-Italja, is-sid il-ġdid tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia (jiġifieri CIN) kellha tħallas għall-aġġornamenti li kien fadal mill-fondi tagħha stess (u għalhekk din l-obbligazzjoni ta’ EUR 421 300 ittieħdet f’kunsiderazzjoni wkoll fil-valwazzjoni mħejjija minn Banca Profilo). |
|
(193) |
Fir-rigward tal-eżenzjonijiet fiskali relatati mal-proċess ta’ privatizzazzjoni, l-awtoritajiet Taljani argumentaw li fir-rigward tat-taxxa korporattiva, il-miżura ma ġietx applikata, peress li t-trasferimenti ta’ Caremar, ta’ Saremar u ta’ Toremar lir-reġjuni saru mingħajr ħlas. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe remunerazzjoni, l-Artikolu 86(1)(a) tal-Liġi Konsolidata dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu rigward il-qligħ kapitali fil-każ ta’ trasferimenti ta’ assi bi ħlas ma japplikax. Fir-rigward tal-VAT, l-Italja nnotat li t-trasferimenti ta’ Caremar, ta’ Saremar u ta’ Toremar jikkostitwixxu tranżazzjonijiet li huma eżentati mill-VAT skont l-Artikolu 10(1)(4) tad-Digriet Presidenzjali Nru 633 tas-26 ta’ Ottubru 1972. Fir-rigward tat-taxxi indiretti minbarra l-VAT, l-Italja enfasizzat li l-eżenzjoni prevista mil-Liġi tal-2010 kienet imfassla bil-ħsieb ta’ simplifikazzjoni amministrattiva. Mill-perspettiva tat-tassazzjoni, l-effetti tagħha jistgħu jitqiesu bħala negliġibbli u ta’ ftit impatt fir-rigward tat-taxxi li huma imposti b’rati fissi. B’mod aktar speċifiku, dan jikkonċerna d-dazju ta’ reġistrazzjoni (EUR 168 għal kull dokument), it-tariffi tar-reġistru tal-artijiet u tar-reġistrazzjoni tal-ipoteki (EUR 168 kull wieħed) u t-taxxa tal-boll (EUR 14.62 għal erba’ naħat). |
|
(194) |
L-awtoritajiet Taljani ċċaraw li r-riżorsi tal-FAS ma ntużawx sabiex jingħata kumpens addizzjonali lil Tirrenia. Minflok, dawn ir-riżorsi tqiegħdu għad-dispożizzjoni sabiex jissupplimentaw l-approprjazzjonijiet baġitarji stabbiliti għall-pagament tal-kumpensi tas-servizz pubbliku lill-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group, f’każ li ma jkunux biżżejjed. L-Italja tinnota li l-paragrafu 5-ter tal-Artikolu 1 tal-Liġi tal-2010 ippermetta lir-reġjuni jużaw ir-riżorsi tal-FAS sabiex jiffinanzjaw il-kumpens regolari tas-servizz pubbliku (jew parti minnu) u b’hekk jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi pubbliċi marittimi. Għalhekk, din il-miżura tkun tikkonċerna biss allokazzjoni ta’ riżorsi fil-baġit tal-Istat Taljan għall-pagament tal-kumpensi tas-servizz pubbliku. |
4.10. Dwar (in-nuqqas ta’) il-kontinwità ekonomika bejn Tirrenia f’EA u CIN
|
(195) |
L-Italja ssottomettiet li ma hemm l-ebda kontinwità ekonomika bejn Tirrenia f’EA u CIN abbażi tar-raġunijiet li ġejjin:
|
5. IL-KUMMENTI MINGĦAND IL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(196) |
Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand erba’ partijiet interessati (jiġifieri Tirrenia f’EA, CIN, Pan Med u Grandi Navi Veloci), kif miġbura fil-qosor hawn taħt: |
5.1. Il-kummenti ta’ Tirrenia f’EA
|
(197) |
It-tweġibiet għad-Deċiżjoni tal-2011 u għad-Deċiżjoni tal-2012 sottomessi minn Tirrenia f’EA huma miġbura fil-qosor hawn taħt. |
5.1.1. Dwar il-proċedura ta’ ksur Nru 2007/4609
|
(198) |
Fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-2012, Tirrenia f’EA l-ewwel irreferiet għall-proċedura ta’ ksur Nru 2007/4609 tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ħażina tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu (ara wkoll it-taqsima 2.4). F’dan il-kuntest, Tirrenia f’EA rreferiet għall-ittra tal-21 ta’ Diċembru 2009 (ara l-premessa 114) rigward l-intenzjoni tal-Italja li tniedi sejħiet għal offerta mhux għall-kuntratti pubbliċi ta’ servizz iżda għall-bejgħ tal-kumpaniji tat-trasport marittimu li kienu d-detenturi ta’ dawn il-kuntratti. F’dik l-ittra, id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni responsabbli għall-enerġija u għat-trasport innota li fid-dawl tar-rivoluzzjoni radikali tas-settur ippjanata mill-awtoritajiet Taljani, u minħabba l-impatt soċjali li tinħass, skont l-istess awtoritajiet, li kieku s-sejħiet għal offerta ma kinux jinkludu x-xiri tal-kumpaniji, il-proċedura magħżula kienet aċċettabbli – fil-prinċipju u bħala eċċezzjoni – għall-għan li tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni fost is-sidien tal-bastimenti tal-Komunità. |
|
(199) |
Fil-21 ta’ Ġunju 2012 (ara l-premessa 121), il-Kummissjoni bagħtet lill-Italja opinjoni motivata dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-proċeduri kompetittivi għall-għoti tas-servizzi pubbliċi ta’ kabotaġġ marittimu operati minn Caremar, minn Laziomar u minn Saremar, aktar minn tliet snin wara l-iskadenza normali tal-kuntratti rilevanti. Minħabba li l-awtoritajiet Taljani kienu lestew il-proċeduri kompetittivi għall-għoti tas-servizzi pubbliċi ta’ kabotaġġ marittimu operati mill-kumpaniji Tirrenia, Siremar u Toremar, l-opinjoni motivata ma kinitx tikkonċerna lil dawk il-kumpaniji. Fuq din il-bażi u fid-dawl tal-iskambji preċedenti bejn l-awtoritajiet Taljani u s-servizzi tal-Kummissjoni, Tirrenia f’EA ddikjarat li l-Kummissjoni kienet sabet li l-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kienet konformi mal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. |
|
(200) |
Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qrati Ewropej, (75) Tirrenia f’EA argumentat li ladarba l-obbligi ta’ servizz pubbliku jkunu ġew stabbiliti f’konformità mar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, dawn iridu jitqiesu li jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni mingħajr il-ħtieġa li jsir aktar skrutinju skont l-Artikolu 106(2) TFUE. Skont Tirrenia f’EA, peress li l-proċedura ta’ ksur waslet għall-konklużjoni li l-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq ir-rotot mill-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia qabel il-privatizzazzjoni kienu ġġustifikati fid-dawl tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, konklużjoni bħal din ma tistax tinxteħet f’dubju fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-Kummissjoni stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE (76). Għalhekk, kwalunkwe azzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 108(2) TFUE jenħtieġ li tkun limitata għal miżuri oħra, differenti mill-kumpens għall-kostijiet addizzjonali kkawżati mill-obbligi ta’ servizz pubbliku inkarigati u operati b’mod legali skont ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. |
|
(201) |
Fl-aħħar nett, Tirrenia f’EA rreferiet għas-Sentenza tal-2009 li annullat id-Deċiżjoni tal-2004 u għall-possibbiltà li l-kumpens tas-servizz pubbliku evalwat f’dik id-Deċiżjoni jista’ jiġi kklassifikat bħala għajnuna eżistenti. Tirrenia f’EA ddikjarat li jekk l-għajnuna mogħtija lil dak li kien Tirrenia Group tabilħaqq kienet ikklassifikata bħala għajnuna eżistenti, din il-klassifikazzjoni x’aktarx tkun applikabbli wkoll għall-kumpens imħallas għall-obbligi ta’ servizz pubbliku operati mill-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia fil-perjodu kopert mid-Deċiżjoni tal-2011 u mid-Deċiżjoni tal-2012, sal-privatizzazzjoni. Tirrenia f’EA tindika li l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali kienet strettament neċessarja sabiex tiġi ggarantita l-provvista tas-servizz pubbliku sakemm tingħata l-Konvenzjoni l-ġdida, fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. Għalhekk, din tqieset iġġustifikata fid-dawl tar-riżultat tal-proċedura ta’ ksur tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-uniċi tibdiliet materjali li saru mill-1 ta’ Jannar 2009 kellhom l-effett li jnaqqsu l-ammont globali tal-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti. Għal din ir-raġuni, Tirrenia f’EA targumenta li l-miżura ma setgħetx issir għajnuna ġdida. |
5.1.2. Dwar l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali
|
(202) |
Rigward l-eżistenza ta’ SGEI reali fuq ir-rotot moqdija mill-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia skont il-Konvenzjoni inizjali, Tirrenia f’EA nnotat dan li ġej. L-ewwel nett, fuq il-konnessjonijiet Palermo – Cagliari, Civitavecchia – Cagliari, Napoli – Cagliari, Cagliari – Trapani u l-konnessjoni mal-Gżejjer Tremiti, Tirrenia tkun l-uniku operatur. Fuq ir-rotot Napoli – Palermo, Civitavecchia – Olbia, u Genova – Porto Torres, il-kumpens tas-servizz pubbliku jingħata biss matul l-istaġun kwiet. Matul l-eqqel staġun, dawn it-tliet rotot ikollhom volumi ogħla tat-traffiku, li jippermettu lill-kumpanija topera fuq bażi kompetittiva. Tirrenia f’EA tindika li skont il-Konvenzjoni inizjali, kwalunkwe profitt li tagħmel minn dawk ir-rotot matul l-eqqel staġun tnaqqas mill-ammont ta’ kumpnes tas-servizz pubbliku pagabbli lil Tirrenia, filwaqt li kwalunkwe telf imġarrab matul dak il-perjodu kien ikollu jiġġarrab mill-kumpanija stess (77). |
|
(203) |
It-tieni, Tirrenia f’EA inkludiet ukoll data dwar il-passiġġieri fuq ir-rotot operati fuq bażi ta’ servizz pubbliku minn Tirrenia fl-2010 u fl-2011. Fuq din il-bażi, Tirrenia f’EA targumenta li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 u fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2005 huma rrispettati. Barra minn hekk, peress li l-kumpens imħallas fuq il-bażi tal-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali kien allegatament ikklerjat fil-kuntest tal-proċedura ta’ ksur, il-kundizzjoni stabbilita rispettivament fl-Artikolu 2(4) u fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjonijiet SGEI tal-2011 u tal-2005 kienet tintlaħaq ukoll. |
|
(204) |
Barra minn hekk, Tirrenia f’EA ddikjarat li ma ngħatatx kumpens żejjed mill-Istat. B’mod partikolari, il-kumpanija indikat li matul il-perjodu li fih kienet taħt amministrazzjoni straordinarja (Settembru 2010 – Lulju 2012) l-ammont tas-sussidju kien madwar EUR 20 miljun anqas f’termini assoluti, u madwar 25% anqas f’termini relattivi, mill-ammont medju ta’ sussidji li rċiviet il-kumpanija matul is-sentejn ta’ qabel (2008 – 2009). Tirrenia f’EA nnotat li l-kumpens tas-servizz pubbliku mħallas sa tmiem l-2009 ippermetta lil Tirrenia tibbilanċja l-introjtu u l-ispejjeż tagħha u tkompli topera minkejja d-deterjorament gradwali tal-perspettiva ekonomika u finanzjarja tagħha. Maż-żmien, Tirrenia saret aktar dipendenti fuq is-sussidji peress li d-dħul l-ieħor tagħha ma żammx il-pass maż-żidiet fil-kostijiet imġarrba għall-operat tas-servizz pubbliku. Madankollu, mill-2010 ’il quddiem l-ammont tal-kumpens kien limitat bil-Liġi tal-2009 u, għalhekk, kien ferm anqas mis-snin preċedenti. Tirrenia f’EA argumentat li minħabba dan, is-sussidju pubbliku ma kienx ikun jista’ jkopri l-kostijiet operatorji mġarrba minn Tirrenia fuq ir-rotot inkwistjoni. Għalhekk, Tirrenia f’EA tikkonkludi li ma setax ikun hemm xi kumpens żejjed matul is-snin meta ġiet estiża l-Konvenzjoni inizjali. |
5.1.3. Dwar l-estensjoni illegali potenzjali tal-għajnuna ta’ salvataġġ lil Tirrenia
|
(205) |
Dwar il-ħlas lura tal-għajnuna għas-salvataġġ approvata bid-Deċiżjoni tal-2010, Tirrenia f’EA tfakkar li fis-16 ta’ Mejju 2011 l-awtoritajiet Taljani informaw lill-Kummissjoni li l-Amministrazzjonijiet Straordinarji ta’ Tirrenia u ta’ Siremar kienu se jroddu lura l-għajnuna għas-salvataġġ wara t-tlestija tal-bejgħ tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar, billi jużaw ir-rikavati mill-bejgħ ta’ dawn il-fergħat. Minħabba li fit-23 ta’ Mejju 2011 il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku awtorizza l-għoti tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN u fil-25 ta’ Lulju 2011 ġie ffirmat il-kuntratt ta’ bejgħ, kemm l-awtoritajiet Taljani kif ukoll Tirrenia f’EA dak iż-żmien kienu leġittimament kienu jemmnu li l-għajnuna setgħet titħallas lura sat-28 ta’ Awwissu 2011 kif meħtieġ. Tirrenia f’EA nnotat li t-tlestija tal-bejgħ ittardjat minħabba avvenimenti mhux mistennija u, għalhekk, Tirrenia f’EA kellha tkompli topera s-servizzi tagħha għal żmien konsiderevolment itwal milli ppjanat, filwaqt li ġġarrab il-kostijiet assoċjati. Madankollu, l-għajnuna kollha għas-salvataġġ tħallset lura lill-Istat minn Tirrenia f’EA b’mod sħiħ permezz ta’ pagament uniku fit-18 ta’ Settembru 2012, jiġifieri 48 jum biss wara l-pagament tal-ewwel pagament parzjali minn CIN, li ġie kkreditat fl-1 ta’ Awwissu 2012. |
|
(206) |
Fir-rigward tar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 25(c) tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, Tirrenia f’EA nnotat dan li ġej. Il-pjan ta’ likwidazzjoni għal Tirrenia kien ġie ppubblikat fuq is-sit web tal-Amminsitrazzjoni Straordinarja (78) ferm qabel ma skada l-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur imsemmi aktar ’il fuq. Tirrenia f’EA żiedet li kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar il-progress sussegwenti tal-proċess ta’ privatizzazzjoni – li hija ddikjarat li kien, essenzjalment, pjan ta’ ristrutturar kif iddefinit mil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar – ġie sottomess regolarment lill-Kummissjoni kemm għall-għajnuna mill-Istat kif ukoll għall-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-fużjonijiet. Għaldaqstant, Tirrenia f’EA ddikjarat li l-Kummissjoni kienet informata bis-sħiħ u li dan il-pjan kien fattibbli, koerenti u estensiv ħafna, b’tali mod li jirrestawra l-vijabbiltà kif meħtieġ mil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. |
|
(207) |
Tirrenia f’EA argumentat ukoll li Tirrenia ma baqgħatx impriża f’diffikultà malli rċiviet l-għajnuna għas-salvataġġ li ppermettitilha tipprovdi s-servizz pubbliku b’mod regolari, filwaqt li mmaniġġjat kif xieraq il-proċess ta’ likwidazzjoni. Fil-fehma tagħha, matul il-perjodu inkwistjoni, dawn l-attivitajiet twettqu b’mod regolari u bl-ebda tfixkil li normalment iġġarrab impriża f’diffikultà. Tirrenia f’EA żiedet li t-tlestija tal-privatizzazzjoni ħabtet mal-implimentazzjoni kompluta tal-pjan ta’ ristrutturar. Dan involva modifiki strutturali fl-organizzazzjoni u fil-ġestjoni ta’ Tirrenia, li żgura r-ritorn tagħha għall-profittabilità fit-tul. Fl-aħħar nett, Tirrenia f’EA indikat li d-Deċiżjoni tal-2010 kkonfermat li l-prinċipju ta’ “darba waħda, darba biss” kien ġie rrispettat ukoll fir-rigward tal-passat, jiġifieri fir-rigward tal-kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku. Għalhekk, Tirrenia f’EA argumentat li l-awtoritajiet Taljani seta’ kellhom aspettattivi leġittimi li dan il-kumpens ma jinvolvix għajnuna mill-Istat. |
5.1.4. Dwar il-Konvenzjoni l-ġdida
|
(208) |
Fir-rigward tal-proċedura segwita, Tirrenia f’EA sostniet li l-Italja nnotifikat il-Konvenzjoni l-ġdida lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Jannar 2012 għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt biss. Għaldaqstant, Tirrenia f’EA ma qablitx mal-fehma tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-2012 li din il-miżura setgħet tikkostitwixxi għajnuna illegali, mogħtija bi ksur tal-obbligu ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 108(3) TFUE. |
|
(209) |
Fis-sustanza, Tirrenia f’EA indirizzat id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-konformità tal-miżura mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni SGEI tal-2011. |
|
(210) |
B’mod partikolari, Tirrenia f’EA ddikjarat li, fuq il-bażi tad-data dwar il-passiġġieri għall-2010 u għall-2011, il-limitu tal-passiġġieri stabbilit mill-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 mhuwiex miksur. Barra minn hekk, peress li d-durata tal-Konvenzjoni l-ġdida hija ta’ tmien snin, din ma taqbiżx il-massimu ta’ 10 snin stabbilit fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011. Barra minn hekk, Tirrenia f’EA argumentat li fid-dawl tal-eżitu tal-proċedura ta’ ksur (ara t-taqsima 5.1.1 ukoll), u wara l-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, il-kundizzjoni fl-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-2011 hija rrispettata wkoll. |
|
(211) |
Tirrenia f’EA rrimarkat li l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni l-ġdida jistabbilixxi b’mod ċar is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti filwaqt li l-Anness A tagħha jidentifika fid-dettall it-tipi ta’ vapuri li għandhom jintużaw u l-perjodi ta’ żmien li għandhom jiġu koperti, filwaqt li jispeċifika r-rekwiżiti għas-servizz ta’ filgħaxija u ta’ billejl u r-restrizzjonijiet fuq in-nollijiet. Tirrenia f’EA żiedet ukoll li l-Konvenzjoni l-ġdida tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-parametri għall-kalkolu, għall-kontroll u għar-rieżami tal-kumpens u tal-arranġamenti għall-evitar u għall-irkupru ta’ kwalunkwe kumpens żejjed, kif ukoll rekwiżiti vinkolanti li jkopru l-aspetti essenzjali (prezz, kwalità u kwantità) tas-servizzi pprovduti. Għal kull rotta, in-nollijiet massimi applikabbli għal kull persuna jew vettura huma stabbiliti fl-Anness A tal-Konvenzjoni l-ġdida li tiddistingwi bejn nollijiet standard u nollijiet imnaqqsa għar-residenti tal-gżejjer. Il-kumpens annwali għall-obbligi ta’ servizz pubbliku huwa fiss għad-durata tal-Konvenzjoni. Madankollu, hemm mekkaniżmu għar-reviżjoni kull tliet snin tal-parametri ekonomiċi ta’ referenza, kif ukoll dispożizzjoni ta’ salvagwardja favur iż-żewġ partijiet fil-każ ta’ tibdiliet mhux previsti u strutturali, li jaqbżu l-limitu fiss, għal ċerti parametri ekonomiċi. Fl-aħħar nett, Tirrenia f’EA rrimarkat li sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mar-rekwiżiti deskritti hawn fuq, il-Konvenzjoni l-ġdida introduċiet sistema stretta u komprensiva ta’ penali għall-operatur tas-servizz, ibbażata fuq il-prinċipju ta’ deterrent. Il-Ministeri superviżorji għandhom ukoll is-setgħa li jwettqu spezzjonijiet u kontrolli, u jiksbu informazzjoni sabiex jivvalutaw it-twettiq tal-obbligi stabbiliti fil-Konvenzjoni. |
5.1.5. Dwar il-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u l-pagament differit tal-prezz tax-xiri minn CIN
|
(212) |
Fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-2011, Tirrenia f’EA indikat li l-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kienet tkun kompletament konformi mal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat. B’mod partikolari, il-kumpanija rreferiet għall-ġurisprudenza GRAWE, (79) li tiddikjara li meta kumpanija tal-Istat tiġi pprivatizzata, jista’ jiġi supponut li l-prezz tas-suq jikkorrispondi għall-ogħla offerta riċevuta, jekk tali offerta tkun kredibbli u jkollha valur ekonomiku. |
|
(213) |
Fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-2012, Tirrenia f’EA fakkret il-passi ewlenin tal-proċedura tal-offerta u l-iżviluppi sussegwenti. Hija enfasizzat li l-Kummissarju Straordinarju fassal u mexxa l-proċedura tal-offerti bil-mod meqjus l-aktar xieraq sabiex jiżgura l-kisba tal-ogħla valur possibbli u li huwa kien meħtieġ bil-liġi li jistabbilixxi salvagwardji li jiżguraw it-trasparenza, l-imparzjalità u l-ġustizzja tal-proċedura tal-offerti. |
|
(214) |
Tirrenia f’EA argumentat ukoll li l-proċess ta’ sejħa għal offerti ma kien soġġett għall-ebda kundizzjoni li kapaċi twassal minnha nfisha għal tnaqqis fil-valur tal-assi offruti għall-bejgħ, jew li tnaqqas l-għadd ta’ xerrejja potenzjali. B’mod partikolari, dan japplika għall-kundizzjonijiet imsemmija fid-Deċiżjoni tal-2011 dwar: (i) il-preservazzjoni tal-livelli ta’ impjieg, (ii) ir-raggruppar tal-bastimenti mal-obbligi ta’ servizz pubbliku fi proċedura unika ta’ sejħa għal offerti. Fir-rigward ta’ dik imsemmija l-ewwel, Tirrenia f’EA indikat li din tikkonċerna dispożizzjoni obbligatorja, stabbilita b’att leġiżlattiv b’kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u applikabbli mingħajr distinzjoni. Dwar din tal-aħħar, Tirrenia f’EA nnotat li l-possibbiltà li tintuża l-flotta tal-fergħa kummerċjali sabiex topera r-rotot tas-servizz pubbliku stabbiliti fil-Konvenzjoni tidher li tikkostitwixxi opportunità kummerċjali vijabbli aktar milli fattur negattiv li jaffettwa l-valur tal-fergħa kummerċjali offruta għall-bejgħ, speċjalment fi żmien ta’ riċessjoni għas-settur tat-trasport marittimu. |
|
(215) |
Dwar il-kwistjoni speċifika tal-pagament differit ta’ parti mill-prezz tax-xiri minn CIN, Tirrenia f’EA argumentat li din il-kwistjoni jenħtieġ li ma tiġix ivvalutata separatament mill-privatizzazzjoni kollha kemm hi. Tirrenia f’EA saħqet li l-proċedura tal-offerti tfasslet sabiex tissalvagwardja bis-sħiħ il-prinċipji tal-kompetizzjoni, tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni. Għalhekk, u fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qrati Ewropej, (80) Tirrenia f’EA ddikjarat li l-eżitu ta’ din il-proċedura tal-offerti kien il-prezz tas-suq. Id-deċiżjoni li jitħallew isiru ħlasijiet spazjati kienet parti mid-dinamika tal-proċess ta’ sejħa għal offerti u kienet dovuta għan-nuqqas ta’ kwalunkwe offerta finali oħra li tikkompeti ma’ dik sottomessa minn CIN. Tirrenia f’EA argumentat li, għalhekk, l-għoti tal-possibbiltà tal-pagament differit għal parti mill-prezz tax-xiri mhuwiex intervent selettiv favur CIN. Dan ikun speċjalment il-każ peress li l-offerenti potenzjali kollha kienu mgħarrfa dwar id-dispożizzjoni dwar il-ħlas parzjali f’pagamenti parzjali inklużi fl-offerta ta’ CIN u kienu mistiedna jissottomettu offerti li jikkompetu. |
|
(216) |
Għal dawn ir-raġunijiet, Tirrenia f’EA sostniet li d-dubji tal-Kummissjoni dwar il-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia, inkluż il-ħlas spazjat tal-prezz tax-xiri, mhumiex iġġustifikati. |
5.1.6. Dwar in-nuqqas ta’ kontinwità ekonomika bejn Tirrenia u CIN
|
(217) |
Tirrenia f’EA ppreżentat il-karatteristiċi li ġejjin tal-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia: l-ambitu tat-trasferiment (assi u obbligazzjonijiet); l-attività ekonomika, il-forza tax-xogħol u l-identità tal-partijiet; il-prezz tal-bejgħ; il-loġika u t-twaqqit tal-operazzjoni. Tirrenia f’EA ddikjarat li f’dan il-każ, l-elementi kollha jindikaw diskontinwità ekonomika bejn l-Amministrazzjoni Straordinarja li tbigħ il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u CIN. |
|
(218) |
B’mod partikolari, Tirrenia f’EA argumentat li l-ambitu tat-trasferiment lil CIN huwa aktar limitat minn dak li kien inizjalment previst, peress li l-unità kummerċjali li topera s-servizz pubbliku biss ġiet offruta għall-bejgħ u mhux Tirrenia fis-sħuħija tagħha (inkluża Siremar). Barra minn hekk, mat-tlestija tal-bejgħ, tħassru l-obbligazzjonijiet pendenti kollha marbuta mal-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. |
|
(219) |
Tirrenia f’EA nnotat ukoll li n-natura stess tat-tranżazzjoni – jiġifieri l-kisba tal-privatizzazzjoni – kienet timplika diskontinwità ovvja tal-attività ekonomika, f’termini tal-istruttura organizzazzjonali, tal-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, tal-kriterji ta’ ġestjoni u tal-istrateġiji tan-negozju. Barra minn hekk, wara li l-AGCM eżaminat it-tranżazzjoni, l-attività tan-negozju privat il-ġdid ġiet soġġetta għal miżuri restrittivi (81), li apparti l-għan fil-mira tagħhom (jiġifieri l-promozzjoni tal-kompetizzjoni) kienu jżidu wkoll id-diskontinwità ekonomika bejn il-bejjiegħ u x-xerrej tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. |
|
(220) |
Barra minn hekk, kif stipulat fl-Artikolu 56 (3-bis) tad-Digriet Amministrattiv 270/1999, l-Artikolu 2112 tal-Kodiċi Ċivili Taljan ma japplikax għall-bejgħ ta’ kumpaniji li jipprovdu servizzi pubbliċi essenzjali, b’tali mod li jiżgura li ma jkun hemm l-ebda kontinwità fil-forza tax-xogħol. Barra minn hekk, Tirrenia f’EA fakkret li espert indipendenti jistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ u li l-proċedura tal-bejgħ kienet trasparenti u nondiskriminatorja, bl-ogħla prezz li kien l-uniku kriterju għall-għoti. |
|
(221) |
Finalment, Tirrenia f’EA rrimarkat li l-proċedura tal-offerti għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia tnediet f’Settembru 2010 u rriżultat fl-iffirmar tal-kuntratt ta’ bejgħ ma’ CIN fil-25 ta’ Lulju 2011, filwaqt li l-Kummissjoni fetħet biss l-investigazzjoni formali tagħha bid-Deċiżjoni tagħha tal-5 ta’ Ottubru 2011. Għalhekk, it-tranżazzjoni ma setax ikollha l-għan li tevadi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għall-kuntrarju, l-objettiv tat-tranżazzjoni kien li tilliberalizza s-settur tat-trasport marittimu, kif impost mir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, permezz ta’ privatizzazzjoni. |
5.2. Il-kummenti ta’ CIN
|
(222) |
It-tweġibiet ta’ CIN għad-Deċiżjoni tal-2011 u għad-Deċiżjoni tal-2012 huma miġbura fil-qosor fit-taqsimiet li ġejjin u jiffokaw l-aktar fuq il-proċess ta’ privatizzazzjoni. |
5.2.1. Dwar it-trasparenza tal-proċedura tal-bejgħ
|
(223) |
CIN tfakkar li l-bejgħ ta’ Tirrenia, li kienet f’amministrazzjoni straordinarja wara li ġiet iddikjarata insolventi, sar permezz ta’ proċedura kompetittiva, trasparenti u nondiskriminatorja bil-mod stabbilit fl-Artikolu 4 (4-quater) tad-Digriet Amministrattiv 347/2003. Il-possibbiltà prevista mid-Digriet Amministrattiv 134/2008 li jintgħażel l-akkwirent permezz ta’ negozjati privati hija, skont CIN, bla dubju soġġetta għall-konformità mal-prinċipji tal-kompetizzjoni, tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni. |
|
(224) |
Rigward din l-istess kwistjoni, CIN tirreferi għal stqarrija għall-istampa maħruġa fil-5 ta’ Ottubru 2011 minn Tirrenia f’EA, li tinnota: “dawn il-proċeduri (82) twettqu fuq il-bażi ta’ proċeduri ta’ sejħa għal offerti li jikkonformaw bis-sħiħ mal-prinċipji tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni, li mill-bidu nett jeliminaw kwalunkwe possibbiltà li l-bejgħ isir permezz ta’ negozjati privati”; u “sabiex jiġi żgurat li l-proċeduri ta’ sejħa għal offerti jkunu miftuħa għall-akbar numru possibbli ta’ operaturi tas-suq, l-ambitu tal-fergħat kummerċjali għall-bejgħ kien limitat għall-assi u għar-relazzjonijiet kuntrattwali essenzjali għall-provvista tas-servizz pubbliku, filwaqt li twettqu proċeduri ta’ bejgħ separati għal kwalunkwe assi ieħor miżmum mill-kumpaniji. […] ma ġie impost l-ebda obbligu jew piż fuq ix-xerrejja potenzjali minbarra dawk previsti mil-liġi”. |
|
(225) |
Fir-rigward tal-mod li bih ġiet ippubblikata l-proċedura tal-offerti u li sussegwentement twettqet, CIN għamlet il-kummenti li ġejjin. |
|
(226) |
L-ewwel nett, is-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess ġiet ippubblikata mhux biss fuq is-sit web ta’ Tirrenia u siti web oħra, iżda wkoll fil-gazzetti nazzjonali u barranin ewlenin, kemm bit-Taljan kif ukoll bl-Ingliż. Barra minn hekk, l-iskadenza inizjali għat-tweġib għas-sejħa ġiet estiża bi kważi xahar, sal-20 ta’ Ottubru 2010. Għalhekk, l-offerenti potenzjali kollha, kemm dawk nazzjonali kif ukoll internazzjonali, ingħataw biżżejjed żmien sabiex jissottomettu l-espressjonijiet ta’ interess tagħhom u jiksbu l-informazzjoni neċessarja sabiex iħejju offerta għax-xiri tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. |
|
(227) |
Aktar minn 20 parti ppreżentaw espressjoni ta’ interess. Għalhekk, CIN tqis il-fehma tal-Kummissjoni li l-proċedura ta’ bejgħ ma tkunx konformi mar-rekwiżiti tat-trasparenza għaliex tkun ibbażata fuq negozjati privati bħala totalment bla bażi. Matul il-fażi tad-diliġenza dovuta, l-offerenti kollha ngħataw aċċess adegwat għall-informazzjoni rilevanti fuq il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. B’mod speċifiku, id-dettalji tekniċi-legali u ekonomiċi-finanzjarji kollha meħtieġa sabiex tiġi fformulata l-offerta (inkluża d-deskrizzjoni dettaljata tal-ambitu tan-negozju li qed jinbiegħ, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, ir-rapport dwar id-diliġenza dovuta tal-bejjiegħ, u l-abbozz tal-ftehim il-ġdid dwar is-servizz pubbliku) tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-offerenti potenzjali. |
|
(228) |
CIN tikkonkludi li ma jidhirx possibbli li jiġi ddubitat li dawk kollha li huma potenzjalment interessati li jakkwistaw il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, kemm fl-Italja kif ukoll barra mill-pajjiż, setgħu jesprimu interess f’dan, u mbagħad kellhom aċċess, taħt arranġamenti trasparenti u nondiskriminatorji, għad-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex jissottometti offerta dettaljata. |
5.2.2. Dwar l-ambitu tal-privatizzazzjoni
|
(229) |
Fit-tweġiba tagħha, CIN tindika li għall-iskop preċiż tal-kisba tal-ogħla prezz ta’ bejgħ, il-Kummissarju Straordinarju llimita l-għan tal-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia biss għal dawk l-assi u l-kuntratti meħtieġa sabiex jitwettqu l-obbligi ta’ servizz pubbliku. |
|
(230) |
B’mod partikolari, il-vapuri kollha inklużi fil-bejgħ huma strettament meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, peress li huma l-istess vapuri użati minn Tirrenia fuq ir-rotot koperti mill-obbligi ta’ servizz pubbliku skont il-Konvenzjoni. Fir-rigward tar-rotot Civitavecchia-Olbia, Genova-Porto Torres u Napoli-Palermo li għalihom kumpens pubbliku jingħata biss matul l-istaġun kwiet, l-istess vapuri jintużaw sabiex jiġi operat is-servizz fl-eqqel staġun. CIN targumenta li peress li dawn il-bastimenti kienu marbuta ma’ u kienu essenzjali għall-obbligi ta’ servizz pubbliku għal żewġ terzi tas-sena, dawn bilfors kellhom ikunu inklużi fl-ambitu tal-fergħa kummerċjali għall-bejgħ. |
|
(231) |
Fl-aħħar nett, CIN tinnota li l-Kummissarju Straordinarju nieda proċeduri separati għall-bejgħ ta’ dawk l-assi ta’ Tirrenia li ma kinux meħtieġa għall-operat tal-konnessjonijiet tas-servizz pubbliku. Dawn il-proċeduri jinkludu kemm dawk għall-bejgħ tal-proprjetà immobbli u tal-opri tal-arti ta’ Tirrenia u – l-aktar importanti – dawk għall-bejgħ ta’ sitt vapuri proprjetà ta’ Tirrenia, li ma kinux neċessarji għall-provvista tas-servizz pubbliku taħt il-Konvenzjoni. |
5.2.3. Dwar il-kundizzjonijiet imposti fuq l-offerenti
|
(232) |
Rigward il-kundizzjoni li jinżammu l-livelli ta’ impjieg, CIN tissottometti li l-obbligu impost f’dan ir-rigward jirriżulta mil-leġiżlazzjoni applikabbli biss, jiġifieri l-Artikolu 63(2) tal-Liġi Amministrattiva 270/1999, u għalhekk ma ġiex impost mill-Kummissarju Straordinarju fil-każ speċifiku ta’ Tirrenia. |
|
(233) |
CIN tenfasizza li l-Artikolu 2112 tal-Kodiċi Ċivili Taljan jordna li fil-każ ta’ trasferiment ta’ negozju, il-kuntratt ta’ impjieg ikompli max-xerrej u l-impjegat iżomm id-drittijiet kollha li jirriżultaw. Madankollu, skont l-Artikolu 56, 3-bis tad-Digriet Amministrattiv 270/1999, din is-sistema ordinarja ma tapplikax fil-każ ta’ trasferiment ta’ fergħat kummerċjali taħt proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja. Għalhekk, kemm fid-dawl tad-durata limitata tal-obbligu speċifiku stabbilit fl-Artikolu 63(2) tad-Digriet Amministrattiv 270/1999 (sentejn biss), kif ukoll fid-dawl tal-fatt li dan l-obbligu kien limitat għall-“persunal essenzjali” għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, CIN targumenta li ma jistax jitqies li tali obbligu baxxa l-valur tas-suq tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. |
|
(234) |
Rigward it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li l-offerent rebbieħ jissodisfa l-obbligi ta’ servizz pubbliku, CIN tinnota dan li ġej. Ma jkun hemm l-ebda evidenza li proċedura mfassla b’mod differenti setgħet tipproduċi eżitu differenti, speċifikament prezz tax-xiri ogħla. Għall-kuntrarju, l-għażla tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi ta’ servizz, u għalhekk il-kumpens mogħti fuq il-bażi tagħhom, flimkien mal-assi strettament meħtieġa għall-provvista ta’ dawk is-servizzi, kienet tiżgura grad ogħla ta’ kompetizzjoni fost l-offerenti potenzjali. |
|
(235) |
Għalhekk, sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, il-Kummissarju Straordinarju kien jaġixxi b’mod korrett billi: i) jillimita l-ambitu tal-fergħa kummerċjali għall-bejgħ għall-assi u għall-kuntratti li kienu funzjonalment essenzjali għall-provvista tas-servizz pubbliku, u ii) jimponi fuq ix-xerrejja biss l-obbligi meħtieġa mil-liġi. CIN tqis li dan l-objettiv inkiseb mingħajr dubju, peress li mhux anqas minn 21 parti nazzjonali, Ewropea u minn pajjiżi terzi ssottomettew espressjonijiet ta’ interess għax-xiri tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. |
5.2.4. Dwar il-prezz tax-xiri
|
(236) |
CIN tqis li d-dubji tal-Kummissjoni dwar jekk il-prezz miksub għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kienx l-aħjar possibbli mhumiex iġġustifikati. Skont CIN, il-prezz tax-xiri jista’ jitqies saħansitra ogħla mill-prezz tas-suq. B’mod partikolari, CIN tirreferi għall-fatt li wieħed mill-operaturi li esprima interess fix-xiri tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, jiġifieri […], ikkontesta l-prezz li kien ġie ddeterminat mill-espert indipendenti maħtur mill-Ministeru għar-raġuni li ċ-ċifra (EUR 380 000 000) kienet għolja wisq (83). Skont CIN, dan impliċitament ifisser li investitur privat qies li l-prezz tax-xiri mħallas minn CIN, li fil-fatt kien ogħla minn dak stabbilit mill-espert, bħala eċċessiv. Għalhekk, il-fatt li l-proċedura rriżultat fl-ogħla prezz ma jistax jiġi ddubitat fil-fehma ta’ CIN. |
|
(237) |
Fi kwalunkwe każ, Cin tenfasizza li fil-każ ta’ diversi offerti għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, il-kriterju għall-għoti kien l-ogħla prezz offrut. Barra minn hekk, skont il-mandat tad-Digriet Amministrattiv 347/2003, il-prezz tax-xiri fl-ebda każ ma seta’ jkun aktar baxx mill-prezz tas-suq kif stabbilit minn valwazzjoni indipendenti. |
|
(238) |
Malli għaddiet id-data ta’ skadenza tal-15 ta’ Marzu 2011 għas-sottomissjoni tal-offerti vinkolanti, CIN kienet l-unika kumpanija li kienet issottomettiet offerta vinkolanti u valida ta’ xiri li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-ittra ta’ proċedura. Wara talba mill-Kummissarju Straordinarju, fl-14 ta’ April 2011, CIN issottomettiet kjarifiki addizzjonali u offerta vinkolanti finali, sabiex tallinja kompletament l-offerta tagħha mal-valwazzjoni magħmula mill-espert maħtur mill-Ministeru. F’dan il-kuntest, Tirrenia f’EA, minflok ma aġġudikat is-sejħa għal offerti lil CIN minnufih, aġixxiet b’mod li jiżgura l-ogħla grad ta’ kompetizzjoni bejn l-offerenti. Għalhekk, l-offerta vinkolanti ta’ CIN tqiegħdet fil-kamra tad-data u l-offerenti kollha ammessi għall-fażi tad-diliġenza dovuta ġew mistiedna jissottomettu offerti ta’ xiri mtejba. Madankollu, malli għaddiet id-data ta’ skadenza (li kienet ġiet estiża għad-19 ta’ Mejju 2011) stabbilita għal din l-aħħar serje ta’ offerti, ma waslet l-ebda offerta oħra. |
|
(239) |
CIN tinnota li dan ta’ hawn fuq huwa kkonfermat minn Tirrenia f’EA li, fl-istqarrija għall-istampa msemmija hawn fuq tal-5 ta’ Ottubru 2011, irrapportat ukoll li: “għall-fini ta’ tqabbil tal-offerti u ta’ aġġudikazzjoni tas-sejħa għal offerti, l-uniku kriterju jenħtieġ li jkun dak tal-ogħla prezz. Barra minn hekk – skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi – il-prezz tal-bejgħ ma jista’ fl-ebda każ ikun anqas mill-valur tas-suq tal-assi kif stabbilit minn valwazzjoni ġuramentata mwettqa minn istituzzjoni finanzjarja ewlenija maħtura bħala espert indipendenti”; u “fir-rigward tal-proċedura għall-bejgħ ta’ Tirrenia, wara li Compagnia Italiana di Navigazione ssottomettiet offerta ta’ xiri vinkolanti konsistenti mal-valur ekonomiku tal-assi, sabiex jiġi żgurat l-ogħla grad ta’ trasparenza tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, l-offerenti l-oħra kollha ġew mgħarrfa bit-termini u bil-kundizzjonijiet tat-tali offerta, filwaqt li ngħataw żmien biżżejjed sabiex jissottomettu l-kontroofferti tagħhom; madankollu, ma waslet l-ebda kontroofferta bħal din”; |
5.2.5. Dwar il-pagament differit ta’ parti mill-prezz tax-xiri
|
(240) |
Dwar din il-kwistjoni, CIN osservat dan li ġej. Id-differiment tal-pagament mingħajr l-ebda imgħax jikkonċerna biss EUR 180 000 000, mill-prezz totali tax-xiri ta’ EUR 380 100 000. CIN tindika wkoll li l-pagament differit huwa korrelatat man-natura tas-suġġett tal-bejgħ jiġifieri segment tan-negozju li għalih il-valur effettiv jiddependi fuq il-pagament attwali, fuq perjodu ta’ tmien snin, tal-ammonti ta’ kumpens stipulati fil-Konvenzjoni l-ġdida. CIN targumenta li din il-kunsiderazzjoni hija kkunsidrata wkoll fir-rapport ta’ valwazzjoni tal-espert indipendenti dwar il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia (84). |
|
(241) |
Barra minn hekk, CIN tinnota li d-differiment parzjali tal-pagament mingħajr l-applikazzjoni tal-imgħax kien ukoll parti mill-proċedura tal-offerti sal-punt li l-offerta vinkolanti ta’ CIN, li kienet tinkludi din il-kundizzjoni, kienet disponibbli fis-sala tad-data. L-offerenti l-oħra kollha kienu mistiedna mill-Kummissarju Straordinarju sabiex jissottomettu offerta ogħla. Minħabba li ma waslet l-ebda offerta bħal din, CIN targumenta li l-bejjiegħ kiseb l-aħjar kundizzjonijiet ta’ pagament fil-fatt disponibbli fis-suq. Fi kliem ieħor, fil-fehma ta’ CIN, l-inklużjoni ta’ differiment parzjali tal-pagament mingħajr l-applikazzjoni tal-imgħax, f’dan il-każ, kien jirrappreżenta l-aktar għażla favorevoli, u fil-fatt l-unika għażla li setgħet tikseb il-pagament ta’ prezz proporzjonat għall-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. |
5.2.6. Dwar il-kumpens tas-servizz pubbliku li għandu jitħallas lil CIN skont il-Konvenzjoni l-ġdida
|
(242) |
CIN tinnota li, fil-mument tas-sottomissjoni tagħha (jiġifieri f’Marzu 2013), hija kienet l-uniku operatur attiv kważi fuq ir-rotot kollha koperti mill-Konvenzjoni l-ġdida. Huwa biss fuq ir-rotta tas-servizzi mħallta bejn Napoli u Palermo (li hija operata taħt il-Konvenzjoni matul l-istaġun kwiet biss) li mill-2011 hemm operatur ieħor preżenti, jiġifieri Grandi Navi Veloci (f’kollaborazzjoni ma’ SNAV li diġà kienet attiva fuq din ir-rotta qabel l-2011). Madankollu, CIN tqis li dan l-operatur ma joffrix servizzi paragunabbli għal tagħha. Bl-eċċezzjoni ta’ din ir-rotta, CIN tqis li fid-dawl tal-assenza tal-kompetituri fuq ir-rotot koperti mill-Konvenzjoni l-ġdida, ma jistax ikun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-effett fuq il-kummerċ intra-Unjoni. Għalhekk, il-kumpens imħallas fuq il-bażi tal-Konvenzjoni l-ġdida ma jistax, fil-fehma tagħha, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (ħlief, b’mod konċepibbli, għar-rotta Napoli – Palermo). |
|
(243) |
Barra minn hekk, CIN targumenta wkoll li l-kumpens imħallas fuq il-bażi tal-Konvenzjoni l-ġdida ma jipprovdilha l-ebda vantaġġ ekonomiku. B’mod partikolari, CIN tqis li l-erba’ kriterji ta’ Altmark huma rrispettati u li d-dubji tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward mhumiex ġustifikati. CIN tindika li ma hemm l-ebda operatur kompetitur fuq ir-rotot rilevanti u li dan, minnu nnifsu, ikun jiġġustifika kemm il-ħtieġa li jiġu imposti obbligi ta’ servizz pubbliku fuq CIN kif ukoll il-kumpens korrispondenti tagħha. CIN iżżid li fi kwalunkwe każ, kwalunkwe preżenza temporanja ta’ operatur “kompetitur” (85) għal CIN fuq ir-rotot soġġetti għall-kumpens tas-servizz pubbliku taħt il-Konvenzjoni l-ġdida minnha nnifisha, ma tnaqqasx l-obbligi ta’ servizz pubbliku fuq CIN b’rabta mar-rotta kkonċernata. Filwaqt li CIN trid tiggarantixxi l-kontinwità tas-servizzi fuq dawn ir-rotot, l-operaturi “kompetituri” huma liberi li jnaqqsu, jissospendu jew iħassru s-servizzi skedati tagħhom. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ CIN, dawn l-operaturi jistgħu jiddeċiedu liberament dwar il-frekwenza, il-kapaċità, il-kwalità u t-tariffa tas-servizzi tagħhom. |
|
(244) |
Fir-rigward tat-tielet kriterju ta’ Altmark, CIN ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % ikun għoli wisq peress li CIN allegatament ma tkunx qed tieħu riskji li normalment jaqgħu fuq l-operatur tas-servizz. F’dan ir-rigward, CIN tinnota li hija meħtieġa li żżomm il-frekwenzi minimi tas-servizz kif kienu u li tapplika l-limiti massimi tat-tariffi stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida, anki fejn id-domanda tas-suq ma tiġġustifikax dawn il-frekwenzi jew jekk jintwera li l-limiti massimi tat-tariffi huma baxxi wisq u ekonomikament mhux sostenibbli. Għalhekk, CIN tqis li hija tieħu riskju, marbut mal-inċertezza tad-domanda tas-suq, li ma jaffettwax lil operaturi oħra. (86) CIN hija meħtieġa ġġarrab il-kost ukoll, tal-anqas għal tliet snin, tat-tibdiliet possibbli fil-varjabbli ekonomiċi ta’ referenza (li ntużaw sabiex jiġi stabbilit il-kumpens pubbliku) li jirriżultaw f’nuqqas ta’ kumpens pubbliku sabiex jiġu koperti l-obbligi ta’ servizz pubbliku. Meta jkun hemm ċirkustanzi serji u imprevisti (bħal kriżi speċifika għas-settur), CIN trid taċċetta dħul imnaqqas jew kostijiet akbar (netti mill-kostijiet tal-fjuwil) li jaffettwaw sa 3 % tad-dħul/tal-kostijiet mistennija u, fi kwalunkwe każ, trid taċċetta dħul imnaqqas jew kostijiet akbar fl-ewwel sena ta’ kull perjodu operatorju ta’ tliet snin (ara l-premessa 107). CIN tindika wkoll li l-parametri ekonomiċi, li fuq il-bażi tagħhom ġie stabbilit il-kumpens, ġew iddeterminati b’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq fl-2009. Skont CIN, in-numru ta’ passiġġieri trasportati naqas minn dak iż-żmien ’l hawn, filwaqt li l-kostijiet (eż. l-imposti u l-ispejjeż tal-port, il-kostijiet tal-assigurazzjoni u tal-manutenzjoni) żdiedu. Għal dawn ir-raġunijiet, CIN tqis li l-primjum tar-riskju li tirċievi ma jistax jirriżulta f’kumpens eċċessiv u li, għalhekk, it-tielet kriterju ta’ Altmark huwa rrispettat. |
|
(245) |
Rigward id-dubji tal-Kummissjoni dwar ir-raba’ kriterju ta’ Altmark, CIN osservat dan li ġej. Il-proċedura tal-offerti kienet tirrigwarda biss l-assi tal-impriża strettament meħtieġa sabiex jitwettqu l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida (u mhux għall-impriża kollha kif issuġġerit fid-Deċiżjoni tal-2012). Din is-sejħa għall-offerti twettqet, skont CIN, permezz ta’ proċedura tal-offerti trasparenti, mhux kondizzjonali u nondiskriminatorja, li għamlitha possibbli li jinkiseb l-aħjar prezz ta’ bejgħ possibbli. CIN tqis li dan ippermetta lill-offerent rebbieħ jissodisfa l-obbligi ta’ servizz pubbliku stipulati fil-Konvenzjoni l-ġdida bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bl-użu (biss) ta’ dawk l-assi meħtieġa u essenzjali għat-twettiq ta’ dawn is-servizzi. CIN lanqas ma taqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-offerenti potenzjali diġà mgħammra bil-bastimenti u bl-ekwipaġġi tagħhom setgħu jwettqu s-servizz b’anqas kostijiet. F’dan ir-rigward, CIN tinnota li dawn l-operaturi normalment kienu jużaw dawn il-vapuri sabiex joperaw is-servizzi tagħhom stess u li, għalhekk, ma kinux ikunu disponibbli sabiex jipprovdu servizzi addizzjonali, bħal dawk offruti fis-sejħa. Dan ikun aktar il-każ fejn ikun hemm restrizzjonijiet stretti fuq il-kapaċità tal-bastimenti u l-frekwenza tas-servizzi, kif meħtieġ mill-Konvenzjoni l-ġdida. Għal dawn ir-raġunijiet kollha msemmija hawn fuq, CIN tikkonkludi li r-raba’ kriterju ta’ Altmark huwa ssodisfat. |
|
(246) |
Anke jekk CIN tqis li l-kumpens imħallas fuq il-bażi tal-Konvenzjoni l-ġdida ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat, hija għandha wkoll, għall-fini ta’ kompletezza, hija wieġbet ukoll għad-dubji tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ dan il-kumpens mas-suq intern. B’mod partikolari, CIN tindika li din il-miżura, sa fejn tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, tissodisfa l-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011. F’dan ir-rigward, CIN tinnota li d-durata tal-Konvenzjoni l-ġdida hija ta’ anqas minn għaxar snin, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011. Barra minn hekk, ir-rotot kollha operati taħt il-Konvenzjoni l-ġdida (fejn applikabbli, matul l-istaġun kwiet biss) kien ikollhom anqas minn 300 000 passiġġier fis-snin 2010 u 2011 (is-sentejn ta’ qabel l-inkarigu) u, għalhekk, ikunu jikkonformaw mal-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011. Fl-aħħar nett, CIN tirreferi għat-tweġiba tagħha dwar l-ewwel u t-tielet kriterji ta’ Altmark sabiex tindirizza d-dubji tal-Kummissjoni dwar in-natura ġenwina tal-SGEI u l-proporzjonalità tal-kumpens mogħti. |
5.2.7. Dwar in-nuqqas ta’ kontinwità ekonomika bejn Tirrenia u CIN
|
(247) |
CIN tinnota li l-Kummissjoni essenzjalment żviluppat il-kunċett ta’ kontinwità ekonomika bejn żewġ kumpaniji, għall-finijiet tal-għajnuna mill-Istat, b’referenza għal każijiet speċifiċi li fihom il-kumpaniji li jibbenefikaw minn għajnuna jittrasferixxu l-parti(jiet) li tagħmel/jagħmlu l-profitt tan-negozju tagħhom lil kumpaniji oħra li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, anki indirettament. Fid-dawl ta’ dan, CIN tqis li l-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia taqa’ kompletament barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan it-test, peress li ma hemm l-ebda relazzjoni korporattiva jew oħra li torbot lil Tirrenia (u b’mod ġenerali lil dak li kien Tirrenia Group) ma’ CIN. |
|
(248) |
Barra minn hekk, CIN tenfasizza li kien hemm xi każijiet, għalkemm ftit u diskutibbli, fejn it-test tal-kontinwità ekonomika ġie applikat ukoll mill-Kummissjoni għat-trasferiment ta’ assi jew ta’ kumpaniji bejn entitajiet indipendenti, li ma jkollhomx relazzjonijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja. Madankollu, anki li kieku t-test kellu jiġi applikat għall-każ inkwistjoni (li CIN tikkontesta), CIN targumenta li ma tinstab l-ebda kontinwità ekonomika għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(249) |
L-ewwel nett, ma hemm l-ebda relazzjoni ta’ identità jew korporattiva bejn CIN u s-sid uniku ta’ Tirrenia, Fintecna, kumpanija li tappartjeni totalment għall-Ministeru Taljan tal-Ekonomija u tal-Finanzi. It-tieni nett, l-għan tal-bejgħ jinkludi biss dawk l-assi u l-kuntratti li huma funzjonalment essenzjali għall-provvista tas-servizz pubbliku. It-tielet nett, il-kriterju għall-għoti kien dak tal-ogħla prezz. Ir-raba’, ix-xiri minn CIN tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia jingħad li huwa ta’ “loġika kummerċjali” stramba u li huwa bbażat fuq pjan ta’ direzzjoni tan-negozju b’suppożizzjonijiet sottostanti differenti minn dawk ta’ Tirrenia. B’mod partikolari, CIN għandha l-intenzjoni li ssegwi pjan wiesa’ sabiex terġa’ tinkiseb l-effiċjenza tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. Fl-aħħar nett, ma hemm l-ebda trasferiment awtomatiku tal-impjegati għal CIN, u lanqas iż-żamma tad-drittijiet miksuba tal-impjegati, iżda l-obbligu fuq CIN li żżomm għal sentejn il-livelli tal-persunal meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ servizz pubbliku. |
5.2.8. Sottomissjonijiet ulterjuri minn CIN
|
(250) |
Fuq talba tal-Kummissjoni, CIN ipprovdiet data dettaljata dwar ir-rotot li kienet topera fil-perjodu bejn l-20 ta’ Lulju 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2012, kemm taħt is-sistema tas-servizz pubbliku kif ukoll bħala operatur privat. L-informazzjoni pprovduta kienet tinkludi, fost elementi oħra, dan li ġej:
|
|
(251) |
Barra minn hekk, CIN ipprovdiet ukoll il-lista tar-rotot fejn kellha obbligu ta’ servizz pubbliku li tirrilaxxa, inkluż l-ambitu tagħha f’termini ta’ perjodi tas-sena, u tunnellaġġ gross minimu għall-vapur(i) imħaddem/imħaddma fuq kull rotta. Fl-aħħar nett, CIN tenniet xi wħud mill-argumenti pprovduti fit-tweġiba tagħha tal-1 ta’ Marzu 2012 għad-Deċiżjoni tal-2011, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċedura ta’ privatizzazzjoni, billi sostniet li l-fatti tal-każ kienu juru li ma ngħata l-ebda vantaġġ minħabba r-raggruppar tal-obbligi ta’ servizz pubbliku mal-assi meħtieġa għat-twettiq tagħhom, u li ma kienet mehmuża l-ebda kundizzjoni ta’ ħsara għall-prezz tal-bejgħ (88). |
5.3. Il-kummenti ta’ Pan Med
|
(252) |
Fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-2011, Pan Med allegat li l-kompetituri qed joperaw servizzi ta’ kuljum fil-konnessjonijiet Genova – Porto Torres u Napoli – Palermo, minkejja d-dikjarazzjonijiet tal-Italja li l-ebda kompetitur ta’ Tirrenia ma jipprovdi servizzi simili f’termini ta’ frekwenza u ta’ kontinwità. |
|
(253) |
B’mod partikolari, skont Pan Med, Grandi Navi Veloci ilha tal-anqas għaxar snin topera l-konnessjoni Genova – Porto Torres, filwaqt li SNAV topera l-konnessjoni Napoli – Palermo (mill-2011, f’kooperazzjoni ma’ Grandi Navi Veroci). Barra minn hekk, Moby tkun qed toffri konnessjonijiet bejn Livorno u Cagliari. Għalhekk, Tirrenia ma tkunx l-uniku operatur fuq din il-konnessjoni. Barra minn hekk, Pan Med iddikjarat li s-servizzi ta’ ġarr tal-merkanzija biss minn Napoli sa Cagliari, Ravenna sa Catania, u Livorno sa Cagliari ma jistgħux jikkostitwixxu SGEI ġenwin peress li ma jiżgurawx kontinwità territorjali iżda huma sempliċiment rotta alternattiva għall-veikoli tal-merkanzija li, fin-nuqqas ta’ dawn il-konnessjonijiet, jaqsmu permezz ta’ servizzi eżistenti oħra tal-merkanzija. Pan Med tiffoka l-aktar fuq il-konnessjonijiet ma’ Sqallija u tirreferi għall-possibbiltajiet alternattivi għall-vetturi tat-triq sabiex jaqsmu l-Istrett ta’ Messina permezz tal-mezz ta’ trasport tul korp tal-ilma. Fl-aħħar nett, Pan Med iddikjarat li r-rati allegatament baxxi għall-ġarr tal-merkanzija applikati minn Tirrenia fuq dawn ir-rotot huma ostaklu għal operaturi oħra sabiex jidħlu f’dan is-suq. |
|
(254) |
Fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-2012, Pan Med iddikjarat li kellha l-ħsieb li tibda topera rotot ġodda iżda allegat li l-kompetizzjoni kienet imxekkla mill-għajnuna inkompatibbli mogħtija lill-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group u lill-akkwirenti tagħhom. Il-premessi li ġejjin jiġbru fil-qosor il-kummenti ta’ Pan Med li jirreferu jew għal Tirrenia esklussivament, jew għall-kumpaniji kollha ta’ dak li kien Tirrenia Group. |
|
(255) |
Rigward l-għajnuna għas-salvataġġ mogħtija lil Tirrenia u lil Siremar, Pan Med argumenta li mit-28 ta’ Awwissu 2011 – id-data li fiha dik l-għajnuna kellha tiġi mitmuma – sakemm tiġi rrimborżata madwar sena u xahrejn wara, dawn iż-żewġ kumpaniji bbenefikaw minn għajnuna għas-salvataġġ illegali u irregolari. B’mod partikolari, l-għajnuna għas-salvataġġ ma kinitx tikkonforma mal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar u ma kinitx tkun parti minn pjan ta’ ristrutturar komprensiv. Għalhekk, fil-fehma ta’ Pan Med, din kienet issarraf f’għajnuna operazzjonali lil Tirrenia u lil Siremar. |
|
(256) |
Dwar il-Konvenzjonijiet il-ġodda, Pan Med esprimiet l-osservazzjonijiet tagħha dwar in-natura ġenwina tal-SGEI mwettaq minn CIN u minn Compagnia delle Isole (‘CdI’). Pan Med argumentat li la l-ħtiġijiet taż-żoni involuti f’termini ta’ mobilità tal-komunitajiet lokali u lanqas dawk relatati ma’ l-iżvilupp ekonomiku ma setgħu jiġġustifikaw aktar il-kumpens pubbliku għal dawn l-operaturi. Pan Med irrimarkat li jenħtieġ li l-objettiv li tiġi żgurata l-kontinwità territorjali ma jiġix indirizzat permezz ta’ pakketti ta’ rotot magħżula b’mod arbitrarju, li f’dan il-każ ma kienx jidher li jirriflettu l-interess ġenerali. |
|
(257) |
L-ittra kienet tinkludi wkoll is-sommarju ta’ Pan Med stess dwar is-sitwazzjoni kompetittiva fuq ir-rotot ta’ kabotaġġ servuti taħt is-sistema tas-servizz pubbliku minn CIN u minn CdI. Minn din il-ħarsa ġenerali, Pan Med ikkonkludiet li fuq ħafna minn dawn ir-rotot (89), hemm operaturi kompetituri li fil-fehma tagħhom ikunu jipprovdu servizzi komparabbli. Dan ikun juri li s-suq tabilħaqq huwa kapaċi jissodisfa l-obbligi ta’ servizz pubbliku li ġew inkargati lil CIN u lil CdI. Barra minn hekk, Pan Med irrimarkat li għal xi rotot, CIN tirċievi kumpens biss għal servizzi pprovduti fl-istaġun kwiet filwaqt li tkun libera li tiffissa t-tariffi tagħha fl-eqqel staġun. Skont Pan Med, dan ikun joħloq sussidjar reċiproku mhux dovut bl-użu ta’ fondi pubbliċi. |
|
(258) |
Pan Med iddikjara wkoll li l-gżira ta’ Sqallija bħalissa hija moqdija b’mod adegwat minn sitt ajruporti (90). B’mod partikolari, il-konnessjonijiet tal-ajru bejn ir-Reġjun ta’ Sqallija u l-Italja kontinentali jkunu (i) komparabbli f’termini ta’ frekwenza, ta’ kontinwità u ta’ regolarità mas-servizzi tat-trasport marittimu li jirċievu kumpens pubbliku u (ii) biżżejjed sabiex jiżguraw il-mobilità tal-komunitajiet lokali. Fir-rigward tal-argument dwar l-iżvilupp ekonomiku, Pan Med enfasizzat li l-biċċa l-kbira tat-trasport tal-merkanzija fl-Italja ssir bit-triq, u li l-konnessjonijiet ma’ Sqallija huma żviluppati sew permezz tal-Istrett ta’ Messina. Barra minn hekk, ħafna mill-konnessjonijiet marittimi sussidjati ma jkunux lejn jew minn żoni remoti. |
|
(259) |
Barra minn dan ta’ hawn fuq, Pan Med targumenta li l-kumpens għall-operat tas-servizz pubbliku jippermetti lill-operaturi jagħmlu profitti li huma aktar minn raġonevoli u, għalhekk, ma jkunx jissodisfa t-tielet kriterju ta’ Altmark. Pan Med ipprovdiet l-eżempju ta’ kalkolu tal-kostijiet u tad-dħul fuq ir-rotta Ravenna – Catania fl-2010, li allegatament kien jirriżulta fi profitt ta’ EUR 8.3 miljun (91) u, għalhekk, f’kumpens żejjed għall-operatur tagħha, Tirrenia. Pan Med tikkunsidra wkoll li l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % kif stabbilit fid-Direttiva CIPE mhuwiex iġġustifikat minħabba li CIN ma tkun qed tassumi l-ebda riskju kummerċjali. |
|
(260) |
Imbagħad Pan Med iddeskriviet numru ta’ rotot ġodda li kellha l-ħsieb li topera, inkluża l-konnessjoni Augusta – Ravenna. Pan Med iddikjarat li b’dan il-mod hija tkun toffri servizz kontinwu tul il-kuritur tal-Adrijatiku li jgħaqqad ma’ u minn Sqallija, filwaqt li tipprovdi kapaċità akbar tat-trasport għall-merkanzija u konnessjonijiet aktar komprensivi mal-kontinent. Għalhekk hija ddikjarat li l-forzi tas-suq huma biżżejjed sabiex jipprovdu l-SGEI inkarigat lil CIN fuq ir-rotta Ravenna – Catania. Fost l-oħrajn, Pan Med għamlet argument simili għar-rotta ppjanata tagħha Gaeta – Termini Imerese, li tkun f’kompetizzjoni mar-rotta Napoli – Palermo operata minn CIN. |
|
(261) |
Dwar il-pagament differit ta’ parti mill-prezz tax-xiri għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, Pan Med tinnota li l-għażla ta’ pagamenti parzjali ma kinitx stabbilita fis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għax-xiri tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u lanqas ma tħabbret mill-Kummissarju Straordinarju ta’ Tirrenia jew mill-konsulent(i) tiegħu. Kieku Pan Med kienet taf bil-possibbiltà li setgħet tħallas il-prezz b’pagamenti parzjali, hija tiddikjara li kienet tivvaluta serjament il-possibbiltà li takkwista l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. Barra minn hekk, Pan Med tinnota li kienet esprimiet ukoll lil Tirrenia f’EA l-interess tagħha li tixtri biss id-diviżjoni Adriatica ta’ Tirrenia iżda ma kienet irċiviet l-ebda tweġiba. |
|
(262) |
Fl-aħħar nett, fil-konklużjonijiet tat-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-2012, Pan Med argumentat li tqis li hemm kontinwità ekonomika bejn Tirrenia u CIN. Għal din ir-raġuni, Pan Med tikkunsidra li CIN ikollha tħallas lura l-allegata għajnuna inkompatibbli. |
5.4. Il-kummenti ta’ Grandi Navi Veloci
|
(263) |
Grandi Navi Veloci ppreżentat kummenti dwar dan li ġej: (i) l-allegat ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu; (ii) il-kumpens annwali għall-obbligu ta’ servizz pubbliku; (iii) il-privatizzazzjoni tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar; (iv) il-prijorità tal-irmiġġ mogħtija lil Saremar; (v) miżuri oħra ta’ għajnuna mogħtija fil-kuntest tal-privatizzazzjoni; (vi) l-illegalità tal-għajnuna diġà mogħtija u l-ħtieġa li l-għajnuna tiġi sospiża u rkuprata b’mod provviżorju (92). Ħafna minn dawn il-kummenti huma relatati biss mal-każ speċifiku ta’ Saremar, li jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Fil-premessi li jmiss, huma miġbura fil-qosor il-kummenti l-aktar rilevanti għal din id-Deċiżjoni. |
|
(264) |
Dwar il-privatizzazzjoni tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar, Grandi Navi Veloci qablet mal-fehma preliminari tal-Kummissjoni, kif espressa fid-Deċiżjoni tal-2011, li l-proċedura ma kinitx tkun trasparenti u inkondizzjonali biżżejjed sabiex tiġi eskluża l-eżistenza ta’ għajnuna. Barra minn hekk, il-kumpanija sostniet li l-awtoritajiet Taljani kienu qed idewmu b’mod indefinit il-privatizzazzjoni tal-kumpaniji ta’ Tirrenia Group, minkejja l-garanziji allegatament mogħtija matul is-snin lill-Kummissjoni u fformalizzati fid-Deċiżjoni tal-2001 (fil-premessi 4 u 12 tagħha) u fid-Deċiżjoni tal-2004 (fil-premessi 5 u 45 tagħha). Il-kumpanija sostniet li l-prospetti tal-privatizzazzjoni futura kienu ntużaw bħala punt vantaġġ vis-à-vis il-Kummissjoni sabiex tippermetti l-pagament ta’ kumpens tas-servizz pubbliku lill-kumpaniji ta’ Tirrenia Group sal-2008. |
|
(265) |
Rigward il-prijorità tal-irmiġġ, il-kumpanija kkwotat żewġ deċiżjonijiet (segnalazioni) mill-AGCM fejn iddikjarat li din il-prijorità jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni, partikolarment jekk il-benefiċjarju jkollu dritt esklussiv fuq il-postijiet tal-irmiġġ li huma l-aktar ta’ valur minn perspettiva ekonomika. Il-kumpanija ma kkontestatx il-fehma preliminari tal-Kummissjoni li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat għax m’hemmx telf ta’ riżorsi tal-Istat. Madankollu, Grana Navi Veroci argumentat li t-trasferiment tal-prijorità tal-irmiġġ għas-sidien il-ġodda tal-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group, kif stipulat mill-paragrafu 21 tal-Artikolu 19- ter tal-Liġi tal-2009, huwa minnu nnifsu ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. |
|
(266) |
Fuq talba tal-Kummissjoni, GNV ipprovdiet ukoll data dettaljata dwar l-attività tagħha fuq ir-rotot operati minn Tirrenia / CIN taħt is-sistema tas-servizz pubbliku. B’mod partikolari, GNV spjegat li kienet topera r-rotot li ġejjin:
|
|
(267) |
Fir-rigward tar-rotta Genova – Porto Torres, GNV indikat li naqqset is-servizzi tagħha (inkluża l-frekwenza tagħhom) fl-2012 wara li Saremar daħlet fis-suq. Fuq ir-rotta Napoli – Palermo, fl-2012 GNV bdiet topera żewġ konnessjonijiet ta’ kuljum (waħda tul il-lejl u vjaġġ wieħed ta’ tluq binhar) matul is-sena. GNV iddikjarat li s-servizzi tagħha fuq dawn ir-rotot huma ekwivalenti għal dawk offruti minn Tirrenia / CIN. It-tweġibiet ta’ GNV indikaw ukoll li fuq ir-rotta Napoli – Palermo hija kienet tuża l-bastimenti li ġejjin: SNAV Sardegna (mibni fl-1989), SNAV Campania (mibni fl-1974), SNAV Lazio (mibni fl-1989) u fl-2011 biss anki Finn Forest (mibni fl-1978). |
6. IS-SOTTOMISSJONIJIET TA’ GRIMALDI
|
(268) |
Grimaldi għamlet diversi sottomissjonijiet, lil hinn mid-dati ta’ skadenza proċedurali għall-partijiet terzi interessati li jesprimu l-fehmiet tagħhom fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-2011 u tad-Deċiżjoni tal-2012. L-ebda waħda minn dawn is-sottomissjonijiet ma saret billi mtliet il-formola tal-ilmenti obbligatorja msemmija fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (93). Madankollu, il-Kummissjoni se tiġbor fil-qosor dawn is-sottomissjonijiet fit-taqsimiet li ġejjin u se tipprovdi tweġiba għalihom fit-taqsima 7.4. |
6.1. L-ewwel sottomissjoni (Frar 2016)
|
(269) |
Fit-12 ta’ Frar 2016, Grimaldi għamlet sottomissjoni lill-Kummissjoni kemm dwar il-kumpens mogħti lil CIN skont il-Konvenzjoni l-ġdida kif ukoll dwar allegat abbuż ta’ pożizzjoni dominanti (skont l-Artikolu 102 TFUE), mingħajr madankollu ma pprovdiet xi dokumentazzjoni ta’ sostenn. L-ittra kienet indirizzata wkoll lill-AGCM. L-elementi l-aktar rilevanti għal din id-Deċiżjoni huma miġbura fil-qosor hawn taħt. |
|
(270) |
Fir-rigward tal-elementi ta’ għajnuna mill-Istat tal-ittra, Grimaldi argumentat li CIN kienet tkun ikkumpensata żżejjed għat-twettiq tal-allegati obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha. Grimaldi offriet l-argumenti li ġejjin. |
|
(271) |
L-ewwel nett, l-ammont fiss tal-kumpens ġie kkalkolat fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet allegatament skaduti u żbaljati dwar il-kostijiet, b’mod partikolari l-kostijiet tal-fjuwil. Fil-fatt, Grimaldi kkunsidrat b’mod aktar speċifiku li dan tal-aħħar, li jammonta għal madwar 30% tal-kostijiet tat-trasport, naqas drastikament bejn l-2012 u l-2016, u għalhekk il-kumpens kellu fil-fehma tagħha jiġi aġġustat (jiġifieri jitnaqqas) kif xieraq (94). |
|
(272) |
It-tieni nett, Grimaldi sostniet ukoll li diversi inizjattivi ta’ kummerċjalizzazzjoni u skontijiet aggressivi operati minn CIN kienu possibbli biss bħala riżultat tal-kumpens żejjed mill-Konvenzjoni l-ġdida. B’mod partikolari, Grimaldi enfasizzat li fi Frar 2016, CIN u Moby għamlu żewġ offerti promozzjonali identiċi, u b’hekk jissuġġerixxu li kemm CIN kif ukoll Moby kienu qegħdin joperaw essenzjalment billi jsegwu strateġija kummerċjali integrata, u li CIN kienet qiegħda tagħti sussidju reċiproku għall-allegat kumpens żejjed li jirriżulta mill-Konvenzjoni l-ġdida f’offerti u fi promozzjonijiet ta’ Moby. |
|
(273) |
It-tielet, Grimaldi enfasizzat li għal xi wħud mir-rotot inklużi taħt il-Konvenzjoni l-ġdida, CIN kienet topera b’mod effettiv bħala monopolista, filwaqt li f’oħrajn il-kompetitur ewlieni kien Moby stess. Għalhekk, Grimaldi ssostni li minħabba l-akkwist minn Onorato Partecipazioni ta’ kontroll esklussiv fuq CIN u Moby, permess mill-AGCM bir-riżoluzzjoni tagħha Nru 25773, il-kompetizzjoni effettivament sparixxiet għal CIN fuq ir-rotot fejn Moby kienet l-unika kompetitur tagħha qabel. Għalhekk, skont Grimaldi, il-primjum tar-riskju inkluż fil-kalkolu tal-kumpens għal CIN skont il-Konvenzjoni l-ġdida jenħtieġ li jitnaqqas, peress li dan kien maħsub sabiex jirremunera r-riskju addizzjonali meħud minn CIN għal dawk ir-rotot fejn ma kinitx qed twettaq l-obbligu ta’ servizz pubbliku skont il-kundizzjonijiet ta’ esklużività. Barra minn hekk, Grimaldi enfasizzat li fil-paragrafi 47 u 56 tad-deċiżjoni tal-AGCM Nru 25773, il-fatt li CIN tirċievi “sussidji pubbliċi mdaqqsa” bħala riżultat tal-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha ġie kkunsidrat li jirrappreżenta ostaklu għad-dħul ta’ kompetituri potenzjali, fis-swieq fejn il-konċentrazzjoni ta’ CIN/Moby kienet qed toħloq b’mod effettiv pożizzjoni dominanti li tqarreb lejn monopolju (95). |
|
(274) |
Grimaldi qieset ukoll li ma kien hemm l-ebda ħtieġa reali għal SGEI fuq tal-anqas uħud mir-rotot fejn kienu preżenti l-kompetituri, b’mod partikolari fuq il-konnessjonijiet Olbia u Civitavecchia – Olbia, fejn Moby stess kienet qed topera. Skont Grimaldi, dan jissuġġerixxi li l-preżenza konġunta ta’ CIN u ta’ Moby fuq iż-żewġ rotot kienet stabbli biżżejjed sabiex tixħet dubju fuq il-ħtieġa ta’ SGEI, tal-anqas għal dawk is-snin. |
|
(275) |
Fir-rigward tal-allegat abbuż ta’ pożizzjoni dominanti, Grimaldi tiddeskrivi diversi prattiki abbużivi u ritaljatorji tas-suq allegatament imwettqa minn CIN u minn Moby kontra l-klijenti tagħhom, li joperaw fis-settur tat-trasport, li kienu qed jibdew jużaw is-servizzi tal-kompetituri ta’ Moby u ta’ CIN fuq diversi rotot. Grimaldi tinnota wkoll li l-kumpens allegatament eċċessiv mogħti lil CIN skont il-Konvenzjoni l-ġdida taha l-mezzi finanzjarji sabiex twettaq prattiki restrittivi kontra entranti potenzjali fis-suq. |
|
(276) |
Fl-aħħar nett, Grimaldi argumentat li l-għajnuna mogħtija lil CIN hija illegali peress li l-Italja ma rrispettatx l-obbligu ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 108(3) TFUE u ssuġġeriet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta deċiżjoni li tirrikjedi lill-Italja tissospendi l-ħlas tal-għajnuna u tirkupra b’mod provviżorju l-għajnuna (tal-anqas il-parti relatata mal-allegat kumpens żejjed) skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2015/1589. |
6.2. Ir-Riżoluzzjoni Nru 27053 tat-28 ta’ Marzu 2018 minn AGCM
|
(277) |
Fit-28 ta’ Marzu 2018, l-AGCM ħarġet ir-riżoluzzjoni tagħha nru 27053, anki bħala riżultat tal-ittra ta’ Grimaldi (ara l-premessa 269), li kkonkludiet li bejn it-28 ta’ Settembru 2015 u d-data tal-adozzjoni tar-riżoluzzjoni (jiġifieri t-28 ta’ Frar 2018), kemm CIN kif ukoll Moby kienu abbużaw mill-pożizzjoni dominanti tagħhom skont l-Artikolu 102(b) TFUE fuq diversi rotot ta’ ġarr tal-merkanzija u dawk imħallta bejn l-Italja kontinentali u Sardinja, inklużi dawn li ġejjin:
|
|
(278) |
L-imġiba antikompetittiva seħħet fuq il-ħames rotot ta’ hawn fuq, li huma koperti mill-Konvenzjoni l-ġdida, fiż-żmien meta l-obbligi rispettivi tas-servizz pubbliku kienu fis-seħħ. Din l-imġiba kienet tinkludi r-rifjut tal-aċċess għall-bastimenti għall-fornituri tat-trasport, anke ta’ prodotti li jitħassru. Għal dan il-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, CIN u Moby kellhom iħallsu multa ta’ EUR 29 202 673.73. |
|
(279) |
Ir-riżoluzzjoni tal-AGCM nru 27 053 ġiet appellata quddiem it-tribunal amministrattiv reġjonali (it-Tribunale Amministrativo Regionale, “TAR”), u b’dan il-multa ġiet sospiża. Fl-4 ta’ Ġunju 2019, it-TAR qata’ s-sentenza tiegħu nru 7175/2019, li parzjalment annullat ir-riżoluzzjoni nru 27 053 tal-AGCM u talab lill-AGCM jerġa’ tibda l-investigazzjoni u jikkalkola mill-ġdid il-multa. |
6.3. It-tieni sottomissjoni (Mejju 2018)
|
(280) |
Fid-29 ta’ Mejju 2018, Grimaldi għamlet sottomissjoni oħra lill-Kummissjoni, fil-biċċa l-kbira bbażata fuq ir-riżoluzzjoni nru 27053 tal-AGCM, fejn tenniet id-dikjarazzjonijiet li diġà saru fl-ewwel sottomissjoni tagħha u ppreżentat xi argumenti addizzjonali b’appoġġ tagħhom, li huma mqassra hawn taħt. |
|
(281) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-allegat kumpens żejjed skont it-termini tal-Konvenzjoni l-ġdida, Grimaldi kkomunikat li l-Ministeru Taljan tat-Trasport allegatament ikkritika l-prattika deskritta fil-premessa 272, peress li kien hemm ir-riskju li tipperikola s-sostenibbiltà finanzjarja tal-Konvenzjoni l-ġdida u rrappreżentat allegatament konfużjoni inopportuna tal-kostijiet u tal-irċevuti bejn iż-żewġ kumpaniji. Minn dan, Grimaldi fehmet ukoll li CIN ma kinitx qed tirrispetta s-separazzjoni meħtieġa tal-kontijiet. |
|
(282) |
It-tieni nett, f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġenwinità ta’ SGEI, Grimaldi argumentat li hemm diversi operaturi fuq xi wħud mir-rotot taħt l-obbligi ta’ servizz pubbliku, u b’hekk xeħtet f’dubju l-eżistenza ta’ SGEI ġenwin. B’mod partikolari, Grimaldi argumentat li l-Moby, GNV, Forship, Grendi u Grimaldi stess qegħdin joperaw, f’diversi żminijiet matul is-sena, rotot li jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal dawk ipprovduti minn CIN taħt il-Konvenzjoni l-ġdida (xi drabi għal portijiet alternattivi biss). |
|
(283) |
Barra minn hekk, Grimaldi argumentat li CIN kemm-il darba kisret it-termini tal-Konvenzjoni. B’mod partikolari, skont id-deċiżjoni tal-AGCM Nru 27 053, fuq diversi rotot lejn u minn Sardinja li huma koperti mill-obbligi ta’ servizz pubbliku, l-operaturi tat-trasport ġew miċħuda l-imbarkazzjoni b’mod sistematiku jew ġew applikati kundizzjonijiet tas-suq detrimentali bħala mod sabiex jiskoraġġixxu lill-entranti fis-suq fuq xi wħud minn dawn ir-rotot, inklużi Grimaldi stess u Grendi. Minkejja l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti, Grimaldi qieset li dan juri li CIN fil-fatt ma kinitx qed topera SGEI ġenwin, tal-anqas fir-rigward tal-merkanzija, peress li ma kienet tipprovdi l-ebda kontinwità territorjali lil dawk l-operaturi tat-trasport. Għall-kuntrarju, Grimaldi tqis li CIN sempliċement qed tuża l-kumpens tas-servizz pubbliku sabiex tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha, flimkien ma’ Moby. |
|
(284) |
It-tielet, Grimaldi kkunsidrat li d-dewmien fil-pagament tal-ewwel segment tal-Prezz Differit għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, li jammonta għal EUR 55 miljun, jagħti vantaġġ ieħor lil CIN (ara l-premessa 88(b)). |
6.4. It-tielet sottomissjoni (Settembru 2018)
|
(285) |
Fit-18 ta’ Settembru 2018, Grimaldi għamlet sottomissjoni oħra, indirizzata lill-Ministeru Taljan tat-Trasport, lill-AGCM u lill-Kummissjoni. F’dik is-sottomissjoni, Grimaldi informat lill-Ministeru tat-Trasport u lill-AGCM dwar il-fużjoni ppjanata bejn CIN u Moby u talbet lill-awtoritajiet Taljani jintervjenu fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom. Moby Group ħabbar din il-fużjoni fir-rapport biannwali tiegħu tat-30 ta’ Ġunju 2018, li jiddikjara li l-att rilevanti kellu jiġi ffirmat sa Novembru 2018, u li l-fużjoni kellha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2018 ’il quddiem (ara l-premessa 83). |
|
(286) |
Grimaldi argumentat li din il-fużjoni tkun qed tmur kontra d-deċiżjoni tal-AGCM tat-23 ta’ Settembru 2013 li allegatament iddikjarat li fużjoni bejn Moby u CIN tikser l-obbligi ta’ “separazzjoni tal-kumpaniji” ta’ CIN skont l-Artikolu 8 (2-bis) tal-Liġi Nru 287/90 (li ġiet introdotta bl-Artikolu 11(3) tal-Liġi 57/2001) (96). Skont din ir-regola, l-SGEI u l-attivitajiet kummerċjali ma jistgħux jiġu pprovduti mill-istess kumpanija iżda jenħtieġ li jiġu operati minn kumpaniji separati (anki jekk parti mill-istess grupp). Għal din ir-raġuni, Grimaldi talbet lill-AGCM tintervjeni sabiex tippenalizza liż-żewġ kumpaniji skont l-Artikolu 8 (2-sexies), abbażi wkoll tal-prattika preċedenti tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar każijiet simili. |
|
(287) |
Barra minn hekk, Grimaldi sostniet li l-fużjoni kienet se tirriżulta fi ksur tal-Konvenzjoni tat-18 ta’ Lulju 2012. B’mod partikolari, Grimaldi argumentat li l-fużjoni kienet tikser ir-rekwiżit li jinżammu kontijiet separati u analitiċi għall-kostijiet u għad-dħul relatati ma’ kull rotta ta’ servizz pubbliku. Skont Grimaldi, b’riżultat tal-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni l-ġdida, dan ir-rekwiżit irid jinqara fid-dawl tal-Artikolu 8 (2-bis) tal-Liġi Nru 287/90 li jirrikjedi separazzjoni sħiħa tal-kumpaniji, u mhux sempliċi separazzjoni tal-kontijiet. Tabilħaqq, Grimaldi sostniet li l-fużjoni tkun tippermetti lil CIN tissussidja b’mod reċiproku s-servizzi kummerċjali operati minnha stess jew minn Moby u tkun tipprevjeni lill-Ministeru milli jivverifika sewwa l-użu tas-sussidji pubbliċi. |
|
(288) |
Fl-aħħar nett, Grimaldi ħeġġet lill-Kummissjoni tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tagħha. |
6.5. Sottomissjonijiet oħra (Ottubru u Novembru 2018)
|
(289) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2018, Grimaldi għamlet sottomissjoni oħra lill-Ministeru Taljan tat-Trasport u lill-AGCM, u bagħtet kopja lill-Kummissjoni bħala informazzjoni. F’dik l-ittra, Grimaldi ffokat fuq iż-żidiet fil-prezzijiet imħabbra minn Moby u minn CIN, allegatament sabiex jikkumpensaw għaż-żieda fil-kostijiet tal-fjuwil. Grimaldi indikat li ż-żidiet huma aktar qawwijin fejn Moby/CIN allegatament topera bħala monopolist (Genova-Olbia, Genova-Porto Torres) u aktar baxxi fejn Moby/CIN tikkompeti ma’ Grimaldi (Napoli-Catania, filwaqt li Grimaldi topera Salerno-Catania). Barra minn hekk, Grimaldi nnotat li ż-żidiet fil-prezzijiet mhumiex proporzjonati għat-tul tar-rotta, kif imisshom ikunu jekk tassew ikunu mmirati sabiex jindirizzaw iż-żieda fil-kostijiet tal-fjuwil. Għal dawn ir-raġunijiet, Grimaldi talbet:
|
|
(290) |
Fl-20 ta’ Novembru 2018, Grimaldi għamlet sottomissjoni oħra lill-AGCM u bagħtet kopja ta’ dik l-ittra lill-Ministeru Taljan tat-Trasport u lill-Kummissjoni. F’din is-sottomissjoni, Grimaldi tenniet it-talba tagħha li l-awtorità Taljana tal-kompetizzjoni twaqqaf il-fużjoni ppjanata bejn Moby u CIN. Grimaldi rrikonoxxiet li l-fużjoni ma teħtieġx awtorizzazzjoni minn qabel mill-AGCM peress li din hija purament ristrutturar fi ħdan grupp. Madankollu, Grimaldi allegat li aktar jiżdiedu l-konfużjonijiet tal-kostijiet u tad-dħul bejn l-SGEI u l-attivitajiet kummerċjali wara l-fużjoni. Sabiex issostni l-allegazzjonijiet tagħha, Grimaldi rreferiet għal żewġ ittri mibgħuta mill-Ministeru tat-Trasport lil CIN dwar l-offerti konġunti ta’ kummerċjalizzazzjoni minn din tal-aħħar u minn Moby u l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-bilanċ finanzjarju tal-Konvenzjoni l-Ġdida. |
7. IL-VALUTAZZJONI
7.1. L-eżistenza tal-għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE
|
(291) |
Skont l-Artikolu 107(1) TFUE, “kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
|
(292) |
Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk miżuri fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jikkostitwux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq. Jiġifieri, jenħtieġ li l-miżura:
|
|
(293) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-prijorità tal-irmiġġ, li tapplika biss għar-rotot ta’ servizz pubbliku, hija marbuta b’mod inseparabbli mal-prestazzjoni tal-SGEI minn Tirrenia u mill-akkwirent tagħha CIN. Għalhekk, din il-miżura se tiġi vvalutata b’mod konġunt mal-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti lil dawn il-kumpaniji (ara t-taqsimiet 7.1.1 u 7.1.3). |
|
(294) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Konvenzjoni l-ġdida bejn l-Italja u CIN jenħtieġ li tiġi vvalutata b’mod konġunt mal-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia (inkluż il-pagament differit ta’ parti mill-prezz tax-xiri). Valutazzjoni konġunta bħal din hija xierqa minħabba li, essenzjalment, l-Italja organizzat proċedura tal-offerti għal kuntratt pubbliku ta’ servizz (jiġifieri l-Konvenzjoni l-ġdida) li fiha l-offerent rebbiegħ kellu jakkwista mingħand Tirrenia numru ta’ assi (l-aktar vapuri) neċessarji sabiex iwettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti f’dak il-kuntratt pubbliku ta’ servizz. |
7.1.1. L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn Tirrenia u l-Italja
7.1.1.1.
|
(295) |
Sabiex tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u mogħtija direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat. |
|
(296) |
Tirrenia ġiet inkarigata mill-Istat Taljan bl-operat tar-rotot marittimi kif spjegat mill-Konvenzjoni inizjali, kif estiża. Il-Konvenzjoni inizjali ġiet konkluża mal-Istat u l-kumpens tas-servizz pubbliku li rriżulta għal Tirrenia jitħallas mill-Istat mill-baġit tiegħu stess. Għalhekk, il-kumpens tas-servizz pubbliku lil Tirrenia huwa imputabbli lill-Istat u jingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat. |
|
(297) |
Il-Kummissjoni tinnota li, skont l-Italja, l-operaturi kollha tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma jħallsu tariffi regolari lill-awtoritajiet tal-port rilevanti għall-irmiġġ iżda li Tirrenia ma kienet tħallas l-ebda tariffa addizzjonali għall-prijorità tal-irmiġġ. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li, fil-prinċipju, l-Italja setgħet għażlet li timponi tariffa addizzjonali għall-prijorità tal-irmiġġ u li jekk ma tagħmilx dan, tkun tilfet dħul mill-Istat. Barra minn hekk, peress li l-prijorità tal-irmiġġ hija mogħtija bil-liġi (ara l-premessa 108), hija imputabbli lill-Istat. |
7.1.1.2.
|
(298) |
Sabiex tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun selettiva. Il-kumpens tas-servizz pubbliku għall-provvista tas-servizzi marittimi inkwistjoni jingħata biss lil Tirrenia, u għalhekk huwa selettiv. Peress li l-prijorità tal-irmiġġ ingħatat biss lill-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group, inkluż lil Tirrenia, huwa selettiv ukoll. |
7.1.1.3.
|
(299) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-kumpensi tas-servizz pubbliku mogħtija lil kumpanija jistgħu ma jkunux jikkostitwixxu vantaġġ ekonomiku taħt ċerti kundizzjonijiet iddefiniti b’mod strett. |
|
(300) |
B’mod partikolari, fis-sentenza Altmark (97) tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li fejn miżura tal-Istat trid titqies bħala kumpens għas-servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex iwettqu obbligi ta’ servizz pubbliku, b’mod li dawk l-impriżi ma jgawdux vantaġġ finanzjarju reali u, għalhekk, il-miżura ma jkollhiex l-effett li tqegħedhom f’pożizzjoni kompetittiva aktar favorevoli mill-impriżi li jikkompetu magħhom, tali miżura ma tkunx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
(301) |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara wkoll li sabiex kumpens bħal dan għas-servizz pubbliku ma jaqax taħt il-kwalifika ta’ għajnuna mill-Istat f’każ partikolari, iridu jkunu ssodisfati l-erba’ kriterji kumulattivi (il-“kriterji ta’ Altmark”) miġbura fil-qosor hawn taħt:
|
|
(302) |
Il-Kummissjoni speċifikat kif tapplika l-kriterji ta’ Altmark fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal kumpens mogħti għall-forniment ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (il-“Komunikazzjoni SIEĠ”) (98). |
|
(303) |
Minħabba li l-kriterji ta’ Altmark iridu jiġu rrispettati b’mod kumulattiv, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ wieħed minn dawn il-kriterji jwassal lill-Kummissjoni għall-konklużjoni li l-miżura vvalutata tipprovdi vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju. Imbagħad, il-Kummissjoni l-ewwel tivvaluta r-rispett ta’ Altmark 4. |
|
(304) |
Altmark 4 jipprovdi li l-kumpens irid ikun il-minimu meħtieġ sabiex ma jikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat. Dan il-kriterju jitqies bħala ssodisfat jekk il-benefiċjarju tal-kumpens ikun intgħażel wara proċedura tal-offerti li tiżgura l-għażla tal-offerent li jkun kapaċi jipprovdi s-servizzi bl-anqas kost għall-komunità jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-kumpens ikun ġie kkalkolat b’referenza għall-kostijiet ta’ impriża effiċjenti. |
|
(305) |
Għall-ebda estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-18 ta’ Lulju 2012 Tirrenia ma ntgħażlet wara proċedura tal-offerti pubblika. L-Istat Taljan sempliċiment tawwal is-sistema li diġà kienet fis-seħħ u b’hekk intitola lill-operatur stabbilit minn qabel sabiex ikompli jirċievi kumpens għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku. |
|
(306) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani ma pprovdewx lill-Kummissjoni xi indikazzjoni li l-livell ta’ kumpens kien ġie ddeterminat abbażi ta’ analiżi tal-kostijiet li impriża tipika, immexxija sew u mogħnija b’mezzi tat-trasport adegwati sabiex tkun tista’ tissodisfa l-ħtiġijiet neċessarji ta’ servizz pubbliku, kienet iġġarrab fit-twettiq ta’ dawk l-obbligi, filwaqt li jitqiesu d-dħul rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq tal-obbligi. L-Italja sostniet biss li l-kumpens tas-servizz pubbliku għal Tirrenia naqas b’mod sinifikanti mill-2010 ’il quddiem wara l-introduzzjoni tal-ammont ta’ kumpens massimu stabbilit mil-Liġi tal-2009 (ara l-premessa 25). Madankollu, l-Italja ma wrietx li l-kostijiet imġarrba minn Tirrenia fil-provvista tal-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha kienu allinjati ma’ dawk ta’ impriża tipika, immexxija sew u mogħbija b’mezzi adegwati tat-trasport. |
|
(307) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li Altmark 4 ma ġiex irrispettat f’dan il-każ. |
|
(308) |
Peress li l-erba’ kriterji ta’ Altmark mhumiex osservati b’mod kumulattiv f’dan il-każ, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens għall-operat tar-rotot marittimi taħt l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali pprovda vantaġġ ekonomiku lil Tirrenia. |
|
(309) |
Fir-rigward tal-prijorità tal-irmiġġ, il-Kummissjoni l-ewwel tfakkar li l-awtorità Taljana tal-kompetizzjoni, AGCM, ikkunsidrat tal-anqas f’żewġ okkażjonijiet li din il-miżura għandha valur ekonomiku (ara l-premessa 265). Minkejja dan, Tirrenia ma tħallas l-ebda tariffa għall-prijorità tal-irmiġġ (ara l-premessa 190). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-prijorità tal-irmiġġ għandha, tal-anqas teoretikament, il-potenzjal li tnaqqas il-kostijiet tal-operatur (eż. minħabba li l-irmiġġ garantit jista’ jnaqqas il-ħinijiet ta’ stennija fil-portijiet u, b’hekk, tirriżulta f’kostijiet aktar baxxi tal-fjuwil) jew iżżid id-dħul tiegħu (eż., minħabba li xi ħinijiet jistgħu jattiraw aktar domanda mill-passiġġieri). Fil-fatt, sa fejn il-prijorità tal-irmiġġ tippermetti proċedura aktar mgħaġġla ta’ trakkar tal-bastimenti, l-utenti tas-servizz tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma jistgħu jippreferu l-operatur tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma li jibbenefika minn din il-miżura. Anki jekk dawn l-effetti jimmaterjalizzaw biss f’ċirkustanzi limitati jew ikunu relattivament żgħar, il-prijorità tal-irmiġġ xorta waħda tista’ tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għal Tirrenia. |
7.1.1.4.
|
(310) |
Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħrajn li jikkompetu fil-kummerċ intra-UE, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala affettwati minn dik l-għajnuna (99). Huwa biżżejjed li l-benefiċjarju tal-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħrajn fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni (100). |
|
(311) |
F’dan il-każ, il-benefiċjarju jopera f’kompetizzjoni ma’ impriżi oħra li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu fl-Unjoni, b’mod partikolari mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 (101) u tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, li lliberalizzaw is-suq tat-trasport marittimu internazzjonali u l-kabotaġġ marittimu, rispettivament. Il-fatt li fuq uħud mir-rotot Tirrenia dak iż-żmien kienet l-uniku operatur ma jfissirx li operaturi (internazzjonali) oħra ma setgħux ikunu interessati li joffru servizzi tat-trasport marittimu simili. Għalhekk, il-kumpens għall-operat tar-rotot marittimi taħt l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali jista’ jaffettwa l-kummerċ tal-Unjoni u joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq intern. Għall-istess raġunijiet, dik il-konklużjoni tgħodd ukoll għall-prijorità tal-irmiġġ. |
7.1.1.5.
|
(312) |
Peress li huma ssodisfati l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni tikkonkludi li kemm il-kumpens tas-servizz pubbliku mħallas fuq il-bażi tal-estensjonijiet suċċessivi tal-Konvenzjoni inizjali kif ukoll il-prijorità tal-irmiġġ għar-rotot tas-servizz pubbliku jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil Tirrenia. |
7.1.1.6.
|
(313) |
Kif spjegat aktar ’il fuq (ara l-premessa 201), Tirrenia f’EA tqis li jekk il-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti lil Tirrenia sa tmiem l-2008 jiġi kklassifikat bħala għajnuna eżistenti fuq il-bażi tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, din il-klassifikazzjoni tkun applikabbli wkoll għall-kumpens imħallas fuq il-bażi tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali. |
|
(314) |
Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li l-kumpens imħallas lil Tirrenia għall-operat tal-obbligi ta’ servizz pubbliku marittimu sa tmiem l-2008 mhux se jiġi vvalutat f’din id-Deċiżjoni. Il-valutazzjoni ta’ dak il-kumpens, u jekk jistax jiġi kklassifikat bħala għajnuna eżistenti, se tkun is-suġġett ta’ deċiżjoni separata tal-Kummissjoni (102). |
|
(315) |
L-Artikolu 1(c) tar-Regolament (KE) Nru 2015/1589, għajnuna ġdida tfisser “kull għajnuna, jiġifieri, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali, li ma jkunux għajnuna eżistenti, inkluż tibdil fl-għajnuna eżistenti”. Barra minn hekk, l-Artikolu 108(3) TFUE jipprovdi li l-pjanijiet sabiex tingħata jew tiġi mmodifikata għajnuna eżistenti jridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni fi żmien xieraq u ma jistgħux jiġu implimentati sakemm il-proċedura tkun wasslet għal deċiżjoni finali (103). F’konformità mal-pożizzjoni tal-qrati Ewropej (104), il-Kummissjoni tqis li l-emendar (jiġifieri l-estensjoni) tad-durata ta’ skema ta’ għajnuna jew ta’ għajnuna individwali li kellha data ta’ skadenza ċara (jiġifieri l-31 ta’ Diċembru 2008) huwa biżżejjed sabiex jagħmilha għajnuna ġdida irrispettivament minn jekk inbidlux il-karatteristiċi l-oħra tal-miżura. |
|
(316) |
Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, irrispettivament minn jekk il-kumpens mogħti lil Tirrenia sa tmiem l-2008 ikunx ikklassifikat bħala għajnuna eżistenti, il-kumpens tas-servizz pubbliku mħallas fuq il-bażi tal-estensjonijiet suċċessivi tal-Konvenzjoni inizjali jenħtieġ li jitqies bħala għajnuna ġdida u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu miċħuda l-argumenti ta’ Tirrenia f’EA. |
|
(317) |
Il-Kummissjoni tinnota li la l-awtoritajiet Taljani u lanqas Tirrenia f’EA ma argumentaw li l-prijorità tal-irmiġġ hija għajnuna eżistenti. Għalhekk, il-Kummissjoni se tivvaluta din il-miżura bħala għajnuna ġdida. |
7.1.2. L-estensjoni illegali tal-għajnuna ta’ salvataġġ lil Tirrenia
|
(318) |
Il-Kummissjoni diġà stabbiliet fil-premessi 34-40 tad-Deċiżjoni tal-2010, li l-miżura ta’ għajnuna għas-salvataġġ notifikata kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Tirrenia fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
(319) |
Fid-Deċiżjoni tal-2010, il-Kummissjoni ddikjarat l-għajnuna għas-salvataġġ notifikata lil Tirrenia bħala kompatibbli mas-suq intern. F’konformità mal-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, l-Italja impenjat ruħha li tikkomunika lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur, jew pjan ta’ ristrutturar (jew ta’ likwidazzjoni) jew prova li s-self ġie rimborżat kollu u/jew li l-garanzija ġiet itterminata. |
|
(320) |
L-ewwel pagament parzjali tas-self garantit inħareġ lil Tirrenia fit-28 ta’ Frar 2011 u, b’hekk, l-iskadenza ta’ sitt xhur kienet tiskadi fit-28 ta’ Awwissu 2011. |
|
(321) |
L-Italja ma ssottomettietx lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar (jew ta’ likwidazzjoni) sa din id-data. Minflok, qabel l-iskadenza tas-sitt xhur stipulati, jiġifieri fil-11 ta’ Lulju 2011, il-garanzija ġiet eżerċitata u minn din id-data Tirrenia saret debitur għall-Istat. L-ammont dovut minn Tirrenia bħala riżultat tal-eżerċitar tal-garanzija eventwalment trodd lura lill-Istat fit-18 ta’ Settembru 2012. Sa dik id-data, Tirrenia kompliet tibbenefika mill-miżura ta’ għajnuna għas-salvataġġ. |
|
(322) |
L-awtoritajiet Taljani la argumentaw u lanqas ma urew li l-estensjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ ma tibqax tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Huma pprovdew biss argumenti (ara t-taqsima 4.2) dwar għaliex il-miżura tibqa’ kompatibbli anki wara l-iskadenza tad-data ta’ skadenza ta’ sitt xhur. |
|
(323) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-estensjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ lil hinn mid-data ta’ skadenza ta’ sitt xhur, jiġifieri mit-28 ta’ Awwissu 2011 għat-18 ta’ Settembru 2012, tikkostitwixxi wkoll għajnuna mill-Istat lil Tirrenia fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
7.1.3. L-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida flimkien mal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN inkluż il-pagament differit ta’ parti mill-prezz tax-xiri minn CIN
|
(324) |
Sabiex jiġi konkluż jekk l-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida flimkien mal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia li jinkludi l-pagament differit ta’ parti mill-prezz tax-xiri jikkostitwixxix vantaġġ għal CIN fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni trid tivvaluta l-osservanza tal-kriterji ta’ Altmark (ara l-premessa 299). |
7.1.3.1.
|
(325) |
Il-Kummissjoni tfakkar li ma hemm l-ebda definizzjoni uniformi u preċiża ta’ servizz li jista’ jikkostitwixxi SGEI skont id-dritt tal-Unjoni, la fi ħdan it-tifsira tal-ewwel kriterju ta’ Altmark u lanqas fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 106(2) TFUE. Il-paragrafu 46 tal-Komunikazzjoni SGEI jistipula dan li ġej: “ Fin-nuqqas ta’ regoli speċifiċi tal-Unjoni li jiddefinixxu l-ambitu għall-eżistenza ta’ SGEI, l-Istati Membri għandhom marġini wiesgħa ta’ diskrezzjoni fid-definizzjoni ta’ servizz partikolari bħala SGEI u fl-għoti ta’ kumpens lill-fornitur tas-servizz. Il-kompetenza tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward hija limitata għal li tiċċekkja jekk l-Istat Membru għamilx żball ċar meta ddefinixxa s-servizz bħala SGEI u li tevalwa l-għajnuna mill-Istat involuta fil-kumpens. Fejn jeżistu regoli tal-Unjoni speċifiċi, id-diskrezzjoni tal-Istati Membri hija ulterjorment marbuta minn dawn ir-regoli, mingħajr ħsara għad-dmir tal-Kummissjoni li twettaq valutazzjoni dwar jekk l-SGEI ġiex definit b’mod korrett għall-għan tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. ” |
|
(326) |
Għalhekk, l-awtoritajiet nazzjonali huma intitolati li jqisu li ċerti servizzi huma fl-interess ġenerali u jridu jiġu operati permezz ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku sabiex jiżguraw li l-interess pubbliku jkun protett meta l-forzi tas-suq ma jkunux biżżejjed sabiex jiggarantixxu li huma pprovduti bil-livell jew bil-kundizzjonijiet meħtieġa. |
|
(327) |
Fil-qasam tal-kabotaġġ marittimu, regoli dettaljati tal-Unjoni li jirregolaw l-obbligi ta’ servizz pubbliku ġew stabbiliti fir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu u, bl-iskop li tiġi eżaminata l-għajnuna potenzjali mill-Istat lill-impriżi involuti fit-trasport marittimu, fil-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (“il-Linji Gwida Marittimi”) (105) . |
|
(328) |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu jipprovdi: “ Stat Membru jista’ jagħmel kuntratti ta’ servizz pubbliku ma’ jew jimponi obbligazzjonijiet ta’ servizz pubbliku bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ servizzi ta’ kabotaġġ, fuq kumpanniji ta’ ġarr marittimu li jipparteċipaw f’servizzi regolari lejn, minn u bejn gżejjer. Kull meta Stat Membru jagħmel kuntratti ta’ servizz pubbliku jew jimponi obbligazzjonijiet ta’ servizz pubbliku, dan għandu jagħmel hekk fuq bażi mhux diskriminatorja għar-rigward ta’ proprjetarji ta’ vapuri tal-Komunità. ” |
|
(329) |
L-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu jistabbilixxi li kuntratt pubbliku ta’ servizz jista’ jkopri:
|
|
(330) |
F’konformità mat-taqsima 9 tal-Linji Gwida Marittimi, “obbligi ta’ servizz pubbliku jistgħu jiġu imposti jew kuntratti pubbliċi ta’ servizz (PSCs) jistgħu jiġu konklużi għas-servizzi indikati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92” [traduzzjoni mhux uffiċjali], jiġifieri servizzi skedati lejn, minn u bejn il-gżejjer. |
|
(331) |
Mill-ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-obbligi ta’ servizz pubbliku jistgħu jiġu imposti biss jekk ikunu ġġustifikati mill-ħtieġa li jiġu żgurati servizzi tat-trasport marittimu regolari u adegwati li ma jkunux jistgħu jiġu żgurati mill-forzi tas-suq biss (106). Il-Komunikazzjoni dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu (107) tikkonferma li “[huma] l-Istati Membri (inkluż, fejn xieraq, l-awtoritajiet reġjonali u lokali) u mhux is-sidien tal-bastimenti li għandhom il-kompetenza biex jiddeterminaw liema rotot jeħtieġu obbligi ta’ servizz pubbliku. B’mod partikolari, l-obbligi ta’ servizz pubbliku jistgħu jiġu kkunsidrati għal servizzi regolari (skedati) ta’ kabotaġġ tal-gżejjer f’każ li s-suq jonqos milli jipprovdi servizzi adegwati.” Barra minn hekk, l-Artikolu 2(4) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu jiddefinixxi l-obbligi ta’ servizz pubbliku bħala obbligi li “l-proprjetarju ta’ vapur tal-Komunità f’dak il-każ, jekk ikun qiegħed jikkonsidra l-interessi kummerċjali tiegħu, ma jassumix jew ma jassumix sa l-istess grad jew taħt l-istess kundizzjonijiet.” |
|
(332) |
F’konformità mal-ġurisprudenza (108), sabiex tivverifika jekk hemmx ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku u jekk dan kienx meħtieġ u proporzjonali, u b’hekk ukoll jekk ġiex issodisfat l-ewwel kriterju ta’ Altmark, il-Kummissjoni se tivvaluta:
|
(1) Id-domanda mill-utenti
|
(333) |
F’dan il-każ, CIN ġiet inkarigata bil-provvista ta’ servizzi mħallta u tas-servizzi ta’ ġarr tal-merkanzija biss fuq it-tnax-il linja ppreżentati fit-Tabella 3. L-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq CIN jikkonċernaw il-konnessjonijiet tat-trasport marittimu li għandhom jiġu operati, it-tip u l-kapaċità tal-bastimenti assenjati għar-rotot marittimi rispettivi operati, id-disponibbiltà ta’ vapur ta’ riżerva sabiex jiżgura l-kontinwità tas-servizz, il-frekwenza tas-servizz, u n-nollijiet massimi imposti fuq l-utenti (rispettivament għar-residenti tal-gżejjer u għal passiġġieri oħra) tas-servizz fuq kull waħda mir-rotot rispettivi. |
|
(334) |
Kif deskritt fil-premessa 152, l-Italja imponiet l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida prinċipalment sabiex (i) tiżgura l-kontinwità territorjali bejn l-Italja kontinentali u l-gżejjer u (ii) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer ikkonċernati, permezz ta’ servizzi regolari u affidabbli tat-trasport marittimu. Il-Kummissjoni tqis li dawn tabilħaqq jistgħu jkunu objettivi leġittimi ta’ interess pubbliku. |
|
(335) |
Fir-rigward tar-rotot ta’ ġarr tal-merkanzija biss, il-Kummissjoni tfakkar li l-Qorti Ġenerali diġà stabbiliet (109) li, sabiex tkun tista’ tiġi kkaratterizzata bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, is-servizz in kwistjoni mhux bilfors irid ikun jikkostitwixxi servizz universali stricto sensu. Fil-fatt, il-kunċett ta’ servizz universali ma jfissirx li s-servizz inkwistjoni jrid iwieġeb għal ħtieġa komuni għall-popolazzjoni kollha jew jiġi pprovdut fit-territorju (110) kollu iżda, minflok, li jservi l-interessi tas-soċjetà kollha kemm hi. Barra minn hekk, hija l-fehma tal-Kummissjoni li l-leġiżlazzjoni Komunitarja ma żżommx lill-Istati Membri milli jikkwalifikaw b’mod validu fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tagħhom ċerti servizzi marittimi ta’ merkanzija lejn u minn żoni remoti bħala SGEI, sakemm jiġu rrispettati l-prinċipji stabbiliti mir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. Minkejja dan, il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji dwar jekk l-operat ta’ rotot ta’ ġarr tal-merkanzija biss setax jitqies li jissodisfa l-interessi ekonomiċi ġenerali fis-sens tad-dritt tal-Unjoni. |
|
(336) |
L-awtoritajiet Taljani spjegaw li l-konnessjonijiet marittimi tal-merkanzija li qed jiġu vvalutati huma meħtieġa sabiex iwasslu kull tip ta’ merkanzija lill-gżejjer ta’ Sqallija u ta’ Sardinja. Barra minn hekk, il-frekwenza regolari ta’ dawn is-servizzi ta’ ġarr tal-merkanzija matul is-sena tiżgura li anki fl-istaġun kwiet, meta jkun hemm anqas domanda mit-turisti, l-abitanti u l-kumpaniji ta’ dawn il-gżejjer jibqgħu jirċievi l-provvisti b’mod adegwat. Barra minn hekk, dawn is-servizzi jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp ekonomiku taż-żewġ gżejjer billi jittrasportaw merkanzija minn u lejn l-Italja kontinentali. B’dan il-mod, il-kumpaniji ta’ Sardinja jew ta’ Sqallija jistgħu pereżempju jbigħu l-prodotti tagħhom fuq l-art kontinentali. L-Italja tqis li s-servizzi ta’ ġarr tal-merkanzija biss huma meħtieġa flimkien mas-servizzi mħallta li huma wkoll parti mill-kuntratt ta’ servizz pubbliku (111). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani jsostnu li s-servizzi ta’ ġarr tal-merkanzija biss fuq il-baħar ma jistgħux jiġu ssostitwiti minn servizzi ta’ ġarr tal-merkanzija bl-ajru. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota (112) li fl-2012 il-port ta’ Catania pproċessa madwar 2,7 miljun tunnellata merkanzija filwaqt li l-ajruporti ta’ Catania, ta’ Palermo u ta’ Trapani f’daqqa pproċessaw 10 309 tunnellati biss. Bl-istess mod, fl-2012 il-port ta’ Cagliari pproċessa aktar minn 12,5 miljun tunnellata merkanzija filwaqt li l-ajruporti ta’ Alghero, ta’ Cagliari u ta’ Olbia f’daqqa mmaniġġjaw 4 825 tunnellata biss. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-servizzi ta’ ġarr tal-merkanzija biss jistgħu jissodisfaw ukoll objettivi leġittimi ta’ interess pubbliku. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ta’ Pan Med (ara l-premessa 253) li r-rotot ta’ ġarr tal-merkanzija biss lejn Sqallija u Sardinja ma jistgħux jikkostitwixxu SGEI ġenwin trid tiġi miċħuda. |
|
(337) |
Qabel ma CIN ġiet inkarigata bl-operat tal-konnessjonijiet marittimi kif iddefiniti mill-Konvenzjoni l-ġdida, dawn ir-rotot kienu operati minn Tirrenia (u sal-2004 (113) xi wħud minn Adriatica wkoll) fuq il-bażi tal-Konvenzjonijiet inizjali. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tinnota li r-rotot inkwistjoni kienu operati, fil-biċċa l-kbira tagħhom mingħajr tibdil, għal ħafna snin, jiġifieri tal-anqas mid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni Inizjali. L-awtoritajiet Taljani, u b’mod partikolari l-awtoritajiet reġjonali kkonċernati, qiesu li dawn is-servizzi kienu (u baqgħu) meħtieġa sabiex jissodisfaw id-domanda tal-utenti. |
|
(338) |
Sabiex turi d-domanda ġenwina mill-utenti għas-servizzi, l-Italja pprovdiet statistika li turi li fl-2010, Tirrenia ġarret 944 225 passiġġier, 218 779 karozza, u aktar minn 2,7 miljun metru lineari ta’ merkanzija fuq it-tnax-il rotta ta’ servizz pubbliku kkombinati matul il-perjodi ta’ żmien rispettivi koperti mill-obbligi ta’ servizz pubbliku (jiġifieri mhux fl-eqqel staġun għal tliet rotot). In-numri għall-2011 kienu saħansitra ftit ogħla. Dan juri li fis-sentejn ta’ qabel ma CIN ġiet inkarigata bl-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha, kien hemm domanda aggregata sinifikanti għas-servizzi tat-trasport marittimu fuq ir-rotot ikkonċernati. |
|
(339) |
Madankollu, sabiex jiġi stabbilit li hemm domanda reali għall-utent fuq kull waħda mit-tnax-il rotta kkonċernati, hija meħtieġa valutazzjoni aktar dettaljata. Għal dan l-għan, l-Italja pprovdiet statistika rotta b’rotta għall-perjodu 2007 – 2018. Minbarra n-numru totali ta’ passiġġieri jew ta’ metri lineari ta’ merkanzija ttrasportati kull sena, din l-istatistika tippermetti li jiġu kkalkolati l-medji għal kull vjaġġ. Bħala eżempju, it-Tabella 4 turi żewġ metriki bħal dawn għas-snin 2010 u 2018. Dawn iċ-ċifri juru li matul dawn is-snin, kull vjaġġ bir-ritorn li baħħar fuq kull waħda mis-sitt rotot imħallta (ħamsa fl-2018 rispettivament) ikkonċernati jġorr diversi mijiet ta’ passiġġieri. L-anqas numru fil-konnessjoni mal-Gżejjer Tremiti jenħtieġ li jitqies fid-dawl tal-popolazzjoni u tad-daqs żgħar ħafna tagħhom (jiġifieri anqas minn 500 abitant u madwar 3 kilometri kwadri fid-daqs). Fuq it-tliet rotot operati taħt is-sistema ta’ servizz pubbliku fl-istaġun kwiet biss, in-numru medju ta’ passiġġieri jaqbeż il-500 għal kull vjaġġ bir-ritorn. Dan juri d-domanda mill-utenti għal dawn is-servizzi fl-istaġun kwiet. Fir-rigward tal-merkanzija, iċ-ċifri tal-2010 juru li fuq tmienja mit-tnax-il rotta (inklużi t-tliet rotot ta’ ġarr tal-merkanzija biss), l-ammont ta’ merkanzija kien sinifikanti peress li qabeż l-1 250 metru lineari għal kull vjaġġ bir-ritorn. Fl-2018, dan il-limitu nqabeż għal sebgħa mill-għaxar rotot li kien fadal (inklużi ż-żewġ rotot tal-merkanzija). Il-Kummissjoni tfakkar li kwalunkwe paragun bejn in-numri għall-2010 u għall-2018 jenħtieġ li jqis il-ftehim ta’ emenda ta’ Awwissu 2014 (ara l-premessa 103) li neħħa ċerti rotot u biddel il-frekwenza fuq rotot oħra. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tindika li fuq ir-rotot tal-merkanzija biss, CIN kienet qed topera b’bastimenti akbar minn Tirrenia u, għalhekk, jistgħu jinġarru ammonti akbar ta’ merkanzija minn qabel. Tabella 4 L-istatistika tad-domanda mill-utenti għas-snin 2010 (operati minn Tirrenia) u 2018 (operati minn CIN)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(340) |
Sabiex tkompli turi li d-domanda mill-utenti baqgħet preżenti meta CIN bdiet topera fuq il-bażi tal-Konvenzjoni l-ġdida, l-Italja pprovdiet ukoll statistika aggregata sa tmiem l-2018. Iċ-ċifri fit-Tabella 5 juru li mill-2013, rispettivament mill-2014, ’il quddiem CIN ittrasportat aktar passiġġieri, karozzi u merkanzija milli Tirrenia kienet ġarret fl-2010, rispettivament fl-2011 (ara l-premessa 338). Dan jikkonferma li d-domanda mill-utenti baqgħet preżenti u saħansitra żdiedet b’mod sinifikanti minn mindu CIN bdiet topera s-servizz pubbliku. Fl-aħħar nett, analiżi tal-istatistika rotta b’rotta għal kull sena sal-aħħar tal-2018 ma pprovdiet l-ebda indikazzjoni li d-domanda mill-utenti fuq rotot speċifiċi kienet tisparixxi. Bħala illustrazzjoni, it-Tabella 4 tinkludi l-istatistika rotta b’rotta għall-2018. Għal raġunijiet ta’ sinteżi, il-Kummissjoni ma tirrapportax iċ-ċifri għas-snin l-oħra li matulhom CIN operat is-servizz. Tabella 5 Statistiki għas-snin 2012-2018 (rotot ta’ servizz pubbliku mħallta u ta’ ġarr tal-merkanzija operati minn CIN)
|
|
(341) |
Il-Kummissjoni tqis li l-istatistika ta’ hawn fuq (ara l-premessi 338-340) turi biċ-ċar li hemm domanda ġenwina għal servizzi ta’ ġarr tal-passiġġieri u tal-merkanzija fuq kull waħda mit-tnax-il rotta ta’ servizz pubbliku inkwistjoni. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li dawn is-servizzi jindirizzaw ħtiġijiet pubbliċi reali u jissodisfaw domanda ġenwina mill-utenti. |
(2) L-eżistenza ta’ falliment tas-suq
|
(342) |
Skont il-paragrafu 48 tal-Komunikazzjoni SGEI, “ma jkunx xieraq li tinkludi obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku ma’ attività li qed tiġi diġà pprovduta jew li tista’ tiġi pprovduta b’mod sodisfaċenti u taħt kundizzjonijiet, bħall-prezz, kriterji oġġettivi tal-kwalità, kontinwità u aċċess għas-servizz, konsistenti mal-interess pubbliku, kif definit mill-Istat, minn impriżi li joperaw skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq (116)”. Għalhekk, il-Kummissjoni trid teżamina jekk is-servizz ikunx inadegwat jekk il-forniment tiegħu jitħalla biss għall-forzi tas-suq fid-dawl tar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku imposti mill-Istat Membru bis-saħħa tal-Konvenzjoni l-ġdida. Il-paragrafu 48 tal-Komunikazzjoni SGEI jinnota f’dan ir-rigward li “[l-]valutazzjoni tal-Kummissjoni hi limitata biss għal [...] li tiċċekkja jekk l-Istati Membri għamlux xi żball ovvju”. |
|
(343) |
Il-Kummissjoni tinnota li matul il-perjodu ta’ żmien li jwassal għall-iffirmar tal-Konvenzjoni l-ġdida ma’ CIN, operaturi oħra offrew servizzi ta’ mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma fuq ċerti rotot soġġetti għall-Konvenzjoni l-ġdida għalkemm mhux neċessarjament matul is-sena kollha u bl-istess frekwenza. Fuq il-bażi tas-sitwazzjoni kompetittiva li wasslet għall-mument tal-inkarigu fit-18 ta’ Lulju 2012 (kif deskritt fil-premessa 34) u tal-kummenti mill-partijiet interessati (ara t-taqsima 5), il-Kummissjoni se tivvaluta għal kull waħda mir-rotot ikkonċernati jekk is-servizzi pprovduti minn operaturi oħrajn kinux ekwivalenti għal dawk li CIN trid tipprovdi taħt il-Konvenzjoni l-ġdida. |
|
(344) |
Għalkemm il-Konvenzjoni l-ġdida timponi obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku f’termini ta’ nollijiet li għandhom jiġu imposti (inklużi nollijiet imnaqqsa għar-residenti tal-gżejjer), l-Italja ma ġġustifikatx il-ħtieġa tas-servizz pubbliku billi argumentat li CIN trid iżżomm in-nollijiet fuq ir-rotot inkwistjoni f’livell aktar baxx minn dawk mitluba mill-operaturi l-oħra. Għalhekk, il-Kummissjoni ma wettqitx analiżi komparattiva tan-nollijiet imposti mill-operaturi kollha fuq ir-rotot inkwistjoni. Matul l-investigazzjoni, l-Italja pjuttost affermat li, peress li operaturi oħra jipprovdu servizzi ta’ mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma fuq ir-rotot operati minn CIN taħt is-sistema ta’ servizz pubbliku, dawn is-servizzi kompetituri ma kinux josservaw b’mod sħiħ l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti mill-Konvenzjoni l-ġdida. B’mod partikolari, skont l-Italja, dawn ivarjaw f’termini tal-kontinwità u tal-frekwenza matul is-sena, mhumiex ekwivalenti (f’termini ta’ portijiet jew ta’ tip ta’ servizz, eż. merkanzija biss minflok imħallta) jew mhumiex tal-istess kwalità. Għalhekk, il-Kummissjoni se tiffoka fuq id-differenzi possibbli f’termini ta’ kontinwità, ta’ regolarità, ta’ kapaċità u ta’ kwalità (ara l-premessa 329). |
|
(345) |
L-ewwel nett il-Kummissjoni tosserva li sal-mument tal-inkarigu ta’ CIN, l-ebda operatur ieħor ma pprovda servizzi mħallta fuq ħamsa mid-disa’ rotot ta’ servizzi mħalltin koperti mill-Konvenzjoni l-ġdida. B’mod partikolari:
|
|
(346) |
Dwar l-erba’ rotot ta’ servizzi mħallta li jifdal koperti mill-Konvenzjoni l-ġdida, anki operaturi oħra minbarra Tirrenia kienu qed joffru servizzi mħallta. Minkejja dan, il-Kummissjoni tqis li l-Italja ma għamlitx żball ċar billi kkunsidrat li kien hemm falliment tas-suq fuq dawn l-erba’ rotot. B’mod partikolari, is-servizzi pprovduti mill-operaturi l-oħra ma jissodisfawx kompletament il-ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikata mill-Italja fil-Konvenzjoni l-ġdida għar-raġunijiet stabbiliti hawn taħt:
|
|
(347) |
Fi tnejn mit-tliet rotot tal-merkanzija, l-ebda operatur ieħor ma kien jipprovvdi servizzi ta’ ġarr tal-merkanzija waqt li fuq ir-rotta tal-merkanzija li jifdal, is-servizzi pprovduti minn operatur ieħor ma jissodisfawx bis-sħiħ ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida. B’mod partikolari:
|
|
(348) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li, fil-mument tal-inkarigu, il-forzi tas-suq waħedhom ma kinux biżżejjed sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku. Tabilħaqq, fuq numru ta’ rotot, CIN kienet l-uniku operatur filwaqt li fuq ir-rotot l-oħra s-servizzi pprovduti minn operaturi oħra ma kinux ekwivalenti f’termini ta’ kontinwità, ta’ regolarità, ta’ kapaċità u ta’ kwalità u, għalhekk, ma kinux jissodisfaw bis-sħiħ il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku identifikati mill-Italja fil-Konvenzjoni l-ġdida. |
(3) L-approċċ l-anqas dannuż
|
(349) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Taljani għażlu li jikkonkludu kuntratt pubbliku ta’ servizz ma’ operatur wieħed (CIN) minflok li jimponu obbligi ta’ servizz pubbliku fuq l-operaturi kollha interessati li jservu r-rotot inkwistjoni. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Italja, il-Kummissjoni taċċetta li d-domanda mill-utenti (kif deskritta aktar ’il fuq, ara l-premessi 333-341) ma setgħetx tiġi ssodisfata billi jiġu imposti obbligi ta’ servizz pubbliku. B’mod partikolari, fuq diversi rotot, CIN hija l-uniku operatur (ara eż. il-premessa 345) u fejn dan mhuwiex il-każ, l-offerta pprovduta mill-operaturi l-oħra ma tissodisfax ir-rekwiżiti (kollha) ta’ regolarità, ta’ kontinwità u ta’ kwalità. Barra minn hekk, l-operat tal-biċċa l-kbira tar-rotot (jekk mhux kollha), speċjalment fl-istaġun kwiet, jagħmel it-telf, u għalhekk, mingħajr kumpens għas-servizz pubbliku, x’aktarx li dawn ma jiġux operati affattu. Ecorys waslet għal konklużjoni simili fir-rapport tagħha (ara l-premessa 98). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota l-argument tal-Italja li l-għażla għal kuntratt pubbliku ta’ servizz kienet meħtieġa wkoll minħabba l-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia. B’mod aktar speċifiku, l-Italja targumenta li s-sejħa għall-offerti għall-assi ta’ Tirrenia flimkien ma’ kuntratt pubbliku ġdid ta’ servizz ippermettiet sabiex (tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku marittimu, (ii) jiġi mmassimizzat il-valur għall-Istat, (iii) jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni qablet (ara l-premessa 114) li l-Italja kieku toħroġ sejħa għall-offerti għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia flimkien mal-Konvenzjoni l-ġdida. B’dan il-mod, il-Kummissjoni aċċettat ukoll, u ttenni f’din id-Deċiżjoni, li l-Italja ma setgħetx tibbaża fuq obbligi ta’ servizz pubbliku li japplikaw għall-operaturi kollha, iżda li, minflok, tikkonkludi kuntratt pubbliku ta’ servizz ma’ CIN biss. |
Konklużjoni
|
(350) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja ma għamlet l-ebda żball evidenti meta ddefinixxiet is-servizzi inkarigati lil CIN bħala SGEI. B’hekk, id-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-2012 huma eliminati. |
|
(351) |
Sabiex tikkonkludi li l-Altmark 1 huwa rrispettat, il-Kummissjoni xorta trid tivverifika jekk CIN kinitx inkarigata b’obbligi ta’ servizz pubbliku li kienu ddefiniti b’mod ċar. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-obbligi ta’ servizz pubbliku huma deskritti b’mod ċar fil-Konvenzjoni l-ġdida u fl-annessi tagħha (li jinkludu pereżempju l-ispeċifikazzjonijiet tal-vapuri għal kull rotta). Bl-istess mod, ir-regoli li jirregolaw il-kumpens huma spjegati fil-Konvenzjoni, fil-Liġi tal-2009 u fid-Direttiva CIPE. Il-Konvenzjoni l-ġdida għandha wkoll durata ċara (tmien snin), tidentifika lil CIN bħala l-operatur tas-servizz pubbliku u tinkludi l-arranġamenti sabiex jiġi evitat u rkuprat kwalunkwe kumpens żejjed (ara wkoll il-premessa 365). Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ewwel kriterju ta’ Altmark huwa rrispettat. |
Il-prijorità tal-irmiġġ
|
(352) |
Il-paragrafu 21 tal-Artikolu 19-ter tal-Liġi tal-2009 jispeċifika b’mod ċar li l-prijorità tal-irmiġġ hija meħtieġa sabiex tiġi ggarantita l-kontinwità territorjali mal-gżejjer u fid-dawl tal-obbligi ta’ servizz pubbliku tal-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group, li jinkludi lil Tirrenia. Fil-fatt, kieku ma kien hemm l-ebda rmiġġ ta’ prijorità għall-kumpaniji inkarigati bl-obbligi ta’ servizz pubbliku, dawn jistgħu (xi drabi) ikollhom jistennew wara min imisshom sabiex jittrakkaw u, għalhekk, iġarrbu dewmien, li jmur kontra l-iskop li tiġi żgurata konnettività affidabbli u konvenjenti għaċ-ċittadini. Skeda ta’ żmien regolari hija tabilħaqq meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ mobbiltà tal-popolazzjoni tal-gżejjer u sabiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer ikkonċernati. Barra minn hekk, peress li hemm obbligi speċifiċi għall-iskedar tal-ħin fil-Konvenzjoni l-ġdida għat-tluq tar-rotot tas-servizz pubbliku, il-prijorità tal-irmiġġ tgħin sabiex tiżgura li l-portijiet jallokaw l-irmiġġi u l-ħinijiet tal-irmiġġ b’tali mod li jippermettu lill-operatur tas-servizz pubbliku jirrispetta l-obbligi tiegħu ta’ servizz pubbliku. Il-prijorità tal-irmiġġ ġiet ittrasferita lil CIN meta akkwistat il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li din il-miżura tingħata sabiex CIN tkun tista’ twettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha li jikkostitwixxu SGEI ġenwin (ara l-premessa 350). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li l-prijorità tal-irmiġġ hija applikabbli biss għas-servizzi pprovduti taħt is-sistema tas-servizz pubbliku (u pereżempju mhux meta CIN topera rotot fuq bażi kummerċjali matul l-eqqel staġun). Għalhekk, il-prijorità tal-irmiġġ tikkonforma wkoll mal-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark. |
7.1.3.2.
|
(353) |
Il-Kummissjoni tfakkar li fid-Deċiżjoni tal-2012 (ara l-premessa 205 tagħha), hija kienet tal-fehma preliminari li t-tieni kriterju tas-sentenza Altmark huwa rrispettat. |
|
(354) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-parametri li abbażi tagħhom ġie kkalkolat il-kumpens ġew stabbiliti minn qabel u josservaw ir-rekwiżiti tat-trasparenza skont it-tieni kriterju ta’ Altmark. |
|
(355) |
B’mod aktar speċifiku, il-parametri li fuq il-bażi tagħhom ġie kkalkolat il-kumpens huma spjegati fid-dettall fid-Direttiva CIPE u ġew applikati fil-Konvenzjoni l-ġdida (u l-annessi għaliha) filwaqt li l-ammonti massimi tal-kumpens huma stabbiliti fil-Liġi tal-2009. Il-metodu tal-kalkolu tal-kumpens, inkluż pereżempju l-elementi tal-kostijiet ikkunsidrati, huma spjegati fid-Direttiva CIPE. Peress li l-prijorità tal-irmiġġ ma tinvolvix kumpens finanzjarju għal CIN, il-Kummissjoni tqis li din il-miżura tikkonforma ma’ Altmark 2. |
|
(356) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tieni kundizzjoni tas-sentenza Altmark hija rrispettata. |
7.1.3.3.
|
(357) |
Skont it-tielet kriterju ta’ Altmark, il-kumpens riċevut għat-twettiq tal-SGEI ma jistax jaqbeż dak li huwa neċessarju sabiex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż imġarrba fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq ta’ dawk l-obbligi. |
|
(358) |
Madankollu, is-sentenza Altmark ma tipprovdix definizzjoni preċiża tal-profitt raġonevoli. Skont il-Komunikazzjoni SGEI, jenħtieġ li profitt raġonevoli jinftiehem bħala r-rata ta’ redditu fuq il-kapital li tkun meħtieġa minn kumpanija tipika li tkun qed tikkunsidra jekk tipprovdix is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali jew le għad-durata kollha tal-inkarigu, filwaqt li tqis il-livell tar-riskju. Il-livell tar-riskju jiddependi mis-settur ikkonċernat, mit-tip ta’ servizz u mill-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta’ kumpens. |
|
(359) |
Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-proporzjonalità tal-kumpens imħallas lil CIN. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % ma kienx jirrifletti livell xieraq tar-riskju għaliex prima facie CIN ma kinitx tidher li qed tassumi r-riskji normalment imġarrba fl-operat ta’ dawn is-servizzi. B’mod aktar speċifiku, l-elementi tal-kost ikkunsidrati għall-fini tal-kalkolu tal-kumpens jinkludu l-kostijiet kollha involuti fil-provvista tas-servizz u jridu jiġu kkunsidrati l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet, pereżempju, tal-fjuwil. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni qieset f’dak l-istadju li CIN setgħet ġiet ikkumpensata wisq. |
|
(360) |
Il-Kummissjoni tinnota li ċerti aspetti tal-metodu ta’ kumpens kif stabbilit fil-Konvenzjoni l-ġdida fil-fatt jidhru li jnaqqsu r-riskju kummerċjali mġarrab minn CIN. B’mod partikolari, in-nollijiet massimi li CIN tista’ timponi jiġu aġġustati kull sena sabiex iqisu l-inflazzjoni u jirriflettu l-varjazzjonijiet fil-kostijiet tal-fjuwil. Barra minn hekk, il-Konvenzjoni l-ġdida fiha ċerti klawżoli (ara l-premessa 107) li għandhom l-għan li jżommu l-bilanċ ekonomiku-finanzjarju tas-servizz pubbliku. B’mod partikolari, fil-każ li l-kumpens għal servizz pubbliku ma jkunx biżżejjed sabiex ikopri l-kost tas-servizzi inkarigati mill-Konvenzjoni l-ġdida, dawn il-klawżoli jippermettu li jiġu riveduti (i) l-ambitu ta’ dawn is-servizzi, (ii) il-mod kif jiġu pprovduti s-servizzi (eż. it-tip ta’ vapuri), jew (iii) in-nollijiet massimi. |
|
(361) |
Madankollu, il-klawżoli msemmija hawn fuq huma soġġetti għal għadd ta’ restrizzjonijiet. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni l-ġdida, il-bilanċ ekonomiku-finanzjarju tas-servizz pubbliku jiġi rieżaminat biss kull tliet snin. Jekk dan ir-rieżami juri li l-kumpens mhuwiex biżżejjed sabiex ikopri l-kost tas-servizz pubbliku, allura CIN u l-awtoritajiet Taljani jistgħu biss jaqblu li jagħmlu tibdiliet għall-perjodu ta’ tliet snin li jmiss. Fil-każ li d-dħul jew il-kostijiet tas-servizz pubbliku juru differenzi strutturali mhux prevedibbli ta’ aktar minn 3 % ogħla jew anqas mill-valuri stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida, l-Artikolu 9 tagħha jippermetti lill-partijiet jitolbu (soġġetti għal għadd ta’ kundizzjonijiet) reviżjoni tal-bilanċ ekonomiku-finanzjarju. Skont iż-żewġ Artikoli, dawn it-tibdiliet (jekk ikun hemm) huma r-riżultat ta’ proċedura ta’ negozjar u sakemm jintlaħaq ftehim, CIN trid tkompli topera s-servizz pubbliku mingħajr tibdil. B’riżultat ta’ dan, CIN tibqa’ parzjalment skoperta għar-riskju li l-kumpens ma jkunx biżżejjed sabiex tkopri l-kostijiet tat-operat tas-servizz. Filwaqt li l-Artikoli 8 u 9 tal-Konvenzjoni l-ġdida jistgħu jintużaw sabiex jiġi restawrat l-ekwilibriju ekonomiku-finanzjarju, dan isir biss fuq bażi li tħares ’il quddiem u ma hemm l-ebda korrezzjoni retroattiva possibbli. |
|
(362) |
Kif spjegat aktar ’il fuq (ara l-premessa 42), id-Direttiva CIPE tipprevedi li l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % jintuża sabiex jiġi ddeterminat ir-redditu fuq il-kapital bl-użu tal-formula tad-WACC. Madankollu, matul l-investigazzjoni formali (ara l-premessa 180), l-Italja ċċarat li, minħabba li l-ammont tal-kumpens huwa limitat bil-Liġi tal-2009, ittieħdet id-deċiżjoni li l-kalkolu jiġi ssimplifikat billi tiġi applikata rata fissa ta’ 6.5 % tar-redditu fuq il-kapital. L-awtoritajiet Taljani wrew ukoll li l-applikazzjoni tal-metodoloġija sħiħa kif stabbilita fid-Direttiva CIPE setgħet wasslet, tal-inqas f’xi snin, għal redditu fuq il-kapital li jaqbeż is-6,5 %. Għal din ir-raġuni, l-Italja tqis li l-approċċ issimplifikat tagħhom huwa konservattiv u ma jippermettix kumpens għal CIN li jkun ogħla milli dak stabbilit permezz tad-Direttiva CIPE. |
|
(363) |
Fl-isfond ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qabblet ir-redditu fuq il-kapital użat ta’ 6,5 % li ġie applikat għal CIN mar-redditu medjan fuq il-kapital imħaddem użat minn grupp ta’ referenza fl-2011 (is-sena qabel l-inkarigu ta’ CIN). Il-grupp ta’ referenza jikkonsisti f’operaturi magħżula tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma li offrew konnessjonijiet marittimi fi ħdan l-Italja jew bejn l-Italja u Stati Membri oħra (120). L-analiżi turi li r-redditu fuq il-kapital użat applikat għal CIN huwa ftit taħt ir-redditu medjan iġġenerat mill-grupp ta’ referenza. Dan it-tqabbil juri li fis-sena ta’ qabel l-inkarigu ta’ CIN, ir-redditu fuq il-kapital ta’ 6,5 % kien raġonevoli. |
|
(364) |
L-aktar importanti, il-Kummissjoni tinnota li minkejja l-ammont li CIN tkun intitolata għalih fuq il-bażi tal-metodoloġija msemmija hawn fuq (inkluż ir-redditu fuq il-kapital), CIN qatt ma tista’ tirċievi aktar mill-ammont massimu stabbilit bil-Liġi tal-2009 (jiġifieri EUR 72 685 642). Dan l-ammont, li ġie stabbilit fl-2009 u li qatt ma ġie aġġustat għall-inflazzjoni, x’aktarx kien konservattiv minħabba li kien kważi 10% anqas minn dak li Tirrenia kienet teħtieġ sabiex topera s-servizz f’dik l-istess sena (121). Iċ-ċifri attwali għall-perjodu 2012-2018 fit-Tabella 6 juru li fis-sena kollha ħlief sena waħda (l-2015), il-kumpens tas-servizz pubbliku ma kienx biżżejjed sabiex ikopri l-kost nett tas-servizz inkluż ir-redditu ta’ 6,5 % fuq il-kapital. F’konformità mal-paragrafu 47 tal-Qafas SGEI tal-2011, il-Kummissjoni tivvaluta jekk kienx hemm kumpens żejjed fuq id-durata kollha tal-kuntratt. Għall-perjodu 2012-2018, CIN irċiviet madwar EUR 47 miljun anqas mill-ammont ikkalkolat bl-użu tal-metodoloġija inkluż ir-redditu ta’ 6,5 %. Din iċ-ċifra tikkonferma li l-klawżoli ta’ rieżami tal-Konvenzjoni l-ġdida ma jipproteġux lil CIN mir-riskji kollha relatati mal-operat tas-servizz pubbliku. Fil-fatt, filwaqt li l-perimetru tas-servizz pubbliku ġie mmodifikat f’Awwissu 2014 (ara l-premessa 103) wara talba minn CIN fuq il-bażi tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni l-ġdida, dan ma affettwax il-kumpens nieqes imġarrab sa dak il-mument. Għalhekk, anki jekk ir-riżultati tjiebu f’xi wħud mis-snin ta’ wara, ir-redditu fuq il-kapital realizzat ta’ CIN għall-perjodu kollu (sal-2018) kien ta’ madwar 3.4% (122) biss minflok is-6,5 % inizjalment previst mill-Italja. Tabella 6 Il-kost nett tas-servizz pubbliku operat minn CIN għall-perjodu 2012-2018
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(365) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll b’mod pożittiv li l-Konvenzjoni l-ġdida teħtieġ li CIN tibgħat il-kontijiet tal-ġestjoni tagħha (maqsuma għal kull rotta u ċċertifikati minn awditur indipendenti) kull sena lill-Ministeru tat-Trasport sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jivverifika jekk kienx hemm xi kumpens żejjed. Dan jipprovdi salvagwardja addizzjonali sabiex jiġi żgurat li CIN ma tkunx tista’ tibbenefika minn kwalunkwe kumpens żejjed. Peress li dawn il-kontijiet jiddistingwu wkoll bejn ir-rotot operati taħt is-sistema ta’ servizz pubbliku u dawk operati fuq bażi kummerċjali, is-sussidju reċiproku ta’ dawn l-aħħar attivitajiet huwa eskluż. L-awtoritajiet Taljani ppreżentaw ukoll dawn il-kontijiet tal-ġestjoni għall-perjodu 2012-2018 sabiex b’hekk il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel il-kalkoli fit-Tabella 6. |
|
(366) |
Fid-dawl ta’ dawn ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti lil CIN ma jaqbiżx dak li huwa neċessarju sabiex jiġu koperti l-kostijiet imġarrba fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, b’kunsiderazzjoni tad-dħul rilevanti u ta’ profitt raġonevoli. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni tqis li l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % previst mid-Direttiva CIPE jrid jiġi vvalutat flimkien mal-ammont massimu ta’ kumpens stabbilit fil-Liġi tal-2009. B’kunsiderazzjoni ta’ dan, ir-redditu fuq il-kapital li CIN setgħet tistenna minn perspettiva ex ante kien allinjat mar-riskji li kienet qed iġġarrab meta topera s-servizzi pubbliċi taħt il-Konvenzjoni l-ġdida. Għalhekk, id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-konformità mat-tielet kundizzjoni tas-sentenza Altmark huma eliminati. |
|
(367) |
Fir-rigward tal-prijorità tal-irmiġġ u kwalunkwe kumpens żejjed possibbli li jista’ jirriżulta minnha, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej. L-Italja argumentat li kwalunkwe vantaġġ monetarju possibbli mill-prijorità tal-irmiġġ ikun limitat (ara l-premessa 191 aktar ’il fuq). B’riżultat ta’ dan, ir-riskju ta’ kumpens żejjed li jirriżulta minn din il-miżura jkun limitat. Barra minn hekk, sa fejn din il-miżura tkun tnaqqas il-kostijiet operatorji jew iżżid id-dħul tal-operatur tas-servizz pubbliku, dawn l-effetti jkunu riflessi bis-sħiħ fil-kontijiet interni tal-operatur. L-analiżi tal-Kummissjoni aktar ’il fuq (ara l-premessa 364) ikkonfermat li fil-perjodu 2012-2018 CIN ma rċivietx kumpens żejjed. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li anki l-prijorità tal-irmiġġ tikkonforma mat-tielet kriterju ta’ Altmark. |
7.1.3.4.
|
(368) |
Ir-raba’ kriterju ta’ Altmark ikun issodisfat jekk il-benefiċjarju tal-kumpens għall-operat ta’ SGEI ikun intgħażel wara proċedura tal-offerti li tippermetti l-għażla tal-offerent li jkun kapaċi jipprovdi l-SGEI bl-anqas kost għall-komunità jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-kumpens ikun ġie kkalkolat b’referenza għall-kostijiet ta’ impriża effiċjenti. |
|
(369) |
Skont il-paragrafu 63 tal-Komunikazzjoni SGEI, l-aktar mod sempliċi sabiex l-awtoritajiet pubbliċi jissodisfaw ir-raba’ kriterju ta’ Altmark huwa li jwettqu proċedura tal-offerti pubblika miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja f’konformità mad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (123) (“Direttiva 2004/17/KE”) u mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (124)(“Direttiva 2004/18/KE”). |
|
(370) |
Barra minn hekk, il-paragrafu 65 tal-Komunikazzjoni SGEI jinnota li abbażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, proċedura tal-offerti pubblika teskludi biss l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fejn din tippermetti l-għażla tal-offerent li kapaċi jipprovdi s-servizz “bl-inqas spiża għall-komunità”. |
|
(371) |
Il-Kummissjoni tosserva li f’dan il-każ, il-proċedura tal-offerti saret qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (125) (li tapplika għall-kuntratti pubbliċi mogħtija għall-operat tas-servizzi tat-trasport marittimu) u tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (126). F’dak iż-żmien, id-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE kienu applikabbli. Madankollu, id-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax għas-servizzi tat-trasport marittimu, bħal dawk ipprovduti minn Tirrenia. Fil-fatt, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/17/KE jagħmilha ċara li huma biss is-servizzi tat-trasport bil-ferrovija, b’sistemi awtomatizzati, bit-trammijiet, bit-trolley bus, bil-karozza tal-linja jew bil-kejbil li huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. |
|
(372) |
Il-kuntratti pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ servizz tagħhom għat-trasport marittimu, kostali jew fuq ix-xmajjar jaqgħu minflok fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE fuq il-bażi tal-premessa 20 tagħha. Madankollu, is-servizzi tat-trasport bl-ilma huma elenkati wkoll fl-Anness II b għal dik id-Direttiva li jimplika (127) li huma soġġetti biss għall-Artikoli 23 u 35(4) tagħha. Dan ifisser li, skont id-Direttiva 2004/18/KE, kuntratt pubbliku għas-servizzi tat-trasport marittimu huwa soġġett biss għall-obbligi li jikkonċernaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (l-Artikolu 23) u għall-obbligu li jiġi ppubblikat avviż ta’ għoti ta’ kuntratt (wara li jkun ingħata l-kuntratt u, għalhekk, fl-aħħar, mhux fil-bidu, tal-proċedura tal-għoti: Artikolu 35(4). Ir-regoli l-oħra kollha ddettati mid-Direttiva 2004/18/KE – inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tal-avviżi li għandhom jiġu ppubblikati (l-Artikolu 36(1)) u d-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji tal-għażla (l-Artikoli 45 sa 52) – mhumiex applikabbli għall-kuntratti pubbliċi għas-servizzi tat-trasport marittimu. |
|
(373) |
Barra minn hekk, id-Direttiva 2004/18/KE fi kwalunkwe każ ma tapplikax għal konċessjonijiet tas-servizz kif iddefiniti fl-Artikolu 1(4) tagħha (128). Il-Kummissjoni tinnota li, madankollu, il-konċessjonijiet tas-servizz li għandhom ċertu interess transkonfinali jibqgħu soġġetti għall-prinċipji ġenerali tat-Trattat dwar it-trasparenza u t-trattament ugwali. |
|
(374) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-Direttiva 2004/18/KE tista’ tapplika biss fil-każ ta’ kuntratt pubbliku iżda mhux fir-rigward ta’ konċessjoni tas-servizz. Barra minn hekk, peress li l-każ preżenti jikkonċerna servizzi tat-trasport bl-ilma, xi wħud biss mir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva jkunu applikabbli. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li ma tistax tiddependi biss fuq il-konformità mad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku sabiex turi li l-konformità mar-raba’ kriterju ta’ Altmark. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tivvaluta hawn taħt jekk il-proċedura tal-offerti użata mill-Italja kinitx kompetittiva, trasparenti u nondiskriminatorja. Sabiex tagħmel din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni se tibbaża fuq il-gwida rilevanti stabbilita fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna (129) (b’mod partikolari fil-paragrafi 89 et seq). |
In-natura kompetittiva u trasparenti tas-sejħa għall-offerti
|
(375) |
Il-paragrafu 90 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna jispeċifika li proċedura tal-offerti trid tkun kompetittiva (130) sabiex l-offerenti kollha interessati u kkwalifikati jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċess. Barra minn hekk, skont il-paragrafu 91 ta’ dik il-Komunikazzjoni, il-proċedura trid tkun trasparenti, sabiex tippermetti lill-offerenti interessati kollha jiġu informati bl-istess mod u kif xieraq f’kull stadju tal-proċedura tal-offerti. Dak il-paragrafu jenfasizza wkoll li l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni, biżżejjed żmien għall-offerenti interessati, u ċ-ċarezza tal-kriterji tal-għażla u għall-għoti lkoll huma elementi kruċjali għal proċedura trasparenti tal-għażla u jindika li offerta trid tkun ippubbliċizzata b’mod suffiċjenti, sabiex l-offerenti potenzjali kollha jkunu jistgħu jieħdu nota tagħha. |
|
(376) |
Bħala kumment preliminari, il-Kummissjoni tinnota li filwaqt li l-liġi Taljana (131) tat lill-Kummissarju Straordinarju l-possibbiltà li jidħol f’negozjati privati ma’ akkwirenti potenzjali, din il-possibbiltà ma kinitx sfruttata f’dan il-każ. Tabilħaqq, f’dan il-każ, sejħa għall-offerti miftuħa kienet ippreferuta sabiex jiġi żgurat li l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia tinbiegħ bil-prezz tas-suq u, għalhekk, timmassimizza r-rikavati mill-bejgħ. Għalhekk, peress li ma seħħewx negozjati għall-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, id-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-2011 dwar din il-possibbiltà huma eliminati. |
|
(377) |
F’dan il-każ, il-proċedura tal-offerti tnediet permezz tal-pubblikazzjoni ta’ sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess għall-akkwist tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia f’gazzetta internazzjonali waħda u f’diversi nazzjonali u fuq siti web speċjalizzati partikolari (ara l-premessa 70). Din is-sejħa stiednet lil “kull min jista’ jiggarantixxi l-kontinwità tas-servizz tat-trasport marittimu” sabiex jesprimi l-interess tiegħu u ma imponiex kundizzjonijiet ulterjuri. Il-partijiet interessati potenzjali ngħataw ukoll biżżejjed żmien (jiġifieri 35 jum) sabiex jesprimu l-interess tagħhom li jippermettilhom jipparteċipaw fil-proċess ulterjuri. Fl-istadju segwenti tad-diliġenza dovuta ta’ dan il-proċess, l-offerenti kkwalifikati ngħataw erba’ xhur sabiex jivvalutaw l-informazzjoni rilevanti kollha sabiex ikunu jistgħu jiddeterminaw jekk u kemm riedu joffru għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. |
|
(378) |
Il-Kummissjoni tinnota li s-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess għamlitha ċara li l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia tinbiegħ skont ir-regoli speċifiċi tal-proċedura Marzano bl-iskop espliċitu li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz tat-trasport marittimu taħt ir-reġim tas-servizz pubbliku. Barra minn hekk, fis-sejħa saret referenza għall-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv Nru 135 tal-25 ta’ Settembru 2009, li jispeċifika li meta titlesta l-proċedura tal-offerti tiġi konkluża konvenzjoni ġdida max-xerrej ta’ Tirrenia. Dak l-Artikolu jindika wkoll li d-durata ta’ tali konvenzjoni ġdida ma tkunx ta’ aktar minn tmien snin u jiddeskrivi x’jenħtieġ li jkun fiha. Barra minn hekk, dak l-istess Artikolu jistabbilixxi l-ammont massimu tal-kumpens għal Tirrenia għal EUR 72 685 642 fis-sena għad-durata kollha tal-konvenzjoni l-ġdida. Finalment, l-Artikolu 19-ter jispeċifika wkoll li l-akkwirent ta’ Tirrenia jkun iżomm il-prijorità tal-irmiġġ fuq ir-rotot tas-servizz pubbliku. |
|
(379) |
Kif indikat fid-Deċiżjoni tal-2011, is-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess ma kienx fiha dettalji speċifiċi dwar l-assi eżatti għall-bejgħ, dwar il-kriterju għall-għoti u dwar it-twaqqit tal-passi li jmiss tal-proċedura tal-offerti. Il-Kummissjoni tqis li, madankollu, il-proċess kollu tal-offerti kien trasparenti biżżejjed għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi li ġejjin. |
|
(380) |
L-ewwel nett, is-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess semmiet li l-offerenti kellhom bżonn ikunu kapaċi “jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz tat-trasport marittimu”. Dan kien l-uniku kriterju tal-għażla li l-Italja applikat sabiex tiddetermina jekk il-partijiet interessati kinux se jitħallew jipparteċipaw jew le fil-proċedura tal-offerti. Filwaqt li s-sejħa ma speċifikatx kif l-offerenti setgħu jagħtu prova li huma ssodisfaw dan ir-rekwiżit, dan kien ifisser li seta’ jintuża kwalunkwe mezz xieraq ta’ evidenza (132). Il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda informazzjoni li turi li waħda jew aktar mill-ħames partijiet interessati esklużi kienu fil-fatt ipprovdew evidenza adegwata sabiex ikollhom biżżejjed mezzi finanzjarji sabiex jiżguraw il-kontinwità tas-servizz kif meħtieġ mis-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess. Il-Kummissjoni tqis li dan il-kriterju tal-għażla kien ċar għall-offerenti interessati kollha u kien iġġustifikat ukoll fid-dawl tal-objettiv segwit. |
|
(381) |
It-tieni, kif spjegat fil-premessa 378, ir-referenza għad-Digriet Amministrattiv Nru 135 tal-25 ta’ Settembru 2009 għamlitha ċara lill-partijiet interessati li kienet se tiġi konkluża konvenzjoni ġdida (b’durata massima ta’ tmien snin) wara t-tlestija tal-proċedura tal-offerti u li l-ammont annwali tal-kumpens tas-servizz pubbliku kien ġie stabbilit għal massimu ta’ EUR 72 685 642 fis-sena. Barra minn hekk, is-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess indikat li l-objettiv kien li tinbiegħ il-fergħa kummerċjali ddedikata għall-provvista tas-servizz pubbliku. Barra minn hekk, kif ikkonfermat mill-Italja, l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tal-ambitu tal-bejgħ, inkluż l-abbozz tal-konvenzjoni li għandu jiġi konkluż bejn ix-xerrej u l-Istat, saret disponibbli għall-ħdax-il parti li eventwalment iddeċidew li jipparteċipaw fil-fażi ta’ diliġenza dovuta. Dan ippermetta lil dawn il-partijiet sabiex jiddeċiedu jekk jagħmlux offerta jew le u, jekk iva, kemm se joffru. Il-Kummissjoni tinnota li hija prattika normali, fil-proċeduri ta’ bejgħ bejn operaturi privati, li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tkun disponibbli biss fil-fażi tad-diliġenza dovuta. Għall-istess raġuni, il-partijiet interessati kellhom jiffirmaw ftehimiet ta’ kunfidenzjalità qabel ma ngħataw aċċess għad-dokumentazzjoni rilevanti (ara l-premessa 71). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li kien ċar biżżejjed mis-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess (133) li l-bejgħ kien jikkonċerna l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia flimkien ma’ konvenzjoni ġdida. Wara li esprimew l-interess tagħhom, il-partijiet ingħataw aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiddeċiedu dwar offerta possibbli. |
|
(382) |
It-tielet, fir-rigward tat-twaqqit tal-fażijiet sussegwenti tal-proċedura tal-offerti, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej. L-offerenti interessati li ssodisfaw l-uniku kriterju tal-għażla ġew mistiedna permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Novembru 2010 sabiex jipparteċipaw fid-diliġenza dovuta. Id-dettalji rilevanti dwar il-passi konkreti li jmiss tal-proċedura, speċjalment l-iskeda ta’ żmien tal-proċedura u l-kriterji għall-ammissjoni għat-tieni fażi tad-diliġenza dovuta, imbagħad ġew ipprovduti lill-offerenti interessati li kien fadal fl-ittra tal-Kummissarju Straordinarju tat-2 ta’ Frar 2011. Il-Kummissjoni tqis li mhuwiex probabbli li n-nuqqas ta’ din l-informazzjoni mis-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess (134) kien se jaqta’ qalb l-offerenti potenzjali milli jesprimu l-interess tagħhom. |
|
(383) |
Ir-raba’, il-Kummissjoni tosserva li fuq il-bażi tas-sejħa 21 parti esprimew l-interess tagħhom li jakkwistaw il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. Dawk il-21 parti kienu jinkludu entitajiet nazzjonali, Ewropej u mhux Ewropej, fosthom uħud mill-operaturi ewlenin tal-mezzi ta’ trasport tul korpi tal-ilma fl-Italja (eż. Grandi Navi Veloci, Moby). Il-Kummissjoni tqis li dan jikkonferma li l-offerenti potenzjali kollha ngħataw opportunità suffiċjenti sabiex jesprimu l-interess tagħhom li jipparteċipaw fil-proċedura tal-offerti. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tindika li l-partijiet interessati ma kellhomx għalfejn isegwu proċeduri impenjattivi u ma kienx ikollhom iġarrbu kostijiet sinifikanti sabiex jesprimu l-interess tagħhom. Kien biżżejjed li jibagħtu ittra li fiha juru l-abbiltà tagħhom li jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz tat-trasport marittimu. Imbagħad, is-sittax-il parti li ssodisfaw dan il-kriterju tal-għażla ġew mistiedna għall-fażi tad-diliġenza dovuta u ħdax minnhom iddeċidew li jieħdu sehem fiha. Kien biss wara din il-fażi li l-partijiet kellhom jiddeċiedu jekk ridux jagħmlu offerta jew le u, jekk iva, kemm tkun għolja l-offerta tagħhom. |
|
(384) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat fid-Deċiżjoni tal-2012 li ma kienx hemm ċertezza dwar jekk l-offerenti potenzjali kollha kinux konxji fil-fażijiet bikrija tal-proċedura tal-offerti dwar il-possibbiltà li jiddiferixxu l-pagament ta’ parti mill-prezz tax-xiri fuq diversi snin mingħajr imgħaxijiet applikabbli. Din il-possibbiltà ma ssemmietx iżda lanqas ma kienet eskluża fis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess (135). Fuq din il-bażi, CIN għamlet offerta li kienet tinkludi l-pagament bin-nifs ta’ kważi nofs il-prezz tax-xiri. Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li peress li l-offerta kienet tinkludi kuntratt pubbliku ta’ servizz b’durata ta’ tmien snin, id-differiment ta’ parti mill-pagament matul il-ħajja ta’ dak il-kuntratt ma kienx rari. Fil-fatt, fil-każ ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, huwa komuni li l-prezz tal-konċessjoni jitħallas f’pagamenti parzjali minflok kompletament bil-quddiem. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-valur reali tal-offerta ta’ CIN, miksub billi jitnaqqsu l-pagamenti differiti fil-valur tagħhom fil-mument tal-bejgħ, huwa biss madwar 4% anqas milli fil-każ li kieku l-prezz sħiħ tħallas bil-quddiem. Il-Kummissjoni tqis li din id-differenza relattivament żgħira x’aktarx li ma affettwatx ir-rieda tal-partijiet li jesprimu l-interess tagħhom. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jitfakkar li l-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia (inkluża l-Konvenzjoni l-ġdida) ma kinitx magħrufa meta l-partijiet kellhom jesprimu l-interess tagħhom, u għalhekk huwa improbabbli li l-għarfien dwar l-għażla ta’ differiment f’dak l-istadju kien jaffettwa d-deċiżjoni ta’ parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-offerta vinkolanti ta’ CIN (inkluż il-pagament parzjali differit) saret disponibbli fil-kamra tad-data u l-offerenti l-oħra kollha ġew espliċitament mistiedna jagħmlu offerta aħjar. Minkejja li ngħataw sittax-il jum sabiex jagħmlu dan u irrispettivament mill-possibbiltà li jinkludu wkoll il-pagament differit fl-offerti tagħhom, l-ebda wieħed mill-offerenti l-oħra ma daħal f’kuntatt. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-possibbiltà li jiġi differit il-pagament tal-prezz tax-xiri (jew ta’ parti minnu) ma tistax titqies li affettwat b’mod negattiv il-kompetittività jew it-trasparenza tal-proċess tal-offerti. |
|
(385) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, b’mod ġenerali, il-proċedura tal-offerti kienet kompetittiva u trasparenti. B’mod partikolari, l-intenzjoni ta’ Tirrenia li tiddivesti n-negozju tas-servizz pubbliku (jiġifieri l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia) u li tikkonkludi konvenzjoni ġdida b’durata ta’ tmien snin mal-offerent rebbieħ ġiet mgħarrfa b’mod mifrux b’tali mod li jintlaħqu l-offerenti kollha possibbli fis-suq reġjonali jew internazzjonali rilevanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-offerenti potenzjali setgħu faċilment jesprimu l-interess tagħhom u ma kellhomx jieħdu impenn għal xi ħaġa f’dak l-istadju. Dment li setgħu juru li kienu jissodisfaw il-kriterju uniku tal-għażla, dawn il-partijiet sussegwentement ingħataw l-informazzjoni u ż-żmien neċessarji kollha sabiex setgħu jiddeċiedu jekk u kemm riedu joffru għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li d-dubji tagħha li l-proċedura tal-offerta ma kinitx trasparenti biżżejjed minħabba nuqqasijiet possibbli fis-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess huma eliminati. |
In-natura nondiskriminatorja tal-offerta u tal-ogħla prezz bħala kriterju
|
(386) |
Il-paragrafu 92 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna jenfasizza li t-trattament nondiskriminatorju lill-offerenti kollha fl-istadji kollha tal-proċedura u kriterji oġġettivi tal-għażla u għall-għoti tal-proċess speċifikati bil-quddiem huma kundizzjonijiet indispensabbli sabiex jiġi żgurat li t-tranżazzjoni li tirriżulta tkun konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. Barra minn hekk, dak il-paragrafu jispeċifika li, sabiex jiġi ggarantit trattament indaqs, jenħtieġ li l-kriterji għall-għoti tal-kuntratt jippermettu sabiex l-offerti jitqabblu u jiġu vvalutati b’mod oġġettiv. Fl-aħħar nett, skont il-paragrafu 95 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna, meta l-korpi pubbliċi jbigħu assi, l-uniku kriterju rilevanti għall-għażla tax-xerrej jenħtieġ li jkun l-ogħla prezz, (136) filwaqt li jitqiesu wkoll l-arranġamenti kuntrattwali mitluba (eż. il-garanzija tal-bejgħ tal-bejjiegħ). |
|
(387) |
Kif indikat aktar ’il fuq (ara l-premessa 380), is-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess kien fiha biss kundizzjoni waħda tal-għażla, jiġifieri li l-offerenti kellhom bżonn ikunu kapaċi “jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz tat-trasport marittimu”. Mill-21 parti li esprimew interess, ħamsa kienu esklużi billi nstab li ma kinux kapaċi jissodisfaw din il-kundizzjoni (ara wkoll in-nota 34 f’qiegħ il-paġna). Il-Kummissjoni tqis li l-uniku kriterju tal-għażla applikabbli kien oġġettiv u kien ċar biżżejjed għall-partijiet interessati kollha fis-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess. |
|
(388) |
Imbagħad, is-sittax-il offerent interessat li ssodisfaw il-kundizzjoni tal-għażla ġew mistiedna għall-fażi tad-diliġenza dovuta iżda ħamsa minn dawn l-offerenti indikaw li ma kinux għadhom interessati. Matul il-fażi tad-diliġenza dovuta, li ħadet erba’ xhur, il-ħdax-il parti li kien fadal ingħataw aċċess għal kamra tad-data li kien fiha l-informazzjoni rilevanti kollha (ara l-premessa 72) li ppermettitilhom jivvalutaw il-fergħa kummerċjali u l-abbozz tal-Konvenzjoni l-ġdida għall-bejgħ. Għalhekk, l-offerenti kollha rċivew l-istess informazzjoni u ġew ittrattati b’mod ugwali l-ħin kollu. |
|
(389) |
Fit-2 ta’ Frar 2011, il-Kummissarju Straordinarju bagħat lill-ħdax-il offerent li kien fadal ittra li fiha ġew spjegati l-proċedura u r-rekwiżiti sabiex issir offerta. B’mod partikolari, dik l-ittra stabbiliet b’mod ċar il-kundizzjonijiet għall-bejgħ: it-tfassil ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku kif iddefiniti fl-abbozz tal-konvenzjoni u l-għoti tal-garanziji meħtieġa sabiex tiġi pprovata r-robustezza finanzjarja tal-offerent. L-Italja kkonfermat li meta jiġu riċevuti aktar minn offerta waħda eliġibbli, l-uniku kriterju tal-għoti jkun l-ogħla prezz. Fil-fatt, il-Kummissjoni tinnota li fid-29 ta’ April 2011, il-Kummissarju Straordinarju talab titjib fl-offerti mill-partijiet interessati l-oħra preċiżament bl-għan li jinkiseb l-aħjar redditu finanzjarju possibbli mill-bejgħ. |
|
(390) |
Id-dubji tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-2011 li d-Digriet ikun jippermetti l-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti fuq il-bażi ta’ kriterji oħra ġew solvuti. Il-partijiet kollha kienu informati b’mod korrett u ugwali matul l-istadji varji tal-proċedura tal-offerti u setgħu jagħmlu offerta b’għarfien sħiħ tal-proċedura u tar-rekwiżiti. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-kriterju għall-għoti jippermetti paragun u valutazzjoni oġġettivi tal-offerti. |
Il-pagament differit ta’ parti mill-prezz tax-xiri minn CIN
|
(391) |
Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni nnotat li l-valur attwali (137) tal-prezz tax-xiri offrut minn CIN huwa anqas mill-valur tas-suq stabbilit mill-espert maħtur mill-Ministeru kompetenti. Madankollu, fil-kawża Land Burgenland, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li fejn awtorità pubblika tipproċedi sabiex tbigħ impriża li tappartjeni għaliha permezz ta’ proċedura tal-offerti miftuħa, trasparenti u mhux kondizzjonali, jista’ jiġi preżunt li l-prezz tas-suq jikkorrispondi għall-ogħla offerta (vinkolanti u kredibbli) u li l-prezz biss jiġi kkunsidrat, mingħajr il-ħtieġa li wieħed jirrikorri għal metodi oħra ta’ valwazzjoni sabiex jivverifika l-prezz tas-suq, bħal studji indipendenti (138). Barra minn hekk, anki l-ogħla offerta sottomessa fi proċedura tal-offerti li tkun illegali minħabba l-preżenza ta’ kundizzjonijiet illegali xorta waħda tista’ tikkorrispondi għall-prezz tas-suq fejn in-nuqqasijiet tal-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-offerti ma affettwawx l-ammont ta’ dik l-offerta billi naqqsu aktar (139). |
|
(392) |
Il-Kummissjoni tinnota li peress li f’dan il-każ, il-prezz imħallas minn CIN huwa r-riżultat ta’ proċedura tal-offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, dan il-prezz jista’ jiġi preżunt li huwa ugwali għall-prezz tas-suq. Għalhekk, mhuwiex neċessarju li dan il-prezz jitqabbel mal-valutazzjonijiet iddeterminati mill-esperti indipendenti maħtura rispettivament mill-Italja u mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni taqbel mal-Italja (ara l-premessa 176) li l-esperti indipendenti neċessarjament kellhom jagħmlu ċerti suppożizzjonijiet sabiex il-valutazzjonijiet li jirriżultaw jenħtieġ li f’kull każ jiġu interpretati b’attenzjoni. Fl-aħħar nett, kif innotat minn CIN (ara l-premessa 236) tal-anqas offerent potenzjali wieħed għall-fergħa kummerċjali ta’ tar-Tirrenia indika li l-prezz stabbilit mill-espert indipendenti maħtur mill-Italja kien għoli wisq. Filwaqt li din l-evidenza hija aneddotali, hija tikkonferma li l-valutazzjonijiet esperti mhux dejjem jistgħu jirriflettu l-valur tas-suq kif iddeterminat mill-operaturi tas-suq permezz ta’ sejħa għall-offerti. |
|
(393) |
Għal raġunijiet ta’ kompletezza, il-Kummissjoni tqis li hemm ukoll raġuni ekonomika għall-pagament differit. Fil-fatt, kif indikat minn CIN (ara l-premessa 240), il-pagament differit huwa korrelatat man-natura tas-suġġett tal-bejgħ jiġifieri fergħa kummerċjali li għaliha l-valur effettiv jiddependi (kif ikkonfermat minn Banca Profilo, ara t-taqsima 2.3.3.4 u l-premessa 240) fuq il-pagament attwali, fuq perjodu ta’ tmien snin, tal-ammonti ta’ kumpens stipulati fil-Konvenzjoni l-ġdida. Għalhekk, il-pagament differit (ta’ parti mill-prezz tax-xiri) jista’ jitqies ukoll bħala konsegwenza loġika tan-natura tal-assi (b’mod partikolari l-kuntratt pubbliku ta’ servizz u l-kumpens relatat) li jkunu qed jiġu offruti. |
|
(394) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq li d-dubji tagħha dwar id-differiment ta’ parti mill-prezz tax-xiri huma eliminati. |
L-iżgurar li s-servizzi jiġu pprovduti bl-anqas kost għall-komunità
|
(395) |
F’dan il-każ, il-Konvenzjoni l-ġdida flimkien mal-fergħa kummerċjali Tirrenia u soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet fir-rigward tal-livell tal-forza tax-xogħol, aktar milli l-Konvenzjoni l-ġdida nnifisha biss, ġiet offruta fis-sejħa għall-offerti. Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni ħadet il-pożizzjoni preliminari li, sa fejn l-offerenti diġà kellhom b’mod adegwat bastimenti u ekwipaġġi, huma kienu jġarrbu kostijiet aktar baxxi li kieku ma kinux obbligati jieħdu parti mill-assi kapitali u mill-impjegati ta’ Tirrenia. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-proċedura tal-offerti tal-Konvenzjoni l-ġdida mingħajr obbligu li jiġu akkwistati dawk il-bastimenti u l-ekwipaġġ ta’ Tirrenia li kienu meħtieġa sabiex jitwettaq is-servizz pubbliku, kienet tirriżulta f’kost aktar baxx għall-komunità. |
|
(396) |
Peress li Tirrenia kienet kumpanija kbira f’Amministrazzjoni Straordinarja, il-liġi domestika ġenerali (140) kienet teħtieġ li l-akkwirent tagħha jżomm l-istess livell ta’ persunal meħtieġ sabiex iwettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku kif stabbiliti fil-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Tirrenia għal perjodu ta’ sentejn. F’dan il-kuntest, il-kuntratt għat-trasferiment tal-fergħa kummerċjali jeħtieġ li CIN toffri impjieg (fuq il-bażi ta’ kuntratti ġodda) lill-eks impjegati ta’ Tirrenia u tastjeni milli tagħti sensji (141) għal perjodu ta’ sentejn. Il-Kummissjoni l-ewwel tosserva li dan ir-rekwiżit huwa bbażat fuq obbligu legali, li l-awtoritajiet Taljani ma setgħux jinjoraw fl-istabbiliment tat-trasferiment tal-fergħa kummerċjali, u li dan l-obbligu huwa limitat biż-żmien, jiġifieri għal sentejn. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia se tkompli topera s-servizz pubbliku fuq il-bażi tal-obbligi ta’ servizz pubbliku ddefiniti fil-Konvenzjoni l-ġdida. F’dan is-sens, l-Italja ssottomettiet li l-ekwipaġġ u l-persunal amministrattiv meħtieġa għall-operat kontinwu tas-servizz pubbliku biss kienu se jiġu akkwistati minn CIN. Barra minn hekk, l-Italja argumentat li CIN kien ikollha tirrispetta dawn il-livelli minimi tal-forza tax-xogħol, indipendentement minn kwalunkwe kundizzjoni tal-forza tax-xogħol. Minħabba li l-kostijiet tal-impjegati jkunu koperti mill-kumpens imħallas skont il-Konvenzjoni l-ġdida lil CIN, il-Kummissjoni tqis li l-obbligu li jinżammu l-livelli ta’ impjieg fil-prattika mhuwiex oneruż fuq CIN. Għalhekk, dan l-obbligu x’aktarx li ma naqqasx il-prezz tal-bejgħ tal-fergħa kummerċjali u ma setax jagħti vantaġġ lil CIN b’dan il-mod. Barra minn hekk, din is-soluzzjoni kienet trendi benefiċċju għal Tirrenia wkoll (u għalhekk għal sidha, l-Italja) peress li din tal-aħħar ma jkollhiex tħallas kostijiet relatati mas-sensja għall-persunal li ngħata impjieg ġdid minn CIN. Il-Kummissjoni tinnota li Ecorys stmat li l-kost totali tas-sensja għall-persunal kollu ta’ Tirrenia kien jammonta għal tal-anqas EUR 35 miljun. |
|
(397) |
Billi jinġabru flimkien l-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia ma’ kuntratt pubbliku ġdid ta’ servizz (142), l-akkwirent awtomatikament isir soġġett għar-rekwiżit li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku u jingħata l-prijorità tal-irmiġġ. Il-Kummissjoni l-ewwel tosserva li l-assi meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ servizz pubbliku biss ġew raggruppati mal-kuntratt pubbliku ta’ servizz. L-assi l-oħra kollha (inklużi eż. il-proprjetà immobbli, sitt vapuri, kollezzjoni tal-arti) inbiegħu permezz ta’ proċeduri tal-offerti separati. It-tieni, il-Kummissjoni tqis li r-raggruppament tal-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia ma’ kuntratt pubbliku ġdid ta’ servizz ma jirriżultax fi prezz anqas milli kieku l-assi u dan il-kuntratt inbiegħu b’mod separat, għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(398) |
Sabiex tivverifika li r-raggruppar flimkien tal-Konvenzjoni l-ġdida mal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u l-kundizzjoni tal-forza tax-xogħol mhumiex onerużi għal CIN, il-Kummissjoni matul l-investigazzjoni formali kkummissjonat studju ma’ espert indipendenti (Ecorys). Ecorys intalbet (ara l-premessa 96 et seq.) tistabbilixxi l-valur tas-suq tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia mingħajr l-ebda kundizzjoni marbuta. Ecorys ikkonkludiet li, kieku l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kellha tinbiegħ mingħajr l-ebda kundizzjoni marbuta magħha, u b’mod partikolari mingħajr ma tkun raggruppata ma’ kuntratt ġdid ta’ servizz pubbliku għall-operat tas-servizz pubbliku (u għalhekk anki mingħajr l-obbligu li tiġi żgurata l-kontinwità ta’ dan is-servizz pubbliku), il-kumpanija kienet tinbiegħ bil-valur ta’ likwidazzjoni, EUR 303.5 miljun. Ecorys ibbażat din il-konklużjoni fuq is-suppożizzjoni li l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia ma setgħetx tkompli tagħmel il-profitt bl-operazzjonijiet tagħha mingħajr kumpens tas-servizz pubbliku. Ecorys osservat li dan il-valur ta’ likwidazzjoni huwa anqas mill-valur li rriżulta mis-sejħa għall-offerti u indika li, għalhekk, il-likwidazzjoni immedjata (essenzjalment il-bejgħ tal-vapuri) ma kinitx alternattiva vijabbli għal operatur f’ekonomija tas-suq. Barra minn hekk, Ecorys qabblet il-persunal tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia ma’ dak ta’ diversi kumpaniji komparabbli tal-mezz ta’ trasport tul korp tal-ilma u kkonkludiet li n-numru tal-persunal u l-istruttura tal-kostijiet tal-persunal ta’ Tirrenia huma simili għal dawn il-kumpaniji komparabbli, b’referenza għas-sehem tal-kostijiet lavorattivi tad-dħul totali u l-proporzjon tal-kostijiet lavorattivi/persunal. L-analiżi ma wriet l-ebda differenza sostantiva bejn il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u l-kumpaniji komparabbli li setgħu jindikaw persunal eċċessiv jew kostijiet lavorattivi eċċessivi. Għalhekk, xerrej potenzjali kien ikollu marġni żgħir ta’ manuvra f’termini ta’ għoti ta’ sensji jew ta’ bdil ta’ parti mill-forza tax-xogħol. Fuq din il-bażi, Ecorys ikkonkludiet li ma hemm l-ebda element li juri li l-kundizzjoni tal-forza tax-xogħol kellha xi impatt sinifikanti fuq il-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-raggruppar tal-Konvenzjoni l-ġdida mal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u l-kundizzjoni tal-forza tax-xogħol la setgħu jnaqqsu l-prezz tal-bejgħ tal-fergħa kummerċjali u lanqas ma taw vantaġġ lil CIN b’dan il-mod. |
|
(399) |
Fil-qosor, il-kundizzjoni għaż-żamma tal-livelli ta’ impjieg hija imposta mil-liġi domestika ġenerali aktar milli mill-bejjiegħ. Barra minn hekk, dik il-kundizzjoni mhijiex oneruża għall-akkwirent tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kif ikkonfermat ukoll mill-espert indipendenti tal-Kummissjoni Ecorys. Il-kundizzjoni li tiġi ggarantita l-kontinwità tas-servizz pubbliku li hija l-konsegwenza diretta tar-raggruppar tal-assi u tal-obbligu tas-servizz pubbliku ma tistax titqies li tnaqqas il-prezz. Għall-kuntrarju, kif intqal aktar ’il fuq, il-bejgħ tal-assi separatament kien jirriżulta fi prezz aktar baxx (kif ikkonfermat minn Ecorys). Barra minn hekk, huwa ferm improbabbli li kien ikun hemm offerenti potenzjali interessati li jakkwistaw il-kuntratt pubbliku ta’ servizz mingħajr ma jakkwistaw l-assi minħabba l-għadd kbir ta’ vapuri u ta’ ekwipaġġ meħtieġa sabiex iwettqu s-servizz pubbliku. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li kwalunkwe bejjiegħ f’ekonomija tas-suq kien jiddeċiedi li jbigħ l-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia flimkien ma’ kuntratt pubbliku ġdid ta’ servizz sabiex jikseb l-ogħla prezz. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja ma rabtet l-ebda kundizzjoni li x’aktarx kienet tnaqqas il-prezz jew li bejjiegħ privat ma kienx jitlob. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dubju tagħha li s-sejħa għal offerti għall-Konvenzjoni l-ġdida flimkien mal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u l-kundizzjonijiet tal-forza tax-xogħol ma setgħux jirriżultaw fl-anqas kost għall-komunità, huwa eliminat. |
Salvagwardji b’saħħithom fit-tfassil tal-proċedura fejn tiġi sottomessa offerta waħda biss
|
(400) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni deskritta aktar ’il fuq (ara l-premessi 375-399), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċedura tal-offerti kienet miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja skont ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Madankollu, il-paragrafu 68 tal-Komunikazzjoni SGEI jinnota li “fil-każ ta’ proċeduri fejn ġiet ippreżentata biss offerta waħda, l-offerta ma tistax titqies biżżejjed sabiex tiżgura li l-proċedura twassal għall-inqas spejjeż għall-komunità”. |
|
(401) |
Għaldaqstant, minħabba li CIN biss issottomettiet offerta fil-proċedura tal-offerti għall-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia (li kienet tinkludi l-Konvenzjoni l-ġdida), din l-offerta normalment ma tkunx biżżejjed sabiex tiżgura n-nuqqas ta’ vantaġġ għar-rebbieħ. |
|
(402) |
Madankollu, il-Kummissjoni għandha distinta espressa fil-paragrafu 68 tal-Komunikazzjoni SGEI fil-Gwida tagħha dwar l-SGEI (145) billi tiddikjara li “dan ma jfissirx li ma jistax ikun hemm każijiet li fihom, minħabba salvagwardji partikolarment b’saħħithom fit-tfassil tal-proċedura, anki proċedura li fiha tiġi ppreżentata offerta waħda biss hija biżżejjed biex jiġi żgurat il-forniment tas-servizz ‘bl-inqas spiża għall-komunità’ ”. |
|
(403) |
Il-Kummissjoni tqis li fil-każ li qed jiġi vvalutat, dawn is-salvagwardji kienu preżenti. B’mod aktar speċifiku:
|
|
(404) |
Il-Kummissjoni tqis li minħabba s-salvagwardji ta’ hawn fuq, inklużi b’mod partikolari l-prezz minimu u l-istedina sabiex jitressqu offerti ogħla, il-proċedura tal-offerti kienet biżżejjed sabiex tiżgura l-provvista tas-servizz bl-anqas kost għall-komunità anke jekk ġiet sottomessa offerta waħda biss. Għall-kompletezza, il-Kummissjoni tinnota li l-każ inkwistjoni huwa differenti mill-każijiet li ġejjin fejn ġiet sottomessa biss offerta waħda:
|
|
(405) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-proċedura tal-offerti użata għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia tvarja b’mod sinifikanti mill-proċedura li ntużat sabiex jintgħażel l-operatur tas-servizz tat-trasport marittimu bejn Franza kontinentali u Korsika (149) (“il-każ SNCM”) bil-modi li ġejjin:
|
|
(406) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-raba’ kriterju ta’ Altmark huwa rrispettat f’dan il-każ. |
|
(407) |
Peress li l-erba’ kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ Altmark huma ssodisfati b’mod kumulattiv, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida raggruppata flimkien mal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u mal-prijorità tal-irmiġġ lil CIN, inkluż il-pagament differit ta’ parti mill-prezz tax-xiri minn CIN, ma jagħtix vantaġġ ekonomiku lil din tal-aħħar. |
7.1.3.5.
|
(408) |
Peress li mhumiex issodisfati l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida raggruppata flimkien mal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u mal-prijorità tal-irmiġġ lil CIN, inkluż il-pagament differit ta’ parti mill-prezz tax-xiri minn CIN, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat lil CIN. |
7.1.4. Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010
|
(409) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari fid-Deċiżjoni tal-2011 li l-miżuri kollha stabbiliti bid-Digriet Amministrattiv 125/2010 ikkonvertiti b’emendi fil-Liġi tal-2010 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat favur il-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group, peress li l-benefiċjarji rispettivi setgħu jużaw dawn il-miżuri sabiex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità u b’hekk itejbu l-pożizzjoni finanzjarja ġenerali tagħhom. |
|
(410) |
Abbażi tal-informazzjoni li waslet matul l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tliet miżuri jenħtieġ li jiġu vvalutati separatament. |
7.1.4.1.
|
(411) |
Riżorsi tal-Istat: il-fondi inkwistjoni ngħataw mill-Istat mill-baġit tiegħu stess (ara l-premessa 109) u l-użu tagħhom għal skopijiet ta’ likwidità kien permess mil-Liġi tal-2010. Għaldaqstant, il-miżura hija imputabbli lill-Istat u hija mogħtija permezz ta’ riżorsi tal-Istat. |
|
(412) |
Selettività: din il-miżura ngħatat biss lill-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group, inkluż lil Tirrenia, u għalhekk hija selettiva. Għall-kompletezza, il-Kummissjoni tindika li din il-miżura ma ngħatatx lil CIN. |
|
(413) |
Vantaġġ ekonomiku: il-Kummissjoni tinnota li Tirrenia rċiviet madwar EUR 12 051 900 sabiex twettaq it-titjib meħtieġ bl-għan li jiġu rrispettati l-istandards internazzjonali tas-sikurezza u setgħet, fuq il-bażi tal-Liġi tal-2010, tuża dawn il-fondi temporanjament għal skopijiet ta’ likwidità (ara l-premessa 109). Kif spjegat aktar ’il fuq (ara l-premessa 110), parti minn dawn il-fondi (jiġifieri EUR 4 657 005,35) intużat minn Banca Carige sabiex tpaċi żewġ djun dovuti lilha minn Tirrenia. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw (ara l-premessa 192) li effettivament Tirrenia użat biss EUR 630 600 minn dawn il-fondi sabiex tħallas għal aġġornamenti fil-vapur Clodia. Il-EUR 11 421 300 li kien fadal la ntużaw sabiex iħallsu għall-aġġornamenti u lanqas ma tħallsu lura lill-Istat. Eventwalment, is-sid il-ġdid tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia (jiġifieri CIN) kellha tħallas għall-aġġornamenti li kien fadal mill-fondi tagħha stess (u din l-obbligazzjoni ta’ EUR 421 300 ittieħdet f’kunsiderazzjoni wkoll fil-valwazzjoni mħejjija minn Banca Profilo). L-Italja ma wrietx li din il-likwidità ngħatat skont it-termini tas-suq. Barra minn hekk, Tirrenia la ħallset lura u lanqas ma użat il-likwidità għall-iskop oriġinali tagħha (jiġifieri li tħallas għal aġġornament tal-bastimenti) bl-eċċezzjoni tas-EUR 630 600 użati għall-aġġornar tal-bastiment Clodia. Peress li operatur normali tas-suq ma jkunx jista’ jibbenefika minn miżura bħal din, il-Kummissjoni tqis li din bilfors li tat vantaġġ ekonomiku lil Tirrenia. |
|
(414) |
Effett fuq il-kummerċ: għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 310-311, il-Kummissjoni tqis li l-għoti ta’ din il-miżura lil Tirrenia jista’ jaffettwa l-kummerċ tal-Unjoni u joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern. |
|
(415) |
Konklużjoni: Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-użu ta’ EUR 11 421 300 minn Tirrenia, li oriġinarjament kienu ddedikati għall-aġġornar tal-vapuri, għal skopijiet ta’ likwidità, kif permess mil-Liġi tal-2010, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Tirrenia fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
7.1.4.2.
|
(416) |
Kif deskritt fil-premessa 111, skont l-Artikolu 1 tal-Liġi tal-2010, ċerti atti u operazzjonijiet imwettqa għall-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia Group u deskritti fil-paragrafi 1 sa 15 tal-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv 135/2009, ikkonvertiti b’modifiki fil-Liġi tal-2009, huma eżentati minn kwalunkwe taxxa normalment dovuta fuq dawk l-atti u l-operazzjonijiet. |
|
(417) |
Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li jridu jiġu vvalutati żewġ settijiet separati ta’ trasferimenti: (1) it-trasferimenti ta’ dawk li kienu s-sussidjarji ta’ Tirrenia, jiġifieri Caremar, Saremar u Toremar, minn Tirrenia (issa f’EA) lir-Reġjuni ta’ Campania, ta’ Sardinja u tat-Toscana, u (2) it-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia minn Tirrenia f’EA għal CIN. It-taxxi eżentati huma b’mod partikolari d-dazju tar-reġistrazzjoni, il-miżati tar--reġistru tal-artijiet u tar-reġistrazzjoni tal-ipoteki, it-taxxa tal-boll (flimkien, “it-taxxi indiretti”), il-VAT u t-taxxa korporattiva. Il-benefiċjarji ta’ din il-miżura ta’ għajnuna jkunu l-bejjiegħ, ix-xerrej, jew it-tnejn li huma. |
|
(418) |
Mill-bidu, il-Kummissjoni taċċetta li t-trasferimenti lir-Reġjuni ma kinux soġġetti għat-taxxa korporattiva (peress li ma tħallas l-ebda korrispettiv) u għall-VAT (li ma tapplikax għal tranżazzjonijiet bħal dawn skont il-liġi nazzjonali). Fir-rigward tat-taxxi indiretti, dawk li, skont il-liġi nazzjonali, kienu pagabbli biss mill-akkwirenti, kienu pagabbli mir-Reġjuni li jaġixxu f’dan il-każ fi ħdan il-mandat tas-servizzi pubbliċi tagħhom, jiġifieri, bħala entitajiet tal-Istat. Bħala tali, dawn ma jikkwalifikawx bħala impriżi ekonomiċi. Għalhekk, l-ebda waħda mill-eżenzjonijiet mit-taxxa msemmija qabel mhi se tiġi vvalutata aktar f’din id-Deċiżjoni. |
|
(419) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li peress li t-tranżazzjonijiet bħall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT (150), l-eżenzjoni mit-taxxa ma setgħetx tagħti vantaġġ lil Tirrenia fir-rigward tal-VAT. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-kumpens mogħti lill-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia jiddikjara b’mod ċar li x-xerrej, jiġifieri CIN, irid iġarrab it-taxxi, l-imposti u l-kostijiet notarili kollha relatati mat-tranżazzjoni, mingħajr referenza għal kwalunkwe eżenzjoni minn dawn it-taxxi li tibbenefika minnha CIN. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li CIN ma setgħetx tibbenefika minn din il-miżura. Għal dawn ir-raġunijiet, l-ebda waħda mill-eżenzjonijiet mit-taxxa msemmija qabel mhi se tiġi vvalutata aktar f’din id-Deċiżjoni. |
|
420) |
Għalhekk, fl-isfond ta’ dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni se tivvaluta biss jekk Tirrenia (f’EA) ibbenefikatx minn xi eżenzjoni mid-dazju tar-reġistrazzjoni, mill-miżati tar-reġistru tal-artijiet u tar-reġistrazzjoni tal-ipoteki, u mit-taxxa tal-boll (“it-taxxi indiretti”) għaż-żewġ settijiet ta’ trasferimenti, u minn kwalunkwe eżenzjoni mit-taxxa korporattiva fuq ir-rikavati mit-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN. |
|
(421) |
Riżorsi tal-Istat: eżenzjoni mit-taxxa skont id-definizzjoni tinvolvi t-telf ta’ riżorsi tal-Istat. Barra minn hekk, billi dawn l-eżenzjonijiet ingħataw permezz tal-Liġi tal-2010 (ara l-premessa 111(b)), huma wkoll imputabbli lill-Istat. |
|
(422) |
Selettività: peress li l-eżenzjonijiet mit-taxxa jingħataw biss għal operazzjonijiet u għal atti relatati mal-privatizzazzjoni ta’ dak li kien Tirrenia Group, dawn huma selettivi. L-Italja la argumentat u lanqas ma wriet li l-eżenzjonijiet mit-taxxa mhumiex selettivi. |
|
(423) |
Vantaġġ ekonomiku: fir-rigward tat-taxxi indiretti, Tirrenia ġiet eżentata milli tħallashom fuq l-operazzjonijiet u l-atti relatati maż-żewġ settijiet ta’ trasferimenti deskritti fil-premessa 416 (lir-Reġjuni u lil CIN) u għalhekk ibbenefikat minn vantaġġ ekonomiku ugwali għat-taxxi normalment dovuti għal dawn it-tipi ta’ operazzjonijiet u ta’ atti taħt il-liġi nazzjonali. |
|
(424) |
Barra minn hekk, rigward it-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN, il-Kummissjoni tinnota li dan it-trasferiment sar bi skambju ma’ korrispettiv (jiġifieri EUR 380 100 000) imħallas minn CIN. Għalhekk, ir-rikavati minn din it-tranżazzjoni normalment ikunu soġġetti għat-taxxa korporattiva. L-eżenzjoni minn din it-taxxa tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku minħabba li r-rikavati minn bejgħ ta’ assi jew ta’ negozju normalment jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tat-taxxa korporattiva ta’ kumpanija. Il-Kummissjoni tindika li din il-konklużjoni mhijiex affettwata mill-fatt li f’dan l-istadju għadu mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk Tirrenia fil-prattika tibbenefikax mill-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu, minħabba li għadu mhuwiex ċar jekk xi taxxa fuq l-introjtu hijiex se tkun dovuta fil-mument meta Tirrenia tiġi likwidata għalkollox (151). |
|
(425) |
Effett fuq il-kummerċ: għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 310-311, il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjoni ta’ Tirrenia minn ċerti taxxi kif deskritt hawn fuq tista’ taffettwa l-kummerċ tal-Unjoni u tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern. |
|
(426) |
Konklużjoni: l-eżenzjonijiet minn (i) taxxi indiretti fuq l-operazzjonijiet u l-atti relatati mat-trasferimenti ta’ Caremar, ta’ Saremar, ta’ Toremar u tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lill-akkwirenti rispettivi u minn (ii) taxxa korporattiva fuq ir-rikavati mill-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN, li ngħataw bil-liġi tal-2010, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil Tirrenia. |
7.1.4.3.
|
(427) |
Fid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012, il-Kummissjoni semmiet il-possibbiltà li l-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group jużaw ir-riżorsi tal-FAS (ara l-premessa 111(c)) sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet attwali ta’ likwidità. Madankollu, matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Taljani ċċaraw li r-riżorsi tal-FAS ma kinux magħmula sabiex ikunu kumpens addizzjonali għal Tirrenia (jew għal kwalunkwe waħda mill-kumpaniji l-oħra ta’ dak li kien Tirrenia Group). Minflok, dawn ir-riżorsi tqiegħdu għad-dispożizzjoni sabiex jissupplimentaw l-approprjazzjonijiet baġitarji previsti għall-pagament tal-kumpensi tas-servizz pubbliku lill-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group, f’każ li ma jkunux biżżejjed. Tabilħaqq, il-paragrafu 5-ter tal-Artikolu 1 tal-Liġi tal-2010 ippermetta lir-reġjuni jużaw ir-riżorsi tal-FAS sabiex jiffinanzjaw il-kumpens regolari tas-servizz pubbliku (jew parti minnu) u b’hekk jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi pubbliċi marittimi. Fi kliem ieħor, din il-miżura tikkonċerna biss allokazzjoni ta’ riżorsi fil-baġit tal-Istat Taljan għall-pagament tal-kumpensi tas-servizz pubbliku. |
|
(428) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-riżorsi tal-FAS huma biss sors ta’ finanzjament li jippermetti lill-Istat iħallas il-kumpensi tas-servizz pubbliku (mogħtija fuq il-bażi tal-Konvenzjoni inizjali estiża) u ma jikkostitwixxux miżura li Tirrenia tista’ tibbenefika minnha b’mod supplimentari għal dawn il-kumpensi tas-servizz pubbliku. Fi kliem ieħor, l-użu possibbli tar-riżorsi tal-FAS ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat lil Tirrenia u, għalhekk, mhuwiex se jiġi evalwat aktar f’din id-Deċiżjoni. |
7.1.5. Il-konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna
|
(429) |
Abbażi tal-valutazzjoni deskritta hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li:
|
7.2. Il-legalità tal-għajnuna
|
(430) |
Il-miżuri kollha ta’ għajnuna fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ġew implimentati qabel l-approvazzjoni formali mill-Kummissjoni. Għalhekk, peress li dawn il-miżuri ta’ għajnuna ma kinux eżentati min-notifika skont id-Deċiżjoni SGEI tal-2005 jew id-Deċiżjoni SGEI tal-2011, dawn ingħataw mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE (152). |
7.3. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna
|
(431) |
Sakemm il-miżuri identifikati hawn fuq jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-kompatibbiltà tagħhom trid tiġi vvalutata fid-dawl tal-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dak l-Artikolu u tal-Artikolu 106(2) TFUE. |
7.3.1. L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn l-Istat u Tirrenia
7.3.1.1.
|
(432) |
Kif diġà ntqal aktar ’il fuq, l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali wara tmiem l-2008 twettqet permezz ta’ atti legali sussegwenti, kif ġej:
|
|
(433) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tinnota li l-għoti tal-kumpens tas-servizz pubbliku skont l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali, seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 u tal-Qafas SGEI tal-2011. Madankollu, il-pakkett SGEI tal-2011 – fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 u fil-paragrafu 69 tal-Qafas SGEI tal-2011 – fih regoli li jipprovdu għall-applikazzjoni tiegħu anki għal għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-pakkett SGEI tal-2011 fil-31 ta’ Jannar 2012. B’mod partikolari, id-Deċiżjoni SGEI tal-2011 tipprovdi fl-Artikolu 10(b) tagħha li “kwalunkwe għajnuna li ngħatat effet qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni [jiġifieri qabel il-31 ta’ Jannar 2012] li Ma kinitx kompatibbli mas-suq intern u lanqas ma kienet eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika skont id-Deċiżjoni 2005/842/KE għandha tibqa’ kompatibbli mas-suq intern u eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika minn qabel.” |
|
(434) |
Fir-rigward tal-Qafas SGEI tal-2011, il-paragrafi 68 u 69 ta’ dak il-Qafas jispeċifikaw li l-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dak il-Qafas għall-proġetti kollha ta’ għajnuna nnotifikati, kemm jekk in-notifika tkun saret qabel kif ukoll jekk tkun saret wara l-bidu tal-applikazzjoni ta’ dak il-Qafas fil-31 ta’ Jannar 2012, kif ukoll għal kull għajnuna illegali li dwarha tkun ittieħdet deċiżjoni wara l-31 ta’ Jannar 2012, anki jekk dik l-għajnuna tkun ingħatat qabel il-31 ta’ Jannar 2012. Fil-każ tal-aħħar, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 14, 19, 20, 24, 39 u 60 tal-Qafas SGEI tal-2011 mhumiex applikabbli. |
|
(435) |
B’riżultat ta’ dan, ir-regoli dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 u l-Qafas SGEI tal-2011 kif deskritt hawn fuq ifissru li l-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti lil Tirrenia matul il-perjodu ta’ estensjoni jista’ jiġi vvalutat skont il-pakkett SGEI tal-2011. Jekk il-kundizzjonijiet rilevanti jew tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 jew tal-Qafas SGEI tal-2011 jiġu ssodisfati, din il-miżura ta’ għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern għall-perjodu kollu mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-18 ta’ Lulju 2012 (153). |
|
(436) |
Il-Kummissjoni tinnota li kemm id-Deċiżjoni SGEI tal-2005, li daħlet fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2005, kif ukoll id-Deċiżjoni SGEI tal-2011 huma applikabbli biss għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens tas-servizz pubbliku għal konnessjonijiet marittimi mal-gżejjer li fuqhom it-traffiku annwali medju matul is-sentejn finanzjarji ta’ qabel dik li fiha kien assenjat l-SGEI ma jaqbiżx it-300 000 passiġġier. Madankollu, fis-snin 2007, 2008 u 2009, in-numru ta’ passiġġieri fuq tlieta mit-tnax-il rotta (jiġifieri Napoli – Palermo, Civitavecchia – Olbia u Genova – Porto Torres) operati minn Tirrenia skont il-Konvenzjoni inizjali, kif estiża, qabeż il-limitu ta’ 300 000 passiġġier fis-sena (154). Għalhekk, għal dawn it-tliet rotot il-Kummissjoni tista’ tivvaluta l-kompatibbiltà tal-kumpens tas-servizz pubbliku mħallas lil Tirrenia permezz tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali sat-18 ta’ Lulju 2012, la fuq il-bażi tad-Deċiżjoni SGEI tal-2005 u lanqas fuq il-bażi tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011. |
|
(437) |
Konsegwentement, għal tlieta mir-rotot ta’ Tirrenia, il-kompatibbiltà tal-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti lil Tirrenia mill-2009 u sat-tlestija tal-proċess ta’ privatizzazzjoni normalment taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas SGEI tal-2011. Madankollu, skont il-paragrafu 9 tal-Qafas SGEI tal-2011, l-għajnuna għall-fornituri ta’ SGEI f’diffikultà trid tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Fil-5 ta’ Awwissu 2010, Tirrenia ġiet ammessa għall-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja u fit-12 ta’ Awwissu 2010 ġiet iddikjarata insolventi, u b’hekk diġà kienet f’diffikultà fis-sens tal-punt 10(c) tal-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar fil-mument tal-estensjoni stabbilita bil-Liġi tal-2010. Għalhekk, kienet fornitur tal-SGEI f’diffikultà, tal-anqas għal parti mill-perjodu tal-estensjoni (mit-12 ta’ Awwissu 2010 sal-bejgħ tagħha fit-18 ta’ Lulju 2012). |
|
(438) |
Il-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar (155) fis-seħħ mill-1 ta’ Awwissu 2014 japplikaw retroattivament għall-għajnuna lill-fornituri tal-SGEI. Dawn il-linji gwida jistabbilixxu li l-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija qabel il-31 ta’ Jannar 2012 (id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Qafas SGEI tal-2011) lill-fornituri tal-SGEI f’diffikultà, hija vvalutata skont il-Qafas SGEI tal-2011 bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 9, 14, 19, 20, 24, 39 u 60 (156). Għalhekk, japplikaw l-istess regoli għall-perjodu kollu mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-tlestija tal-privatizzazzjoni tagħha fit-18 ta’ Lulju 2012. |
|
(439) |
Peress li tlieta mir-rotot ta’ Tirrenia li qed jiġu vvalutati jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet SGEI tal-2005 u tal-2011 u għal raġunijiet ta’ sinteżi u ta’ effiċjenza, il-Kummissjoni l-ewwel se tivvaluta jekk il-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti lil Tirrenia għall-operat tat-tnax-il rotta tat-trasport marittimu kollha matul il-perjodu tal-estensjoni jikkonformax mal-kundizzjonijiet tal-Qafas SGEI tal-2011, bl-eċċezzjoni tal-kundizzjonijiet fil-paragrafi 9, 14, 19, 20, 24, 39 u 60 tiegħu. Wara dan l-ewwel pass biss, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk dak l-istess kumpens (għad-disa’ rotot biss li ma jaqbżux il-limitu ta’ 300 000 passiġġier) kienx possibbilment kompatibbli mas-suq intern u eżentat mir-rekwiżit ta’ notifika skont id-Deċiżjoni SGEI tal-2005 peress li jikkonċerna għajnuna li ngħatat bejn id-19 ta’ Diċembru 2005 u l-31 ta’ Jannar 2012 (ara l-premessa 432). |
7.3.1.2.
|
(440) |
Skont il-paragrafu 12 tal-Qafas SGEI tal-2011, “[l-]għajnuna trid tingħata għal servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ġenwin u definit b’mod korrett kif imsemmi fl-Artikolu 106(2) tat-Trattat”. Il-paragrafu 13 jiċċara li “l-Istati Membri ma jistgħux jinkludu obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku ma’ servizzi li diġà huma pprovduti jew li jistgħu jiġu pprovduti b’mod sodisfaċenti, bħall-prezz, karatteristiċi oġġettivi ta’ kwalità, kontinwità u l-aċċess għas-servizz, konsistenti mal-interess pubbliku, kif definit mill-Istat, mill-impriżi li joperaw skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq. Rigward il-kwistjoni dwar jekk servizz jistax ikun provdut mis-suq, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija limitata għal verifika dwar jekk id-definizzjoni tal-Istat Membru hijiex vizzjata minn żball ċar, sakemm id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni Ewropea ma jipprovdux standard aktar strett”. Fl-aħħar nett, il-paragrafu 56 tal-Qafas SGEI tal-2011 jirreferi għall-“marġini wiesgħa ta’ diskrezzjoni tal-Istat Membru” fir-rigward tan-natura tas-servizzi li jistgħu jiġu kklassifikati bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
(441) |
Il-valutazzjoni ta’ jekk l-SGEI humiex ġenwini trid titwettaq ukoll fid-dawl tal-Komunikazzjoni SGEI (ara l-premessi 325 u 342), ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu (ara l-premessi 327-329) u l-ġurisprudenza (ara l-premessi 331-332). Għalhekk, il-Kummissjoni trid tivvaluta għall-perjodu ta’ estensjoni:
|
|
(442) |
Il-Kummissjoni tinnota li t-tnax-il rotta ta’ servizz pubbliku operati minn Tirrenia matul il-perjodu ta’ estensjoni huma l-istess bħal dawk inkarigati lil CIN taħt il-Konvenzjoni l-ġdida. Barra minn hekk, il-Kummissjoni diġà ddeskriviet u vvalutat is-sitwazzjoni kompetittiva fuq dawk ir-rotot matul il-perjodu ta’ estensjoni. F’dan l-isfond, il-valutazzjoni li ġejja se tiddependi fuq u tirreferi għall-partijiet rilevanti tal-valutazzjoni magħmula għall-Konvenzjoni l-ġdida aktar ’il fuq (ara t-taqsima 7.1.3.1). |
|
(443) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni l-ewwel tfakkar (ara l-premessa 152) li l-Italja imponiet l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-Konvenzjoni inizjali prinċipalment sabiex (i) tiżgura l-kontinwità territorjali bejn l-Italja kontinentali u l-gżejjer u sabiex (ii) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer ikkonċernati, permezz ta’ servizzi regolari u affidabbli tat-trasport marittimu. Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet (ara l-premessa 334) li dawn huma tabilħaqq objettivi leġittimi ta’ interess pubbliku. Barra minn hekk, għar-raġunijiet deskritti hawn fuq (ara l-premessi 335-336), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja ma għamlet l-ebda żball evidenti fid-definizzjoni tas-servizzi ta’ ġarr tal-merkanzija biss bħala SGEI. |
|
(444) |
Ir-rotot inkwistjoni kienu operati, fil-biċċa l-kbira tagħhom mingħajr tibdil, għal ħafna snin, jiġifieri tal-anqas mid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni inizjali. L-uniċi tibdiliet fl-ambitu tas-servizz matul il-perjodu ta’ estensjoni meta mqabbel mas-sitwazzjoni fl-aħħar tal-2008 (meta l-Konvenzjoni inizjali kienet inizjalment mistennija tiskadi), kienu tnaqqis f’termini tar-rotot operati taħt is-sistema tas-servizz pubbliku. B’mod partikolari:
|
|
(445) |
Sabiex juru d-domanda ġenwina mill-utenti għas-servizzi, l-awtoritajiet Taljani pprovdew statistika dettaljata li turi li fl-2009, l-ewwel sena tal-estensjoni, Tirrenia ġarret 1 181 768 passiġġier, 276 391 karozza, u kważi 3 miljun metru lineari ta’ merkanzija fuq it-tnax-il rotta ta’ servizz imħallat ikkombinati matul il-perjodi ta’ żmien rispettivi koperti mill-obbligi ta’ servizz pubbliku (jiġifieri mhux fl-eqqel staġun għal żewġ rotot). Dawn iċ-ċifri kienu ftit anqas fl-2010 (ara l-premessa 338) iżda d-differenza hija dovuta l-aktar għall-fatt li mill-2010 ir-rotta Napoli – Palermo ma baqgħatx aktar parti mill-mandat tas-servizz pubbliku fl-eqqel staġun. Wara korrezzjoni għal din id-differenza, in-numri għall-2011 qarrbu lejn dawk tal-2009 li juri li d-domanda aggregata mill-utenti kienet sinifikanti u pjuttost stabbli. |
|
(446) |
Kif indikat aktar ’il fuq (ara l-premessa 339), l-awtoritajiet Taljani pprovdew ukoll statistiki dettaljati fil-livell tar-rotot individwali għall-perjodu 2007 – 2018. Il-Kummissjoni diġà wriet (ara t-Tabella 4) li kien hemm domanda sinifikanti mill-utenti kemm għas-servizzi mħallta kif ukoll għal dawk ta’ ġarr tal-merkanzija fuq kull waħda mit-tnax-il rotta kkonċernati fl-2010. L-istess analiżi għas-snin 2009 u 2011 (157) ma pprovdiet l-ebda indikazzjoni li d-domanda mill-utenti għas-servizzi tal-mezzi ta’ trasport tul il-korp tal-ilma fuq ir-rotot ikkonċernati kienet tisparixxi. |
|
(447) |
Il-Kummissjoni tqis li l-istatistika ta’ hawn fuq turi biċ-ċar li hemm domanda ġenwina għal servizzi ta’ ġarr tal-passiġġieri u tal-merkanzija fuq kull waħda mit-tnax-il rotta ta’ servizz pubbliku inkwistjoni. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li dawn is-servizzi jindirizzaw domanda ġenwina mill-utenti u, b’hekk, jissodisfaw ħtiġijiet pubbliċi reali. |
|
(448) |
Kif spjegat aktar ’il fuq (ara l-premessa 342), il-Kummissjoni trid teżamina jekk is-servizz kienx ikun inadegwat jekk il-forniment tiegħu jitħalla biss għall-forzi tas-suq fid-dawl tar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku imposti mill-Istat Membru bis-saħħa tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali. Il-paragrafu 48 tal-Komunikazzjoni SGEI jinnota f’dan ir-rigward li “[l-]valutazzjoni tal-Kummissjoni hi limitata biss għal [...] li tiċċekkja jekk l-Istati Membri għamlux xi żball ovvju”. |
|
(449) |
Il-Kummissjoni tinnota li matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-18 ta’ Lulju 2012, fuq xi rotot li kellhom jiġu operati minn Tirrenia bl-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali, operaturi oħra offrew servizzi ta’ mezzi ta’ trasport tul korp ta’ ilma għalkemm mhux neċessarjament matul is-sena kollha u bl-istess frekwenza. Il-Kummissjoni diġà vvalutat aktar ’il fuq (ara l-premessi 343-348) għal kull waħda mir-rotot ikkonċernati jekk is-servizzi pprovduti minn operaturi oħra kinux ekwivalenti għal dawk li CIN kellha tipprovdi skont il-Konvenzjoni l-ġdida. Il-Kummissjoni tfakkar li din il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq is-sitwazzjoni kompetittiva ta’ dawk ir-rotot bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u t-18 ta’ Lulju 2012. Peress li s-servizzi li trid topera CIN huma kważi identiċi f’termini tar-rotot moqdija, tal-frekwenzi u tar-rekwiżiti tekniċi għal dawk li Tirrenia kellha twettaq matul il-perjodu tal-estensjoni, il-konklużjoni tal-Kummissjoni (ara l-premessa 348) li l-forzi tas-suq waħedhom ma kinux biżżejjed sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku hija valida wkoll għal Tirrenia matul il-perjodu tal-estensjoni kollu kemm hu. Tabilħaqq, fuq numru ta’ rotot, Tirrenia kienet l-uniku operatur filwaqt li fuq ir-rotot l-oħra s-servizzi pprovduti minn operaturi oħra ma kinux ekwivalenti f’termini ta’ kontinwità, ta’ regolarità, ta’ kapaċità u ta’ kwalità u, għalhekk, ma kinux jissodisfaw bis-sħiħ il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku imposti fuq Tirrenia permezz tal-Konvenzjoni inizjali (kif estiża). |
|
(450) |
Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-privatizzazzjoni ppjanata u sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi pubbliċi li kienu operati taħt il-Konvenzjoni inizjali, l-Italja ddeċidiet li testendi din il-Konvenzjoni mingħajr tibdil (bl-eċċezzjonijiet limitati deskritti fil-premessa 444 u soġġetta għat-tibdil fil-metodoloġija tal-kumpens applikabbli mill-2010 ’il quddiem). Il-Kummissjoni taċċetta li d-domanda mill-utenti (kif deskritt aktar ’il fuq, ara l-premessi 445-446) ma setgħetx tiġi ssodisfata billi jiġu imposti obbligi ta’ servizz pubbliku applikabbli għall-operaturi kollha li jaqdu r-rotot inkwistjoni. B’mod partikolari, fuq diversi rotot, Tirrenia kienet l-uniku operatur (ara eż. il-premessa 345) u fejn dan ma kienx il-każ, l-offerta pprovduta mill-operaturi l-oħra ma ssodisfatx ir-rekwiżiti (kollha) ta’ regolarità, ta’ kontinwità u ta’ kwalità. Barra minn hekk, l-operat tal-biċċa l-kbira tar-rotot (jekk mhux kollha), speċjalment fl-istaġun kwiet, jagħmel it-telf, u għalhekk, mingħajr kumpens għas-servizz pubbliku, x’aktarx li dawn ma jiġux operati affattu. Ecorys waslet għal konklużjoni simili fir-rapport tagħha (ara l-premessa 98). Barra minn hekk, il-Kummissjoni taċċetta li fid-dawl tal-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ Tirrenia, l-estensjoni tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku eżistenti kienet l-uniku mod kif tiġi ggarantita l-kontinwità tas-servizzi pubbliċi sat-tlestija ta’ dik il-privatizzazzjoni. |
|
(451) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja ma għamlet l-ebda żball evidenti meta ddefinixxiet is-servizzi inkarigati lil Tirrenia bħala SGEI. B’hekk, id-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012 huma eliminati. |
7.3.1.3.
|
(452) |
Kif indikat fit-taqsima 2.3 tal-Qafas SGEI tal-2011, il-kunċett ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali fis-sens tal-Artikolu 106 TFUE jfisser li l-impriża inkwistjoni ġiet inkarigata bl-operat tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali permezz ta’ att uffiċjali wieħed jew aktar. |
|
(453) |
Dawn l-atti jridu jispeċifikaw, b’mod partikolari:
|
|
(454) |
Fid-Deċiżjoni tagħha tal-2011 u tal-2012, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-att ta’ inkarigu kienx jipprovdi għal deskrizzjoni komprensiva tan-natura tal-obbligi ta’ servizz pubbliku ta’ Tirrenia matul il-perjodu tal-estensjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni enfasizzat li ma kien ġie adottat l-ebda pjan ta’ ħames snin għall-perjodu 2005–2008 kif stabbilit mill-Konvenzjoni inizjali. Minkejja dan, il-Kummissjoni fakkret ukoll li elementi differenti tal-inkarigu jistgħu jiddaħħlu f’diversi atti mingħajr ma tiġi ddubitata l-adegwatezza tad-definizzjoni tal-obbligi. Matul il-perjodu tal-estensjoni, l-att ta’ inkarigu ta’ Tirrenia inkluda l-Konvenzjoni inizjali (kif emendata u estiża maż-żmien), il-pjanijiet ta’ ħames snin, sensiela ta’ deċiżjonijiet ad hoc mill-awtoritajiet Taljani, id-Direttiva CIPE u l-Liġi tal-2009. |
|
(455) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li l-Konvenzjoni inizjali (kif emendata maż-żmien), li tifforma l-qalba tal-att ta’ inkarigu ta’ Tirrenia, baqgħet applikabbli bis-sħiħ sat-tlestija tal-privatizzazzjoni fuq il-bażi ta’ sensiela ta’ Digrieti Amministrattivi (ara l-premessa 432). Dawn id-dokumenti jispeċifikaw li Tirrenia ġiet inkarigata b’obbligi ta’ servizz pubbliku sat-tlestija tal-privatizzazzjoni. |
|
(456) |
Skont il-Konvenzjoni inizjali, il-pjanijiet ta’ ħames snin jispeċifikaw ir-rotot u l-portijiet li għandhom jiġu serviti, it-tip u l-kapaċità tal-bastimenti li għandhom jintużaw għall-konnessjonijiet marittimi inkwistjoni, il-frekwenza tas-servizz u n-nollijiet li għandhom jitħallsu, inklużi nollijiet sussidjati, b’mod partikolari għar-residenti tar-reġjuni gżejjer. Filwaqt li l-pjan għall-perjodu 2005-2008 ma ġiex adottat formalment, il-pjan għall-perjodu 2000-2004 (approvat bid-Digriet Ministerjali tal-20 ta’ Settembru 2001) kompla japplika soġġett għal għadd ta’ tibdiliet ad hoc (ara l-premessa 33) deċiżi mill-gvern (normalment mill-Ministru jew mill-Konferenza Interdipartimentali (158)). Dawn it-tibdiliet illimitaw prinċipalment il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku maż-żmien (eż. billi twaqqfu ċerti rotot, inklużi t-tibdiliet deskritti fil-premessa 444) filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-obbligi tal-pjan tal-2000-2004 (li jirrifletti bis-sħiħ l-impenji meħudamill-Italja fil-kuntest tad-Deċiżjoni tal-2001) baqgħet fis-seħħ mingħajr tibdil. Għalhekk, sakemm ma tteħditx deċiżjoni sabiex jinbidel element speċifiku (eż. rotta, frekwenza, tip ta’ bastiment) tal-pjan tal-2000-2004, id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-pjan komplew japplikaw b’mod sħiħ matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-18 ta’ Lulju 2012. Qabel l-2009, l-iskema oriġinali tan-nollijiet prevista fil-Konvenzjoni inizjali ġiet emendata b’għadd ta’ atti sussegwenti. Madankollu, matul il-perjodu ta’ estensjoni sħiħ, ma nħareġ l-ebda digriet interministerjali sabiex jiġu emendati b’mod ulterjuri n-nollijiet li għandhom jintalbu mill-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group, inkluża Tirrenia. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-obbligi ta’ servizz pubbliku li Tirrenia kellha tikkonforma magħhom matul il-perjodu tal-estensjoni kienu ddefiniti b’mod ċar biżżejjed. |
|
(457) |
Il-Kummissjoni diġà nnotat fil-premessi 239 u 240 tad-Deċiżjoni tal-2011 li l-parametri meħtieġa għall-kalkolu tal-ammont tal-kumpens ġew stabbiliti minn qabel u huma deskritti b’mod ċar. B’mod partikolari, għas-sena 2009 il-Konvenzjoni inizjali (ara l-premessi 38-40) fiha lista eżawrjenti u preċiża tal-elementi tal-kost li għandhom jitqiesu kif ukoll il-metodoloġija tal-kalkolu tar-redditu fuq il-kapital investit għall-operatur. Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-18 ta’ Lulju 2012, il-metodoloġija rilevanti hija stipulata fid-Direttiva CIPE (ara l-premessa 41 et seq.). B’mod aktar speċifiku, id-Direttiva CIPE tagħti dettalji dwar l-elementi tal-kost li ġew ikkunsidrati u r-redditu fuq il-kapital investit. Fl-aħħar nett, il-Liġi tal-2009 tinkludi l-ammont massimu tal-kumpens ta’ EUR 72 685 642 li japplika mill-2010 ’il quddiem. Barra minn hekk, il-Konvenzjoni inizjali stabbiliet li l-kumpens ikun imħallas f’pagamenti parzjali u żgurat li l-kumpens kien ibbażat fuq il-kostijiet u d-dħul reali mġarrba għall-provvista tas-servizz pubbliku. B’dan il-mod, il-kumpens żejjed seta’ jiġi osservat u faċilment evitat. Fejn applikabbli, imbagħad l-Istat seta’ jirkupra l-kumpens żejjed mingħand Tirrenia. |
|
(458) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li għall-perjodu tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali, l-atti ta’ inkarigu stipulaw definizzjoni ċara tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, id-durata, l-impriża u t-territorju kkonċernati, il-parametri għall-kalkolu, għall-kontroll u għar-rieżami tal-kumpens, u l-arranġamenti sabiex jiġi evitat u jitħallas lura kwalunkwe kumpens żejjed kif meħtieġ skont il-Qafas SGEI tal-2011. |
7.3.1.4.
|
(459) |
Kif indikat fil-paragrafu 17 tal-Qafas SGEI tal-2011, “It-tul tal-perjodu tal-inkarigu għandu jiġi ġustifikat b’referenza għall-kriterji oġġettivi bħall-bżonn li jiġu amortizzati assi fissi mhux trasferibbli. Fil-prinċipju, it-tul tal-perjodu tal-inkarigu m’għandux jaqbeż il-perjodu meħtieġ għad-deprezzament tal-assi l-iżjed sinifikanti meħtieġa biex jiġi pprovdut l-SGEI.” |
|
(460) |
L-Italja sostniet li d-durata tal-estensjoni hija konformi mal-perjodu meħtieġ għad-deprezzament tal-assi l-aktar sinifikanti użati fil-provvista tal-SGEI. B’mod partikolari, id-durata totali tal-Konvenzjoni inizjali kif estiża jammonta għal ftit aktar minn 23.5 sena. Il-bastimenti użati minn Tirrenia għall-operat tas-servizz pubbliku għandhom ħajja utli (159) ta’ 30 sena (għal vapuri bil-mutur) u ta’ 20 sena (għal inġenji tal-passiġġieri b’veloċità għolja) u jiddeprezzaw matul dan il-perjodu. Barra minn hekk, l-Italja fakkret li l-estensjoni mill-1 ta’ Jannar 2009 għat-18 ta’ Lulju 2012 kienet meħtieġa sabiex tiżgura l-kontinwità tas-servizz pubbliku sat-tlestija tal-privatizzazzjoni. |
|
(461) |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-durata tal-perjodu ta’ inkarigu hija ġġustifikata biżżejjed u, għalhekk, li l-paragrafu 17 tal-Qafas SGEI tal-2011 huwa rrispettat. |
7.3.1.5. (160)
|
(462) |
Skont il-paragrafu 18 tal-Qafas SGEI tal-2011, “[l-]għajnuna ser titqies kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat biss fejn l-impriża tikkonforma, fejn applikabbli, mad-Direttiva 2006/111/KE”. |
|
(463) |
Barra minn hekk, il-paragrafu 44 tal-Qafas SGEI tal-2011 jirrikjedi li: “Fejn impriża twettaq attivitajiet li jaqgħu kemm ġewwa kif ukoll barra mill-ambitu tal-SGEI, il-kontijiet interni jridu juru separatament l-ispejjeż u d-dħul assoċjati mal-SGEI u dawk tas-servizzi l-oħra li huma konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 31.” |
|
(464) |
L-Italja fakkret li l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-2001 kien jeħtieġ li Tirrenia tibda toħroġ kontijiet separati għal kull rotta mill-1 ta’ Jannar 2001 ’il quddiem. Bl-istess mod, l-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni tal-2004 kien jeħtieġ li Adriatica (li ġiet fuża ma’ Tirrenia fl-2004) iżżomm kontijiet separati għal kull waħda mir-rotot tagħha mill-1 ta’ Jannar 2004 ’il quddiem. Fil-kuntest tad-Deċiżjoni tal-2001 u fuq talba tal-Kummissjoni, PriceWaterhouseCoopers (“PWC”) ħejjiet studju li jirriproduċi l-kontijiet analitiċi ta’ Tirrenia għall-perjodu 1992-1999. F’dak il-kuntest, PWC ħarġet opinjoni li tikkonferma li l-metodoloġija użata sabiex jitħejjew dawn il-kontijiet kienet xierqa u konformi mal-prattika kontabilistika applikabbli. Skont l-Italja, Tirrenia u Adriatica komplew jipproduċu l-kontijiet analitiċi tagħhom fuq din il-bażi u, għalhekk, ikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-2001 u tal-2004. Għall-perjodu ta’ żmien taħt valutazzjoni, l-Italja ssottomettiet ukoll il-kontijiet rotta b’rotta ta’ Tirrenia għas-snin 2009, 2010 u 2011 bħala evidenza. |
|
(465) |
Għas-sena 2012, il-kontijiet rotta b’rotta tfasslu minn CIN mill-mument li hija bdiet topera s-servizz (skont l-obbligi tagħha taħt il-Konvenzjoni l-ġdida). Il-Kummissarju Straordinarju ma ħejjiex dawn il-kontijiet għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-18 ta’ Lulju 2012 peress li t-tlestija tal-privatizzazzjoni kienet imminenti. Madankollu, matul l-2012, il-Kummissarju Straordinarju ppreżentat rapporti finanzjarji trimestrali ġenerali matul l-2012 lill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku. L-awtoritajiet Taljani ssottomettew dawn ir-rapporti bħala evidenza. Il-Kummissjoni tqis li dawn ir-rapporti huma biżżejjed sabiex juru li l-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti lil Tirrenia f’EA ma kienx ikopri kompletament il-kost nett tas-servizz pubbliku u, għalhekk, kien jeskludi wkoll kwalunkwe sussidjar reċiproku possibbli (ara wkoll il-premessa 472). Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li ntlaħqu ż-żewġ objettivi ewlenin tas-separazzjoni tal-kontijiet, jiġifieri li jiġu evitati l-kumpens żejjed u s-sussidjar reċiproku. |
|
(466) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq u b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanza speċifika tal-privatizzazzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 18 u 44 tal-Qafas SGEI tal-2011 ġew irrispettati. |
7.3.1.6.
|
(467) |
Il-paragrafu 21 tal-Qafas SGEI tal-2011 jiddikjara li “[l-]ammont ta’ kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-ispiża netta [...] għall-eżekuzzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku, inkluż profitt raġonevoli”. |
|
(468) |
F’dan il-każ, minħabba li tal-anqas parti mill-kumpens tikkostitwixxi għajnuna illegali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ (161) tiegħu, il-paragrafu 69 tal-Qafas SGEI tal-2011 jipprovdi speċifikament li, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, l-użu tal-metodoloġija tal-kostijiet netti evitati mhuwiex meħtieġ. Minflok, jistgħu jintużaw metodi alternattivi għall-kalkolu tal-kost nett meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, bħall-metodoloġija bbażata fuq l-allokazzjoni tal-kostijiet. Skont din l-aħħar metodoloġija, il-kost nett jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn il-kostijiet u d-dħul mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, kif speċifikat u stmat fl-att ta’ inkarigu. Il-paragrafi 28 sa 38 tal-Qafas SGEI tal-2011 jistabbilixxu f’aktar dettall kif jenħtieġ li tiġi applikata din il-metodoloġija. |
|
(469) |
Fid-Deċiżjoni tagħha tal-2011 u tal-2012, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi jekk l-ammont ta’ kumpens kienx proporzjonat peress li kien għad għandha dubji rigward il-kwalifika ta’ wħud mis-servizzi pubbliċi inkarigati lil Tirrenia bħala SGEI ġenwin. Dawk id-dubji ġew indirizzati fit-taqsima 7.3.1.2. Madankollu, il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar il-primjum tar-riskju ta’ 6,5 %, li kien japplika mill-2010 ’il quddiem. B’mod partikolari, il-Kummissjoni staqsiet jekk dan il-primjum kienx jirrifletti livell xieraq ta’ riskju, meta wieħed iqis li prima facie Tirrenia ma kinitx tidher li qed tassumi r-riskji normalment imġarrba fl-operat ta’ dawn is-servizzi. |
|
(470) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tfakkar li fid-Deċiżjoni tal-2011 hija kienet tal-fehma preliminari li Tirrenia setgħet kienet ikkumpensata żżejjed għat-twettiq tal-kompiti ta’ servizz pubbliku mill-2010 ’il quddiem biss. Anke jekk il-Kummissjoni ma esprimietx dubji bħal dawn għas-sena 2009, l-awtoritajiet Taljani pprovdew il-kalkolu tal-ammont tal-kumpens għall-2009 (jiġifieri EUR 80 miljun) li ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-metodoloġija stabbilita fil-Konvenzjoni inizjali. Ta’ min isemmi li Tirrenia kienet talbet madwar EUR 93.1 miljun iżda li l-Italja kienet irrifjutat uħud mill-kostijiet peress li ma kinux eliġibbli skont dik il-metodoloġija. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li Tirrenia ma ngħatatx kumpens żejjed għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha fl-2009. |
|
(471) |
Mill-2010 ’il quddiem, fil-prinċipju l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % kien jiġi applikat sabiex jiġi ddeterminat ir-redditu fuq il-kapital bl-użu tal-formula tad-WACC. Madankollu, kif diġà spjegat aktar ’il fuq (ara l-premessa 362), l-Italja ċċarat li, minħabba li l-ammont tal-kumpens huwa limitat bil-Liġi tal-2009, ġie deċiż li l-kalkolu jiġi ssimplifikat billi tiġi applikata rata fissa ta’ 6,5 % tar-redditu fuq il-kapital. Barra minn hekk, l-Italja indikat li minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tagħha, fil-5 ta’ Awwissu 2010 Tirrenia kellha tiddaħħal f’Amministrazzjoni Straordinarja. Skont l-Italja, kien impossibbli li jiġi kopert kompletament il-kost nett (jiġifieri l-kostijiet nieqes id-dħul) tas-servizz pubbliku bl-ammont massimu tal-kumpens stabbilit mil-Liġi tal-2009. Għalhekk, Tirrenia ma kinitx tirċievi redditu fuq il-kapital matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u t-18 ta’ Lulju 2012. |
|
(472) |
Fuq il-bażi tal-kontijiet rotta b’rotta mibgħuta mill-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni setgħet tivverifika li kemm fl-2010 kif ukoll fl-2011, il-kost nett tas-servizzi pubbliċi (mingħajr ma jitqies kwalunkwe redditu fuq il-kapital) operati minn Tirrenia qabeż l-ammont massimu tal-kumpens ta’ EUR 72 685 642. Għaldaqstant, tabilħaqq Tirrenia ma rċiviet ebda redditu fuq il-kapital f’dawk is-snin. Għall-ewwel nofs tal-2012, il-kontijiet trimestrali mħejjija mill-Kummissarju Straordinarju juru biċ-ċar li anki b’kunsiderazzjoni tal-parti pro rata tal-ammont tal-kumpens massimu stabbilit bil-Liġi tal-2009, ir-riżultat operazzjonali ta’ Tirrenia (162) (jiġifieri qabel il-kostijiet straordinarji) kien negattiv. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li anki fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-18 ta’ Lulju 2012, Tirrenia ma rċiviet l-ebda redditu fuq il-kapital. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tikkonkludi li Tirrenia ma rċiviet l-ebda kumpens żejjed matul il-perjodu tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali. |
|
(473) |
Il-paragrafu 49 tal-Qafas SGEI tal-2011 jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-kumpens mogħti għall-operat tal-SGEI ma jirriżultax fir-riċevuta ta’ kumpens żejjed mill-impriżi (kif iddefinit fil-paragrafu 47 ta’ dak il-Qafas). Fost l-oħrajn, l-Istati Membri jridu jipprovdu evidenza fuq talba mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, iridu jwettqu kontrolli regolari, jew jiżguraw li tali kontrolli jitwettqu, fi tmiem il-perjodu ta’ inkarigu u, fi kwalunkwe każ, f’intervalli ta’ mhux aktar minn tliet snin. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Taljani pprovdew l-evidenza meħtieġa kif deskritt aktar ’il fuq (ara l-premessi 464-465). Tabilħaqq, kull sena Tirrenia ssottomettiet il-kontijiet rotta b’rotta lill-ministeru superviżorju li jippermettu lil dan tal-aħħar jirrieżamina l-ammont tal-kumpens. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-kumpens jitħallas f’pagamenti parzjali (ara l-premessa 36) u li l-ħlas finali jsir fuq il-bażi tal-kostijiet u tad-dħul attwali tas-sena. Dan jiżgura li l-ammont tal-kumpens ma jaqbiżx il-kostijiet netti tas-servizz (li fil-prinċipju jiżdied magħhom redditu fuq il-kapital, anke jekk fil-prattika dan ma kienx il-każ fil-perjodu li qed jiġi vvalutat). Għall-finijiet ta’ kompletezza, il-Kummissjoni tinnota li mill-5 ta’ Awwissu 2010 ’il quddiem, il-preżenza tal-Kummissarju Straordinarju maħtur mill-Istat Taljan, ipprovdiet salvagwardja oħra kontra l-kumpens żejjed. Il-Kummissjoni tqis li dawn il-miżuri huma biżżejjed sabiex jevitaw u jidentifikaw kwalunkwe kumpens żejjed possibbli. |
|
(474) |
Fuq il-bażi tal-elementi deskritti aktar ’il fuq (ara l-premessi 467-473), il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rekwiżiti applikabbli tat-taqsima 2.8 (Ammont tal-kumpens) tal-Qafas SGEI tal-2011 huma ssodisfati. |
7.3.1.7.
|
(475) |
Il-paragrafu 21 tal-Artikolu 19-ter tal-Liġi tal-2009 jispeċifika b’mod ċar li l-prijorità tal-irmiġġ hija meħtieġa sabiex tiġi ggarantita l-kontinwità territorjali mal-gżejjer u fid-dawl tal-obbligi ta’ servizz pubbliku tal-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group, li jinkludi lil Tirrenia. KLieku ma kien hemm l-ebda rmiġġ ta’ prijorità għall-kumpaniji inkarigati bl-obbligi ta’ servizz pubbliku, dawn jistgħu (xi drabi) ikollhom jistennew wara min imisshom sabiex jittrakkaw u, għalhekk, iġarrbu dewmien, li jmur kontra l-iskop li tiġi żgurata konnettività affidabbli u konvenjenti għaċ-ċittadini. Skeda ta’ żmien regolari hija tabilħaqq meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ mobbiltà tal-popolazzjoni tal-gżejjer u sabiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer ikkonċernati. Barra minn hekk, peress li hemm obbligi speċifiċi għall-iskedar tal-ħin fil-Konvenzjoni inizjali (kif estiża) għat-tluq tar-rotot tas-servizz pubbliku, il-prijorità tal-irmiġġ tgħin sabiex tiżgura li l-portijiet jallokaw l-irmiġġi u l-ħinijiet tal-irmiġġ b’tali mod li jippermettu lill-operatur tas-servizz pubbliku jirrispetta l-obbligi tiegħu ta’ servizz pubbliku. |
|
(476) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li din il-miżura tingħata sabiex Tirrenia tkun tista’ twettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha li jikkostitwixxu SGEI ġenwin (ara l-premessa 449). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li l-prijorità tal-irmiġġ hija applikabbli biss għas-servizzi pprovduti taħt is-sistema tas-servizz pubbliku (u pereżempju mhux meta Tirrenia topera rotot fuq bażi kummerċjali matul l-eqqel staġun). Il-Kummissjoni diġà vvalutat fid-dettall (ara l-premessi 440-474) il-kompatibbiltà tal-SGEI u tal-kumpens relatat għal Tirrenia matul l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali. B’hekk, il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tagħha tal-prijorità tal-irmiġġ tista’ tkun limitata sabiex tistabbilixxi jekk din il-miżura tistax twassal għal kumpens żejjed jew le. |
|
(477) |
Il-Kummissjoni tinnota l-argumenti mressqa mill-Italja li kwalunkwe vantaġġ monetarju possibbli mill-prijorità tal-irmiġġ ikun limitat (ara l-premessa 191). B’riżultat ta’ dan, ir-riskju ta’ kumpens żejjed li jirriżulta minn din il-miżura jkun limitat. Barra minn hekk, sa fejn din il-miżura tkun tnaqqas il-kostijiet operatorji jew iżżid id-dħul tal-operatur tas-servizz pubbliku, dawn l-effetti jkunu riflessi bis-sħiħ fil-kontijiet interni tal-operatur. Għalhekk, il-kontrolli tal-kumpens żejjed li ġew applikati għal Tirrenia kif deskritt aktar ’il fuq (ara t-taqsima 7.3.1.6) huma adattati wkoll jiġi identifikat kwalunkwe kumpens żejjed possibbli li jirriżulta mill-prijorità tal-irmiġġ. |
|
(478) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prijorità tal-irmiġġ, li hija marbuta b’mod inseparabbli mal-SGEI mwettaq minn Tirrenia, hija wkoll kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) TFUE u tal-Qafas SGEI tal-2011 |
7.3.1.8.
|
(479) |
Kif spjegat aktar ’il fuq (ara l-premessa 436), it-traffiku annwali medju matul is-sentejn finanzjarji ta’ qabel dik li fiha l-SGEI kien assenjat kien jaqbeż it-300 000 passiġġier fuq ir-rotot Napoli – Palermo, Civitavecchia – Olbia u Genova – Porto Torres. Għad-disa’ rotot li jifdal (163) operati minn Tirrenia taħt il-Konvenzjoni inizjali, kif estiża, dan il-limitu ma nqabiżx. Għalhekk, għal dawn id-disa’ rotot ir-rekwiżit tal-Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2005 huwa ssodisfat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2005 li jirrikjedi konformità mar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu huwa ssodisfat ukoll (164). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-disa’ rotot li jifdal jistgħu jiġu vvalutati fuq il-bażi tad-Deċiżjoni SGEI tal-2005. |
|
(480) |
Il-Kummissjoni diġà stabbiliet aktar ’il fuq (ara t-taqsima 7.3.1.3) li għall-perjodu tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali, l-atti ta’ inkarigu stipulaw definizzjoni ċara tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, id-durata, l-impriża u t-territorju kkonċernati, il-parametri għall-kalkolu, għall-kontroll u għar-rieżami tal-kumpens, u l-arranġamenti sabiex jiġi evitat u jitħallas lura kwalunkwe kumpens żejjed. Għalhekk, għad-disa’ rotot li jifdal, l-Artikolu 4 (Inkarigu) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2005 huwa rrispettat. |
|
(481) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet (ara t-taqsima 7.3.1.6) li i) Tirrenia ma rċiviet l-ebda kumpens żejjed matul il-perjodu ta’ estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali u li l-awtoritajiet Taljani wettqu kontrolli regolari sabiex jevitaw kumpens żejjed lil Tirrenia. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ssib li anki l-Artikolu 5 (Kumpens) u l-Artikolu 6 (Kontroll tal-kumpens żejjed) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2005 huma rrispettati għad-disa’ rotot li jifdal. |
|
(482) |
Minħabba r-rabta mill-qrib mat-twettiq tas-servizz pubbliku u fid-dawl tal-valutazzjoni aktar ’il fuq (ara t-taqsima 7.3.1.7), anki l-prijorità tal-irmiġġ mogħtija għall-operat tad-disa’ rotot li jifdal tikkonforma mad-Deċiżjoni SGEI tal-2005. |
7.3.1.9.
|
(483) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni fil-premessi 432-474, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens mogħti lil Tirrenia għall-provvista tas-servizzi marittimi soġġetti għall-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-18 ta’ Lulju 2012 jikkonforma mal-kundizzjonijiet applikabbli tal-Qafas SGEI tal-2011 u, għalhekk, huwa kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106 TFUE. |
|
(484) |
Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni fil-premessi 479-481 li l-kumpens mogħti lil Tirrenia u l-prijorità tal-irmiġġ għall-operat ta’ disa’ rotot (165) matul il-perjodu ta’ estensjoni huma wkoll kompatibbli mas-suq intern u eżentati mill-obbligu ta’ notifika minn qabel skont id-Deċiżjoni SGEI tal-2005. |
7.3.2. L-estensjoni illegali tal-għajnuna ta’ salvataġġ lil Tirrenia
|
(485) |
Fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-2010, l-għajnuna għas-salvataġġ lil Tirrenia, peress li hija limitata għall-perjodu ta’ sitt xhur li skada fit-28 ta’ Awwissu 2011, kienet kompatibbli mas-suq intern. Madankollu, f’konformità mal-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, l-Italja kienet meħtieġa tikkomunika lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur, jew (i) prova li s-self ġie rimborżat kollu u/jew li l-garanzija ġiet itterminata jew (ii) pjan ta’ ristrutturar (jew ta’ likwidazzjoni). |
|
(486) |
Il-garanzija ġiet eżerċitata fil-11 ta’ Lulju 2011 u Tirrenia ħallset lura l-ammont sħiħ dovut lill-Istat mhux qabel it-18 ta’ Settembru 2012 (ara l-premessa 59). Għalhekk, l-Italja ma setgħetx tagħti prova li s-self tħallas lura kollu u/jew li l-garanzija ġiet itterminata matul il-perjodu ta’ sitt xhur li skada fit-28 ta’ Awwissu 2011. |
|
(487) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Italja (ara t-taqsima 4.2) matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, pjan ta’ likwidazzjoni għal Tirrenia kien disponibbli fuq is-sit web ta’ Tirrenia f’EA qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur previst mil-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Barra minn hekk, l-Italja targumenta li f’kull ħin hija żammet lill-Kummissjoni aġġornata dwar il-progress tal-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. |
|
(488) |
L-informazzjoni fil-fajl tal-każ tal-Kummissjoni tikkonferma li l-awtoritajiet Taljani tabilħaqq aġġornaw lill-Kummissjoni dwar il-privatizzazzjoni li kienet għaddejja dak iż-żmien tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia. Barra minn hekk, l-Italja kkonfermat ukoll l-intenzjoni ta’ Tirrenia li tħallas lura l-għajnuna għas-salvataġġ qabel ma tgħaddi d-data ta’ skadenza ta’ sitt xhur billi tuża r-rikavati minn din il-privatizzazzjoni. Madankollu, l-awtoritajiet Taljani ma ppreżentawx formalment lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni. Il-Kummissjoni ma kinitx konxja f’dak iż-żmien li pjan ta’ likwidazzjoni kien ġie ppubblikat fuq is-sit web ta’ Tirrenia f’EA. Barra minn hekk, il-fatt li l-Kummissjoni ġiet informata dwar il-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia ma jistax jissostitwixxi s-sottomissjoni formali ta’ pjan ta’ likwidazzjoni. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni trid tingħata l-opportunità li tivvaluta jekk il-pjan ta’ likwidazzjoni jikkonformax mal-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar u, għalhekk, dan kellu jiġi ppreżentat formalment mill-Italja. |
|
(489) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fil-5 ta’ Ottubru 2011 hija kienet bagħtet ittra li fiha talbet lill-Italja tikkonferma li kienet ikkonformat mar-rekwiżiti tal-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar u mad-Deċiżjoni tal-2010. Il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ tfakkira lill-Italja fit-28 ta’ Novembru 2011 u rċiviet risposta mill-awtoritajiet Taljani fit-12 ta’ Diċembru 2011. Għalhekk, fir-rigward tat-tħassib tal-Kummissjoni, sa din l-aħħar data (u għalhekk wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt xhur) l-Italja ma kinitx issottomettiet (i) prova li s-self kien tħallas lura kollu u/jew li l-garanzija kienet ġiet itterminata jew (ii) pjan ta’ ristrutturar (jew ta’ likwidazzjoni). |
|
(490) |
Fit-tweġiba tagħha għall-ittra tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2011, l-Italja kkonfermat li l-intenzjoni kienet li jitħallas lura qabel it-28 ta’ Awwissu 2011 iżda li l-proċess ta’ privatizzazzjoni kien ġie ttardjat minħabba l-ħtieġa li tinkiseb approvazzjoni tal-fużjoni mill-Kummissjoni. Għalhekk, peress li r-rikavati mill-privatizzazzjoni kienu meħtieġa sabiex isir il-ħlas lura lill-Istat, dan ir-ripagament ma setax isir qabel l-iskadenza tat-28 ta’ Awwissu 2011. Il-Kummissjoni tinnota li fl-ittra tagħhom tat-12 ta’ Diċembru 2011, l-awtoritajiet Taljani ma għamlu l-ebda referenza għall-pjan ta’ likwidazzjoni ta’ Tirrenia li, skont is-sottomissjonijiet li bagħtu aktar tard, diġà kellhom ikunu disponibbli pubblikament qabel it-28 ta’ Awwissu 2011. Minflok, l-Italja ppruvat tispjega biss għaliex ir-ripagament ma setax isir qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt xhur. Madankollu, kieku l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni lill-Kummissjoni qabel it-28 ta’ Awwissu 2011, ma kienx ikollhom għalfejn jipprovdu dawn l-ispjegazzjonijiet. Il-Kummissjoni tieħu dan bħala prova ulterjuri li l-Italja ma kinitx issottomettiet pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni fi żmien il-perjodu ta’ sitt xhur meħtieġ. |
|
(491) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, anke jekk il-Kummissjoni kienet taf bil-proċess ta’ privatizzazzjoni iżda mhux bi pjan dettaljat ta’ likwidazzjoni, l-Italja ma rrispettatx l-impenn tagħha fid-Deċiżjoni tal-2010 li tikkomunika lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar (jew ta’ likwidazzjoni) fi żmien sitt xhur wara li tkun ġiet awtorizzata l-għajnuna għas-salvataġġ. Bħala riżultat ta’ dan, mill-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt xhur fit-28 ta’ Awwissu 2011, l-għajnuna għas-salvataġġ trid titqies bħala għajnuna illegali u inkompatibbli. Il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għas-salvataġġ estiża illegalment ma tistax tinstab kompatibbli għal raġunijiet oħra minħabba li la tikkonforma mal-kundizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar u lanqas ma’ dawk tal-Qafas SGEI tal-2011 (166). |
|
(492) |
Tabilħaqq, f’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna għas-salvataġġ estiża illegalment ma ngħatatx għal servizz ġenwin u ddefinit b’mod korrett ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif meħtieġ mill-paragrafu 12 tal-Qafas SGEI tal-2011. Tirrenia diġà kienet tirċievi kumpens għall-operat tas-servizzi pubbliċi fuq il-bażi tal-Konvenzjoni inizjali (kif estiża) filwaqt li l-għajnuna għas-salvataġġ ġiet innotifikata u approvata bħala miżura ta’ għajnuna għas-salvataġġ temporanja u mhux bħala kumpens għall-provvista ta’ SGEI. Għalhekk, ma tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Qafas SGEI tal-2011. |
|
(493) |
Fil-kuntest ta’ dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota b’mod pożittiv li Tirrenia f’EA diġà ħallset lura ammont ta’ EUR 25 852 548.93 fit-18 ta’ Settembru 2012. Dan il-pagament qabeż l-ammont ta’ EUR 25 203 063.89 dovut lill-Istat fil-11 ta’ Lulju 2011. Madankollu, peress li l-għajnuna għas-salvataġġ estiża illegalment instabet li mhijiex kompatibbli, ir-ripagament irid jinkludi tal-anqas ammont daqs l-imgħax ta’ rkupru applikabbli. Jekk l-imgħax imħallas minn Tirrenia f’EA ma kienx biżżejjed, ikun għad irid jiġi rkuprat l-ammont tal-imgħax li jifdal. |
7.3.3. L-użu possibbli ta’ fondi sabiex jiġu aġġornati l-vapuri għal skopijiet ta’ likwidità
|
(494) |
Minħabba li l-użu possibbli tal-fondi sabiex jiġu aġġornati l-vapuri għal skopijiet ta’ likwidità jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-kompatibbiltà tiegħu għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dak l-Artikolu u tal-Artikolu 106(2) TFUE. |
|
(495) |
Il-Kummissjoni tinnota li Tirrenia kienet tikkwalifika bħala impriża f’diffikultà tal-anqas mill-5 ta’ Awwissu 2010, id-data li fiha ġiet ammessa għall-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja. Fl-istess data, ġie adottat id-Digriet Amministrattiv li ppermetta l-użu tal-miżura. Skont l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, il-fondi ntużaw għall-ewwel darba għall-finijiet ta’ likwidità fit-12 ta’ Awwissu 2010 meta Banca Carige użat EUR 4 657 005,35 sabiex tpaċi żewġ djun dovuti lilha minn Tirrenia (ara l-premessa 110). Għalhekk, fil-prinċipju, din il-miżura trid tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. |
|
(496) |
Anki jekk din il-miżura ngħatat qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar fl-1 ta’ Awwissu 2014, skont il-paragrafu 139 ta’ dawk il-Linji Gwida, meta teżamina l-għajnuna lill-fornituri tal-SGEI f’diffikultà, bħal Tirrenia, il-Kummissjoni tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, irrispettivament mid-data li fiha ngħatat l-għajnuna. |
|
(497) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-użu possibbli ta’ fondi għall-aġġornar tal-bastimenti għal skopijiet ta’ likwidità qatt ma ġie nnotifikat mill-Italja, għall-kuntrarju tal-miżura ta’ għajnuna għas-salvataġġ approvata fid-Deċiżjoni tal-2010. Barra minn hekk, fi kwalunkwe każ, Tirrenia ma ħallsitx lura lill-Istat il-fondi sabiex taġġorna l-vapuri, użati għal skopijiet ta’ likwidità, fi żmien il-perjodu ta’ sitt xhur stabbilit fil-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Fl-aħħar nett, kif spjegat hawn fuq (ara t-taqsima 7.3.2), l-Italja ma ssottomettietx lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar jew pjan ta’ likwidazzjoni għal Tirrenia. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-użu ta’ fondi sabiex jiġu aġġornati l-vapuri għal skopijiet ta’ likwidità ma jistax jitqies bħala għajnuna kompatibbli għar-ristrutturar fuq il-bażi tal-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. |
|
(498) |
Fejn, permezz tal-paragrafu 9 tal-Qafas SGEI, il-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibbiltà skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ għajnuna mogħtija lil fornituri tal-SGEI f’diffikultà qabel il-31 ta’ Jannar 2012, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Qafas SGEI tal-2011, tali għajnuna titqies kompatibbli mas-suq intern jekk tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Qafas SGEI, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 9, 14, 19, 20, 24, 39 u 60 tiegħu (167). |
|
(499) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li, skont il-miżura preżenti, Tirrenia setgħet biss tagħmel użu temporanju mill-fondi sabiex tkopri l-ħtiġijiet ta’ likwidità tagħha. Tabilħaqq, Tirrenia kienet meħtieġa tissostitwixxi dawn il-fondi ddedikati, sabiex ikunu jistgħu jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom, jiġifieri sabiex tħallas għall-aġġornamenti neċessarji fuq il-vapuri ta’ Tirrenia. Dawn l-aġġornamenti kienu meħtieġa jissodisfaw standards internazzjonali ġodda dwar is-sikurezza u, għalhekk, kienu deċiżivi għad-disponibbiltà tal-vapuri ta’ Tirrenia għat-twettiq tal-obbligi tagħha ta’ servizz pubbliku. Madankollu, fil-prattika, Tirrenia ma rrispettatx ir-rekwiżit imsemmi aktar ’il fuq u ħallset biss għall-aġġornamenti fuq il-bastiment Clodia. B’riżultat ta’ dan, l-aġġornamenti fuq il-vapuri kkonċernati l-oħra kellhom jitħallsu minn CIN mill-fondi proprji tagħha. B’hekk, anki jekk din il-miżura tkun tikkostitwixxi kumpens tas-servizz pubbliku, xi ħaġa li ma ntwerietx mill-Italja, il-fatt li la rriforniet il-fondi sabiex iħallsu għall-aġġornamenti tal-vapuri (168) u billi lanqas ma ħallsithom lura lill-Istat, Tirrenia kienet de facto tibbenefika minn kumpens żejjed inkompatibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li din il-miżura ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli fuq il-bażi tal-Qafas SGEI tal-2011. |
|
(500) |
Għall-kompletezza, il-Kummissjoni tinnota li l-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(3)(a), (b), (d) u (e) TFUE lanqas ma japplikaw għal din il-miżura. |
|
(501) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ammont ta’ EUR 11 421 300 (169) li la ntuża sabiex iħallas għall-aġġornamenti tal-vapuri u lanqas ma sabiex jingħata ħlas lura lill-Istat, jikkostitwixxi għajnuna operatorja li tnaqqas il-kostijiet li Tirrenia kien ikollha ġġarrab mir-riżorsi tagħha u, b’hekk, huwa inkompatibbli mas-suq intern. (170) Il-Kummissjoni tinnota li din l-għajnuna kienet effettivament għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi tal-2010, jiġifieri s-6 ta’ Ottubru 2010. |
7.3.4. L-eżenzjonijiet fiskali relatati mal-proċess ta’ privatizzazzjoni
|
(502) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet aktar ’il fuq (ara l-premessi 416-426) li l-eżenzjonijiet minn (i) taxxi indiretti fuq l-operazzjonijiet u l-atti relatati mat-trasferimenti ta’ Caremar, ta’ Saremar, ta’ Toremar u tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lill-akkwirenti rispettivi u minn (ii) taxxa korporattiva fuq ir-rikavati mill-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN, li ngħataw bil-liġi tal-2010, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil Tirrenia. |
|
(503) |
Fiż-żewġ każijiet, l-għajnuna hija ugwali għat-taxxa normalment dovuta għal dawn it-tipi ta’ tranżazzjonijiet. Għalhekk, il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mill-Istat għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 107 TFUE u tal-Artikolu 106(2) TFUE. |
|
(504) |
Il-Kummissjoni tqis li l-ebda waħda minn dawn l-eżenzjonijiet ma tista’ tinstab kompatibbli fuq il-bażi ta’ kwalunkwe waħda mid-derogi previsti fl-Artikolu 107(2) u (3) TFUE. |
|
(505) |
Barra minn hekk, dwar it-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN, il-Kummissjoni tinnota li, fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, Tirrenia f’EA ma għadhiex twettaq SGEI. Għalhekk, anki r-raġunijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 106(2) TFUE ma jistgħux jiġu invokati. |
|
(506) |
Dwar it-trasferimenti lir-Reġjuni, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna mħallsa permezz ta’ din l-eżenzjoni mit-taxxa hija miżura ta’ darba marbuta ma’ trasferiment tal-assi fid-dawl tar-riorganizzazzjoni u tal-privatizzazzjoni sussegwenti ta’ Tirrenia Group. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li din mhijiex marbuta b’mod intrinsiku mal-SGEI mwettaq minn Tirrenia u, għalhekk, jenħtieġ li ma tiġix ivvalutata fuq l-istess bażi ta’ kompatibbiltà. Tabilħaqq, eżenzjoni bħal din mhijiex relatata mal-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali kif iddefiniti fil-Konvenzjoni inizjali, fis-seħħ meta ġew implimentati t-trasferimenti (Novembru 2009). Għalhekk, anki għal dawn it-trasferimenti, ir-raġunijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 106(2) TFUE ma jistgħux jiġu invokati. |
|
(507) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eżenzjonijiet mit-taxxa ta’ Tirrenia jikkostitwixxu għajnuna operatorja li tnaqqas il-kostijiet li kieku Tirrenia f’EA kien ikollha tħallas mir-riżorsi tagħha stess u, b’hekk, hija inkompatibbli mas-suq intern (171). |
7.3.5. Il-konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna
|
(508) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li:
|
7.4. It-tweġiba għas-sottomissjonijiet ta’ Grimaldi
|
(509) |
Kif deskritt aktar ’il fuq (ara t-taqsima 6), Grimaldi għamlet diversi sottomissjonijiet lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Taljani. Dawn is-sottomissjonijiet saru wara li għaddew id-dati ta’ skadenzi għall-partijiet terzi interessati sabiex jikkummentaw dwar id-Deċiżjoni tal-2011 u d-Deċiżjoni tal-2012. Barra minn hekk, filwaqt li Grimaldi indikat li hija kompetitur ta’ CIN u, għalhekk, tista’ tikkwalifika bħala parti interessata, hija ma mlietx il-formola tal-ilment obbligatorja msemmija fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tindika li wħud mill-allegazzjonijiet ta’ Grimaldi ma jistgħux jiġu indirizzati f’din id-Deċiżjoni peress li ma kinux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
|
(510) |
Minkejja dan, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej fir-rigward tal-allegazzjonijiet magħmula minn Grimaldi fis-sottomissjonijiet tagħha:
|
8. KONKLUŻJONI
|
(511) |
Il-Kummissjoni ssib li l-Italja implimentat b’mod illegali uħud mill-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni li saret hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti lil Tirrenia bl-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali huwa kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106 TFUE. Barra minn hekk, peress li l-prijorità tal-irmiġġ hija marbuta b’mod intrinsiku mal-prestazzjoni tal-SGEI minn Tirrenia, dik il-miżura hija kompatibbli wkoll mas-suq intern skont l-Artikolu 106 TFUE. Għal disgħa mit-tnax-il rotta ta’ servizz pubbliku kkonċernati, l-Italja kienet eżentata mill-obbligu ta’ notifika minn qabel previst fl-Artikolu 108(3) TFUE għaliex il-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti lil Tirrenia u l-prijorità tal-irmiġġ mogħtija għall-operat ta’ dawn id-disa’ rotot kienet konformi mad-Deċiżjoni SGEI tal-2005. |
|
(512) |
Madankollu, l-għajnuna għas-salvataġġ lil Tirrenia li ġiet estiża illegalment fil-perjodu mill-11 ta’ Lulju 2011 sat-18 ta’ Settembru 2012 hija inkompatibbli mas-suq intern. Barra minn hekk, l-użu tal-fondi sabiex jiġu aġġornati l-vapuri għal skopijiet ta’ likwidità jikkostitwixxi għajnuna operatorja lil Tirrenia li hija inkompatibbli mas-suq intern. Finalment, l-eżenzjoni mit-taxxi indiretti fuq l-operazzjonijiet u l-atti relatati mat-trasferiment ta’ Caremar, ta’ Saremar, ta’ Toremar u tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lill-akkwirenti rispettivi, u mit-taxxa korporattiva fuq ir-rikavati mill-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN, ukoll tikkostitwixxi għajnuna operatorja lil Tirrenia li hija inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(513) |
Din id-Deċiżjoni ma tikkonċernax u lanqas ma tippreġudika xi kwistjoni oħra koperta mid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012 (174) jew li nġiebet għall-attenzjoni tal-Kummissjoni minn partijiet interessati matul l-investigazzjoni miftuħa taħt dawk id-Deċiżjonijiet. |
9. L-IRKUPRU
|
(514) |
Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni, il-Kummissjoni hija kompetenti sabiex tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat għandux jabolixxi jew ibiddel l-għajnuna meta jkun sab li din tkun inkompatibbli mas-suq intern (175). Il-Qrati tal-Unjoni sostnew ukoll b’mod konsistenti li l-obbligu fuq Stat Membru li jabolixxi l-għajnuna li l-Kummissjoni tqisha inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal sabiex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel (176). |
|
(515) |
F’dan il-kuntest, il-Qrati tal-Unjoni stabbilew li dan l-objettiv jintlaħaq ġaladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta’ għajnuna illegali, b’hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika minnu fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq intern, u tiġi restawrata s-sitwazzjoni ta’ qabel il-ħlas tal-għajnuna (177). |
|
(516) |
F’konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1589 jiddikjara li “[fejn] jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju.” |
|
(517) |
B’hekk, minħabba li l-miżuri inkwistjoni ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jitqiesu bħala għajnuna illegali u inkompatibbli, dawn iridu jiġu rkuprati sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq intern qabel l-għoti tagħhom. L-irkupru għandu jkopri ż-żmien mid-data meta l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru effettiv. L-ammont li jrid jiġi rkuprat irid iġarrab l-imgħax sal-irkupru effettiv. |
|
(518) |
F’dan il-każ, il-benefiċjarju tal-għajnuna, Tirrenia f’EA, diġà għaddej minn proċeduri ta’ insolvenza. Għalhekk, l-irkupru effettiv jista’ jinkiseb permezz tar-reġistrazzjoni tat-talba relatata mal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata fl-iskeda tal-obbligazzjonijiet (178). F’dak il-każ, ir-reġistrazzjoni tat-talba trid tkun segwita minn (i) irkupru tal-ammont sħiħ tal-irkupru, jew, jekk dan ma jkunx jista’ jinkiseb, (ii) l-istralċ tal-impriża u l-waqfien definittiv tal-attivitajiet tagħha. |
|
(519) |
L-għajnuna mill-Istat inkompatibbli msemmija fil-premessa 508 mogħtija lil Tirrenia trid tiġi rrimborżata lill-Italja, diment li din tkun tħallset. B’mod partikolari, l-għajnuna li trid tiġi rkuprata hija stabbilita kif ġej:
|
|
(520) |
Barra minn hekk, l-Italja ma għandhiex teżenta r-rikavati mill-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN mit-taxxa korporattiva li għandha titħallas minn Tirrenia f’EA. |
10. IL-KONTINWITÀ EKONOMIKA
|
(521) |
Fejn kien hemm bejgħ jew trasferiment tal-benefiċjarju ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, l-obbligu ta’ ħlas lura jista’ jiġi estiż għal impriżi oħra li l-ishma jew in-negozju tal-benefiċjarju ġew ittrasferiti lilhom (179). Fil-każ ta’ negozju dwar l-ishma, fejn il-benefiċjarju jkun għadu jeżisti u attiv fis-suq u jkun sempliċiment biddel is-sidien tiegħu, l-obbligu li titħallas lura l-għajnuna jibqa’ mal-benefiċjarju. Fil-każ ta’ negozju dwar l-assi, fejn impriża oħra tkun qed tkompli n-negozju b’xi wħud mill-assi jew bl-assi kollha tal-benefiċjarju oriġinali, dik l-impriża l-oħra jenħtieġ li titqies bħala l-benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat, dment li l-istruttura tat-trasferiment jew tal-bejgħ twassal għall-konklużjoni li jkun hemm kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpaniji. |
|
(522) |
Għall-kuntrarju, fejn jista’ jintwera li, minkejja trasferiment ta’ xi wħud mill-assi jew tal-assi kollha, il-benefiċċju tal-għajnuna illegali jibqa’ tal-benefiċjarju oriġinali u l-kumpanija akkwirenti twettaq attività sostanzjalment differenti, l-obbligu ta’ ripagament jibqa’ mal-benefiċjarju oriġinali tal-għajnuna. Skont il-ġurisprudenza, sabiex jiġi vvalutat jekk hemmx kontinwità ekonomika, jistgħu jiġu kkunsidrati l-fatturi li ġejjin: l-ambitu tat-trasferiment (assi u obbligazzjonijiet, kontinwità tal-forza tax-xogħol, assi raggruppati), il-prezz tat-trasferimenti, l-identità tas-sidien tal-impriża akkwirenti u tal-impriża oriġinali, il-mument li fih twettaq it-trasferiment (wara l-bidu tal-investigazzjoni, it-tnedija tal-proċedura jew tad-deċiżjoni finali) u l-loġika ekonomika tat-tranżazzjoni (180). |
|
(523) |
Skont l-istess ġurisprudenza, il-fatturi msemmija hawn fuq jistgħu jittieħdu f’kunsiderazzjoni sa gradi varji, skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-każ inkwistjoni. Minn dan isegwi li l-Kummissjoni mhijiex meħtieġa tqis kull wieħed minn dawk il-fatturi, kif inhu muri mill-użu tal-espressjoni “jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni” (181) u mill-fatt li ma hemm l-ebda ġerarkija bejn dawk il-fatturi. B’mod partikolari, f’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tal-kontinwità ekonomika jenħtieġ li tqis in-natura stramba tat-tranżazzjoni bejn Tirrenia f’EA u CIN, li kienet tikkonċerna l-privatizzazzjoni ta’ parti minn kumpanija pubblika permezz ta’ proċedura tal-offerti għal kuntratt pubbliku ta’ servizz ta’ tmien snin, flimkien mal-assi meħtieġa sabiex jiġu operati s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali stipulati f’dak il-kuntratt. |
|
(524) |
Sabiex jiġi deċiż jekk hemmx kontinwità ekonomika bejn Tirrenia f’EA u CIN, u għalhekk sabiex jiġi stabbilit jekk din tal-aħħar jenħtieġx li tinżamm responsabbli għar-rimborż tal-għajnuna inkompatibbli mogħtija lil dik imsemmija l-ewwel, il-Kummissjoni applikat l-indikaturi msemmija aktar ’il fuq għaċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ inkwistjoni. |
10.1. L-ambitu tat-trasferiment
|
(525) |
Dan l-indikatur jikkonċerna l-firxa tat-trasferiment tal-assi u tal-obbligazzjonijiet eżistenti, inklużi r-relazzjonijiet kuntrattwali mal-impjegati u mal-fornituri, minn Tirrenia di Navigazione (aktar tard f’EA) lil CIN. Qabel kollox, jenħtieġ li jiġi nnotat li ma ġiet ittrasferita l-ebda waħda mill-obbligazzjonijiet eżistenti: dawn baqgħu kompletament fi ħdan Tirrenia f’EA, u għadhom ma ġewx adottati fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. It-trasferiment kien jinvolvi t-tħassir sħiħ ta’ kwalunkwe pretensjoni fuq l-assi li kienu qed jiġu ttrasferiti, bħal ipoteki, sekwestri, u pretensjonijiet ta’ prijorità. |
|
(526) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-assi, il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li l-proċedura għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kienet segwita minn attentat ta’ privatizzazzjoni li falla ta’ Tirrenia di Navigazione fl-intier tagħha, bl-assi ub l-obbligazzjonijiet kollha tagħha, inkluża s-sussidjarja Siremar. It-tieni tentattiv ta’ privatizzazzjoni li rnexxa involva biss l-assi meqjusa meħtieġa għall-obbligi ta’ servizz pubbliku u r-relazzjonijiet kuntrattwali relatati mal-fornituri, b’ambitu differenti u aktar ristrett meta mqabbel mal-ewwel tentattiv (madwar 45% f’termini tan-numru ta’ vapuri). Dawk l-assi, li ma tqisux meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, inbiegħu separatament, b’offerti differenti u mhux relatati, u kienu jinkludu sitt vapuri, proprjetà immobbli kemm fl-Italja kif ukoll barra mill-pajjiż, u kollezzjoni tal-arti. Barra minn hekk, is-sussidjarja ta’ Tirrenia, Siremar, inbiegħet permezz ta’ proċedura tal-offerti separata. Peress li Siremar kienet qed topera diversi rotot li jgħaqqdu lil Sqallija ma’ gżejjer iżgħar oħra, b’ammont kbir ta’ persunal u b’diversi bastimenti, din is-separazzjoni tkompli tnaqqas l-ambitu tal-attivitajiet tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, meta mqabbla ma’ Tirrenia di Navigazione oriġinali. |
|
(527) |
Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tinnota li l-marka Tirrenia kienet inkluża fl-ambitu tat-trasferiment u l-valur tagħha kien inkluż fil-prezz tas-suq imħallas minn CIN. |
|
(528) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota wkoll li, f’dak li għandu x’jaqsam mal-forza tax-xogħol, ma kien hemm l-ebda trasferiment ta’ kuntratti ta’ xogħol minn Tirrenia f’EA għal CIN. Tabilħaqq, l-Artikolu 2112 tal-Kodiċi Ċivili Taljan jeħtieġ li fil-każ ta’ trasferiment ta’ negozju, il-kuntratti ta’ impjieg eżistenti jkomplu max-xerrej u kull impjegat iżomm id-drittijiet kollha li jirriżultaw. Madankollu, skont id-Digriet Amministrattiv 270/1999, din is-sistema ordinarja ma tapplikax għat-trasferiment ta’ fergħa ta’ kumpanija soġġetta għal proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja u għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi essenzjali. Għall-kuntrarju, is-sid il-ġdid huwa obbligat jieħu l-persunal meħtieġ sabiex jipprovdi s-servizz u ma jagħtix sensji kollettivi għal sentejn (ara l-premessa 160). Il-Kummissjoni tinnota li, filwaqt li r-regola ġenerali kienet tipprovdi għal kontinwità ċara fil-forza tax-xogħol bejn Tirrenia f’EA u CIN, din l-eċċezzjoni kienet tippermetti b’mod effettiv lil Tirrenia f’EA ttemm il-kuntratti kollha mal-impjegati tagħha. Imbagħad, CIN innegozjat kundizzjonijiet kuntrattwali ġodda mal-unions tal-persunal u offriet kuntratti ġodda, iżda biss għal dawk l-impjegati li kienu qed jaħdmu fuq l-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, b’rispett sħiħ tal-liġijiet applikabbli dwar ix-xogħol. |
|
(529) |
Tabilħaqq, l-obbligu ta’ żamma tan-numru ta’ impjegati ġie stabbilit b’liġi ġenerali (ara l-premessa 528) u, għalhekk, kellu jiġi rispettat mill-awtoritajiet Taljani fit-twaqqif tal-proċedura tal-bejgħ. Madankollu, anki mingħajr dan l-obbligu legali, il-Kummissjoni tinnota li n-negozju tat-trasport marittimu jeħtieġ numru minimu obbligatorju ta’ impjegati sabiex joperaw il-bastimenti, b’sett ta’ ħiliet partikolari ħafna, kif stabbilit fit-tabelli ta’ forniment tal-persunal (ara l-premessa 175). Fil-fatt, fil-każ preżenti wara li ngħatat il-Konvenzjoni l-ġdida, CIN kien ikollha taħtar aktar minn 1 200 impjegat, fi żmien qasir, sabiex twettaq l-obbligi tagħha. Għalhekk, huwa ferm probabbli li CIN kienet taħtar ħafna mill-impjegati ta’ Tirrenia f’EA anki li kieku ma kinitx meħtieġa toffri kuntratti ta’ xogħol, għal raġunijiet ta’ ħeffa u sabiex tnaqqas il-kostijiet ta’ reklutaġġ. |
|
(530) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tikkonkludi li, filwaqt li kien hemm kontinwità de facto fil-forza tax-xogħol, din tal-aħħar kienet dovuta għaċ-ċirkustanzi fattwali tal-każ (jiġifieri, id-daqs tat-trasferiment) u għal-liġijiet applikabbli dwar ix-xogħol. Min-naħa l-oħra, parti biss mill-assi ta’ Tirrenia f’EA u l-ebda obbligazzjoni tagħha ma ġew ittrasferiti lil CIN. |
10.2. Il-prezz tat-trasferiment
|
(531) |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, it-trasferiment tal-assi bi prezz orħos mill-prezz tas-suq ikun ukoll indikatur tal-kontinwità ekonomika bejn il-kumpannija llikwidata, li għandha tħallas l-għajnuna lura lill-Istat, u l-kumpannija maħluqa ġdida. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li l-assi ġew ittrasferiti bħala riżultat ta’ sejħa għall-offerti li kienet miftuħa biżżejjed, trasparenti u nondiskriminatorja sabiex jinkiseb prezz tas-suq, kif deskritt fit-taqsima 7.1.3.4 aktar ’il fuq. Ma hemm l-ebda evidenza li s-sejħa konġunta għall-offerti tal-assi u tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz kellha impatt negattiv fuq ir-riżultat tal-proċedura tal-offerta. Għall-kuntrarju, l-Italja wriet li meta ġew organizzati proċeduri tal-offerti separati għal uħud mill-vapuri l-oħra ta’ Tirrenia u ta’ Siremar, dawn setgħu jinbiegħu biss bil-valur tal-iskreppjar. Tabilħaqq, il-kundizzjonijiet imposti fuq il-bejgħ, bħar-rekwiżit li jinżammu l-livelli ta’ persunal għal sentejn, ma naqqsux il-prezz, kif stabbilit mir-rapport ta’ Ecorys (182). Barra minn hekk, anki jekk il-prezz eventwalment imħallas kien anqas minn dak identifikat fl-evalwazzjoni tal-espert indipendenti pprovduta minn Banca Profilo, minħabba li parti mill-pagament kienet differita, tali differiment kien parti integrali mid-dinamika tal-proċedura tal-offerti, li fil-kuntest tagħha l-offerenti l-oħra kollha kellhom l-opportunità li jilħqu l-offerta ta’ CIN b’termini ta’ pagament simili (183). Tabilħaqq, hija ġurisprudenza stabbilita li l-eżitu ta’ sejħa għal offerti miftuħa u trasparenti huwa aktar preċiż minn kwalunkwe valwazzjoni ta’ espert (184). |
|
(532) |
Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li ċ-ċirkustanzi tat-trasferiment jeskludu t-trasferiment ta’ kwalunkwe vantaġġ ekonomiku, riċevut minn Tirrenia f’EA, lil CIN. |
10.3. L-identità tas-sidien
|
(533) |
Meta t-trasferiment tal-assi jseħħ bejn żewġ entitajiet relatati, dan huwa sinjal b’saħħtu li l-għan tat-trasferiment jista’ jkun li jevita l-obbligu ta’ ripagament tal-għajnuna identifikata bħala illegali u inkompatibbli f’deċiżjoni tal-Kummissjoni. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li Tirrenia f’EA u CIN ma kellhom u ma għandhom l-ebda tip ta’ konnessjoni. Din tal-ewwel kienet kumpanija pubblika, li fl-aħħar mill-aħħar kienet kompletament proprjetà tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Ekonomija (185). Oriġinarjament din tal-aħħar kienet konsorzju tas-settur privat, li kien jinvolvi kemm operatur eżistenti tal-mezzi ta’ trasport tul korpi tal-ilma (Moby) kif ukoll tliet fondi. Il-partijiet kollha għal dan il-konsorzju kienu privati (186). Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li ma seta’ jiġi eżerċitat l-ebda kontroll minn Tirrenia f’EA għal CIN jew viċi versa. |
10.4. It-twaqqit tat-trasferiment
|
(534) |
Fejn it-trasferiment tal-assi seħħ wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tqajjem dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ għajnuna li diġà kienet ingħatat, dan huwa indikatur ieħor li dan it-trasferiment seta’ ġie stabbilit sabiex tiġi evitata ordni ta’ rkupru. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li l-pubblikazzjoni tas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess saret fil-15 ta’ Settembru 2010, filwaqt li l-iffirmar tal-kuntratt ta’ bejgħ ma’ CIN sar fil-25 ta’ Lulju 2011. Għall-kuntrarju, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ investigazzjoni formali ġiet adottata fil-5 ta’ Ottubru 2011. Dik id-deċiżjoni kienet tikkonċerna, fost l-oħrajn, il-privatizzazzjoni tal-fergħa ta’ Tirrenia. Barra minn hekk, il-Kummissjoni estendiet l-investigazzjoni formali għal, fost l-oħrajn, il-Konvenzjoni l-ġdida ffirmata minn CIN fis-7 ta’ Novembru 2012 (187). Anki jekk it-trasferiment ma ġiex iffinalizzat qabel id-19 ta’ Lulju 2012, dan kien minħabba l-ħtieġa li tinkiseb l-approvazzjoni tal-fużjoni mill-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li fil-25 ta’ Lulju 2011 il-kuntratt ta’ bejgħ diġà kien validu u vinkolanti, anki jekk l-identità ta’ waħda mill-partijiet ftit wara nbidlet b’mod parzjali sabiex telimina t-tħassib dwar il-kompetizzjoni mqajjem matul il-proċedura ta’ fużjoni. Ma jistax jiġi ddubitat li meta l-partijiet iffirmaw il-kuntratt, huma ma kinux jafu li l-Kummissjoni kienet se tiftaħ investigazzjoni formali ftit xhur wara, aħseb u ara l-kontenut tiegħu, ikejlu r-riskju li kien jinvolvi għal kwalunkwe waħda mill-partijiet, u jiddeċiedu li jittrasferixxu l-assi sabiex investigazzjoni bħal din ma jifdlilhiex skop. Dan japplika għall-miżuri deskritti fid-Deċiżjoni tal-2011 u aktar u aktar għall-miżuri deskritti fid-Deċiżjoni tal-2012, li ġiet adottata wara l-konklużjoni tal-bejgħ u l-inkarigu tal-Konvenzjoni l-ġdida lil CIN. |
|
(535) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Italja kienet informat lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħha li tbigħ il-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia f’pakkett mal-Konvenzjoni l-ġdida minn ferm qabel iż-żmien, fil-kuntest ta’ diskussjonijiet mal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu (ara wkoll it-taqsima 2.4). Barra minn hekk, l-Italja nnotifikat ukoll, għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt, l-abbozz tal-Konvenzjoni l-ġdida (188). Din hija indikazzjoni qawwija oħra li l-Italja ma kellhiex l-intenzjoni li tevita kwalunkwe ordni ta’ rkupru fil-futur billi torganizza t-trasferiment tal-fergħa kummerċjali u l-inkarigu tal-Konvenzjoni l-ġdida kif deskritt u evalwat fit-taqsima 7.1.3. |
10.5. Il-loġika ekonomika tat-trasferiment
|
(536) |
Dan l-indikatur jikkonċerna kemm l-intenzjonijiet tal-partijiet ta’ trasferiment tal-assi, kif ukoll ir-raġunament ekonomiku tiegħu fid-dawl tan-negozju futur tal-kumpanija li se topera dawk l-assi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li, minn naħa, l-intenzjoni tal-awtoritajiet Taljani kienet li josservaw l-obbligu ta’ liberalizzazzjoni tas-settur tat-trasport marittimu kif spjegat fir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu billi jipprivatizzaw l-operatur pubbliku ewlieni, Tirrenia Group, inkluża Tirrenia f’EA, u billi jinkarigaw l-obbligi ta’ servizz pubbliku lill-kumpanija akkwirenti. Filwaqt li mhuwiex meħtieġ minn dan ir-Regolament, dan it-trasferiment kemm tal-assi kif ukoll tal-kumpens tas-servizz pubbliku kien tabilħaqq waħda mill-għażliet disponibbli għall-Italja (ara wkoll il-premessa 114) sabiex timplimenta dik il-liberalizzazzjoni, u f’dawn iċ-ċirkustanzi, kien ukoll ottimali f’termini tal-prezz tal-bejgħ tal-assi, meta mqabbel mal-użu ta’ żewġ proċeduri separati (189). Min-naħa l-oħra, l-intenzjoni ta’ CIN kienet li topera r-rotot taħt obbligu ta’ servizz pubbliku b’mod aktar effiċjenti milli kienet tagħmel dik li kienet Tirrenia di Navigazione (aktar tard f’EA), u b’hekk tagħmel profitt (b’kunsiderazzjoni wkoll tar-rotot u tal-perjodi fejn hija kienet topera fis-suq ħieles). |
|
(537) |
F’dak li għandu x’jaqsam man-negozju futur tal-kumpanija, il-Kummissjoni tinnota wkoll li filwaqt li huwa minnu li CIN toffri l-istess rotot u frekwenzi bħal Tirrenia jew rotot u frekwenzi simili ħafna, din hija biss il-konsegwenza loġika tal-ħtieġa kontinwa li jiġu pprovduti servizzi ġenwini ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif stipulat fil-Konvenzjoni l-ġdida. Fi kliem ieħor, jenħtieġ li l-kontinwità tas-servizz pubbliku ma tiġix konfuża u mħallta mal-kontinwità ekonomika skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tqis li, sabiex jintlaħaq l-għan proprju tal-Konvenzjoni l-ġdida, jiġifieri li (i) tiżgura l-kontinwità territorjali bejn l-Italja kontinentali u l-gżejjer u (ii) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer ikkonċernati, l-Italja kienet obbligata tfassal l-ambitu ġeografiku tal-Konvenzjoni l-ġdida b’mod simili għall-Konvenzjoni inizjali. |
|
(538) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuljum tal-obbligi ta’ servizz pubbliku minn CIN huma radikalment differenti. L-ammont ta’ kumpens huwa stabbilit b’mekkaniżmu kompletament differenti, li jeħtieġ li l-operatur jopera b’mod effiċjenti, u tabilħaqq CIN ħadet impenn sabiex: iżżid l-effiċjenza tal-flotta, f’termini ta’ manutenzjoni, ta’ assigurazzjoni, ta’ kostijiet tal-fjuwil, u ta’ ġestjoni tal-ekwipaġġ; ittejjeb il-bejgħ online; ittejjeb il-kwalità u l-offerta ta’ servizzi abbord; iżżid l-għadd ta’ passiġġieri u l-kwantità ta’ merkanzija ttrasportata. Tabilħaqq, peress li ma hemm l-ebda garanzija ta’ kopertura tal-kostijiet kollha u peress li l-ammont tal-kumpens nominali huwa fiss għal diversi snin (jiġifieri kien qed jonqos f’termini reali), CIN ma kellha l-ebda għażla ħlief li tirrivoluzzjona għalkollox l-istrateġija kummerċjali segwita minn Tirrenia di Navigazione. Din tal-aħħar, tul l-istorja twila tagħha fi ħdan Tirrenia Group, dejjem u konsistentement operat bħala servizz pubbliku, mingħajr ebda strateġija sabiex tikseb profittabilità sostenibbli, filwaqt li Tirrenia f’EA sempliċiment kienet iffokata fuq l-istralċ ordnat tal-kumpanija filwaqt li tiżgura l-kontinwità tas-servizz pubbliku sat-trasferiment tas-sjieda lil CIN wara l-proċedura tal-offerti. |
|
(539) |
Għalhekk, CIN wettqet l-obbligi tagħha ta’ servizz pubbliku u l-attivitajiet l-oħra tagħha taħt kundizzjonijiet operatorji kompletament differenti minn Tirrenia f’EA, fuq il-bażi tal-istrateġija tagħha stess. Tabilħaqq, l-awtoritajiet Taljani ma kinux jirrekjedu li CIN issegwi xi mudell kummerċjali speċifiku u lanqas li żżomm ċertu ambitu ta’ attivitajiet, minbarra dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida, u lanqas li tieħu f’idejha xi assi speċifiċi jew impjegati li ma kinux intrinsikament marbuta mal-operat tal-obbligi ta’ servizz pubbliku kif iddefiniti fil-Konvenzjoni l-ġdida. F’dan ir-rigward, CIN kienet (u għadha) ħielsa li tagħmel kwalunkwe tibdil fil-mod kif isir in-negozju li hija tqis xieraq. |
|
(540) |
Il-Kummissjoni tinnota li filwaqt li l-obbligi ta’ servizz pubbliku minnhom infushom, f’termini ta’ rotot u ta’ frekwenzi, huma inevitabbilment simili peress li jwieġbu għal ħtiġijiet simili ta’ servizz pubbliku, il-kundizzjonijiet tal-eżekuzzjoni tagħhom u l-istrateġija kummerċjali wara din huma differenti. Tabilħaqq, din is-similarità de facto fl-attività mwettqa kienet dovuta għaċ-ċirkustanzi speċifiċi ħafna tal-każ u kienet mitigata mir-restrizzjonijiet finanzjarji differenti fuq l-operazzjonijiet ta’ CIN. |
10.6. Il-konklużjoni dwar il-kontinwità ekonomika bejn Tirrenia f’EA u CIN
|
(541) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni tinnota li l-prezz tat-trasferiment, l-identità tas-sidien u t-twaqqit tat-tranżazzjonijiet ma jippreżentaw l-ebda indikazzjoni ta’ kontinwità ekonomika. Anki jekk l-ambitu tat-tranżazzjoni u l-loġika ekonomika tagħha fihom xi elementi li jissuġġerixxu li jista’ jkun hemm kontinwità ekonomika, għal dawn iż-żewġ kriterji tal-aħħar il-Kummissjoni tinnota li kwalunkwe element ta’ kontinwità potenzjali huwa mmotivat miċ-ċirkustanzi speċifiċi ħafna ta’ din it-tranżazzjoni, jiġifieri r-raggruppament tat-trasferiment tal-assi u tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz fi proċedura unika, id-daqs tat-tranżazzjoni, u l-liġijiet dwar ix-xogħol ġeneralment applikabbli. B’mod partikolari, ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ tentattiv ta’ ċirkomvenzjoni għal obbligu ta’ rkupru. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tikkonkludi b’mod ġenerali ma hemm l-ebda kontinwità ekonomika bejn Tirrenia u CIN. Dan ifisser ukoll li l-obbligu ta’ ripagament tal-għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat mogħtija lil Tirrenia m’għandux jiġi estiż għal CIN. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kumpens mogħti lil Tirrenia u l-prijorità tal-irmiġġ mogħtija għall-provvista ta’ servizzi marittimi fuq tnax-il rotta skont il-Konvenzjoni inizjali, kif estiżi fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 għat-18 ta’ Lulju 2012, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE. L-għajnuna mill-Istat għall-operat tat-tliet rotot Napoli – Palermo, Civitavecchia – Olbia u Genova – Porto Torres ġiet implimentata illegalment mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.
2. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu hija kompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 2
1. L-estensjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ mill-11 ta’ Lulju 2011 għat-18 ta’ Settembru 2012 tikkostitwixxi għajnuna lil Tirrenia fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. L-għajnuna mill-Istat ġiet implimentata illegalment mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.
2. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu – li tammonta għal EUR 25 203 063,89 – hija inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 3
1. L-eżenzjoni mit-taxxi indiretti fuq it-trasferiment ta’ Caremar, ta’ Saremar, ta’ Toremar u tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, rispettivament lir-Reġjuni ta’ Campagnia, ta’ Sardinja u tat-Toscana, u lil CIN, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Tirrenia fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. L-għajnuna mill-Istat ġiet implimentata illegalment mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.
2. L-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva tar-rikavati mill-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Tirrenia fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. L-għajnuna mill-Istat ġiet implimentata illegalment mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.
3. L-għajnuna msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu hija inkompatibbli mas-suq intern.
4. Fil-mument tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-Italja għadha ma ħallsitx l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 4
1. L-użu tal-fondi għall-aġġornar tal-vapuri għal skopijiet ta’ likwidità jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Tirrenia fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. L-għajnuna mill-Istat ġiet implimentata illegalment mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.
2. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu – li tammonta għal EUR 11 421 300 – hija inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 5
1. L-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida għall-perjodu mit-18 ta’ Lulju 2012 sat-18 ta’ Lulju 2020, raggruppat flimkien mal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u mal-prijorità tal-irmiġġ lil CIN – inkluż il-pagament differit ta’ parti mill-prezz tax-xiri minn CIN – ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.
2. Il-possibbiltà li jintużaw riżorsi tal-Fondo Aree Sottoutilizzate sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ likwidità, kif stabbilit bil-Liġi tal-2010, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.
Artikolu 6
1. L-Italja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4 mingħand il-benefiċjarji, sa fejn din tkun tħallset.
2. Is-somom li jridu jiġu rkuprati għandhom iġorru l-imgħax mid-data li fiha tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru effettiv tagħhom.
3. L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (190) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (191) li jemenda Regolament (KE) Nru 794/2004.
4. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni tagħraf li l-benefiċjarju diġà ħallas lura l-kapital tal-għajnuna msemmi fl-Artikolu 2.
5. L-Italja għandha tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 b’effett mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 6 għandu jkun immedjat u effettiv.
2. L-Italja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
1. Fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-Italja tipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
— |
l-ammont totali (il-kapital u l-imgħax tal-irkupru) li jrid jitħallas lura mill-benefiċjarju; |
|
— |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u ppjanati sabiex tinżamm konformità ma’ din id-Deċiżjoni; |
|
— |
dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna. |
2. L-Italja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 6 tkun irkuprata għal kollox. Għandha tissottometti minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u dawk ippjanati għall-konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-imgħax ta’ rkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Il-Kummissjoni tista’ tippubblika l-ammonti tal-għajnuna u l-imgħax tal-irkupru rkuprati b’applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, mingħajr ħsara għall-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU C 28 tal-1.2.2012, p. 18 u ĠU C 84 tat-22.3.2013, p. 58.
(2) L-ex Tirrenia Group kien jikkonsisti fil-kumpaniji Tirrenia di Navigazione S.p.A., Adriatica S.p.A., Caremar - Campania Regionale Maritima S.p.A., Saremar - Sardegna Regionale Marittima S.p.A., Siremar – Sicilia Regionale Marittima S.p.A., u Toremar - Toscana Regionale Marittima S.p.A..
(3) Għajnuna mill-Istat – Repubblika Taljana – Għajnuna mill-Istat SA.32014 (11/C) (ex 11/NN), SA.32015 (11/C) (ex 11/NN), SA.32016 (11/C) (ex 11/NN) – Għajnuna mill-Istat lill-kumpaniji tal-ex Grupp Tirrenia (għajnuna potenzjali mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi u għajnuna potenzjali fil-kuntest tal-privatizzazzjoni) (SA.28172 (CP 103/2009), SA.29989 (CP 393/2009), SA.30107 (CP 414/2009), SA.30206 (CP 3/2010), SA.31645 (CP 234/2010), SA.31715 (CP 248/2010)) – Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 28, 1.2.2012, p. 18).
(4) L-emendi kollha kienu jikkonċernaw miżuri favur Saremar.
(5) Għajnuna mill-Istat — ir-Repubblika Taljana — Għajnuna mill-Istat SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C), SA.32016 (2011/C) — Għajnuna mill-Istat lill-kumpaniji ta’ dak li kien il-Grupp Tirrenia u l-akkwirenti tagħhom — Stedina biex jitressqu l-kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE (ĠU C 84, 22.3.2013, p. 58).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/261 tat-22 ta' Jannar 2014 dwar il-miżuri ta' għajnuna SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C), SA.32016 (2011/C) implimentati mir-Reġjun ta' Sardenja favur Saremar (ĠU L 49, 22.2.2018, p. 22).
(7) Ara s-Sentenza tas-6 ta’ April 2017 fil-Kawża T-219/14 Regione autonoma della Sardegna (L-Italja) vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:t:2017:266.
(8) Fintecna (Finanziaria per i Settori Industriale e dei Servizi S.p.A.) hija kollha kemm hi proprjetà tal-Ministeru Taljan tal-Ekonomija u tal-Finanzi u hija speċjalizzata fil-ġestjoni tal-proċessi ta’ parteċipazzjoni azzjonarja u ta’ privatizzazzjoni, kif ukoll fl-indirizzar ta’ proġetti għar-razzjonalizzazzjoni u għar-ristrutturar ta’ kumpaniji li jaffaċċjaw diffikultajiet industrijali, finanzjarji jew organizzazzjonali.
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/851/KE, tal-21 ta’ Ġunju 2001, dwar l-għajnuniet mogħtija mill-Italja lill-kumpannija marittima Tirrenia di Navigazione (ĠU L 318, 4.12.2001, p. 9).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE tas-16 ta’ Marzu 2004 dwar l-Għajnuna mill-Istat imħallsa mill-Italja lill-kumpanniji marittimi Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (Gruppo Tirrenia) (ĠU L 53, 26.2.2005, p. 29).
(11) B’mod partikolari: Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar.
(12) Il-Kawżi Magħquda T-265/04, T-292/04 u T-504/04 Tirrenia di Navigazione vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2009:48.
(13) Dan it-trasferiment ġie fformalizzat fl-1 ta’ Ġunju 2011.
(14) L-Artikolu 19-ter, il-paragrafu 10 tal-Liġi tal-2009.
(15) Li minnhom EUR 19 839 226 minn Campania u EUR 10 030 606 minn Lazio.
(16) Dan jinkludi l-pagament differit minn CIN ta’ parti mill-prezz tax-xiri għall-akkwiżizzjoni tiegħu tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u diversi miżuri ta’ għajnuna addizzjonali allegati fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar (eż. kontrogaranzija u żieda tal-kapital mill-Istat għal CdI, l-entità li inizjalment akkwistat il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar).
(17) B’mod partikolari, il-proġett “Bonus Sardo – Vacanza”, li jifforma parti mill-Miżura 7, ma ġiex ivvalutat fid-Deċiżjoni tal-2014 u lanqas mhu se jiġi vvalutat f’din id-Deċiżjoni.
(18) Qabel l-2007, din ir-rotta kienet operata wkoll taħt is-sistema tas-servizz pubbliku fl-eqqel istaġun.
(19) Qabel l-2008, din ir-rotta kienet operata wkoll taħt is-sistema tas-servizz pubbliku fl-eqqel istaġun.
(20) B’mod partikolari, fil-perjodu 2009-2012 SNAV ikkanċellat 76 vjaġġ fuq din ir-rotta filwaqt li Tirrenia kkanċellat 19-il vjaġġ biss (jiġifieri erba’ darbiet anqas). Barra minn hekk, minn dawn is-76 kanċellazzjoni minn SNAV, 19 kienu dovuti għal festi pubbliċi u s-57 li jifdal minħabba kundizzjonijiet ħżiena tat-temp. Minkejja li kważi kellha l-istess ħin ta’ tluq, Tirrenia ħassret biss ħames vjaġġi (jew għaxar darbiet anqas minn SNAV) minħabba kundizzjonijiet ħżiena tat-temp. Il-kanċellazzjonijiet li jifdal minn Tirrenia kienu minħabba force majeure, jiġifieri sebgħa kienu minħabba li l-persunal kien fuq strajk u sebgħa oħra bħala riżultat ta’ problemi tekniċi.
(21) B’mod aktar speċifiku, Tirrenia użat żewġ vapuri mibnija bejn l-1999 u l-2000, filwaqt li SNAV kienet tipprovdi s-servizz tagħha bl-użu ta’ vapuri li jmorru lura għall-1973, għall-1974, għall-1980 u, f’każ wieħed biss, għall-1989.
(22) Il-Konvenzjoni inizjali kienet tippermetti wkoll li konnessjoni tal-merkanzija titħaddem minn Genova għal Cagliari iżda din il-possibbiltà ntużat biss sa Lulju 2008 u mhux matul il-perjodu ta’ estensjoni.
(23) L-ammont imħallas lil Tirrenia sat-trasferiment tas-sjieda tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN. Għall-bqija tal-2012, CIN tħallset EUR 32 707 232.54. Għalhekk, i-kumpens totali mħallas għall-2012 kien jammonta għal EUR 72 685 642 f’konformità mal-limitu tal-kumpens stabbilit mil-Liġi tal-2009.
(24) Wara l-25 ta’ Novembru 2010, permezz ta’ deċiżjoni tal-Konferenza Interdipartimentali dwar it-twaqqif tas-sussidju annwali stabbilit skont l-Artikolu 11 tal-Liġi Nru 856/1986 bejn il-Ministeru tal-Infrastruttura u tat-Trasport, il-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi, u l-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku (il-“Konferenza Interdipartimentali”), kwalunkwe ammont ta’ kumpens żejjed jitnaqqas mill-pagamenti futuri bil-quddiem tas-sussidji.
(25) Comitato Interministeriale per la Programmazione Economica.
(26) Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana (‘GURI’) Nru 50 tat-28 ta’ Frar 2008.
(27) Skont l-Artikolu 1, l-ittra 999 tal-Liġi Nru 296 tas-27 ta’ Diċembru 2006 u l-Artikolu 1, l-ittra e) tad-Digriet Amministrattiv 430/1997.
(28) Ir-rata ta’ redditu mixtieqa għal investitur tal-ekwità minħabba l-profil tar-riskju tal-kumpanija u l-flussi ta’ flus assoċjati.
(29) Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet (ĠU C 102, 2.4.2011, p. 1).
(30) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.
(31) Ara l-premessi 79-81 għal aktar dettalji.
(32) L-Artikolu 4 (4-quater) tad-Digriet Amministrattiv Nru 134 tat-28 ta’ Awwissu 2008, ikkonvertit fil-Liġi Nru 166 tas-27 ta’ Ottubru 2008, dwar miżuri urġenti għar-ristrutturar ta’ kumpaniji kbar insolventi (“ Disposizioni urgenti in materia di ristrutturazione di grandi imprese in crisi ”).
(33) Ara l-premessa 27 għal aktar kuntest dwar l-użu tat-terminu “fergħa kummerċjali” f’dan il-kuntest.
(34) The Financial Times, Il Corriere della Sera, Il Sole 24 Ore, La Repubblica, Il Giornale, Il Mattino, u Il Giornale di Sicilia.
(35) Delloyd, Naftemporiki, Fairplay, Lloyd’s List u Tradewinds.
(36) Ħames entitajiet ġew esklużi minħabba li ma pprovdewx evidenza adegwata li kienu kapaċi jiżguraw il-kontinwità tas-servizz pubbliku tat-trasport marittimu peress li kien ċar li l-persuni fiżiċi kkonċernati ma kellhomx il-mezzi finanzjarji meħtieġa.
(37) Skont l-awtoritajiet Taljani, il-ħames entitajiet l-oħra mistiedna jipparteċipaw fil-fażi tad-diliġenza dovuta indikaw li ma kinux għadhom interessati li jipparteċipaw fit-tranżazzjoni.
(38) F’dik l-ittra tat-2 ta’ Frar 2011, il-Kummissarju Straordinarju stieden lill-entitajiet interessati sabiex jissottomettu, qabel il-15 ta’ Marzu 2011, offerta finali, bla kundizzjonijiet u vinkolanti għall-akkwist tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, flimkien ma’ garanzija bankarja tal-ewwel talba għal ammont ta’ EUR 20 miljun, li tkopri l-obbligi meħuda fl-offerta u pjan ta’ direzzjoni tan-negozju konsistenti mal-obbligi ta’ servizz pubbliku previsti fl-abbozz tal-Konvenzjoni l-ġdida skont il-Liġi tal-2010.
(39) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.01.2004, p. 1).
(40) Inklużi, iżda mhux limitati għal, limiti fuq it-tariffi, it-terminazzjoni ta’ ċerti servizzi u l-bejgħ tal-kapaċità tat-trasport fuq ċerti rotot lil operaturi oħra.
(41) Peress li Moby u CIN kienu l-uniċi kumpaniji li kienu joperaw dawn ir-rotot, Onorato Partecipazioni ħadu impenn li (1) iżommu jew iżidu l-provvista aggregata tas-servizzi tat-trasport fuq ir-rotot Civitavecchia – Olbia u Genova – Olbia; (2) jirrispettaw limitu fuq it-tariffi, billi jużaw il-prezzijiet tal-eqqel staġun stabbiliti minn Moby fl-2014; (3) ibigħu 10% tal-kapaċità tat-trasport fl-eqqel staġun, bi skont ta’ 20% fuq it-tariffi, lil partijiet terzi mhux relatati.
(42) Drittijiet tal-privattivi u tal-proprjetà intellettwali; konċessjonijiet, liċenzji, trademarks u drittijiet simili; assi intanġibbli oħrajn.
(43) Sistemi u makkinarju; tagħmir industrijali u kummerċjali; assi tanġibbli oħrajn.
(44) Il-jum li fih il-Konvenzjoni l-ġdida tiġi ffirmata minn CIN u mill-Ministeru responsabbli.
(45) Bir-rata tal-imgħax legali fuq bażi annwali mingħajr kapitalizzazzjoni li tiġi mid-dħul fis-seħħ sas-saldu tal-bilanċ.
(46) B’mod partikolari, Banca Profilo assumiet li l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kienet se tiġi llikwidata malli tiskadi l-Konvenzjoni l-ġdida. Għall-kuntrarju, Ecorys tassumi li l-bastimenti li joperaw kemm taħt obbligi ta’ servizz pubbliku (jiġifieri fl-istaġun kwiet) kif ukoll fuq bażi kummerċjali (jiġifieri fl-eqqel staġun) ikomplu joperaw dawn is-servizzi tal-aħħar u mbagħad jinbiegħu fl-aħħar tal-ħajja utli tagħhom. Madankollu, Ecorys ma stabbilietx jekk ikunx vijabbli li dawn is-servizzi jkomplu joperaw fl-eqqel staġun biss (eż. il-kuntratti attwali tal-impjieg tal-persunal ikopru kemm l-eqqel staġun kif ukoll l-istaġun kwiet).
(47) Ecorys jinnota li filwaqt li estensjoni bħal din ma tistax tiġi eskluża, l-inċertezzi u n-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni affidabbli rigward il-kundizzjonijiet tas-servizz pubbliku ta’ tiġdid futur jagħmluha raġonevoli li jiġi vvalutati l-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia indipendentement minn estensjoni futura possibbli tas-sistema ta’ servizz pubbliku.
(48) Ecorys ikkalkolat dan il-valur bħala d-differenza bejn il-kostijiet imġarrba sabiex tingħata s-sensja lill-persunal kollu u l-valur nett aġġustat tal-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia.
(49) Ecorys tikkunsidra li dan il-proporzjon jindika jekk il-kost lavorattiv għandux inċidenza sinifikanti fil-baġit tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, meta mqabbla ma’ kumpaniji simili.
(50) Ecorys tqis li dan il-proporzjon jindika jekk il-kost lavorattiv tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia huwiex sproporzjonat meta mqabbel ma’ kumpaniji simili.
(51) B’mod partikolari: mill-24 ta’ Diċembru sas-6 ta’ Jannar, mill-Erbgħa ta’ qabel l-Għid sat-Tlieta ta’ wara, fil-festi pubbliċi tal-25 ta’ April, tal-1 ta’ Mejju, tat-2 ta’ Ġunju, tal-1 ta’ Novembru u tat-8 ta’ Diċembru, u ġimagħtejn f’Awwissu wara ftehim mal-ministeri superviżorji.
(52) Kif stipulat fil-paragrafu 13-bis tal-Artikolu 19 tad-Digriet Amministrattiv 78/2009, ikkonvertit fil-Liġi 102/2009, u fil-paragrafu 19 tal-Artikolu 19-ter tal-Liġi tal-2009.
(53) Imbagħad, dawn l-istandards tas-sikurezza ġew spjegati fid-dettall fid-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta’ Marzu 1998, trasposta fil-liġi Taljana permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 45 tal-4 ta’ Frar 2000, u fid-Direttiva 2003/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003, trasposta fil-liġi Taljana bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 52 tat-8 ta’ Marzu 2005 u fid-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, traspost fil-liġi Taljana bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 65 tal-14 ta’ Marzu 2005.
(54) Il-fondi kollha (jiġifieri EUR 7 000 000) ipprovduti mill-paragrafu 19 tal-Artikolu 19-ter tal-Liġi tal-2009 u EUR 16 750 000 mill-fondi pprovduti mil-Liġi 102/2009.
(55) L-FAS huwa fond nazzjonali li jappoġġja l-implimentazzjoni tal-politika Reġjonali Taljana. Ir-riżorsi tiegħu jiġu allokati fil-biċċa l-kbira tagħhom għal reġjuni identifikati bħala tali mill-awtoritajiet Taljani.
(56) Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana, Nru 137 tas-16 ta’ Ġunju 2009.
(57) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7). Il-Kummissjoni tinnota li r-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu ma jirrikjedix li l-Istati Membri jipprivatizzaw il-kumpaniji tat-trasport marittimu tagħhom iżda jilliberalizzaw biss dan is-suq speċifiku.
(58) L-ittra ta’ avviż formali ġiet adottata fit-28 ta’ Jannar 2010 iżda l-għada biss ġiet innotifikata lill-Italja.
(59) Anki jekk it-trasferiment formali tas-sjieda ta’ Tirrenia, ta’ Toremar u ta’ Siremar ma seħħx qabel l-2012.
(60) Ara s-Sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003 fil-Kawża C-280/00 Altmark Trans, ECLI:EU:C:2003:415.
(61) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi fdati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).
(62) Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens tas-servizz pubbliku [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4).
(63) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.01.2012, p. 3).
(64) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (ĠU C 8, 11.01.2012, p. 15).
(65) Dan il-paragrafu jiddikjara kif ġej: “ Għajnuna lil fornituri tal-SGEIs li jinsabu f’diffikultà tiġi vvalutata skont il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà ”.
(66) Għal deskrizzjoni dettaljata tal-kriterju, ara l-premessa 301(4).
(67) Ara l-Kawża C-205/99 Analir u oħrajn, ECLI:EU:C:2001:107, il-punti 27-28.
(68) Kien hemm Amministrazzjoni Straordinarja waħda u Kummissarju Straordinarju wieħed li jkopri ż-żewġ kumpaniji.
(69) B’mod partikolari, ġew organizzati żewġ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti. Proċedura waħda għall-mezzi veloċi ta’ trasport tul korp tal-ilma Aries, Taurus, Capricorn, Scorpio, Scatto ta’ Tirrenia u proċedura separata għall-vapur bil-mutur Domiziana ta’ Tirrenia. Il-proċedura preċedenti ta’ sejħa għall-offerti kienet tkopri wkoll il-mezz veloċi ta’ trasport tul korp tal-ilma Guizo ta’ Siremar.
(70) Sabiex turi li mhux l-impjegati kollha ta’ Tirrenia kellhom jinżammu mix-xerrej, l-Italja ssemmi li l-forza tax-xogħol ta’ Tirrenia kienet tammonta għal 1 414-il membru fil-mument meta seħħet id-diliġenza dovuta filwaqt li wara t-trasferiment tas-sjieda lil CIN din iċ-ċifra kienet naqset bi 12 % għal 1 239 (li minnhom 313 kellhom kuntratti temporanji). Barra minn hekk, mit-18-il maniġer impjegati minn Tirrenia, erbgħa biss saru impjegati ta’ CIN.
(71) Dan jinkludi rati ta’ bla riskju, betas u kost tad-dejn differenti, u xi differenzi fil-mod kif jiġi kkalkolat il-valur tal-likwidazzjoni (l-aktar il-kostijiet tal-għoti tas-sensja lill-persunal).
(72) Pereżempju, Banca Profilo użat ir-rati tal-bonds tal-gvern Taljan fuq 10 snin bħala r-rata mingħajr riskju peress li l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia topera b’mod esklużiv fl-Italja. Madankollu, Ecorys użat ir-rati aktar baxxi tal-bonds tal-gvern Ġermaniż li però, skont Banca Profilo, jissottovalutaw il-kost tal-kapital tal-fergħa kummerċjali.
(73) B’mod partikolari, l-Italja tirreferi għas-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 2013 fil-Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P Land Burgenland, ECLI:EU:C:2013:682, il-punti 93-96.
(74) ĠU L 92, 13.4.2010, p. 19.
(75) Tirrenia f’EA tirreferi b’mod partikolari għas-sentenza tal-15 ta’ Ġunju 2005 fil-Kawża T-17/02 Fred Olsen, SA, ECLI:EU:T:2005:218, il-punt 215.
(76) Tirrenia f’EA tirreferi għas-sentenzi tal-10 ta’ Mejju 2005 fil-Kawża Case C-400/99 L-Italja vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2005:275; u tal-4 ta’ Marzu 2009 fil-Kawżi Magħquda T-265/04, T-292/04 u T-504/04 Tirrenia di Navigazione vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2009:48.
(77) Tirrenia f’EA żżid li anki fl-eqqel staġun, Tirrenia kellha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Konvenzjoni rigward il-frekwenza tar-rotot u n-numru ta’ mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma u kellha wkoll tapplika nollijiet imraħħsa għar-residenti u għal kategoriji speċjali ta’ passiġġieri. Madankollu, Tirrenia kienet libera li tiddetermina t-tariffi għall-passiġġieri l-oħra kollha fuq bażi kompetittiva.
(78) Ara: http://www.tirreniadinavigazioneamministrazionestraordinaria.it/
(79) Is-sentenza tat-28 ta’ Frar 2012 fil-Kawża T-282/08, Grazer Wechselseitige Versicherung AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, ECLI:EU:T:2012:91.
(80) Tirrenia f’EA tirreferi għas-sentenza fil-Kawżi Magħquda T 268/08 u T 281/08 Land Burgenland u L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2012:90, il-punti 70, 72 u 87.
(81) Dawn il-miżuri jinkludu: (1) l-obbligu fuq Moby li ttemm is-servizz ta’ ġarr tal-merkanzija fuq ir-rotta Livorno - Cagliari, fil-każ li operatur ġdid jesprimi interess li jopera dan is-servizz; (2) l-obbligu fuq Moby li ttemm is-servizz Genova - Porto Torres sabiex tevita operazzjonijiet li jikkoinċidu ma’ dawk ta’ CIN; (3) l-obbligu kemm fuq Moby kif ukoll fuq CIN li jbigħu 10% tal-kapaċità tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija mħallta fuq kull waħda mir-rotot Civitavecchia - Olbia u Genova - Olbia lil operaturi oħra; u (4) l-obbligu fuq Moby kif ukoll fuq CIN li jevitaw milli jiffirmaw u jtemmu kwalunkwe kondiviżjoni tal-kodiċijiet jew kwalunkwe tip ieħor ta’ ftehim għall-bejgħ ta’ biljetti mal-kompetituri, jew ma’ partijiet relatati mal-kompetituri, fuq ir-rotot Civitavecchia-Olbia, Genova -Porto Torres u Genova - Olbia.
(82) Rigward il-bejgħ tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar (in-nota tagħna).
(83) Il-Kummissjoni qieset ukoll dan il-fatt fil-proċedimenti tagħha dwar il-fużjoni proposta bejn CIN u l-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia (il-każ M.6362, aktar tard magħluq minħabba li n-notifika ġiet irtirata mill-partijiet).
(84) B’mod partikolari CIN tirreferi għall-paġna 6 tar-Rapport fejn l-espert jiċċara li l-medda relatata mal-valur tas-segment “ġiet identifikata fuq il-bażi tas-suppożizzjoni tal-applikazzjoni kontinwa tal-Konvenzjoni dwar is-servizz pubbliku bejn is-segment tan-negozju u l-Istat Taljan u dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet korrispondenti skont l-abbozz tal-Konvenzjoni applikabbli u rifless b’ mod speċifiku fil-Pjan dwar is-Segment fuq il-bażi tal-Medda. […] Bħala eżempju biss, tnaqqis ta’ 10 % fil-kontribuzzjonijiet jista’ jikkawża, jekk ma jinbidlux is-suppożizzjonijiet l-oħra kollha fil-pjan imħejji mill-maniġment tal-impriża, tnaqqis fil-Medda ta’ madwar EUR 35.0 miljun.”
(85) CIN tenfasizza li s-servizzi okkażjonali offruti mill-operaturi “kompetituri” mhumiex assolutament komparabbli, lanqas f’termini tal-frekwenza tal-konnessjonijiet (li, fejn jeżistu, huma essenzjalment limitati għall-eqqel staġun), jew tal-frekwenzi offruti, għas-servizzi ggarantiti minn CIN fuq il-bażi tal-obbligi ta’ servizz pubbliku stipulati fil-Konvenzjoni l-ġdida.
(86) CIN tqis li dan ir-riskju huwa partikolarment rilevanti għaliex hija m’għandhiex drittijiet esklużivi u, għalhekk, ma għandhiex iċ-ċertezza li topera s-servizzi fuq bażi esklużiva.
(87) Dan kien jinkludi biss l-għadd ta’ persunal tal-ekwipaġġ (persunal abbord, anki meta jkun bil-liv jew mhux fuq ix-xogħol), mingħajr mhu speċifikat l-għadd ta’ persunal ġenerali u fuq l-art allokat għal kull rotta. CIN tinnota wkoll li r-regolamenti applikabbli jipprovdu gwida preċiża dwar il-ħin tax-xogħol, is-sigurtà u s-sikurezza tal-persunal, sabiex tiġi żgurata kwantità suffiċjenti u l-kwalità t-tajba tal-ekwipaġġ għal kull konnessjoni.
(88) Ara t-taqsimiet 5.2.1, 5.2.2, 5.2.3 u 5.2.4 għal aktar dettalji.
(89) B’mod partikolari, Pan Med semmiet li Grimaldi kienet topera servizzi ta’ ġarr tal-merkanzija fuq ir-rotot Ravenna – Catania, Salerno – Cagliari, Palermo – Cagliari, u Trapani – Cagliari. Skont Pan Med, Moby u Sardinia Ferries kienu joperaw ir-rotta Civitavecchia – Olbia fuq bażi staġjonali filwaqt li Moby kienet topera s-sena kollha fuq ir-rotta Genova – Olbia. Skont Pan Med, Moby kienet topera wkoll konnessjoni ta’ kull ġimgħa bejn Civitavecchia u Arbatax.
(90) Palermo, Catania, Ragusa, Trapani, kif ukoll l-ajruporti ta’ Lampedusa u Pantelleria.
(91) Il-Kummissjoni ma tkomplix tivvaluta din id-dikjarazzjoni mhux sostanzjata f’din id-Deċiżjoni minħabba li l-kontijiet analitiċi pprovduti mill-awtoritajiet Taljani juru li Tirrenia rreġistrat telf fuq din ir-rotta fl-2010.
(92) Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(93) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(94) Barra minn hekk, Grimaldi tikkontesta li peress li r-rieżami tal-bilanċ ekonomiku u finanzjarju tal-Konvenzjoni l-ġdida sseħħ biss kull tliet snin u allegatament fuq bażi volontarja, m’hemm l-ebda mod sabiex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-kost tal-fjuwil meta jiġi stabbilit il-kumpens.
(95) Dan il-punt huwa żviluppat aktar mill-AGCM fil-paragrafi 198-207 tad-deċiżjoni tagħha Nru 27 053. Ara t-taqsima 6.2 għal aktar dettalji.
(96) GURI Nru 240 tat-13 ta’ Ottubru 1990.
(97) Ara s-Sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003 fil-Kawża C-280/00 Altmark Trans, ECLI:EU:C:2003:415.
(99) Ara, b’mod partikolari, il-Kawża 730/79 Philip Morris vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1980:209, il-punt 11; il-Kawża C-53/00 Ferring, ECLI:EU:C:2001:627, il-punt 21; il-Kawża C-372/97 L-Italja vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2004:234, il-punt 44.
(100) Il-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:1998:77.
(101) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 tat-22 ta’ Diċembru 1986 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU L 378, 31.12.1986, p. 1)..
(102) B’mod partikolari, din il-miżura hija vvalutata taħt il-każ SA.15631.
(103) Il-Kawża C-590/14 P DEI u l-Kummissjoni vs Alouminion tis Ellados, ECLI:EU:C:2016:797, il-punt 45.
(104) Il-Kawżi Magħquda T-127/99, T-129/99 u T-148/99 Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava u oħrajn vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2002:59, il-punt 175.
(105) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2004) 43 – Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3).
(106) Ara l-Kawża C-205/99 Analir u oħrajn, ECLI:EU:C:2001:107.
(107) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu), Brussell, COM(2014) 232 final, 22.4.2014.
(108) Ara l-Kawża T-454/13 SNCM vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2017:134, il-punti 130 u 134.
(109) Ara l-Kawża T-289/03 BUPA u Oħrajn vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2008:29, il-punt 186.
(110) Ara l-Kawża 66/86 Ahmed Saeed Flugreisen, ECLI:EU:C:1989:140, il-punt 55; il-Kawża C-266/96 Corsica Ferries France, ECLI:EU:C:1998:306, il-punt 45; il-Kawża T-17/02 Fred Olsen vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2005:218, il-punt 186 et seq.
(111) Il-Kummissjoni tinnota li fi kwalunkwe każ, għal tnejn mit-tliet rotot tal-merkanzija biss ma hemm l-ebda servizz imħallat operat taħt sistema ta’ servizz pubbliku fuq l-istess rotta. Huwa biss fuq ir-rotta Napoli – Cagliari li CIN kellha topera kemm servizz imħallat kif ukoll servizz ta’ ġarr tal-merkanzija biss u dan tal-aħħar kellu jiġi abolit fl-2014 (ara l-premessa 103) sabiex jiġi rrestawrat il-bilanċ ekonomiku-finanzjarju tal-operazzjonijiet.
(112) Abbażi tad-data li l-Kummissjoni rkuprat mis-siti web tal-Istituto Nazionale di Statistica (għat-trasport marittimu) u tal-Associazione Italiana Gestori Aeroporti (għat-trasport bl-ajru).
(113) Sal-fużjoni ta’ Tirrenia u ta’ Adriatica (ara wkoll il-premessa 13).
(114) In-numru totali ta’ passiġġieri diviż bin-numru totali ta’ vjaġġi bir-ritorn matul il-perjodu.
(115) L-ammont totali ta’ merkanzija (f’metri lineari) diviż bin-numru totali ta’ vjaġġi bir-ritorn matul il-perjodu.
(116) Ara l-Kawża C-205/99 Analir u oħrajn, ECLI:EU:C:2001:107, il-punt 71.
(117) Il-Konvenzjoni l-ġdida tippermetti wkoll li din il-konnessjoni tiġi operata minn Genova minflok minn Livorno, iżda din il-possibbiltà qatt ma ntużat fil-prattika.
(118) Għall-isfond, ara: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3450
(119) Għall-kompletezza, il-Kummissjoni tinnota li anki li kieku l-Italja kienet taf (u dan la ġie argumentat u lanqas ma ntwera) bl-intenzjonijiet ta’ Grimaldi jew ta’ Pan Med li jibdew joperaw fuq din ir-rotta, xorta waħda setgħet tikkonkludi li s-servizzi ta’ Grimaldi jew ta’ Pan Med ma jkunux biżżejjed sabiex jissodisfaw il-ħtieġa tas-servizz pubbliku (eż. minħabba li ma kinux ikunu ekwivalenti f’termini ta’ portijiet moqdija, ta’ kwalità jew ta’ kapaċità offruta; jew minħabba li l-kontinwità u r-regolarità ta’ dan is-servizz ma setgħux jiġu ggarantiti).
(120) Dan jikkonċerna b’mod partikolari lil Minoan Lines Shipping, La Méridionale, Moby, Grandi Navi Veloci, Liberty Lines, Grimaldi Group, Corsica Ferries, SNAV, u Caronte & Tourist. Il-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group (eż. Caremar, Toremar) ġew esklużi mill-grupp ta’ referenza.
(121) Il-Kummissjoni tfakkar li l-2009 kienet l-aħħar sena meta Tirrenia operat fuq termini normali (jiġifieri kienet għadha ma daħlitx fl-amministrazzjoni straordinarja)
(122) L-ammont totali ta’ kumpens riċevut minn CIN matul il-perjodu 2012-2018 huwa ugwali għall-kost nett imġarrab fil-provvista tas-servizz pubbliku, inkluż redditu fuq il-kapital ta’ madwar 3.4%.
(123) Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).
(124) Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).
(125) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(126) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(127) Skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/18/KE.
(128) L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2004/18/KE jistipula: “ ‘Konċessjoni tas-servizz’ huwa kuntratt ta’ l-istess tip bħal kuntratt għas-servizz pubbliku minbarra l-fatt illi l-konsiderazzjoni għall-disposizzjoni tas-servizzi jikkonsisti jew waħdu fid-dritt li jesplojta s-servizz jew f’dan id-dritt kif ukoll bi ħlas.”
(129) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).
(130) Fin-nota 146 f’qiegħ il-paġna tal-Komunikazzjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna, il-Kummissjoni tosserva li l-qrati tal-Unjoni spiss jirreferu, fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat għal proċedura tal-offerti “miftuħa”. Madankollu, l-użu tal-kelma “miftuħa” ma jirreferix għal proċedura speċifika skont id-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kelma “kompetittiva” tidher aktar xierqa, mingħajr l-intenzjoni li tiddevja mill-kundizzjonijiet sostantivi stipulati fil-ġurisprudenza.
(131) B’mod partikolari: Id-Digriet Amministrattiv nru 134 tat-28 ta’ Awwissu 2008, ikkonvertit fil-Liġi nru 166 tas-27 ta’ Ottubru 2008.
(132) Barra minn hekk, kif spjegat aktar ’il fuq (ara l-premessa 373), l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2004/18/KE ma kienx japplika għal din is-sejħa għall-offerti. Għalhekk, l-Italja fil-fatt ma kellha l-ebda obbligu li tipprovdi l-kriterji tal-għażla tas-sejħa.
(133) Il-Kummissjoni tinnota li l-Italja lanqas ma kienet obbligata tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-assi eżatti għall-bejgħ u tal-kuntratt pubbliku ġdid ta’ servizz fis-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess, peress li l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2004/18/KE ma kienx japplika għal din il-proċedura tal-offerti.
(134) Barra minn hekk, peress li l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2004/18/KE ma kienx applikabbli għal din il-proċedura tal-offerti, l-Italja lanqas ma kienet obbligata tiddeskrivi fis-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess kif kienu se jiġu organizzati l-fażijiet sussegwenti tal-proċedura tal-offerti.
(135) Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Italja ma kinitx obbligata tagħti dettalji dwar il-kundizzjonijiet (possibbli) tal-pagament fis-sejħa għaliex l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2004/18/UE ma kienx japplika għal din il-proċedura tal-offerti.
(136) Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2012, Land Burgenland u L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-268/08 u T-281/08, ECLI:EU:T:2012:90, il-punt 87.
(137) Miksub billi jitnaqqsu l-pagamenti differiti fil-valur tagħhom fil-mument tal-bejgħ.
(138) Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2013, Land Burgenland vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, ECLI:EU:C:2013:682, il-punti 94-95.
(139) Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2013, Land Burgenland vs Il-Kummissjoni, Il-Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, ECLI:EU:C:2013:682, il-punt 96.
(140) L-Artikolu 63(2) tad-Digriet Amministrattiv 270/1999 jirrikjedi li kwalunkwe akkwirent potenzjali ta’ fergħa kummerċjali ta’ kumpanija kbira f’amministrazzjoni straordinarja jrid jieħu impenn li jżomm il-livell tal-forza tax-xogħol (jiġifieri n-numru ta’ ħaddiema) u li jkompli l-attivitajiet kummerċjali għal tal-anqas sentejn wara l-akkwist.
(141) Ħlief f’ċirkostanzi speċifikati sew.
(142) Abbozz ta’ dan il-kuntratt kien disponibbli fil-kamra tad-data għall-offerenti kollha. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ewlenin tiegħu diġà kienu stabbiliti fl-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv Nru 135 tal-25 ta’ Settembru 2009.
(143) Ferrando & Massone Srl
(144) Dan għaliex meta vapur ikun għadu mhux fl-aħħar tal-ħajja utli tiegħu, il-valur tiegħu għal skopijiet ta’ trasport marittimu jkun ogħla mill-valur tal-iskreppjar tiegħu. Fix-xenarju li fih il-bastimenti jinbiegħu separatament, huwa probabbli li tal-anqas uħud mill-vapuri jkollhom jinbiegħu bil-valur tal-iskreppjar tagħhom. Għalhekk, billi jinġabru flimkien il-vapuri u l-kuntratt pubbliku ta’ servizz, il-vapuri kollha jibqgħu joperaw u, għalhekk, jistgħu jinbiegħu bi prezz ogħla mill-valur tal-iskreppjar tagħhom.
(145) Ara b’mod aktar speċifiku t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-mistoqsija 68 fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tagħha “Gwida għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-istat, l-akkwisti pubbliċi u s-suq intern għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, u b’mod partikolari għal servizzi soċjali ta’ interess ġenerali” tad-29 ta’ April 2013 (ara: http://ec.europa.eu/competition/state_aid/overview/new_guide_eu_rules_procurement_mt.pdf).
(146) Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ SA.42710, SGEI – konnessjoni marittima veloċi tal-passiġġieri bejn Messina u r-Reggio Calabria – l-Italja (ĠU C 40, 2.2.2018, p. 4).
(147) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ SA.42366, Kumpensi tas-servizz pubbliku mogħtija lil bpost matul il-perjodu 2016-2020 – il-Belġju (ĠU C 341, 16/09/2016, p. 5).
(148) L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/18/KE, l-Artikolu 1(9)(a) tad-Direttiva 2004/17/KE.
(149) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ SA.22843, Delegazzjoni tas-servizz pubbliku Korsika 2007-2013 mogħtija lil SNCM u lil CMN (ĠU L 220, 17.8.2013, p. 20).
(150) Skont id-Digriet Presidenzjali Nru 633 tas-26 ta’ Ottubru 1972, it-trasferimenti tan-negozji attivi jew tal-unitajiet tan-negozju lil kumpanija oħra mhumiex meqjusa bħala provvista ta’ merkanzija u, għalhekk, huma eżentati mill-VAT.
(151) B’mod partikolari, fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza bħal dawk li jinvolvu lil Tirrenia f’EA, il-qligħ jiġi ddeterminat skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 183 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu Konsolidata. Fuq il-bażi ta’ dik id-dispoizzjoni, il-qligħ ta’ impriża għall-perjodu mill-bidu tal-proċedimenti ta’ falliment sal-konklużjoni tagħhom huwa d-differenza bejn l-assi tal-impriża fil-bidu tal-proċedimenti u l-assi residwi meta jintemmu. Għalhekk, qabel it-tmiem tal-proċedimenti, mhuwiex possibbli li jiġi antiċipat jekk hemmx obbligazzjoni tat-taxxa u d-daqs tagħha. Peress li l-likwidazzjoni ta’ Tirrenia f’EA għadha għaddejja, huwa impossibbli li jiġi konkluż jekk hix se tkun dovuta affattu xi taxxa fuq l-introjtu.
(152) L-awtoritajiet Taljani nnotifikaw biss (ara l-premessa 4) il-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti skont il-Konvenzjoni l-ġdida, li l-Kummissjoni sabet li ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, l-Italja argumentat li l-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti lil Tirrenia skont l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali kien kompatibbli u eżentat min-notifika skont id-Deċiżjoni SGEI tal-2005. Il-Kummissjoni se tivvaluta jekk dan kienx tabilħaqq il-każ fit-taqsima 7.3.1.
(153) Għall-finijiet ta’ kompletezza, il-Kummissjoni tinnota li d-dispożizzjoni tranżizzjonali li tinsab fl-Artikolu 10(a) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011, li skont din kwalunkwe skema ta’ għajnuna mdaħħla fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni (jiġifieri qabel il-31 ta’ Jannar 2012) li kienet kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika f’konformità mad-Deċiżjoni SGEI tal-2005, għandha tkompli tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika għal perjodu ulterjuri ta’ sentejn (jiġifieri sal-30 ta’ Jannar 2014, inkluża din id-data). Dan ifisser li l-għajnuna li ngħatat taħt tali skema fil-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni SGEI tal-2005 fid-19 ta’ Diċembru 2005 u d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 fil-31 ta’ Jannar 2012 se titqies kompatibbli mas-suq intern iżda biss mid-data li fiha ngħatat sat-30 ta’ Jannar 2014 inkluża din id-data. Fi kwalunkwe każ, għall-għajnuna mogħtija fiż-żmien mill-31 ta’ Jannar 2012 ’il quddiem, id-dispożizzjoni tranżizzjonali tal-Artikolu 10(a) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 mhijiex applikabbli u l-valutazzjoni tal-kompatibbiltà trid issir skont id-Deċiżjoni SGEI tal-2011.
(154) Il-Kummissjoni tinnota li filwaqt li dawn it-tliet rotot kienu jintużaw taħt is-sistema ta’ servizz pubbliku għas-sena kollha, dan tnaqqas gradwalment għall-istaġun kwiet bl-operat tas-servizz fuq bażi kummerċjali matul l-eqqel staġun (ara l-premessa 34). Madankollu, peress li kemm id-Deċiżjoni SGEI tal-2005 kif ukoll id-Deċiżjoni SGEI tal-2011 jirreferu għal “traffiku annwali”, il-Kummissjoni ma tistax teskludi n-numru ta’ passiġġieri li jinġarru meta s-servizz jiġi operat fuq bażi kummerċjali kif issuġġerit mill-Italja.
(155) ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.
(156) Ara l-paragrafu 140 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar.
(157) Għal raġunijiet ta’ sinteżi, il-Kummissjoni ma tinkludix iċ-ċifri dettaljati f’din id-Deċiżjoni.
(158) Għad-deċiżjonijiet li qed jiġu vvalutati, din il-Konferenza hija magħmula mill-Ministeru tal-Infrastruttura u tat-Trasport, mill-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi, u mill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku.
(159) Ara d-deċiżjoni tat-30 ta’ Diċembru 2004 meħuda mill-Konferenza Interdipartimentali. Din id-deċiżjoni estendiet il-perjodu ta’ deprezzament inizjalment previst minn 20 għal 30 sena għal mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma u minn 15 għal 20 sena għal inġenji tal-passiġġieri b’veloċità għolja.
(160) Id-Direttiva 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318 17.11.2006, p. 17).
(161) Kif stabbilit fil-premessa 436. L-illegalità tal-għajnuna mogħtija għar-rotot l-oħra se tiġi eżaminata aktar fit-taqsima 7.3.1.8.
(162) Din il-parti tar-riżultat hija mmexxija kważi għalkollox mill-operat tas-servizz pubbliku peress li Tirrenia ma kellha l-ebda attività kummerċjali fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2012. Barra minn hekk, kwalunkwe profitt jew telf minn, eż., il-bejgħ ta’ assi mhux relatati mas-servizz pubbliku, ġew irreġistrati taħt ir-riżultati straordinarji.
(163) Għal ċarezza, dan jikkonċerna r-rotot imħallta Genova – Olbia – Arbatax, Civitavecchia – Cagliari – Arbatax, Napoli – Cagliari, Palermo – Cagliari, Trapani – Cagliari, Termoli – Tremiti Islands, u r-rotot ta’ ġarr tal-merkanzija Livorno – Cagliari, Napoli – Cagliari u Ravenna – Catania.
(164) F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li dawn id-disa’ rotot instabu li jikkostitwixxu SGEI ġenwin (ara t-taqsima 7.3.1.2) u jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-obbligi ta’ servizz pubbliku kif stabbiliti mir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni aċċettat l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali ta’ Tirrenia fid-dawl tal-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ dik il-kumpanija u, għalhekk, l-opinjoni motivata tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2012 ma kinitx tikkonċerna lil Tirrenia (ara l-premessa 121).
(165) Ara n-nota 159 f’qiegħ il-paġna għar-rotot eżatti.
(166) Anki jekk din l-għajnuna ngħatat qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, skont il-paragrafu 139 ta’ dawn il-Linji Gwida, meta teżamina l-għajnuna lill-fornituri tal-SGEI f’diffikultà, bħal Tirrenia, il-Kummissjoni trid tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, irrispettivament mid-data li fiha ngħatat l-għajnuna. Meta l-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibbiltà skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ għajnuna mogħtija lil fornituri tal-SGEI f’diffikultà qabel il-31 ta’ Jannar 2012, tali għajnuna titqies kompatibbli mas-suq intern jekk tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Qafas SGEI tal-2011, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 9, 14, 19, 20, 24, 39 u 60.
(167) Ara l-paragrafu 140 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar.
(168) Bl-eċċezzjoni tal-aġġornamenti fuq il-bastiment Clodia li tħallsu minn Tirrenia.
(169) Kif spjegat fil-premessa 192, mit-EUR 12 051 900 mogħtija sabiex jitwettqu l-aġġornamenti tal-vapuri meħtieġa sabiex jiġu rrispettati l-istandards internazzjonali tas-sikurezza, Tirrenia effettivament użat biss EUR 630 600 sabiex tħallas għalll-aġġornamenti għall-bastiment Clodia.
(170) Il-Kawża C-301/87 Franza vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1990:67, il-punt 41.
(171) Ara n-nota 166 f’qiegħ il-paġna.
(172) Ara n-nota 159 f’qiegħ il-paġna għar-rotot eżatti.
(173) Id-dikjarazzjoni ta’ Grimaldi li operaturi oħra pprovdew servizzi meqjusa ekwivalenti għal dawk ipprovduti minn CIN skont il-Konvenzjoni l-ġdida ma tistax tiġi aċċettata għal diversi raġunijiet. B’mod partikolari, Grimaldi ma vvalutax is-sitwazzjoni kompetittiva fil-mument tal-għoti tal-inkarigu ta’ CIN iżda, minflok, tirreferi għar-riżoluzzjoni tal-AGCM li tiffoka l-aktar fuq is-sitwazzjoni mill-2015. Barra minn hekk, anki sal-punt li operatur ieħor seta’ kien preżenti fi żmien l-għoti tal-inkarigu ta’ CIN, Grimaldi ma wrietx li dan jikkonċerna servizzi ekwivalenti għal dawk ipprovduti minn CIN. Tabilħaqq, is-servizzi offruti minn dawn l-operaturi l-oħra jistgħu jkunu limitati għall-eqqel stġaun biss, jista’ jkollhom frekwenza differenti jew jaf ma jkunux joffru konnessjonijiet bejn l-istess portijiet eżattament. Għalhekk, ma ntweriex li s-servizzi pprovduti minn operaturi oħra huma biżżejjed sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida.
(174) Ara l-premessi 1 u 5 ta’ din id-Deċiżjoni.
(175) Is-sentenza tat-12 ta’ Lulju 1973, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-70/72, EU:C:1973:87, il-punt 13.
(176) Is-sentenza tal-21 ta’ Marzu 1990, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-142/87, EU:C:1990:125, il-punt 66.
(177) Is-sentenza tas-17 ta’ Ġunju 1999, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-75/97, EU:C:1999:311, il-punti 64 u 65.
(178) Il-liġi nazzjonali tirregola l-klassifikazzjoni tat-talba tal-għajnuna mill-Istat fl-iskeda tal-obbligazzjonijiet, dment li l-klassifikazzjoni tikkonforma mal-prinċipju tal-effettività u mal-prinċipju tal-ekwivalenza. Ara l-paragrafu 64 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, C 247/1, it-23 ta’ Lulju 2019. Fi kwalunkwe każ, it-talba tal-għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi kklassifikata anqas mit-talbiet ordinarji mhux garantiti. Ir-reġistrazzjoni finali tat-talba tal-għajnuna mill-Istat twaqqaf ukoll id-dovuti ta’ mgħax addizzjonali tal-irkupru.
(179) Il-Kawża C-303/88 L-Italja vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1991:136.
(180) Il-Kawża T-121/15 Fortischem a.s. vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2019:684, il-punt 208.
(181) Il-Kawża T-123/09 Ryanair vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2012:164, il-punt 156.
(182) Ara l-premessa 99.
(183) Ara l-premessa 384.
(184) Ara l-premessa 391.
(185) Ara l-premessa 13.
(186) Il-fatt li Onorato Partecipazioni aktar tard akkwistat sjieda u kontroll sħaħ fuq Moby u CIN (ara wkoll il-premessa 82) ma jbiddilx dan il-fatt.
(187) Verżjoni emendata ta’ dik id-Deċiżjoni ġiet adottata mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Diċembru 2012 (ara l-premessa 5).
(188) Ara l-premessa 4.
(189) Ara l-premessa 398.
(190) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(191) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).