3.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10179 — Tengelmann Warenhandelsgesellschaft/KiK Textilien und Non-Food)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 74/05)

1.   

Fit-23 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Tengelmann International GmbH (“Tengelmann International”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Tengelmann Warenhandelsgesellschaft KG (“Tengelmann”, il-Ġermanja),

—

KiK Textilien und Non-Food GmbH (il-Ġermanja, “KiK” jew il-“Kumpanija fil-Mira”), bħalissa kkontrollata bi sħab minn Tengelmann u H.H. Holding, b’din tal-aħħar finalment ikkontrollata minn Jost-Stefan Heinig.

Tengelmann takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ KiK kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Tengelmann hija attiva mad-dinja kollha bħala bejjiegħ bl-imnut, tissupplixxi t-tessuti, prodotti tal-ikel, proprjetà immobbli u servizzi kummerċjali elettroniċi, fost oħrajn,

—

KiK hija attiva fil-bejgħ bl-imnut, tissupplixxi t-tessuti b’mod partikolari, f’aktar minn 3,400 ħanut fil-Ġermanja, il-Kroazja, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja, iċ-Ċekja u l-Ungerija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10179 — Tengelmann Warenhandelsgesellschaft/KiK Textilien und Non-Food

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.