|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2220 |
18.3.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11323 – SKG / WESTROCK)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/2220)
1.
Fil-11 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Smurfit Kappa Group plc (“SKG”), kumpannija kkwotata fil-Borża inkorporata fl-Irlanda. |
|
— |
WestRock Company (“WestRock”), kumpannija kkwotata fil-Borża inkorporata fl-Istati Uniti. |
SKG se tidħol f’amalgamazzjoni sħiħa skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ma’ WestRock.
Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
SKG hija kumpanija multinazzjonali tal-karti u tal-imballaġġ. Hija attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ (i) materjali tal-kisi korrugati, folji, u kaxxetti, (ii) folji u kaxex tal-kartun solidu, (iii) kartun u kartun li jintewa, (iv) prodotti tal-imballaġġ speċjalizzati, (v) makkinarju tal-imballaġġ, u (vi) derivattivi tal-karta bħal karta għar-rimi u polpa riċiklati. |
|
— |
WestRock hija fornitur multinazzjonali tal-karti u soluzzjonijiet tal-imballaġġ. Hija attiva fil-manifattura u l-provvista tal-kartun, tal-kartun li jintewa, tal-kartun tal-kontejners, u tal-prodotti tal-ippakkjar ikkorrugati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11323 – SKG / WESTROCK
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2220/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)