|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2580 |
17.11.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2580
tat-13 ta’ Novembru 2026
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija
(notifikata bid-dokument C(2026) 8218)
(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa mard virali infettiv li jaffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollu impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u dan jikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dak il-mard jinxtered fi stabbilimenti oħra li jżommu dawk l-annimali. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żona ristretta ulterjuri. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1160 (4) ġiet adottata wara tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija, u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom jittieħdu minn dak l-Istat Membru. B’mod aktar partikolari, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 jipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jkunu jinkludu mqar iż-żoni elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. Jipprevedi wkoll li l-miżuri li jeħtieġ jiġu applikati f’dawk iż-żoni jridu jiġu applikati mqar sad-dati elenkati f’dak l-Anness. Barra minn hekk, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 jistabbilixxi ċerti projbizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali kaprini u ovini minħabba t-tifqigħat, inkluża projbizzjoni fuq il-movimenti tal-annimali kaprini u ovini minn kwalunkwe parti tat-territorju tal-Bulgarija lejn destinazzjoni li tinsab barra minn dak it-territorju sal-31 ta’ Diċembru 2026. |
|
(4) |
Fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160, l-Artikolu 21(1), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 ippreveda l-istabbiliment, jekk ikun meħtieġ, ta’ żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160, il-miżuri applikabbli f’dawk iż-żoni ristretti ulterjuri kellhom jibqgħu fis-seħħ wara l-perjodi minimi meħtieġa għaż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza. Għaldaqstant, l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 bħalissa jipprevedi l-elenkar, fl-Anness II tagħha, taż-żoni fil-Bulgarija fejn il-miżuri applikabbli għaż-żoni ristretti ulterjuri, kif stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu japplikaw wara l-perjodi applikabbli għaż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza korrispondenti. |
|
(5) |
Sussegwentement, l-Artikolu 21(1), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 ġie emendat, bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/322 (5), biex jitneħħa r-rekwiżit li jiġu stabbiliti żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. B’riżultat ta’ dan, l-istabbiliment u d-durata ta’ żoni ristretti ulterjuri ma għadhomx neċessarjament marbuta ma’ dawk taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 sabiex jiġi emendat l-Artikolu 3 u jitħassar l-Anness II tagħha, li jipprevedi speċifikament l-elenkar taż-żoni fil-Bulgarija soġġetti għall-miżuri applikabbli għal żoni ristretti ulterjuri wara l-perjodi applikabbli għaż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza korrispondenti. |
|
(6) |
Barra minn hekk, mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160, bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/2207 (6), il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni bi 17-il tifqigħa addizzjonali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti li jżommu l-annimali ovini fir-reġjuni ta’ Dobrich, Haskovo, Kardzhali, Kyustendil, Plovdiv, Sofia u Stara Zagora, fil-perjodu ta’ bejn l-24 ta’ Settembru u t-8 ta’ Novembru 2026. Uħud minn dawk it-tifqigħat il-ġodda kienu jinsabu barra miż-żoni ristretti li kienu diġà ġew stabbiliti b’riżultat ta’ tifqigħat preċedenti, jiġifieri fir-reġjuni ta’ Dobrich u Sofia, fejn il-marda ma kinitx ġiet irrapportata qabel. Bi tweġiba għal dan, il-Bulgarija stabbiliet żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fejn qed jiġu applikati l-miżuri għall-kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(7) |
Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għall-Bulgarija fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160, kif ukoll id-durata tal-miżuri li japplikaw fihom, jenħtieġ li jiġu aġġustati biex iqisu s-17-il tifqigħa addizzjonali. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu emendati l-lista taż-żoni ristretti u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 jiġi emendat kif xieraq, u l-Anness II jenħtieġ li jitħassar. |
|
(9) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri, u tal-għadd tagħhom, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dak il-mard, iżda anke s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fit-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat minn dak il-mard, kif ukoll il-livell tar-riskju li l-mard ikompli jinxtered. Barra minn hekk, id-durata tal-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni ġiet iddeterminata skont l-istandards internazzjonali stabbiliti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) (7). |
|
(10) |
Barra minn hekk, minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Bulgarija fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, u sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ tixrid ulterjuri ta’ dik il-marda, jeħtieġ li jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-movimenti tal-annimali ovini u kaprini mit-territorju tal-Bulgarija lejn destinazzjoni li tinsab barra mill-Bulgarija, stabbilit fl-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160. Għaldaqstant, jenħtieġ li dik il-projbizzjoni tiġi estiża sat-30 ta’ Ġunju 2027. |
|
(11) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, u l-ħtieġa li dak il-mard ma jinxteridx mill-istabbilimenti affettwati fil-Bulgarija lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra, l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jsiru effettivi malajr kemm jista’ jkun. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 hija emendata kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 2(3), id-data “31 ta’ Diċembru 2026” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Ġunju 2027”. |
|
2. |
fl-Artikolu 3, jitħassru l-ewwel u t-tieni paragrafi. |
|
3. |
L-Anness I huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
4. |
L-Anness II jitħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2026.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta' speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1160 tal-5 ta’ Ġunju 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/948 (ĠU L, 2025/1160, 10.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1160/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/322 tat-12 ta’ Frar 2026 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2020/687 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u għall-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L, 2026/322, 22.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/322/oj).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/2207 tat-28 ta’ Settembru 2026 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija (ĠU L, 2026/2207, 1.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2207/oj).
(7) https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/.
ANNESSI
ANNESS I
Parti A: Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fil-Bulgarija, kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Region of Plovdiv BG-CAPRIPOX-2025-00039 BG-CAPRIPOX-2025-00042 BG-CAPRIPOX-2025-00045 BG-CAPRIPOX-2025-00046 BG-CAPRIPOX-2025-00047 BG-CAPRIPOX-2025-00048 BG-CAPRIPOX-2025-00061 BG-CAPRIPOX-2025-00069 BG-CAPRIPOX-2025-00070 BG-CAPRIPOX-2025-00073 BG-CAPRIPOX-2025-00078 BG-CAPRIPOX-2025-00084 BG-CAPRIPOX-2025-00088 BG-CAPRIPOX-2025-00090 BG-CAPRIPOX-2025-00091 BG-CAPRIPOX-2025-00092 BG-CAPRIPOX-2025-00094 BG-CAPRIPOX-2025-00095 BG-CAPRIPOX-2025-00097 BG-CAPRIPOX-2025-00135 BG-CAPRIPOX-2025-00149 BG-CAPRIPOX-2026-00001 BG-CAPRIPOX-2026-00002 BG-CAPRIPOX-2026-00004 BG-CAPRIPOX-2026-00036 BG-CAPRIPOX-2026-00046 |
Protection zone: Those parts of the regions of Plovdiv, Haskovo, and Stara Zagora contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.200, Long. 24.790453 (2025/39), Lat. 42.2829, Long. 24.9637 (2025/42), Lat. 42.2308, Long 25.0438 (2025/45), Lat. 42.2401, Long. 25.0556 (2025/46), Lat. 42.2037, Long. 25.0513 (2025/47), Lat. 42.1959, Long. 25.0566 (2025/48), Lat. 42.0248, Long. 25.096 (2025/61), Lat. 42.2883, Long. 24.6303 (2025/69), Lat. 42.3705, Long. 24.725 (2025/70), Lat. 42.3263, Long. 24.6724 (2025/73), Lat. 42.0146, Long. 25.2956 (2025/78), , Lat. 42.3063, Long. 24.5243 (2025/84), Lat. 41.9443, Long. 25.2481 (2025/88), Lat. 41.9423, Long. 25.2434 (2025/90), Lat. 41.9449, Long. 25.2471 (2025/91), Lat. 42.267, Long. 24.554 (2025/92), Lat. 42.2848, Long. 24.5428 (2025/94), Lat. 42.2757, Long. 24.5373 (2025/95), Lat. 41.9456, Long. 25.2427 (2025/97), , Lat. 42.1483, Long. 25.0517 (2025/135), Lat. 42.0859, Long. 24.7088 (2025/149), Lat. 42.3442, Long. 24.8236 (2026/1), Lat. 42.0275, Long. 25.1041 (2026/4), Lat. 42.605, Long. 24.872 (2026/36), Lat. 42.624, Long. 24.896 (2026/46). |
30.6.2027 |
|
Surveillance zone: Those parts of the regions of Plovdiv, , Stara Zagora, Haskovo and Pazardzhik contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.200, Long. 24.790453 (2025/39), Lat. 42.2829, Long. 24.9637 (2025/42), Lat. 42.2308, Long 25.0438 (2025/45), Lat. 42.2401, Long. 25.0556 (2025/46), Lat. 42.2037, Long. 25.0513 (2025/47), Lat. 42.1959, Long. 25.0566 (2025/48), Lat. 42.0248, Long. 25.096 (2025/61), Lat. 42.2883, Long. 24.6303 (2025/69), Lat. 42.3705, Long. 24.725 (2025/70), Lat. 42.3263, Long. 24.6724 (2025/73), Lat. 42.0146, Long. 25.2956 (2025/78), Lat. 42.3063, Long. 24.5243 (2025/84), Lat. 41.9443, Long. 25.2481 (2025/88), Lat. 41.9423, Long. 25.2434 (2025/90), Lat. 41.9449, Long. 25.2471 (2025/91), Lat. 42.267, Long. 24.554 (2025/92), Lat. 42.2848, Long. 24.5428 (2025/94), Lat. 42.2757, Long. 24.5373 (2025/95), Lat. 41.9456, Long. 25.2427 (2025/97), Lat. 42.1228, Long. 24.9373 (2025/138), Lat. 42.0859, Long. 24.7088 (2025/149), Lat. 42.3905, Long. 25.131 (2025/153), Lat. 42.3442, Long. 24.8236 (2026/1), Lat. 42.0275, Long. 25.1041 (2026/4), Lat. 42.605, Long. 24.872 (2026/36) Lat. 42.624, Long. 24.896 (2026/46), excluding the areas contained in the protection zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Haskovo BG-CAPRIPOX-2026-00003 BG-CAPRIPOX-2026-00010 BG-CAPRIPOX-2026-00011 BG-CAPRIPOX-2026-00014 BG-CAPRIPOX-2026-00023 BG-CAPRIPOX-2026-00029 BG-CAPRIPOX-2026-00032 BG-CAPRIPOX-2026-00034 BG-CAPRIPOX-2026-00037 BG-CAPRIPOX-2026-00038 BG-CAPRIPOX-2026-00039 BG-CAPRIPOX-2026-00042 BG-CAPRIPOX-2026-00043 BG-CAPRIPOX-2026-00047 BG-CAPRIPOX-2026-00052 |
Protection zone: Those parts of the regions of Haskovo, and Stara Zagora contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.059, Long. 25.981(2026/3), Lat. 42.059, Long. 25.983 (2026/10), Lat. 41.860, Long. 25.510 (2026/11), Lat. 42.054, Long. 25.984 (2026/14), Lat. 41.996, Long. 22.973 (2026/23), Lat. 42.049, Long. 25.992 (2026/29), Lat. 41.651, Long. 22.651 (2026/32), Lat. 42.051, Long. 25.985 (2026/34), Lat. 41.915, Long. 25.554 (2026/37), Lat. 42.056, Long. 25.989 (2026/38), Lat. 41.943, Long. 25.399 (2026/39), Lat. 42.055, Long. 25.985 (2026/42), Lat. 41.867, Long. 25.292 (2026/43), Lat. 41.946, Long. 25.395 (2026/47), Lat. 41.910, Long. 25.520 (2026/52). |
30.6.2027 |
|
Surveillance zone: Those parts of the regions of Haskovo and Stara Zagora contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.059, Long. 25.981(2026/3), Lat. 42.059, Long. 25.983 (2026/10), Lat. 41.860, Long. 25.510 (2026/11), Lat. 42.054, Long. 25.984 (2026/14), Lat. 41.996, Long. 22.973 (2026/23), Lat. 42.049, Long. 25.992 (2026/29), Lat. 41.651, Long. 22.651 (2026/32), Lat. 42.051, Long. 25.985 (2026/34), Lat. 41.915, Long. 25.554 (2026/37), Lat. 42.056, Long. 25.989 (2026/38), Lat. 41.943, Long. 25.399 (2026/39), Lat. 42.055, Long. 25.985 (2026/42), Lat. 41.867, Long. 25.292 (2026/43), Lat. 41.946, Long. 25.395 (2026/47), Lat. 41.910, Long. 25.520 (2026/52), excluding the areas contained in the protection zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Blagoevgrad BG-CAPRIPOX-2026-00005 BG-CAPRIPOX-2026-00012 BG-CAPRIPOX-2026-00021 BG-CAPRIPOX-2026-00025 BG-CAPRIPOX-2026-00030 BG-CAPRIPOX-2026-00031 |
Protection zone: Those parts of the region of Blagoevgrad contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.470, Long. 23.693 (2026/5), Lat. 42.054, Long. 23.014 (2026/12), Lat. 41.970, Long. 22.914 (2026/21), Lat. 41.459, Long. 23.219 (2026/25), Lat. 41.483, Long. 23.177 (2026/30), Lat. 41.507, Long. 23.157 (2026/31). |
30.6.2027 |
|
Surveillance zone: Those parts of the region of Blagoevgrad contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.470, Long. 23.693 (2026/5), Lat. 42.054, Long. 23.014 (2026/12), Lat. 41.970, Long. 22.914 (2026/21), Lat. 41.459, Long. 23.219 (2026/25), Lat. 41.483, Long. 23.177 (2026/30), Lat. 41.507, Long. 23.157 (2026/31), excluding the areas contained in the protection zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Stara Zagora BG-CAPRIPOX-2026-00006 BG-CAPRIPOX-2026-00007 BG-CAPRIPOX-2026-00008 BG-CAPRIPOX-2026-00017 BG-CAPRIPOX-2026-00018 BG-CAPRIPOX-2026-00019 BG-CAPRIPOX-2026-00048 BG-CAPRIPOX-2026-00050 BG-CAPRIPOX-2026-00051 |
Protection zone: Those parts of the region of Stara Zagora contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.334, Long. 25.2153 (2026/6), Lat. 42.2401, Long. 25.2523 (2026/7), Lat. 42.2168, Long. 25.2290 (2026/8), Lat. 42.561, Long. 25.410 (2026/17), Lat. 42.558, Long. 25.413 (2026/18), Lat. 42.562, Long. 25.412 (2026/19)? Lat. 42.298, Long. 25.639 (2026/48), Lat. 42.592, Long. 25.032 (2026/50), Lat. 42.592, Long. 25.032 (2026/51). |
30.6.2027 |
|
Surveillance zone: Those parts of the region of Stara Zagora and Haskovo contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.334, Long. 25.2153 (2026/6), Lat. 42.2401, Long. 25.2523 (2026/7), Lat. 42.2168, Long. 25.2290 (2026/8), Lat. 42.561, Long. 25.410 (2026/17), Lat. 42.558, Long. 25.413 (2026/18), Lat. 42.562, Long. 25.412 (2026/19), Lat. 42.298, Long. 25.639 (2026/48), Lat. 42.592, Long. 25.032 (2026/50), Lat. 42.592, Long. 25.032 (2026/51), excluding the areas contained in the protection zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Kyustendil BG-CAPRIPOX-2026-00009 BG-CAPRIPOX-2026-00027 BG-CAPRIPOX-2026-00035 |
Protection zone: Those parts of the region of Kyustendil contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.197, Long. 22.673 (2026/9), Lat. 42.151, Long. 22.802 (2026/27), Lat. 42.109, Long. 22.840 (2026/35), Lat. 42.204, Long. 22.904 (2026/44), Lat. 42.270, Long. 22.806 (2026/45). |
30.6.2027 |
|
Surveillance zone: Those parts of the region of Kyustendil contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.197, Long. 22.673 (2026/9), Lat. 42.151, Long. 22.802 (2026/27), Lat. 42.109, Long. 22.840 (2026/35), Lat. 42.204, Long. 22.904 (2026/44), Lat. 42.270, Long. 22.806 (2026/45), excluding the areas contained in the protection zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Kardzhali BG-CAPRIPOX-2026-00013 BG-CAPRIPOX-2026-00015 BG-CAPRIPOX-2026-00016 BG-CAPRIPOX-2026-00026 BG-CAPRIPOX-2026-00028 BG-CAPRIPOX-2026-00033 BG-CAPRIPOX-2026-00040 BG-CAPRIPOX-2026-00053 BG-CAPRIPOX-2026-00054 |
Protection zone: Those parts of the region of Kardzhali contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.704, Long. 25.601 (2026/13), Lat. 41.720, Long. 25.602 (2026/15), Lat. 41.610, Long. 25.684 (2026/16), Lat. 41.704, Long. 25.610 (2026/26), Lat. 41.608, Long. 25.686 (2026/28), Lat. 41.719, Long. 25.608 (2026/33), Lat. 41.610, Long. 25.684 (2026/16), Lat. 41.735, Long. 25.403 (2026/40), Lat. 41.674, Long. 25.433 (2026/53), Lat. 41.674, Long. 25.433 (2026/54). |
30.6.2027 |
|
Surveillance zone: Those parts of the region of Kardzhali contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.704, Long. 25.601 (2026/13), Lat. 41.720, Long. 25.602 (2026/15), Lat. 41.610, Long. 25.684 (2026/16), Lat. 41.704, Long. 25.610 (2026/26), Lat. 41.608, Long. 25.686 (2026/28), Lat. 41.719, Long. 25.608 (2026/33), Lat. 41.610, Long. 25.684 (2026/16), Lat. 41.735, Long. 25.403 (2026/40), Lat. 41.674, Long. 25.433 (2026/53), Lat. 41.674, Long. 25.433 (2026/54), excluding the areas contained in the protection zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Yambol BG-CAPRIPOX-2026-00024 |
Protection zone: Those parts of the region of Yambol contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.514, Long. 26.656 (2026/24). |
30.6.2027 |
|
Surveillance zone: Those parts of the region of Yambol contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.514, Long. 26.656 (2026/24), excluding the areas contained in the protection zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Dobrich BG-CAPRIPOX-2026-00055 BG-CAPRIPOX-2026-00056 |
Protection zone: Those parts of the region of Dobrich contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 43.563, Long. 28.585 (2026/55), Lat. 43.934, Long. 27.575 (2026/56); |
30.6.2027 |
|
Surveillance zone: Those parts of the region of Dobrich contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 43.563, Long. 28.585 (2026/55), Lat. 43.934, Long. 27.575 (2026/56), excluding the areas contained in the protection zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Sofia BG-CAPRIPOX-2026-00041 BG-CAPRIPOX-2026-00049 |
Protection zone: Those parts of the region of Sofia contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.670, Long. 23.640 (2026/41), Lat. 42.663, Long. 23.546 (2026/49); |
30.6.2027 |
|
Surveillance zone: Those parts of the region of Sofia contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.760, Long. 23.640 (2026/41), Lat. 42.663, Long. 23.546 (2026/49), excluding the areas contained in the protection zone. |
30.6.2027 |
Parti B: Żoni ristretti ulterjuri
|
Żona ristretta ulterjuri |
Reġjun |
Żoni inklużi fiż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fil-Bulgarija, kif imsemmi fl-Artikolu 2 |
Data sa meta applikabbli |
|
Żona ristretta ulterjuri |
Region of Plovdiv |
The entire region of Plovdiv excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
30.6.2027 |
|
Region of Blagoevgrad |
The entire region of Blagoevgrad excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Haskovo |
The entire region of Haskovo excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Stara Pazardzhik |
The entire region of Pazardzhik excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Kyustendil |
The entire region of Kyustendil excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Stara Zagora |
The entire region of Stara Zagora excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Kardzhali |
The entire region of Kardzhali excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Yambol |
The entire region of Yambol excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Sliven |
The entire region of Sliven excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Burgas |
The entire region of Burgas excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Dobrich |
The entire region of Dobrich excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
30.6.2027 |
|
|
Region of Sofia |
The entire region of Sofia excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
30.6.2027 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2580/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)