|
4.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9909 — ISTA International/Aareal Bank/Objego)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 293/04)
1.
Fis-26 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ISTA International GmbH (“ISTA International”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn CK Hutchison Holdings Limited u CK Assets Holdings Limited (it-tnejn f’Ħong Kong/il-Gżejjer Kajman), |
|
— |
Aareal Bank AG (“Aareal Bank”, il-Ġermanja), |
|
— |
Objego GmbH, (“Objego”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn ISTA International. |
ISTA International u Aaereal Bank jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Objego.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
ISTA International: kejl separat u servizzi relatati fil-Ġermanja, Franza u d-Danimarka, |
|
— |
Aareal Bank: finanzjament tal-proprjetà immobbli u servizzi relatati, kif ukoll soluzzjonijiet ta’ software għal impriżi tal-proprjetà immobbli; |
|
— |
Objego: l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ pjattaforma diġitali li tipprovdi u tirranġa servizzi fis-setturi tal-proprjetà immobbli u tal-enerġija u setturi ta’ servizzi relatati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9909 — ISTA International/Aareal Bank/Objego
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Europäische Kommission |
|
Generaldirektion Wettbewerb |
|
Registratur Fusionskontrolle |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).