|
24.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/494
tad-9 ta' Lulju 2014
dwar il-miżuri SA.32715 (2012/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/CP) implimentati mis-Slovenja għal Adria Airways d.d.
(notifikata bid-dokument C(2014) 4543)
(It-test bis-Sloven biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-għajnuna SA.32715 (2012/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/CP) (1),
Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Permezzi tan-notifika SANI Nru 5628 tal-11 ta' Marzu 2011, irreġistrata fl-istess ġurnata, is-Slovenja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar għajnuna għas-salvataġġ ta' Adria Airways d.d. (minn issa 'l quddiem “Adria” jew “il-kumpanija”), fil-forma ta' garanzija mill-Istat u self b'rati tal-imgħax baxxi li jammonta għal EUR 6,2 miljuni. |
|
(2) |
L-awtoritajiet Sloveni pprovdew informazzjoni supplimentari permezz tal-ittri tal-31 ta' Marzu 2011 u t-12 ta' April 2011. Il-Kummissjoni talba għal informazzjoni ulterjuri permezz tal-ittra tad-29 ta' April 2011 li għaliha l-awtoritajiet Sloveni ma rrispondewx. Laqgħa mal-awtoritajiet Sloveni u l-konsulenti tagħhom saret fit-13 ta' Lulju 2011 fejn kien spjegat lill-Kummissjoni li l-għajnuna għas-salvataġġ notifikata ma tkunx suffiċjenti fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja mhux favorevoli tal-kumpanija u li s-Slovenja kienet qed tippjana li tinjetta EUR 50 miljun fi flus kontanti f'Adria. Is-Slovenja rtirat in-notifika tal-għajnuna għas-salvataġġ tagħha fl-1 ta' Awwissu 2011. |
|
(3) |
Wara informazzjoni li s-Slovenja madankollu wettqet l-injezzjoni ta' kontanti msemmija hawn fuq fit-30 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli l-invetsigazzjoni tagħha ex officio u talbet għal iktar informazzjoni peremzz tal-ittri tat-12 ta' Settembru 2011, it-28 ta' Novembru 2011 u s-17 ta' April 2012, li għalihom l-awtoritajiet Sloveni rrispondew permezz tal-ittri tal-11 ta' Ottubru 2011, is-27 ta' Diċembru 2011, it-13 ta' Jannar 2012 u t-18 ta' Mejju 2012. Addizzjonalment, l-awtoritajiet Sloveni ppreżentaw memorandum imħejji mir-rapreżentanti legali ta' Adria permezz tal-posta elettronika tas-7 ta' Novembru 2012. |
|
(4) |
Fuq talba tal-awtoritajiet Sloveni, fit-12 ta' Lulju 2012 saret laqgħa bil-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti ta' Adria u l-impriża sjieda tal-Istat PDP (2), waħda mill-azzjonisti ta' Adria. F'dik il-laqgħa, l-awtoritajiet Sloveni u r-rappreżentanti ta' Adria u l-PDP ippreżentaw kjarifiki u argumenti rigward il-miżuri taħt skrutinju. |
|
(5) |
permezz tal-ittra datata l-20 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni informat lis-Slovenja li kienet iddeċidiet li tibda proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tal-għajnuna (minn issa 'l quddiem “id-deċiżjoni tal-ftuħ”). Is-Slovenja ppreżentat kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ permezz tal-ittra datata l-21 ta' Jannar 2013. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mis-Slovenja permezz tal-Ittra datata l-5 ta' Marzu 2013, li għaliha s-Slovenja rrispondiet fid-19 ta' April 2013. Is-Slovenja ppreżentat infromazzjoni ulterjuri fis-16 ta' Settembru 2013. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mis-Slovenja permezz tal-ittra datata s-6 ta' Marzu 2013, li għaliha s-Slovenja rrispondiet fl-4 ta' Diċembru 2013 u fis-17 ta' Jannar 2014. Fil-25 ta' Marzu u fil-5 ta' Diċembru 2013 u fit-8 ta' Jannar 2014 saru laqgħat mal-awtoritajiet sloveni u r-rappreżentanti legali tagħhom. |
|
(6) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura kienet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) fit-8 ta' Marzu 2013. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżuri. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet minn parti interessata waħda, primarjament Ryanair fit-8 ta' April 2013. Hija għaddithom lis-Slovenja, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi; Il-kummenti tas-Slovenja kienu rċevuti permezz tal-ittra datata t-13 ta' Mejju 2013 |
2. IS-SUQ TAT-TRASPORT BL-AJRU SLOVEN
|
(8) |
Adria hija t-trasportatur tal-ajru nazzjonali tas-Slovenja u l-linja tal-ajru ewlenija tal-ajruport ta' Ljubljana. Fl-2011, hija ġarret 73,4 % tal-passiġġieri li taru mill-ajruport ta' Ljubljana u minn dakinhar din iċ-ċifra naqset għal 71,3 % fl-2012 u għal 69,8 % fl-2013. (4) |
|
(9) |
Minkejja li l-preżenza tat-trasportaturi bi prezzijiet baxxi fis-Slovenja hija limitata (easyJet jopera biss rotta waħda minn Ljubljaa waqt li Wizz Air topera tnejn), huma koprew 12,6 % tal-passiġġieri tat-trasport pubbliku fl-2013 (5). Fil-preżent, hemm ħames kompetituri oħra li jtiru minn Ljubljana għall-ajruporti prinċipali tagħhom, jiġifieri Air France, Finnair, Turkish Airlines, Montenegro Airlines u Air Serbia. |
3. IL-BENEFIĊJARJU
|
(10) |
Adria hija kumpanija kbira b'madwar 450 impjegat. Fl-2013 kellha fatturat ta' EUR 142,3 miljun u ġarrbet telf ta' EUR 3miljun (dejta stmata) Għandha flotta ta' 11-il inġenju tal-ajru, prinċipalment ġettijiet reġjonali. Fl-preżent, Adria hija 69,9 % proprjetà tar-Repubblika Slovena, 19,6 % tal-Kumpanija Maniġerjali tal-Assi Bankarji (BAMC — Bank Asset Mangement Company) (li lilha kienu trasferiti ċertu assi ta' Nova Ljubjanska Banka d.d. (6) (minn issa 'l quddiem “NLB”)), 4,7 % proprjetà ta' ABANKS dd u 2,1 % ta' PDP. |
|
(11) |
Is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Adria kienet qed tiddeterjora b'mod kontinwu mill-2008 'il quddiem, bi tnaqqis fil-bejgħ, EBT (earnings before tax) negativ u ekwità proprja negattiva. Għal dettalji addizzjonali dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Adria bejn l-2007 u l-2011, ara t-taqsima 7.1 below. |
|
(12) |
Fl-1 ta' Awwissu 2012, is-Slovenja flimkien ma' PDP, NLB, Abanka Vipa d.d., Hypo Alpe-Adria Bank d.d., u Unicredit Bank of Slovenia d.d. bdew il-proċess ta' privatizzazzjoni ta' Adria billi fittxew li jiksbu offerti għal 74,87 % tal-ishma tal-kumpanija. Dakinhar, l-Aġenzija Maniġerjali tal-Assi Kapitali tar-Repubblika tas-Slovenja (AUKN) ippubblikat stedina pubblika lill-investituri biex jippreżentaw espressjoni mhux vinkolanti tal-interess fil-proċess tal-bejgħ ta' blokk maġġoritarju ta' ishma tal-kumpanija. (7) Madankollu jidher li dan il-proċes kien ikknaċellat u li l-proċess ta' privatizzazzjoni ta' Adria se jibda mill-ġdid iktar tard. |
4. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U TAL-PJAN TA' RISTRUTTURAR
4.1. Miżura 1: iż-żieda ta' kapital tal-2007
|
(13) |
Mill-31 ta' Diċembru 2006, il-kapital ta' Adria kellu l-istruttura azzjonarja seġwenti: Tabella 1 L-istruttura azzjonarja ta' Adria qabel iż-żieda ta' kapital tal-2007
|
|
(14) |
Fid-19 ta' Frar 2007, waqt il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti ta' Adria ġie deċiż li l-kapital tal-kumpanija jiżdied b'EUR 10,9 miljun. Il-fond proprjetà tal-Istat KAD, issottoskriva madwar 99,6 % taż-żieda, waqt li l-bqija kienet sottoskritta minn azzjonisti individwali. L-ishma kollha kienu sottoskritti sal-5 ta' April 2007. |
|
(15) |
Il-prezz imħallas kien ta' EUR 27 għal kull sehem. Rapport ta' valutazzjoni datat […] (*1) stabbilixxa l-valur tal-ishma għal EUR […] kull sehem f'Settembru 2006. |
|
(16) |
Sussegwentament għaż-żieda ta' kapital tal-2007, is-sjieda ta' kapital ta' Adria kienet kif ġej: Tabella 2 L-istruttura azzjonarja ta' Adria wara ż-żieda ta' kapital tal-2007
|
4.2. Miżura 2: iż-żieda ta' kapital tal-2009
|
(17) |
Fit-13 ta' Jannar 2009, il-Bord ta' Amministrazzjoni ta' Adria ddeċieda li jżid il-kapital ta' Adria billi joħroġ ishma ġodda. B'riżultat ta' dan, il-kapital ta' Adria żdied b'EUR 2,36 miljun. IKAD issottoskriva madwar 99,5 % taż-żieda, waqt li l-bqija kienet sottoskritta minn azzjonisti individwali. L-ishma kollha kienu sottoskritti sal-20 ta' Lulju 2009. |
|
(18) |
Il-prezz imħallas kien ta' EUR 22 għal kull sehem. Rapport ta' valutazzjoni datat […] stabbilixxa l-valur tal-ishma għal EUR […] kull sehem f'Settembru 2008. |
|
(19) |
Sussegwentament għaż-żieda ta' kapital tal-2009, is-sjieda ta' kapital ta' Adria kienet kif ġej: Tabella 3 L-istruttura azzjonarja ta' Adria wara ż-żieda ta' kapital tal-2009
|
4.3. Miżura 3: iż-żieda ta' kapital tal-2010
|
(20) |
Fit-2 ta' Settembru 2010, waqt il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti ta' Adria ġie deċiż li l-kapital tal-kumpanija jiżdied b'EUR 2,5 miljuni (il-miżura 4). Il-kumpanija azzjonarja PDP (is-suċċessur ta' KAD u ta' SOD), issottoskriviet 80 % taż-żieda. Żewġ aġenziji privati tat-turisti: Kompas d.d. u Palma d.o.o. issottoskrivew l-20 % (10 % kull wieħed) li kien fadal. L-ishma kollha kienu sottoskritti sal-1 ta' Ottubru 2010. |
|
(21) |
Il-prezz imħallas kien ta' EUR 12 għal kull sehem. Rapport ta' valutazzjoni datat […] stabbilixxa l-valur tal-ishma għal EUR […] kull sehem f'Ġunju 2009. |
|
(22) |
Sussegwentament għaż-żieda ta' kapital tal-2010, is-sjieda ta' kapital ta' Adria kienet kif ġej: Tabella 4 L-istruttura azzjonarja ta' Adria wara ż-żieda ta' kapital tal-2010
|
4.4. Miżura 4: iż-żieda ta' kapital tal-2011
|
(23) |
Fil-21 ta' Settembru 2011, waqt il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti ta' Adria ġie deċiż li l-kapital tal-kumpanija jiżdied b'EUR 69,7 miljun. EUR 49,5 miljun kienu sottoskritti mir-Repubblika tas-Slovenja u EUR 0,5 miljun kienu sottoskritti minn PDP, it-tnejn li huma fi flus kontanti. Il-bqija taż-żieda tal-kapital (jiġfieri EUR 19,7-il miljun) kienet fil-forma ta' tpartit ta' dejn għal ishma minn diversi banek: (a) EUR 13,83-il miljun minn NLB, (b) EUR 3,35 miljun minn Abanka Vipa, (c) EUR 1,24 miljun mill-Bank Unicredit tas-Slovenja, u (d) EUR 1,28 miljun mill-Bank Hypo Alpe-Adria. Iż-żieda ta' kapital saret fit-30 ta' Settembru 2011. |
|
(24) |
Il-prezz maqbul kien ta' EUR 1 għal kull sehem, il-minimu permess skont il-liġi Slovena. Ma kien hemm l-ebda rapport ta' valutazzjoni. |
|
(25) |
Sussegwentament għaż-żieda ta' kapital tal-2011, is-sjieda ta' kapital ta' Adria kienet kif ġej: Tabella 5 L-istruttura azzjonarja ta' Adria wara ż-żieda ta' kapital tal-2011
|
Il-pjan ta' ristrutturar ta' Settembru 2011
|
(26) |
Skont l-awtoritajiet Sloveni, l-Istat, PDP u l-banek iddeċidew li jipparteċipaw fiż-żieda ta' kapital tal-2011 fuq il-bażi ta' pjan intitolat “Program ta' Ristrutturar Finanzjarju u tan-Negozju” (“il-pjan ta' ristrutturar”) datat Settembru 2011. Dak il-pjan kien jinkludi l-miżuri neċessarji għar-ristrutturar finanzjarju u tan-negozju ta' Adria, li kien se jippermetti lil din tal-aħħar li tirritorna għall-vijabbilità. Il-pjan kien ċarament miktub għall-iskop ta' notifika tal-għajnuna għar-ristrutturar minħabba li jirreferi għal kunċetti bħal “kontribuzzjoni proprja” u “distorsjoni tal-kompetizzjoni” li wieħed normalment ma jsibx fi pjan ta' direzzjoni tan-negozju. |
|
(27) |
Skont il-pjan ta' ristrutturar kif oriġinarjament ippreżentat, Adria tikseb il-vijabbiltà fl-2013 (xenarji bażiċi u ottimisti) jew l-2014 (xenarju pessimist). Barra minn hekk, skont il-pjan ta' ristrutturar kif ippreżentat oriġinarjament, id-diffikultajiet ta' Adria kienu kkawżati minn: a) […]. |
|
(28) |
Il-pjan ta' ristrutturar kif ippreżentat oriġinarjament stabilixxa għadd ta' miżuri bil-għan li Adria tkun ristrutturata u tmur lura għall-vijabbilità. a) […]. |
|
(29) |
Barra minn hekk skont il-pjan ta' ristrutturar kif ippreżentat oriġinarjament, iż-żieda ta' kapital tal-2011 ta' Eur 69,7 miljun tkopri l-ekwità negattiva ta' Adria li tammonta għal EUR […], il-ħlas lura ta' obbligi li jammontaw għal EUR […] (EUR […] ta' obbligi li ilhom pendenti lill-fonituri u EUR […] għal ħlas lura bikri ta' self bankarju), u l-finanzjament ta' miżuri ta' ristrutturar ta' EUR […]. |
|
(30) |
Min-naħa l-oħra, il-kostijiet totali tar-ristrutturar jammontaw għal EUR […], li kienu parzjalemnt finanzjati mill-injezzjoni kontanti ta' EUR 50 miljun mill-Istat Sloven u PDP. Il-kontribuzzjoni ta' Adria għall-kostijiet ta' ristrutturar (“kontribuzzjoni proprja”) jammontaw għal EUR […] minn konverżjoni dejn-għal-ekwità ta' self bankarju (EUR 19,7-il miljun), […]. Finalment, il-pjan ta' ristrutturar kif oriġinarjament ippreżentat ikkunsidra l-bejgħ ta' AAT u l-kanċellazzjoni ta' rottot skedati bħala miżuri ta' kumpens. |
|
(31) |
Fid-dawl tad-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' ftuħ, is-Slovenja ppreżentat għadd ta' aġġornamenti għall-pjan ta' ristrutturar. B'mod partikolari, il-pjan ta' ristrutturar attwalment jipprevedi d-durata tar-ristrutturar sal-2015 u jinkludi bosta miżuri addizzjonali ta' ristrutturar sabiex jiżgura vijabbiltà iktar sostenibbli. Il-miżuri addizzjonali ta' ristrutturar, flimkien mal-effett finanzjarju tagħhom għall-2014-2015, huma dawn li ġejjin: a) […]. |
4.5. Miżura 5: l-akkwiżizzjoni ta' Adrina Airways Tehnika d.d. fl-2010-2011
|
(32) |
AAT, sussidjarja 100 % ta' Adria, kienet fundata fl-2010. Sa dak iż-żmien hija kienet l-unita interna ta' manutenzjoni magħrufa bħala SVL. AAT hija attiva fis-settur tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għal Adria u klijenti oħra. |
|
(33) |
Fil-perjodu bejn Novembru 2010 u Marzu 2011, PDP u Aerodrom Ljubljana (il-maniġer tal-ajruport ta' Ljubljana li fil-parti l-kbira tiegħu huwa proprjeta tal-Istat) rispettivament akkwistaw 52,3 % u 47,7 % ta' AAT minn Adria f'żewġ stadji. Fl-ewwel stadju, PDP xtrat sehem ta' 18,24 % f'AAT fil-forma ta' 2 676 346 sehem ta' preferenza bl-ebda dritt tal-vot għal EUR 1 kull sehem. Fl-istess żmien, Aerodrom Ljubljana akkwista sehem ta' 31,16 % f'AAT (4 570 881 sehem) permezz ta' konverżjoni ta' dejn f'ishma ta' preferenza bl-ebda dritt tal-vot għal madwar EUR 4,6 miljuni. Fit-tieni stadju, kmieni fl-2011, Adria biegħet l-ishma li kien baqala f'AAT kif ġej: PDP akkwistat 5 000 000 sehem ordinarju għal EUR 1 kull sehem u żiedet is-sehem tagħha fil-kumpanija għal 52,33 %, waqt li Aerodrom Ljubljana żied is-sehem tiegħu f'AAT għal 47,67 % billi kkonverta EUR 2,2 miljuni ta' riċevibbli minn Adria. |
|
(34) |
Il-prezz totali mħallas kien għalhekk EUR 14,7-il miljun, jiġifieri EUR 1 kull sehem. Rapport ta' valutazzjoni bid-data ta' April 2010 kien stabbilixxa l-valur ta' AAT bħala unità tal-manutenzjoni ta' Adria f'firxa bejn EUR 14,4-il miljun u EUR 14,9-il miljun f'Diċembru 2009. |
5. ID-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ
|
(35) |
Fl-20 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali. Fid-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha, l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li Adria tista' tkun ikkunsidrata kumpanija f'diffikultà fiż-żmien meta kienu pprovduti l-miżuri identifikati jew almenu fl-2008. Il-Kummissjoni espremiet ukoll dubji rigward il-ħames miżuri fil-valutazzjoni u waslet għall-konklużjoni preliminau li kollha kemm huma kien jinvolvu għajnuna mill-Istat. |
|
(36) |
Fir-rigward tal-miżuri 1 u 2, fid-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha l-Kummissjoni kienet tal-opinjoni l l-Istat Sloven kellu influwenza ċara u direttta fuq KAD u kkonkludiet b'mod preliminari li l-parteċipazzjoni ta' KAD fiż-żidiet ta' kapital tal-2007 u l-2009 kienet tikkonsisti f'Riżorsi tal-Istat u kienet imputabbli għas-Slovenja. Minkejja li l-prezz tal-ishma fir-realtà mħallsa minn KAD kien taħt il-valur determinat miż-żewġ rapporti ta' valwazzjoni, il-Kummissjoni espremiet dubji dwar kemm ir-rapporti kkunsidraw id-diskrepanza sinifikanti fiż-żmien bejn il-mument meta l-ishma kienu vvaultati u l-mument meta saru l-injezzjonijiet ta' kapital. Meta wieħed jikkunsidra li KAD kien azzjonist maġġoritarju ta' Adria dak iż-żmien, il-Kummissjoni kkunsidrat li ż-żidiet ta' kapital tal-2007 u l-2009 kienu mmirati għall-finanzjament ta' investiment eżistenti għal KAD f'Kumpanija li setgħet tkun ikkunsdrata li tinsab f'diffikultà. |
|
(37) |
Meta vvalutat il-miżura 3, il-Kummissjoni nnotat li PDP hija s-suċċessur ta' KAD u SOD, li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-azzjonijiet tagħhom kienu imputabbbli lill-Istat. Addizjonalment, il-Kummissjoni enfasizzat il-fatt li l-Istat Slovenn idirettament għandu s-sjieda ta' 100 % atl-PDP (permezz ta' KAD, SOD u DSU (kumpanija b'sjieda 100 % mill-Istat għall-ġestjoni tal-assi) bħala elelmenti ta' imputabilità u rreferiet għal xi evidenza indirettta ta' imputabilità fis-sens tal-każistika ta' Stardust Marine (13). Simili għall-miżuri 1 u 2, minkejja li l-prezz tal-ishma fir-realtà mħallsa minn PDP kien taħt il-valur determinat minn rapport ta' valwazzjoni, il-Kummissjoni espremiet dubji dwar kemm ir-rapport ikkunsidra d-diskrepanza sinifikanti ta' 15-il xaharbejn il-mument meta l-ishma kienu vvaultati u l-mument meta saret l-injezzjoni ta' kapital. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll b'mod preliminari li l-parteċipazzjoni ta' żewġ aġenziji privati għat-turisti fl-injezzjoni ta' kapital tal-2010 (Kompas d.d. u Palma d.o.o) flimkien ma PDP fiha nnifisha ma kinitx suffiċjenti biex tneħħi d-dubji tal-Kummissjoni dwar il-vantaġġ possibbli għal Adria. (14) |
|
(38) |
Fir-rigward tal-miżura 4, il-Kummissjoni nnotat li l-investiment miss-Slovenja kien jinvolvi b'mod ċar riżorsi tal-Istat u tennet mill-ġdid il-konklużjoni preliminari tagħha li l-azzjonijiet tal-PDP kienu imputabbli lill-Istat. Il-Kummissjoni espremiet ukloll dubji dwar il-parteċipazzjoni ta' NLB fil-miżura 4, li tista' tidher bħala imputabbli lill-Istat fid-dawl tal-fatt li (a) dak iż-żmien NLB kien fil-maġġoranza tiegħu proprjetà ta' Istat, (b) l-Istat kellu maġġoranza ta' voti fil-Bord Maniġerjali u fil-Bord Superviżorju tal-bank, u (c) l-aġir tal-bank ikkontrollat mill-Istat setgħa jkun influwenzat mill-awtoritajiet pubbliċi. |
|
(39) |
Meta vvalutat jekk il-miżura 4 kinitx tinvolvi vantaġġ selettiv mhux dovut għal Adria, fid-deċiżjoni ta' ftuħ il-Kummissjoni nnotat li l-fatt li l-banek qablu mal-konverżjoni minn dejn għal ekwità biss fil-każ li l-Istat jinjetta l-kontanti f'Adria, u partikolarment in-natura differenti tal-kontribuzzjonijiet tal-Istat u l-PDP meta mqabbla ma dik tal-banek (kontanti vs konverżjoni tad-dejn), kienet suffiċjenti biex toħloq dubji raġonevoli dwar jekk iż-żieda tal-kapital tal-2011 kinitx pari passu. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li, kuntrarjament għaż-żidiet ta' kapital preċedenti, iż-żieda fil-kapital fl-2011 twettqet mingħajr rapport ta' valutazzjoni. |
|
(40) |
Fir-rigward tal-pretensjoni tal-awtoritajiet Sloveni li huma kienu ddeċidew li jipparteċipaw fil-miżura 4 fuq il-bażi tal-pjan ta' ristrutturar datat Settembru 2011, il-Kummissjoni osservat li l-pjan ta' ristrutturar kien fil-prinċipju tiegħu mhux suffiċenti biex jissodisfa ll-kriterji tal-investitur privat minħabba li wħud mill-previżjonijiet tal-pjan ta' ristrutturar dehru li kienu bbażati fuq assunżjonijiet inċerti u mhux ċari. Barra minn hekk il-Kummissjoni enfasizzat li investitur privat kienu jikkunsidra r-riskju li ż-żidiet tal-kapital preċedenti kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali u kien jivvaluta l-impatt tar-riskju ta' ordni ta' rkupru possibli mill-Kummissjoni fuq il-profitabilità tal-investiment. Finalment, il-Kummissjoni osservat li l-banek setgħu iddeċiedew li jipparteċipaw fl-injezzjoni ta' kapital minħabba l-interess muri mis-Slovenja fl-Adria ħafna qabel id-data meta ż-żieda ta' kapital tal-2011 kienet deċiża. |
|
(41) |
Fir-rigward tal-miżura 5, il-Kummissjoni tennet mill-ġdid l-opinjoni preliminari tagħha li l-azzjonijiet tal-PDP kienu imputabbli lill-Istat u li kienu nvoluti riżorsi mil-Istat. Rigward Aerodrom Ljubljana, il-Kummissjoni waslet għall-istess konklużjoni preliminari fid-dawl tal-fatt li fil-maġġoranza diġà kien proprjetà tal-Istat meta saret l-akwiżizzjoni ta' AAT. Il-Kummissjoni tikkunsdra wkoll li hija improbabbli li l-awtoritajiet pubbliċi ma kienux involuti f'deċiżjonijiet importanti meħuda minn Aerodrom Ljubljana, il-maniġer tal-ajruport ta' Ljubljana, minħabba l-importanza strateġika t' adan tal-aħħar għall-pajjiż bħala d-daħla prinċipali għat-titjiriet internazzjonali. |
|
(42) |
Fid-dawl li l-ewwel stadju tal-akkwiżizzjoni tal-ishma ta' AAT sar immedjatament wara ż-żieda tal-kapital ta-2010, il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li ż-żewġ miżuri ma għandhomx ikunu vvalutati weħedhom iżda bħala parti minn operazzjoni ikbar bil-għan li tkun sostnuta Adria. Meta eżaminat ir-rapport li jiffissal-valur tal-ishma ta' AAT, il-Kummissjoni nnotat li hija vvalutat l-AAT bħala parti mill-unità ta' manutenzjoni ta' Adria (dak iż-żmien kienet SVL) u kkunsidrat is-sinerġiji lmaħruġa minnu meta jkun ivvalutat il-valur tal-AAT. Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li r-rapport għandu jivvaluta l-valur ta' SLV/AAT bħala entità awtonoma waqt li jitwarrbu is-sinerġiji intragrupp, minħabba li AAT ħarġet minn Adria fl-2010 u inbiegħet bħala entità separata. Addizzjonalment, il-Kummissjoni espremiet ukoll tħassib dwar id-distakk konsiderevoli bejn iż-żmein tal-valwazzjoni u ż-żmien tal-bejgħ tal-ishma ta' AAT. |
|
(43) |
Il-Kummissjoni espremiet ukoll dubji dwar il-kompatibilità mas-suq intern tal-ħames miżuri ivvalutati, partkolarment minħabba li l-awtoritajiet Sloveni ma pprovdewx xi raġunijiet possibbli għal kompatibilità. |
|
(44) |
Fid-dawl tan-natura tal-miżuri inkwistjoni u mill-fatt li Adria tista' tkun ikkunsdirata kumpanija f'diffikultà meta kienu mgħotija l-miżuri, il-'Kummissjoni nnotat li l-kompatibilità tal-miżuri tista tkun ivvalutata biss skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, u partikolarment fid-dawl tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' kumpaniji f'diffikultà (15) (“il-Linji gwida R u R”). Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li l-kundizzjonijiet għall-għajnuna għas-salvataġġ stipulati fit-Taqsima 3.1 tal-Linji gwida R u R ma jidhirx li huma sodisfatti. Fir-rigward tal-għajnuna għar-ristrutturar kif definita fit-Taqsima 3.2 tal-Linji gwida R u R, il-Kummissjoni enfasizzat li l-miżuri identifikati ingħataw qabel in-notifika lill-Kummissjoni u fin-nuqqas ta' pjan ta' ristrutturar kredibbli li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Linji gwida R u R, ċirkostanza li fiha nnifisha hija suffiċjenti biex teskludi l-kompatibilità tal-miżuri mas-suq intern. (16) |
|
(45) |
Il-Kummissjoni espremiet ukoll dubji dwar il-pjan ta' ristrutturar, minħabba li ma kienx jidher suufiċjentament solidu biex jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul ta' Adria, minħabba li wħud mill-previżjonijiet tiegħu huma bbażati fuq assunzjonijiet li mhumiex kwantifikati, ċerti jew ċari. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll dubjuż jekk il-miżuri ta' kumpens previsti fil-pjan ta' ristrutturar jistgħux ikunu kkunsidrati xierqa u/jew suffiċjenti, fid-dawl li jidhru li huma neċessarju biex tkun restawrata l-vijabbiltà ta' Adria. Rigward il-bejgħ ta' AAT, dan sar bosta xhur qabel ma kien approvat il-pjan ta' ristrutturar, fi żmien — tmiem l-2010, il-bidu tal-2011 — meta Adria apparentament kellha bżonn serju ta' finanzjament. Barra minn hekk, il-kanċellazzjoni ta' rottot skedati ma dehritx li kienet aċċettabbli bħala miżura kompesatorja fid-dawl li l-biċċa l-kbira ta' dawn ir-rottot (27 minn 31) kienu rraportati fil-pjan ta' ristrutturar li keinu qed jagħmlu telf u t-tmiem tagħhom xorta kienu ikun meħtieġ biex tkun żgurata l-vijabbiltà tal-kumpanija. Il-Kummissjoni għandha wkoll dubji dwar jekk il-kontribuzzjoni proprja proposta minn Adria ta' EUR […] tista' tkun aċċettata bis-sħiħ, partikolarment, ladarba mhuwiex ċar jekk l-ammonti mill-bejgħ tal-AAT u l-konverżjoni minn dejn għal ekwità tas-self bankarju jistgħux ikunu kkunsidrati bħala kontribuzzjoni proprja. Fid-dawl li Adria dehret li kienet f'diffikultà fiż-żmein meta ngħataw il-miżuri u li l-kumpaniji f'diffikultà jistgħu jirċievu biss għajnuna għas-salvataġġ u/jew ristrutturar, il-Kummissjoni qajmet ukoll dubji dwar jekk il-prinċipju “ta' darba u tal-aħħar” ikunx irrispettat, notevolment fir-rigward taż-żieda tal-kapital tal-2011. |
6. KUMMENTI DWAR ID-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ
6.1. Kummenti mis-Slovenja
|
(46) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ tal-Kummissjoni, is-Slovenja ssostni li l-miżuri 1, 2, u 3 ma kienux jinvolvu għajnuna mill-Istat minħabba li d-deċiżjonijiet tal-KAD u tal-PDP ma jistgħux ikunu imputabbli lill-Istat. Partikolarment, is-Slovenja nnotat li 100 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Istat mhiex suffiċjenti biex tikkonkludi li l-miżuri huma imputabbli lill-Istat. Barra minn hekk is-Slovenja tinnota li r-rapporti ta' valwazzjoni li jiddeterminaw il-valur tal-ishma kienu xierqa u li fuq il-bażi ta' dan il-prinċipju ta' investitur li jopera f'ekonomija tas-Suq (“MEIP” — Market Economy Investment Principle) kien sodisfatt, biex b'hekk ikun eskluż vantaġġ għal Adria. Partikolarment fir-rigward tal-miżura 3, is-Slovenja targumenta li s-sottoskrizzjoni pari passu ta' 20 % tal-ishma minn żewġ aġenziji privati tat-turisti flimkien mal-PDP kienuet sinifikanti u wriet li s-suq ma kienx jiddubita l-vijabbiltà ta' Adria, li teskludi l-preżenza ta' għajnuna mill-Istat. |
|
(47) |
Fir-rigward tal-miżura 5, is-Slovenja tinsisti li l-azzjonijiet ta' PDP ma jistgħux ikunu imputabbli lill-Istat. Fir-rigward tal-azzjonijeit ta' Aerodrom Ljubljana, is-Slovenja tikkunsidra li l-influwenza tal-Istat fuq is-deċiżjonijiet tiegħu li jixtri AAT ma tistax tkun tkun konkluża mill-fatt li ċertu membri tal-Bord Superviżorju kienu proposti mill-Istat, KAD u SOD. Barra minn hekk is-Slovenja tikkonsidra li r-rapport ta' valwazzjoni datat April 2020, li kien stabbilixxa l-valur ta' AAT bħala l-unità ta' manutenzjoni ta' Adria f'firxa bejn EUR 14,4-il miljun u EUR 14,9-il miljun, ma tjistax ikun meqjus bħala skadut u li ma hemm l-ebda indikazzjoni li r-rapport ta' valwazzjoni kkunsidra s-sinerġiji ma' Adria. Addizzjonalment, is-Slovenja tistqarr li l-minuti tal-bordijiet tal-PDP u ta' Aerodrom Ljubljana juru li d-deċiżjoni biex tinkiseb ATT ittieħdet fuq il-bażi ta' kunsiderazzjonijeit ekonomikalment razzjonali. Għal dawn ir-raġunijiet il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat fil-miżura 5 tkun eskluża. |
|
(48) |
Is-Slovenja tikkontesta wkoll il-kwalifika ta' Adria bħala impriża f'diffikultà u tikkunsidra li Adria kienet f'diffikultà biss minn Jannar 2011, jiġifieri fi żmien il-miżura 4. |
|
(49) |
Dwar il-miżura 4 is-Slovenja teskludi l-preżenza ta' għajnuna waqt li targumenta li l-iskambju ta' dejn ma' ekwità ta' NLB mhux imputabbli lill-Istat. Barra minn hekk, is-Slovenja hija tal-opinjoni li s-self pendenti konvertit f'ekwità kien kollateralizzat bis-sħiħ b'ippleġġjar fuq inġenji tal-ajru u binjiet u li, billi kkonvertewh f'ekwità, il-banek assumew rikju ġdid tan-negozju. F'dan is-sens, il-konverżjoni minn dejn għal ekwità tkun ekwivalenti għal injezzjoni ta' kontanti. Is-Slovenja tinnota wkoll li l-banek u l-Istat influwenzaw lil xulxin sabiex jieħdu d-deċiżjoni ta' investiment, li — fl-opinjoni tas-Slovenja — kienet ibbażaat fuq pjan ta' ristrutturar affidabbli, u tikkonkludi li d-deċiżjonijiet ta' investiment kienu konkomittanti, biex b'hekk jeskludi kwalunkwe vantaġġ mhux dovut lil Adria. |
|
(50) |
Minħabba li s-Slovenja tikkonsidra li l-miżuri 1, 2, 3 u 5 ma kienux jinvolvu riżorsi mill-Istat, hija ma resqitx xi raġunijiet ta' kompatibilità għal dawn il-miżuri. Madankollu, hija resqet raġunijiet ta' kompatibilità għall-miżura 4 fil-każ li l-Kummissjoni tikkonkludi li din tammonta għal għajnuna mill-Istat. Ladarba, skont is-Slovenja, Adria ilha f'diffikultà minn Jannar 2011 biss (ara l-premessa 48), il-miżura 4 tikkostitwixxi għajnuna kompatibbli għar-ristrutturar skont it-Taqsima 3.2 tal-Linji gwida R u R fuq il-bażi tal-pjan ta' ristrutturar ippreżentat. |
|
(51) |
Fir-rigward tar-ritorn għall-vijabbilta', is-Slovenja tikkunsidra li l-pjan ta' ristrutturar jiżgura vijabbiltà fit-tul ta' Adria u tenfasizza li, skont il-Linji gwida R u R, il-pjan ta' ristrutturar jinkludi stħarriġ tas-suq u analiżi tal-kawżi li wasslu għad-diffikultajiet atl-kumpanija, u jipprevedi l-abbandun ta' attivitajiet li jibqgħu strutturalment jagħmlu t-telf wara r-ristrutturar. Kif indikat fil-premessa 31, is-Slovenja ppreżentat għadd ta' aġġornament għall-pjan ta' ristrutturar, li attwalment jipprevedi d-durata tar-ristrutturar sal-2015 u jinkludi bosta miżuri addizzjonali ta' ristrutturar sabiex jiżgura vijabbiltà iktar sostenibbli. Is-Slovenja tenfasizza li l-pjan ta' ristrutturar aġġornat jiżgura il-vijabbiltà tal-kumpanija sa tmiem l-2015 anki fl-agħar xenarju possibbli b'redditu fuq l-ekwità (ROE — Return on equity) ta' […] % fl-2014 u ta' […] % fl-2015, ogħla mil-livelli aċċettati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-Airmalta (17). |
|
(52) |
Is-Slovenja hija tal-opinjoni li t-tnaqqis tal-kapaċità (fil-forma ta' kanċellazzjoni ta' servizzi skedati) ta' […] % u […] % fl-istaġuni tax-xitwa u tas-sajf, ir-rilaxx ta' postijiet f'ċertu ajruporti, inkluż ajruporti kordinati (konġestjonati), u l-bejgħ ta' AAT huma miżuri ta' kumpens xierqa u proporzjonati. Is-Slovenja ssostni wkoll li r-rottot ikkanċellati kienu fil-fatt profittabbli fuq il-bażi tal-hekk imsejjaħ “marġni gross” (kontribuzzjoni pożittiva C1) li l-Kummissjoni kienet aċċetat fil-każijiet tal-Air Malta u ċ-Czech Airlines (18). |
|
(53) |
Firrigward tal-għajnuna limitata għall-minimu (kontribuzzjoni proprja), f'konformità ma dak li kien spjegat hawn fuq, is-Slovenja tistqarr li l-bejgħ ta' AAT huwa ħieles mill-għajnuna u għalhekk ir-rikavat minnu, jammonta għal EUR 14,7 miljun, għandu jkun aċċettat bħla kontribuzzjoni proprja. IsSlovenja tikkunsidra wkoll li l-iskambju ta' dejn ma' ekwità tal-banek għandu jgħodd bħala kontribuzzjoni proprja għall-ammonti kollha tagħhom, jiġifieri EUR 19,7 -il miljun. Is-Slovenja ppreżentat ukoll il-valuri tal-inġenji tal-ajru imwiegħda għas-self inkwistjoni, flimkien mar-rapport AVAC rilevanti (19) li juri l-valuri ta' dawk l-inġenji tal-ajru. Jekk ma' dan jiżdied il-bejgħ ta' għadd ta' assi […] l-ammont ta' kontribuzzjoni proprja jaqbeż [50-54] % abbażi tal-pjan ta' ristrutturar aġġornat. |
|
(54) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-prinċipju “ta' darba u għall-aħħar darba” , is-Slovenja hi tal-opinjoni li dan kien irrispettat ladarba l-miżuri 1, 2, 3, u 5 — li ġew qabel il-miżura 4 — ma kienux jinvolvu għajnuna mill-Istat lil Adria. |
6.2. Kummenti mill-partijiet interessati
|
(55) |
Matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mir-Ryanair biss, li tappoġġa l-konkużjonijiet preliminari tal-Kummissjoni li l-miżuri vvalutati kienu jinvolvu għajnuna u kienu inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(56) |
Madankollu, Ryanair argumentat li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-MEIP ma kinitx kompluta fid-deċiżjoni ta' ftuħ, ladarba l-Kummissjoni kellha tikkunsidra jekk investitur privat kienx jagħżel li jillikwida lil Adria mill-ewwel minflok jipprovdiha b'kapital addizzjonali. (20) Ryainair targumenta li fid-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha l-Kummissjoni kellha tivvaluta jekk il-likwidazzjoni ta' Adria kinitx iktar profittabbli għall-Istat mill-provvediment ta' fondi addizzjonali. Minkejja li r-Ryanair kkunsidrat li ma kellhiex informazzjoni suffiċjenti biex tikkummenta fuq il-pjan ta' ristrutturar, hija nnutat id-dubji tagħha li Adria tmur lura għall-profittabilità. |
|
(57) |
Ryanair argumentat ukoll li kwalunkwe għajnuna lil Adria tkun ta' dannu għall-pożizzjoni ta' Ryanair fis-suq, minħabba li xxekkel l-isforzi tar-Ryanair biex tiżviluppa s-suq tagħha u tinfliġġi telf ta' dħull fuq Ryanair. |
6.3. Osservazzjonijiet mis-Slovenja fuq il-kummenti tal-partijiet terzi interessati
|
(58) |
Is-Slovenja indirizzat fid-dettall l-argumenti mqajma minn Ryanair fl-osservazzjonijiet tagħha. Partikolarment, is-Slovenja nnutat li mhux biss l-Istat kien ipparteċipa fl-injezzjonijiet ta' kapital favur Adria, iżda anki investituri u entitajiet privati li l-azzjonijiet tagħhom, skont is-Slovenja, ma jistgħux ikunu imputabbli għall-Istat. Barra minn hekk, is-Slovenja tikkunsidra li Ryanair interpretat ħażin il-każistika meta qalet li l-Istat kellu jiffavorixxi l-falliment u mhux ir-ristrutturar tal-Adria u l-vijabilità fit-tul tagħha. Skont is-Slovenja, it-test imresaq minn Ryanair kien ħażin minħabba li kien ikun applikabbli biss għall-kredituri tal-Adria u mhux għall-investituri tagħha: ladarba is-Slovenja ma kellhiex krediti kontr al-kumpanija, ma setgħatx titlob il-likwidazzjoni tagħha. |
|
(59) |
Is-Slovenja nnutat li l-Kummissjoni kienet indirizzat l-assunzjoni tal-pjan ta' ristrutturar ta' Adria u ssottolinjat li d-dubji tar-Ryanair dwar jekk Adria setgħetx mur lur agħall-vijabilità kienu bla bażi. Finalment, is-Slovenja argumentat li d-dannu allegat għall-pożizzjoni tar-Ryanair fis-suq ma kienx sostanzjat. |
7. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
|
(60) |
Din id-deċiżjoni tindirizza bħala punt preliminari l-kwistjoni dwar jekk Adria hix impriża f'diffikultà fis-sens tal-Linji gwida R & R (it-taqsima 7.1 below). Hija mbagħad tanalizza jekk il-miżuri fi skrutinju jinvolvux Għajnuna mill-Istat lil Adria fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (it-taqsima 7.2 below) u mbagħad jekk tali għajnuna, jekk kienet preżenti, hiex legali (it-taqsima 7.4 below) u kumpatibbli mas-suq intern (it-taqsima 7.5 below). |
7.1. Diffikultajiet ta' Adria
|
(61) |
Is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Adria kienet qed tiddeterjora b'mod kontinwu mill-2008 'il quddiem, bi tnaqqis fil-bejgħ, EBT (earnings before tax) negativ u ekwità proprja negattiva. IL-parametri finanzjarji ewlenin ta' Adria bejn l-2007 u l-2011, kienu kif ġej, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Sloveni: Tabella 6 Id-dejta finanzjarja ewlenija ta' Adria għall-2007 sa Ġunju 2011 (miljun EUR)
|
|
(62) |
Adria għalqet is-sena finanzjarja 2011 b'telf ta' EUR 12-il miljun (21) waqt li fl-2012 it-telf laħaq EUR 10,8 miljuni. (22) Jidher ukoll li fl-2013 Adria naqset it-telf għal EUR 3,1 miljuni. (23) |
|
(63) |
Il-Punt 10(a) tal-Linji gwida R&R jistipula li kumpanija hija f'diffikultà meta “iktar minn nofs il-kapital irreġistrat ikun sparixxa u iktar minn kwart ta' dak il-kapital ikun intilef matul it-12-il xahar ta' qabel”. Din id-dispożizzjoni tirrifletti l-assunzjoni li kumpanija li tesperjenza telf massiv fil-kapital irreġistrat tagħha mhux se tkun tiflaħ għal telf li kważi ċertament jikkundannawha għall-falliment fuq perjodu medju jew qasir (kif stipulat fil-punt 9 tal-Linji gwida R&R). |
|
(64) |
Kif indikat fid-deċiżjoni ta' ftuħ, bejn l-2007 u Ġunu 2011, il-kapital irreġistrat ma ntilifx anzi attwalment żdied. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-ekwità tal-kumpanija saret negattiva fl-2010 u l-2011. Fl-istess żmein, il-kumpanija ma adottatx miżuri xierqa sabiex titratta t-tnaqqsi tal-ekwità tagħha stess. F'każijiet iktar bikrija, (24) il-Kummissjoni kkonkludiet lil, fejn kumpanija ikollha ekwità negattiva, hemm assunzjoni a priori li l-kriterji tal-punt 10(a) tal-Linji gwida R & R ikunu sodisfatti, li jkun il-każ għal Adria mill-2010. Il-qorti ġenerali, f'sentenza riċenti (25), ikkonkludiet ukoll li kumpanija b'ekwità negattiva hija kumpanija f'diffikultà. |
|
(65) |
Addizjonalment, jidher ukoll li sal-aħħar tal-2010 d-diffikultajiet ta' Adria kienu fil-quċċata tagħhom. L-istampa dakinhar semmiet l-possibilità li Adria taqa' bħala riċevitura jew saħansitra tippreżenta l-falliment tagħha. (26) Dan jista' jinftihem bħala sinjal li, almenu dak iż-żmien, Adria kienet tissodisfa l-kriterji biex tkun suġġett għall-proċedimenti kollettivi ta' insolvenza skont il-liġi Slovena fit-tifsira tal-punt 10(c) tal-Linji gwida R & R. |
|
(66) |
Għar-raġunijiet ta' hawn fuq, f'konformità mad-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni tikkonkludi li Adria kienet impriża f'diffikultà fis-sens tal-punt 10(a) u/jew il-punt 10(c) tal-Linji gwida R&R fl-2010 u l-2011, jiġifieri fiż-żmien meta ngħataw il-miżuri3, 4 u 5. |
|
(67) |
Addizzjonalment, it-tabella 6 fil-premessa 61 tissuġġerixxi li fl-2010 u l-2011 Adria setgħet ukoll tkun meqjusa li hi f'diffikultà fis-sens tal-punt 11 tal-Linji gwida R&R, li tiddikjara li impriża tista' tkun ikkunsidrat f'diffikultà “fejn ikunu preżenti s-sinjali tas-soltu ta' diffikultà, bħal żjieda fit-telf, fatturat li qed jonqos, inventarji tal-istokk li qed jikbru, kapaċità żejda, tnaqqis fil-likwidità, dejn li qed jiżdied, żjieda fil-ħlasijiet tal-imgħaxijiet u tnaqqis jew l-ebda valur nett tal-assi”. |
|
(68) |
Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li Adria ma kinitx turi s-sinjali tas-soltu ta' impriżi f'diffikultà bħal fil-punt 11 tal-Linji gwida R& R bejn l-2007 u l-2009. Fir-rigward tal-2008 Adria ġarrbet telf ta' EUR 3,2 miljuni għall-ewwel darba fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Kif korrettament tindika s-Slovenja, fl-2008 id-dħul ta' Adria u l-fluss tal-flus żdiedu meta mqabbla mas-sena preċedenti (minn Eur 179,2 miljun għal EUR 205,4 miljuni u minn EUR 16,9-il miljun għal EUR 18,5 -il miljun rispettivament). Addizzjonalment, il-kapital irreġistrat tagħha baqa' stabbli għal EUR 6,8 miljuni. |
|
(69) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li fl-2008 u l-2009, Adria kella EBT nett ta' EUR 3,2 miljuni u EUR 1,4 miljun. Fl-istess snin, meta teskludi d-deprezzament, ir-riżultat ekonomiku tal-kumpanija kien pożittiv, biex laħaq EBT+DA ta' EUR 10,9 miljuni u EUR 1,6 miljun rispettivament (ara t-tabella 6 fil-premessa 61) Mill-2010 'il quddiem, l-EBT+DA ta' Adria sar negattiv. Ladarba il-miżura 2 kienet deċiża f'Jannar 2009 u l-ishma kienu sottoskritti bis-sħiħ f'lulju 2009, Il-Kummissjoni ma tistax tikkonklui b'ċertezza li dak iż-żmien kien hemm xejra ċarament identifikabbli ta' riżultati negattivi li jippermettulha tikkonkludi li Adria kienet impriża f'diffikultà fis-sens tal-linji gwida R & R. |
|
(70) |
Skont dan. il-Kumissjoni hija tal-opinjoni li Adria ma tikkwalifikax bħala impriża f'diffikultà fl-2007-2009, jiġifieri meta kienu pprvduti l-miżuri 1 u 2. |
7.2. Eżistenza ta' għajnuna mill-Istat
|
(71) |
Permezz tal-Artikolu 107(1) TFUE, kwalunkwe għajnuna mgħotija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fil kwalunkwe forma li toħloq distorsjoni għall kompetizzjoni jew theddidha billi tiffavorixxi ċertu impriċi jew il-produzzjoni ta' ċertu prodotti, sa tali punti li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun kompatibbli mas-suq intern. |
|
(72) |
Sabiex ikun konkluż jekk l-għajnuna mill-Istat hiex preżenti jew le, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-kriterji kumulattivi tal-Artikolu 107(1) TFUE (jiġifieri it-traferiment tar-riżorsi tal-Istat, il-vantaġġ selettiv, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni potenzjali u l-effett fuq il-kummerċ ntra-UE) huma sodisfatti għal kull wieħed mill-ħames miżuri rispettivi. |
7.2.1.
|
(73) |
L-ewwel il-Kummissjoni se tanalizza jekk il-miżuri 1 u 2 tawx vantaġġ indebitu selettiv lil Adria. |
|
(74) |
Fid-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha, il-Kummissjoni nnutat li f'dan ir-rigward il-prezz tal-ishma mħallas minn KAD kien taħt il-valur determinat minn żewġ rapporti ta' valwazzjoni. KAD akkwistat l-ishma l-ġodda ta' Adria fi Frar 2007 bi prezz ta' EUR 27 kull sehem, taħt il-valur determinat minn rapport ta' valwazzjoni ta' EUR[…] kull sehem minn […] (ara l-premessa 15). F'Jannar 2009, KAD akkwistat l-ishma bi prezz ta' EUR 22 kull sehem, taħt il-valur determinat minn rapport ta' valwazzjoni ta' EUR[…] kull sehem minn […] (ara l-premessa 18). Madankollu, il-Kummissjoni espremiet dubji dwar l-affidabilità ta' dawn ir-rapporti, inter alia għaliex kien hemm distakk sinifikanti fiż-żmien bejn il-mument meta seħħu ż-żidiet fil-kapital (Frar 2007 u Jannar 2009 rispettivament) u iż-żmien meta l-ishma tal-kumpanija kienu vvalutati ([…] u […] rispettivament). |
|
(75) |
Il-Kummissjoni vvalutat id-dejta u l-evidenza ppreżentata mis-Slovenja dwar dawn ir-rapporti wara l-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali. Fir-rigward tal-miżura 1, is-Slovenja spjegat li d-dejta li fuqha kien ibbażat ir-rapport hij datata t-30 ta' Settembru 2006 u kienet l'itar dejta riċenti disponibbli meta l-valwatur prepara r-rapport. Fir-rigward tal-miżura 2, jirriżulta li r-rapport ta' valwazzjoni kien ikkummissjonat fl-istess żmien li fih l-assemblea Ġenerali ta' Adria kienet iddeċidiet li tipproċedi għal żieda fil-kapital. Addizzjonalment, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni biex temmen li l-valwatur (P&S Capital) ma kienx kompletament indipendenti. |
|
(76) |
Addizzzjonalment, għalkemm huma minnu li kien hemm distakk fiż-żmien ta' […] xahar bejn il-mument li fih l-ishma tal-kumpanija kienu valwati u l-mument li fih saret iż-żieda ta' kapital, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li tipprova li dan id-distakk realment kellu impatt fuq il-valur stmat tal-ishma ta' Adria. |
|
(77) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-metodu ta' valwazzjoni użat fir-rapporti (valur preżenti nett tal-flussi tal-flus ħielsa mistennija (27)) huwa aċċettat bil-kbir għall-każijiet ta' akkwiżizzjoni. barra minn hekk, huwa jirriżulta minn analiżi dettaljata tar-rapporti li l-formuli użaw fih fejn xieraq għall-iskop tal-valwazzjoni u kienu adegwatament applikati, u li l-assunzjoni u l-projjezzjonijit dwar it-tkabbir tal-fatturat u l-profittabilità keinu jidhru realistiċi. Partikolarment, fir-rapport ta' valwazzjoni għall-injezzjoni ta' kapital tal-2077 (il-miżura 1), ir-rati medji projettati tat-tkabbir tad-dħul u l-profittabilitàhuma fil-firxa ta' dawk osservati fil-passat. Fir-rapport ta' valwazzjoni għall-injezzjoni ta' kapital tal-2009 (il-miżura 2), ir-rati ta' tkabbir tad-dħul u l-profittabilità projjettati huma inqas minn dawk osservati fil-passat, minħabba (a) tkabbir ekonomiki għoli fl-2008 kien prinċipalment dovut għall-Presidenza Slovena tal-UE. (b) it-tkabbir ekonomiku dinji kajman; u (c) is-sitwazzjoni difffiċli tas-swieq finanzjarji. Il-bqija tal-assunzjonijiet użati fir-rapporti ekoll jidhru realistiċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li KAD kienet azzjonist maġġoritarju ta' Adria diġà qabel iż-żidiet ta' kapital (28) u li ż-żidiet ta' kapital kienu mmirati biex jiffinanzjaw investiment eżistenti (u profittabbli) għall-KAD. |
|
(78) |
Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tosserva li ż-żidiet ta' kapital tal-2007 u l-2009 jistgħu jkunu kkunsidrati li jikkonformaw mas-suq u ma kienux jinvolvu vantaġġ indebitu lil Adria. |
|
(79) |
Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri 1 u 2 kienu jikkostitwixxu investimenti li investitur li Jopera f'Ekonomija tas-Suq f'ċirkostanzi kumparabbli (29) kien jieħu u għaldaqstant teskludi l-preżenza t' għajnuna mill-istat, mingħajr ma jkun neċessarju li jkun ivvalutat ulterjorment jeklk il-bqija tal-kundizzjonijiet kumulattivi tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE kienux sodisfatti. |
7.2.2.
|
(80) |
Kif innutat fil-premessa 73, waħda mill-kundizzjonijiet neċessarji biex tkun preżenti l-għajnuna mill-Istat hija li l-miżura tagħti vantaġġ indebitu selettiv lill-benefiċjarju. F'dak li jsegwi l-Kummissjoni se tivvaluta jekk din il-kundizzjoni hiex sodisfatta fir-rigward tal-miżura 3. |
|
(81) |
Fid-deċizjoni ta' ftuħ tagħha, il-Kummissjoni nnutat li minkejja l-prezz ta' EUR 12 kull sehem, il-prez imħallas mill-PDP u l-aġenzija privati tat-turiżmu għall-ishma ta' Adria kienn taħt il-prezz ta' EUR[…] kull sehem determinat minn rapport ta' valwazzjoni. Bħall fil-miżuri 2 u 2 il-Kummissjoni espremiet dubji dwar l-affidabilità ta' dan ir-rapport, prinċipalment għax kien hemm distakk sinifikanti ta' […] xahar bejn il-mument taż-żieda ta' kapital (Settembru 2010) u l-mument li għalih ir-rapport vvaluta l-ishma ([…]). |
|
(82) |
L-informazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Sloveni, sa ċertu punt taffiet id-dubji tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward. Madankollu, irrispettivament minn dan il-Kummissjoni tfakkar li abbażi tal-l-istess informazzjoni u valwazzjoni, żewġ aġenziji privati tat-turisti (Kompas d.d. u Palma d.o.o.) ippartreċipaw fiż-żieda ta' kapital tal-2010 fi proporzjoni ta' 20 % waqt li PDP injettat it-80 % tal-kapital li kien fadal. L-aġenziji privati tat-turisti u l-PDP ipparteċipaw bl-istess kundizzjonijiet u ssotoskrivew l-ishma fl-istess data. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni privata u l-kontribuzzjoni tal-PDP saru t-tnejn li huma permezz ta' injezzjoni tal-flus. Fid-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha, il-Kummissjoni ssottolinjat li parteċipazzjoni privata ta' 20 % tista' fil-prinċipju tidher bħala sinjal li l-in inkwistjoni kien appoġġat mis-suq, għalkemm l-operazzjoni kellha tittieħed fil-kuntest usa tas-sitwazzjoni ta' Adria dak iż-żmien u l-fatt li l-miżura 3 kienet it-tielet żieda ta' kapital f'perjodu ta' żmien ta' madwar tliet snin u nofs. |
|
(83) |
Il-Kummissjoni l-ewwel tosserva li s-Slovenja pprovdiet evidenza li turi li Kompas d.d. u Palma d.o.o. huma kumpaniji kompletament privati li fihom l-Istat ma eżerċità l-ebda tip ta' kontroll jew influwenza. Addizzjonalment, kif indikat fil-premessa 79, miżuri 1 u 2 ma kienux jammontaw għal għajnuna mill-Istat. Abbażi ta' dan, jidher li deċiżjonijiet ta' investiment li investitur privat kien jieħu ma jistgħux ikunu meqjusa li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-aġenziji privati tat-turiżmu biex jinvestu f'Adria. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-aġenziji privati tat-turisti ssottoskrivew l-ishma ta' Adria fl-istess ġurnata ta' PDP, huma ħalsu l-istess prezz, l-investiment tagħhom sar bl-istess patti u kundizzjonijiet, u ż-żieda mill-PDP u l-aġenziji privati tat-turisti saret fi flus. |
|
(84) |
Fi kwalunkwe każ, anki jekk il-Kummissjoni kellha tikkonkludi li l-parteċipazzjoni tal-PDP tinvolvi riżorsi tal-Istat u hi imputabbli għall-Istat (ara f'dan is-sens il-premessi minn 89 sa 91, parteċipazzjoni privata ta' 20 % ma tistax tkun ikkunsidrta negliġibbli meta mqabbla mal-intervent pubbliku fis-sens tal-każistika mitmuma. (30) Barra minn hekk, fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li d-deċiżjoni tal-aġenziji privati tat-turisti biex jinvestu f'Adria kienet fr-realta influwenzata mill-kondotta tal-PDP. Il-fatt li Adria kienet ikkunsidrata li qiegħda f'diffikulta fl-2010 (ara t-taqsima 7.1) ma jbiddilx din il-konklużjoni. |
|
(85) |
Barra minn hekk, mill-evidenza sottomessa mis-Slovenja ma jidhirx li l-aġenziji privati tat-turisti kellhom mottivi biex jinvestu f'Adria għajn biex jagħmlu profitt. F'dan ir-rigward, il-Kummsjoni tindika rapport ipprovdut mis-Slovenja dwar l-orjentazzjonijiet strateġiċp ta' Adria għall-perjodu 2009-2014 — li apparentament kien disponibbli għall-investituri fiż-żmien meta ħadu d-deċiżjoni ta' investiment tagħhom — skont dan ir-rapport Adria kienet mistennija tagħmel profitt bejn l-2010 u l-2014, abbażi ta' injezzjoni ta' kapital ta' madwar EUR 2,5 miljuni u l-implimentazzjoni ta' ċertu miżuri minn Adria, inkluż introjtu medju ogħla fuq il-passiġġieri u tnaqqis tal-kostijiet. Dan ir-rapport jistgħa jidher li huwa indikazzjoni addizzjonali li l-aġenziji privati tat-turisti kienu verament konvinti mill-profitabbiltà tal-investiment tagħhom. |
|
(86) |
Għaldaqstant, il-Kumissjoni hija tal-opinjoni li d-deċiżjoni tal-aġenziji privati tat-turisti biex jinvestu f'Adria saret pari passu ma' dik tal-PDP u li l-investiment tagħhom kien sinifikanti. Addizzjonalment, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni biex tiddubita li l-aġenziji privati tat-turisti ddeċidew li jinvestu f'Adria għall-raġunijiet ta' profitt. Abbażi ta' dan il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura 1ma kinitx tinvolvi vantaġġ indebitu għal Adria u għaldaqstant teskludi l-preżenza t' għajnuna mill-istat, mingħajr ma jkun neċessarju li jkun ivvalutat ulterjorment jeklk il-bqija tal-kundizzjonijiet kumulattivi tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE kienux sodisfatti. |
7.2.3.
|
(87) |
Fit-30 ta' Settembru 2011, is-Slovenja ssottoskriviet 70 % (EUR 49,5 miljun) taż-żieda ta' kapital tal-2011 ta' Adria fi flus. Is-Slovenja investit il-flus permezz tal-Aġenzija għall-Ġestjoni tal-Assi ta' kapital tas-Slovenja (AUKN). Addizzjonalment, il-PDP issottoskriviet 1 % (EUR 0,5 miljun) addizzjonali fi flus. Il-bqija taż-żieda ta' kapital (jiġfieri EUR 19,7-il miljun) kienet fil-forma ta' tpartit ta' dejn għal ishma minn bosta banek: 20 % minn NLB, 5 % minn Abanka Vipa d.d., 2 % minn Unicredit Bank of Slovenia d.d. u 2 % minn Hypo Alpe-Adria Bank d.d. |
|
(88) |
AUKN kienet stabbilita mil-Liġi dwar Governanza Korporattiva tal-Investiment Kapitali tar-Repubblika tas-Slovenja, (31) Il-Bord ta' Ġestjoni tagħha kien maħtur mill-Assemblea Nazzjonali, kien utent dirett ta' baġit tar-Repubblika tas-Slovenja u l-persunal tiegħu kien magħmul minn impjegati pubbliċi. (32) Gġaldaqstant huwa ċar li l-azzjonijiet ta' AUKN kienu imputabbli lill-Istat u li huma kienu jinvolvu riżorsi tal-Istat, li barra minn hekk mhux kontestati mis-Slovenja. Bħala element addizzjonali, il-Kummissjoni tissottolinja stqarrija għall-istampa tat-23 ta' Ġunju 2011 tal-Ufiċċju tal-Prim Ministru tas-Slovenja. “Fis-sessjoni tal-lum, il-Gvern […] iddeċieda li [AUKN] tikkontribwixxi EUR 49,5 miljun għall-ekwità ta' Adria Airways d.d. u l-kumpannija b'ishma konġunti [PDP] tħallas EUR 500 000[…]. Bl-impenn attiv tagħha f'dan il-proċess, ir-Repubblika tas-Slovenja fil-futur tixtieq ukoll tissodisfa l-interessi tagħha fl-oqsma tas-servizzi tal-ajru skedati pprovduti minn trasportatir bis-sede fis-Slovenja” (33). |
|
(89) |
Fir-rigward tal-PDP, il-Kummissjoni tikkunsidra li hemm għadda ta' indikaturi fis-sens tal-każistika Stardust Marine (34) li jippermettulha li tikkonkludi l PSP twaqqfet biex twettaq politiki deċiżi mill-awtoritajiet pubbliċi Sloveni u li d-deċiżjoni tagħha li tinvesti fil-miżura 4 hija imputabbli għall-Istat u tinvolvi riżorsi tal-Istat. L-ewwel ħaġa, il-Kummissjoni tinnota li l-Istat Sloven indirettament għandu s-sjieda ta' 100 % ta' PDP (permezz ta' KAD, SOD u DSU). F'dan is-sens, il-Kumissjoni tfakkar fid-deċiżjoni tagħha dil-Każ ELAN (35) li fiha hija kkonkludiet li l-azzjonijiet ta' KAD u ta' DSU, tnejn mis-sidien ta' PDP, kienu imputabbli għall-Istat. Addizzjonalment, l-Istat għandu t-totalità tal-voti fil-kumitat tal-azzjonisti, li min-naħa tiegħu jaħtar il-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija. Sussegwentament għall-Artikolu 19 tal-Artikoli ta' Assoċjazzjoni ta' PDP, il-Bord tad-Diretturi għandu jawtorizza ix-xiri ta' titoli meta l-valur tat-tranżazzjoni jaqbeż il-EUR 500 000. |
|
(90) |
Il-Kummissjoni tfakkar ukoll, f'konformità mad-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha, fid-dikjarazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi Sloven preċedenti fi tmiem it-terminu tiegħu fit-28 ta' Ottubru 2011 (jiġifieri wara li kienet ittieħdet il-miżura 4): “Bl-istabbiliment tal-kumpanija speċjali ta' ristrutturar (PDP) ipprovdejna lili ditti Sloveni sori ġodda ta' finanzjament, kapaċità u għarfien espert abbażi ta' każijiet ta' prassi tajba għar-ristrutturar tad-ditti. Adria Airways u Unior huma definittivament is-suċċessi l-iktar b'saħħithom” (36). Din id-dikjarazzjoni tista' tkun ikkunsidrata bħala evidenza indiretta għall-imputabilità tal-Ista fis-sens tal-każistika ta' Stardust Marine. L-argumenti pprovduti mis-Slovenja li din id-dikjarazzjoni għandha tittieħed fid-dawl tal-kuntest politiku ta' tmiem it-terminu tal-Ministru tal-Finanzi bħala “[dikjarazzjoni] b'saħħitha u sempliċi biżżejjed biex tkun ikkomunikata b'suċċess permezz tal-midja” ma humiex konvinċenti. Finalment, il-Kummissjoni żżid lbħala evidenza addizzzjonali indiretta l-istqarrija għall-istamġa tat-23 ta' Ġunju 2011 tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru tas-Solvenja (ara l-premessa 88), li turi li l-Gvern Sloven kien iddeċieda li PDP tikkontribwixxi EUR 0,5 miljun għaż-żieda ta' kapital tal-2011. |
|
(91) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-parteċipazzjoni ta' PDP fiż-żieda ta' kapital tal-2010 kienet tinvolvi riżorsi tal-Istat u li l-azzjonijiet ta' PDP huma imputabbli għall-Istat. |
|
(92) |
Fir-rigward tal-banek, il-Kummissjoni, f'konformità mad-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha, tosserva li Albanka Vipa d.d., Unicredit Bank of Slovenia d.d. u Hypo Alpe-Adria Bank d.d. huma entitajiet purament privati. Fir0rigward ta' NLB, fiż-żmien meta ttieħdet il-miżura 4, hija kienet fil-maġġoranza tagħha proprjetà tal-Istat, jew direttament (45,62 % tal-ishma) jew indirettament permezz ta' SOD (4,07 %) u KAD (4,03 %), (37) b'KBC Bank bħala l-uniku azzjonist sinifikanti ieħor (25 %). Is-sjieda maġoritarja tal-Istat ta' NLB, li hija tradotta f'maġġoranza ta' voti fil-Bord Maniġerjali u fil-Bord Superviżorju, hija indikazzjoni tal-imputabilità tal-miżuri għall-Istat. Madankolli, mill-Artikolu ta' Assoċjazzjoni ta' NLB il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi b'ċertezza li d-deċiżjoni tagħha li tinvesti f'Adria kienet imputabbli għall-Istat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma identifak l-ebda interferenza min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi fl-istruttura maniġerjali ta' NLB. Il-Kummissjoni ma sabet lanqas xi evidenza indiretta f'dan ir-rigward fis-sens tatl-każistika Marine Stardust. Għar-raġunijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-deċiżjoni ta' NLB li tipparteċipa fil-miżura 4 mhiex imputabbli għas-Slovenja. |
|
(93) |
Ladarba jkun kjarifikat li l-azzjonijiet ta' AUKN u PDP huma imputabbli għall-Istat, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk huma kienux jinvolvu vantaġġ indebitu selettiv għal Adria. |
|
(94) |
Is-Slovenja l-ewwel issostni li d-deċiżjoni tal-banke li jinvestu f'Adria kienet konkomittanti gaħd-deċiżjoni tal-Istat, li per se teskludi l-preżenza ta' vantaġġ. |
|
(95) |
Il-Kummissjoni l-ewwel tfakkar il-konklużjonijiet tagħha li Adria kienet impriża f'diffikultà fl-2011, fiż-żmien meta ngħatat il-miżura 4 (ara l-premessa 66). |
|
(96) |
Addizzjonalment, il-Kummissjoni tinnota li l-parteċipazzjoni tal-banek fl-injezzjoni ta' kapital tal-2011 kellha l-forma ta' konverżjoni f'ekwità ta' 26 % tal-pretensjonijiet eżistenti kontra Adria. Min-naħa l-oħra, l-Istat u PDP injettaw flus. Is-Slovenja targumenta li mit-total ta' EUR 19,7 miljun konvertiti f'ekwità, EUR [10-20] miljun ikunu ekwivalenti għal injezzjoni ta' flus minħabba dik il-parti tas-self kienet kompletament kollateralizzata. Skont is-Slovenja, il-banek ikunu assumewe riskji ġodda bil-konverżjoni, li tista' tidher bħala ekwivalenti għal injezzjoni ta' flus ġodda ta' EUR [10-20] miljun. |
|
(97) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni pprovduta mis-Slovenja u tikkonkludili fil-fatt EUR [10-20] miljun mill-EUR 19,7-il miljun konvertiti f'ekwità kienu kollateralizzati kompletament u b'mod adegwat b'wegħdiet prinċipalment fuq inġenju tal-ajru posseduti minn Adria. Sabiex ikun stabbilit il-valur ta' dawk l-inġenji tal-ajru, Adria qgħadet fuq ir-rapport “Airport Value Reference” ippubblikat f'April 2011 mill-kumpanija indipendenti Aircraft Value Analysis Company ('AVAC'). Dan ir-rapport jipprovdi valuri kurrenti u futuri u kiri b'lokazzjoni ta' tipi differenti ta' inġenji tal-ajru, b'valur konfinali għoli jew baxx. Sabiex tivvaluta l-inġenji tal-ajru mwiegħda bħala sigurtà, intużaw valuri konsiderevolment iktar baxxi mill-valuri għolja tal-AVAC. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li r-rapport jikkostitwixxi bażi affidabbli biex ikun determinat il-valur tal-inġenji tal-ajru, fid-dawl tal-karattru indipendenti tal-AVAC u l-użu mifrux tiegħu fis-settur. |
|
(98) |
Madankollu, EUR [0-10] miljun ta' djun ikkonvertiti f'ekwità ma kienux kompletament kollateralizzati. Għal din il-parti, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li hija kienet ekwivalenti għal injezzjoni ta' flus u li l-banek assumew riskju ġdid. Barra minn hekk, il-patti tad-dejn li jifdal tjiebu u l-livell kumplessiv tar-riskju naqsu b'mod sinifikanti, fid-dawl li l-parti tad-dejn (mhux ikkonvertit) pendenti baqgħet bl-istess livell t' kollateral bħal qabel il-konverżjoni. Dan ir-riskju kumplessiv huwa mnaqqas ulterjorment mill-fatt li bħala prekundizzjoni għall-konverżjoni dejn għal ekwità, Adria kellha […]. Addizzjonalment, f'ċertu każijiet, il-kundizzjonijiet tad-dejn pendenti (rata tal-imgħax, skeda ta' ħlas lura, eċċ.) […]. |
|
(99) |
Min-naħa l-oħra, is-Slovenja assumiet riskju sħiħ għal mill-inqas EUR 49,5 miljun minħabba li hija saret azzjonist tal-Adria biss mal-injezzjoni ta' kapital tal-2011. Il-banek assumew riskju ġdid iżda mhux fl-istess livel tas-Slovenja, fid-dawl li huma raw il-pożizzjoni tagħhom imtejba b'riżultat tal-konverżjoni tad-dejn. Abbażi ta' dan, jidher li meta l-banek iddeċiedew li jinvestu f'Adria huma kienux f'pożizzjoni komparabbli mal-Istat. |
|
(100) |
Barra minn hekk, ma jistax ikun eskluż li d-deċiżjoni tal-banek li jinvestu f'Adria kienet influwenzata mill-aġir tal-Istat. Ir-Rapport annwali ta' Adria għall-2011 jinnota li “[i]l-Gvern ta' […] is-Slovenja fformula b'mod ċar l-opinjoni tiegħu fl-20 ta' Jannar 2011 u ħa pożizzjoni dwar l-importanza ta' Adria Airways bħala t-trasportatur bl-ajru nazzjonali għall-ekonomija Slovena, iċ-ċittadini Sloveni u mistiedna minn barra. Fid-deċiżjoni tiegħu l-Gvern stipula l-pjan tiegħu għal Adria Airways biex tibqa' t-trasportatur bl-ajru nazzjonali tas-Slovenja […]”. Din id-deċiżjoni, li ttieħdet sew qabel l-adozzjoni tal-pjan ta' ristrutturar f'Seettembru 2011, setgħet iffaċilitat id-deċiżjoni tal-banek li jinvestu, fid-dawl li l-Istatvkien diġa wera' l-interss qawwi tiegġu li jappoġġa lil Adria (38). |
|
(101) |
Abbażi tal-argumenti ta' hawn fuq, il-Kummissjoni teskludi l-argumenti tas-Slovenja li l-Istat u l-banek investew fuq kundizzjonijiet pari passu. |
|
(102) |
Madankollu, il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk l-investiment tas-Slovenja f'Adria kienx konformi mas-suq. Is-Slovenja tistqar li hija ddeċidiet li tipparteċipa fil-miżura 4 abbażi tal-pjan ta' ristruttura ta' Settembru 2011, li għandu jkun kkunsidrat bħala konformi mal-MEIP. |
|
(103) |
Il-Kummissjoni tinnotab'mod preliminari li, kuntrarjament għaż-żidiet ta' kapital preċedenti, iż-żieda fil-kapital fl-2011 twettqet mingħajr xi rapport ta' valutazzjoni. Addizzjonalment, skont il-każistika, investitur privat li jkun qed jikkontempla rikapitalizzazzjoni ta' impriża d'dejn sinifikanti kien jitlob pjan ta' ristrutturar li kapaċi jagħmel il-kumpanija vijabbli (39). Fil-każ inkwistjoni, l-awtoritajiet Sloveni jistqarru li huma ddeċidew li jipparteċipaw fiż-żieda ta' kapital tal-2011 abbażi tal-pjan ta' ristrutturar ta' Settembru 2011. |
|
(104) |
Madankollu, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li Adria kienet f'diffikulta fl-2011 (ara l-premessa 66). Fiha nnifisha, din tagħmilha improbabbli li l-Istat seta' jistenna li Adria tipproduċi redditu normali fuq il-kapital investit fi żmien raġonevoli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni l-opinjoni tagħha dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ li l-pjan ta' ristrutturar ma jistax jitqies suffiċjenti biex jiġġustifika iż-żida ta' kapital tal-2011 bħala konformi mal-MEIP. Primarjament, il-pjan ta' ristrutturar (fil-verżjoni oriġinali tiegħu ta' Settembru 2011) ippreveda l-vijabilità fl-2013 b'marġni baxx ħafna ta' profitt (EBT) (ix-xenarju realistiku preveda marġni ta' profitt ta' […] % fl-2013, […] % fl-2014 u […] % fl-2015). Ir-redditu insuffiċjenti għall-azzjonisti huwa muri wkoll mill-fatt li l-pjan ippreveda livelli partikolarment baxxi ta' ekwità għall-istess perjodu, fil-firxa ta' EUR […] fl-2011 sa EUR […] fl-2015. Dan ikun ifisser li l-injezzjoni ta' kapital f'Settembru 2011 — EUR 69,7 miljun — tnaqqas b'mod sinifikanti matul il-perjodu ta' ristrutturar u għalhekk ma kienx se jwassal għal kwalunkwe redditu reali. |
|
(105) |
Is-Slovenja pprovdiet għadd ta' rapporti interim ippreparati minn Airconomy u Adria datati April-Settembru 2011 (jiġifieri datati qabel il-pjan ta' ristrutturar ta' Settembru 2011), li kellhom jinkludu l-kwantifikazzjonijiet nieqsa fil-pjan ta' ristrutturar u li apprentament kienu pprovduti lill-azzjonisti kollha ta' Adria u lill-Istat dak iż-żmien. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li r-rapporti interim jirreferu għall-perjodu 2011-2012, waqt li l-pjan ta' ristrutturar kien jinkludi previżjonijiet sal-2015, […]. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li r-rapporti interim ma pprovdewx l-informazzjoni nieqsa neċessarja sabiex il-pjan ta' ristrutturar jissodisfa t-test tal-MEIP. |
|
(106) |
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żieda ta' kapital tal-2011 tat vantaġġ indebitu lil Adria. Dan il-vantaġġ kien selettiv fin-natura tiegħu fid-dawl li l-uniku benefiċjarju kienet Adria. |
|
(107) |
Finalment, il-Kummissjoni trid tikkunsidra jekk il-miżura 4 kinitx probabbli li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffetwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, billi tipprovdi lil Adria b'vantaġġ fuq il-kompetituri tagħha li mhux qed jirċievu appoġġ pubbliku. Jidher ċar li l-miżura 4 setgħet taffettwa il-kummerċ intra-UE u l-kompetizzjoni minħabba li Adria tikkompeti ma' linji tal-ajru oħra tal-UE, partikolarment mid-dħul fis-seħħ tat-tielet stadju tal-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru ('it-tielet pakkett') fl-1 ta' Jannar 1993. Addizzjonalment, għal ivvjaġġar ta' distanzi relattivament iqsar fl-UE, l-ivvjaġġar bl-ajru jikkompeti mal-ivvjaġġar bit-triq, u għaldaqstant trasportaturi bit-triq u bil-ferrovija jafu jkunu affettwati wkoll. |
|
(108) |
Għaldaqstant, il-miżura 4 ppermettiet lil Adria biex tkompli topera sabiex ma jkollhiex tiffaċċa, bħal kompetituri oħra, il-konsegwenzi li ġeneralment jirriżultaw mir-riżultato finanzjarji diffiċli tagħha. |
|
(109) |
Abbażi tal-argumenti ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura 4 kienet tinvolvi għajnuna mill-Istat għall-benefiċċju ta' Adria fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
7.2.4.
|
(110) |
Fid-de# ta' ftuħ tagħha, minħabba r-raġunijiet iddikjarati fil-premessi 41 u 42, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-akkwiżizzjoni ta' ishma ta' AAT minn PDP u Aerodrom Ljubljana tat vantaġġ indebitu lil Adria. |
|
(111) |
Fid-dawl tan-natura differenti tal-kontribuzzjoniijiet ta' PDP u Aerodrom Ljubljana (flus vs konverżjoni dejn għal ekwità), u fid-dawl tar-raġonament fir-rigward tal-miżura 4 (ara l-premessi minn 94 sa 101), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-argumentazzjoni pari passu tista' tkun eskluża mill-miżura 5 mutati mutandis. |
|
(112) |
Madankollu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk id-deċiżjonijiet ta' investiment ta' PDP u Aerodrom Ljubljana kienux ekonomikalment razzjonali, fis-sens li operatur prudenti f'ekonomija tas-suq f'ċirkostanzi kumparabbli kien jaġixxi bl-istess mod. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni primarjament tosserva li l-prezz totali mħallas minn Aerodrom Ljubjana u PDP, jiġifieri EUR 14,7-il miljun, kien fil-firxa tal-valur stabbilita fir-rapport ta' valwazzjoni ta' AAT. Madankollu, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-rapport ta' valwazzjoni, billi allegat li dan kellu jivvaluta l-valur ta' AAT (dak iż-żmien l-unità ta' manutenzjoni ta' Adria magħrufa bħala SVL) bħala entità awtonoma waqt li telimina s-sinerġiji intragrupp. Il-Kummissjoni nnutat wkoll li kien hemm distakk sinifikanti fiż-żmien bejn il-mument meta AAT/SVL kienet ivvalutata ([…]) u l-bejgħ ta' AAT (Novembru 2010 — Marzu 2011). |
|
(113) |
Primarjament il-Kummissjoni trid tinnota li r-rapport ta' valwazzjoni kien ippreparat minn espert indipendenti (KPMG) u ma hemm l-ebda raġuni biex temmen li l-espert ma wettaqx il-kompiti tiegħu b'indipendenza sħiħa. Fir-rigwarda tad-differenza fiż-żmien bejn il-mument tal-valwazzjoni u l-bejgħ tal-ishma, is-Slovenja spjegat li r-rapport ta' valwazzjoni kien ibbażat fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Adria fil-31 ta' Diċembru 2009, jiġifieri l-iktar dejta riċenti li kienet awditjata esternalment. Il-Kummissjoni tinnota li l-miżura 5 kienet l-ewwel implimentata f'Novembru 2010, jiġifieri inqas minn sena wara d-data ta-valur ta' AAT skont ir-rapport ta' valwazzjoni. Addizzjonalment, waqt li r-rapport ta' valwazzjoni ta' AAT jikkunsidra l-previżjonijiet negattivi ta' Adria, huwa ivvaluta fid-dettal is-segment tan-negozju tas-servizzi ta' manutenzjoni, tiswija u tiġdid u kkonkluda li x-xejra negattiva tal-kumpanija ma kinitx tapplika għal AAt u li AAT kienet tikkostitwixxi unità profittabbli. Barra minn hekk, valutazzjoni dettaljata tar-rapport ta' valwazzjoni uri li huwa vvaluta AAT/SVL bħala unità tan-negozju separata mingħajr ma kkunsidra realment is-sinerġiji potenzjali ma' Adria. F'dan ir-rigward, jidher li r-rapport ta' valwazzjoni tħejja fi żmien meta kien magħruf li AAT se tibda tagħmel servizzi ta' manutenzzjoni, tiswija u tiġdid għal klijenti esterni oħra, notevolment Spanair, li eventwalment tieħu post Adria bħall-klijent prinċipali ta' AAT. Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, fid-dawl li r-rapport inkluda l-aħħar dejta finanzjarja awditjata disponibbli dwar AAT, li kien preparat minn espert indipendenti u li kien ibbażat b'mod inkredibbli fuq l-aspetti kollha relevanti għan-negozju, l-użu tiegħu bħala referenza għall-miżuri inkwistjoni huwa aċċttabbli. Finalment, minkejja li minnu li l-kriżi kienet għadha ma għaddietx, jidher li l-2009 kienet is-sena meta l-ekonomija Slovena intlaqtet l-iktar. Fil-fatt, f'Novembru 2010 meta PDP u Aerodrom Ljubljana ddeċiedew li jixtri AAT, il-previżjonijiet tat-tkabbir tal-PDG għas-Slovenja għall-2010, l-2011 u l-2012 kienu maru lura għal ċifri pożittivi (1,1 %, 1,9 % u 2,6 % rispettivament). (40) F'dawn iċ-ċirkostanzi, investitur privat mhux neċessarjament kien jagħmel valwazzjoni ġdida għax kien ikun jista' jassumi li r-rapport ta' valwazzjoni bbażat fuq iċ-ċifri tal-2009, kien jipprovi ħarsa akkurata fuq in-negozju. |
|
(114) |
Iktar importanti minn hekk, is-Slovenja pprovdiet evidenza li turi li AAT kienet profittabbli, ma kellha l-ebda dejn pendenti u d-dejn tagħha setgħa jkun sservizzjat mill-profitti tagħha fiż-żmien meta twettqet il-miżura 5. Addizzjonalment, is-Slovenja pprovdiet l-previżjonijiet ta' AAT sal-2014, li juru li AAT se tagħmel profitti wara t-taxxa ta' EUR […] fl-2010 u se tibqa' profittabbli minn hemm 'il quddiem, sakemm tilħaq profitti ta' madwar EUR […] fl-2014. Jidher li dawn il-previżjonijiet kienu disponibbli għal PDP u Aerodrom Ljubljana meta huma għamlu d-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom. |
|
(115) |
Is-Slovenja pprovdiet ukoll evidenza li Aerodrom Ljubljana ħadet id-deċiżjoni tagħha biex tinvesti f'AAT abbażi ta' kunsiderazzjonijiet ekonomiċi. F'Awwissu u Settembru 2010, il-Bord Maniġerjalu u dak Superviżorju ta' Aerodrom Ljubljana vvalutaw il-possibilità li jakkwistaw ishma f'AAT, Aerodrom Ljubljana vvalutat il-konvenjenza li teħles għadd ta' pretensjonijiet pendenti kontra Adria fid-dawl tal-patti tal-operazzjoni, li kienet tinkludi redditu fiss ta' 8 % fuq ishma preferenzjarji tal-AAT, […]. Minkejja valwazzjoni oħra ssuġġeriet prezz iktar baxx għall-ishma, il-Bord Superviżorju ta' Aerodrom Ljubljana kkonkluda li l-patti tal-konverżjoni ([…]) kienu jiġġustifikaw prezz ogħla tal-ishma. |
|
(116) |
Dwar it-tieni stadju tal-bejgħ ta' AAT, il-minuti tal-laqgħa tal-Bord Superviżorju ta' Aerodrom Ljubljana tal-21 ta' Jannar 2011 jindikaw li l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' prezzijiet differenti tal-ishma u it-tmiem tal-opzjoni put ta'Aerodrom Ljubljana kienu diskussi. Partikolarment, l-opzjoni put tneħħiet meta kienu akkwiżiti l-ishma ordinarju kmieni fl-2011, iżda, madankollu, il-Bord superviżorju ta' Aerodrom Ljubljana kkonkluda li kien ekonomikament razzjonali jagħmel dan għax għal tneħħija tal-opzjoni put Aerodrom Ljubljana rnexxiela tikseb koġestjoni igwali ta' AAT minkejja li għandha inqas ishma minn PDP. Addizzjonalment, il-Bord Superviżorju nnota li ix-xiri ta' AAT ikollu impatt pożittiv għal Aerodrom Ljubljana: jekk Adria kella tieqaf topera, dan kien inaqqas id-dħul stmat tal-ajruport fl-2011 b'[…] %. |
|
(117) |
Is-Slovenja pprovdiet ukoll evidenza li l-ġestjoni ta' PDP iddeċidiet li takkwista l-ishma preferenzjali u l-ishma ordinarji ta' AAT abbażi ta' raġunijeit ekonomiċi razzjonali. Fil-fatt, il-minuti tal-laqgħat maniġerjali ta' PDP juru li hija wettqet il-valwazzjoni proprja tagħha, li tissuġġerixxi prezz ta' madwar EUR […] u EUR […], fil-firxa tar-rapport u l-valwazzjoni msemmi fil-premessa 34. Minkejja r-rata ta' redditu interna tal-investiment ta' PDP jammonta għal […] %, PDP irnexxiela tikseb kundizzjonijiet aħjar minn AAT, inkluż dividend fiss ta' 8 %. |
|
(118) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjonijiet ta' PDP u Aerodrom Ljubljana li jipparteċipaw fil-miżura 5 ma kienux jinvolvu vantaġġ indebitu għal Adria, ladarba iż-żewġ investituri aġixxew bħal operaturi prudenti tas-suq u adottaw lid-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom fuq bażijiet ekonomiċi sodi. Għalhekk mhux neċessarju li jkun ivvalutat jekk il-bqija tal-kundizzjonijiet kumulativi tal-Artikolu 107(1) TFUE humiex sodisfatti. |
7.3. Konklużjonijiet rigward l-eżistenza ta' għajnuna
|
(119) |
Fuq naħa, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri 1, 2, 3 u 5 ma kienux jinvolvu għajnuna mill-Istat lil Adria. |
|
(120) |
Min-naħa l-oħra, kif spjegat fit-taqsima 7.2.3, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura 4 involviet għajnuna mill-Istat u għalhekk se tivvaluta l-legalità u l-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern. |
7.4. Il-Legalità tal-għajnuna — il-miżura 4
|
(121) |
L-Artikolu 108(3) TFUE jiddikjara li Stat Membru ma jdaħħal miżura ta' għajnuna fis-seħħ qabel ma l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni li tawtorizza din il-miżura. Il-Kummissjoni tosserva li s-Slovenja pparteċipat fl-injezzjoni ta' kapital tal-2011 (il-miżura 4) mingħajr ma nnotifikat lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li s-Slovenja ma kkonformatx mal-obbligu ta' waqfien u għalhekk ivvjolat l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 108(3) TFUE. |
7.5. Il-Kompatibilità tal-għajnuna — il-miżura 4
|
(122) |
Is-Slovenja tikkunsidra li jekk il-Kummissjoni kellha ssib għajnuna mill-Istat fil-miżura 4 hija tkun kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE, u partikolarment bħala għajnuna ta' ristrutturar skont il-Liji gwida R&R. |
|
(123) |
L-Artikolu 107(3)(c) TFUE jiddikjara li għajnuna tista' tkun awtorizzata fejn tingħata biex tippromwovi l-iżvilupp ta' ċerti setturi ekonomiċi u fejn din l-għajnuna ma taffetwax b'mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali sa tali punt li jmur kontra l-interess komuni. Kif indikat fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kompatibbiltà tal-miżura 4 tista tkun ivvalutata biss skont l-Artikolu 107(3)(c)TFUE, partikolarment skont id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna għar-ristrutturar tal-Liji gwida R&R. |
7.5.1.
|
(124) |
Skont il-punt 33 tal-Linji gwida R&R, intrapriżi f'diffikultà fit-tifsira tal-punti 9 sa 13 tal-Linji gwida R&R biss huma eliġibbli biex jirċievu għajnuna ta' ristrutturar. F'dan is-sense, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li Adria kienet impriża f'diffikultà fl-2011, fiż-żmien meta ngħatat il-miżura 4 (ara l-premessa 66). |
|
(125) |
Il-punt 12 tal-Linji gwida R&R jiddikjara li intrapriża maħluqa ġdida mhiex elliġibli għal għajnuna ta' salvataġġ jew ristrutturar anki jekk il-pożizzjoni finanzjarja inizjali tagħha mhux soda. Fil-prinċipju intrapriża hij akkunsidrata bħala maħluqa ġdida għall-ewwel thleit snin wara l-bidu tal-operazzjonijiet fil-qasam rilevanti ta' attività. Adria kienet fundata fl-1961 u ma tistax tkun ikkunsidrata bħala intrapriża maħluqa ġdida. Barra minn hekk, Adria ma tappartjenix għal grupp tan-negozju fis-sens tal-punt 13 tal-Linji gwida R&R. |
|
(126) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li Adria hija eliġibbli għal għajnuna ta' ristrutturar. |
7.5.2.
|
(127) |
Skont il-punt 34 tal-Linji gwida R&R, l-għotja ta' għajnuna għar-ristrutturar għandha tkun kundizzjonali għall-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar li għandu jkun endorsjat mill-Kummissjoni fil-każijiet kollha ta' għajnuna individwali. Il-punt 35 jispjega li l-pjan ta' ristrutturar, li d-durata tiegħu trid tkun l-iqsar possibbli, jridi jirrestawra l-vijabilitàfit-tul tal-intrapriża fi żmien raġonevoli u abbażi ta' assunzjonijiet realistċi rigward il-kundizzjonijiet operatorji futuri. |
|
(128) |
Skont il-punt 36 tal-Linji gwida R&R, il-pjan irid jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi li wassku għad-diffikultajiet tal-kumpanija u jikkunsidra l-istat preżenti u l-prospetti futuri tas-suq fl-aħjar xenarju, l-agħar xenarju u fix-xenarju bażi. |
|
(129) |
Il-pjan għandu jipprovdi għal bidla li tippermetti li l-kumpanija, wara li tlesti r-ristrutturar, tkopri l-kostijiet kollha inkluż id-deprezzamentu l-imposti finanzjarji. Ir-redditu mistenni fuq il-kapital għandu jkun għoli biżżejjed biex jippermetti l-intrapriża ristrutturata biex tikkompeti fis-suq fuq il-merti tagħha stess (il-punt 37 tal-Linji gwida R&R). |
|
(130) |
Kif indikat fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-pjan ta' ristrutturar kienx suffiċjentament solidu sabiex jirrestawra l-vijabilità fit-tul ta' Adria, minħabba li wħud mill-previżjonijiet tiegħu dehru li kienu bbażati fuq assunzjonijiet mhux kwantifikati, inċerti u mhux ċari. Addizzjonalment, il-Kummissjoni kienet inċerta dwar jekk il-kumpanija se tikseb vijabilità sa tmiem l-2013, kif indikat fil-pjan ta' ristrutturar oriġinali. |
|
(131) |
Matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, is-Slovenja ppreżentat għadd ta' aġġornameni għall-pjan ta' ristrutturar. Skont l-pjan aġġornat, Adria se tirritorna għall-vijabilità fl-2014 jew l-2015. Id-durata tar-ristrutturar hija għaldaqstant massim ta' ħames snin, f'konformità mal-każ prattiku preċedenti fis-settur tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri. (41) Barra minn hekk il-Kummissjoni tosserva li speċjalment fis-settur tat-trasport bl-ajru fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali, l-istabilizzazzjoni tal-prestazzjoni operazzjonali u tas-servizzi trid tinkiseb sabiex tkun żgurata l-vijabilità fit-tul bħala bażi solida għat-tkabbir futur u mhux biss bidla fuq żmien qasir, li fin-natura tagħha tieħu bosta snin. |
|
(132) |
Il-pjan ta' ristrutturar jissottolinja li l-għan prinċipali tal-proċess ta' ristrutturar ta' Adria huwa l-vijabilità fit-tul, li l-għan primarju tagħha huwa li tadotta strateġija ċara u orjentazzjoni tas-suq b'bosta objettivi ewlenin: saħħa finanzjarja miżjuda u le-bda telf mill-2013 'il quddiem, tnaqqis fil-kostijiet ta' kumplessità u l-kisba ta' propożizzjoni ta' bejgħ unika kompetittiva u sostenibbli. Skont il-pjan, bil-kisba ta' dawn l-objettivi, il-kumpanija […]. |
|
(133) |
Il-pjan ta' ristrutturar jiddeskrivi wkoll iċ-ċirkostanz li wasslu għad-diffikultajiet ta' Adria, li prinċipalment kienu kkawżati mill-kriżi finanzjarja globali, id-daqs żgħir tas-suq primarju ta' Adria (is-Slovenja u l-pajiżi ġirien), il-kapaċità baxxa tal-flotta tagħha (prinċipalment inġenji tal-ajru CRJ200), […]. |
|
(134) |
Barra min hekk, il-pjan ta' ristrutturar jinkludi ix-xenarji fl-aħjar każ, fl-agħar każ u fil-każ bażi kif ukoll analiżi tar-risji li jista' jkollha impatt fuq ir-ristrutturar ta' Adria, bħal pereżempju bidliet fil-prezz tal-fjuwil, riskju li joħroġ mill-bidliet fir-rta ta' skampju tal-valuta jew riskji potenzjali dwar il-flotta. Fil-każijiet kollh aAdria hija mistennija tirritorna għall-vijabilità sa tmiem il-perjodu ta' ristrutturar. Skont ix-xenarju tal-każ bażi, Adria hija msitennija tikseb marġni tal-profitt nett ta' […] % fl-2014 u ta' […] % fl-2015, proporzjon tad-dejn mal-ekwità ta' […] fl-2014 u ta' […] fl-2015; u proporzjoni ta' redditu fuq l-ekwità ta' […] % fl-2014 u ta' […] % fl-2015. Skont ix-xenarju tal-agħar każ, il-marġni tal-profitt nett jinqos għal […] % fl-2014 u għal […] % fl-2015, proporzjon tad-dejn mal-ekwità jogħla għal […] fl-2014 u għal […] fl-2015, waqt li l-proporzjoni ta' redditu fuq l-ekwità ikun ta' […] % fl-2014 u ta' […] % fl-2015. |
|
(135) |
Il-mira prinċipali tal-pjan hija r-ristrutturar u t-tnaqqis tan-netwerk ta' Adria, li kienet qed tagħmel telf minħabba sovrakapaċità fil-flotta, persunal li jtir u persunal ieħor. Sabiex jagħmel dan, il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi tnaqqsi sinifikanti ta' rottot u frekwenzi, kif ukoll flotta mnaqqsa u iktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil li tikonsisti minn […] nġenju tal-ajru sal-2015 ([…]), prinċipalment […]. |
|
(136) |
Il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi l-għeluq ta' [..] rottot u tnaqqis addizzjonali tal-frekwenzi. L-għadd ta' rottot skedati jonqos ukoll b'mod sinifikanti biex jilħaq […] fl-2015, Kumplessivament, matul il-perjodu ta' ristrutturar, Adria tkun naqqset il-kapaċità tagħha bi [11-14] % f'termini ta' ASK (42). |
|
(137) |
Il-miżuri ta' ristrutturar previsti fil-pjan fir-rigwarda tat-tnaqqis tal-kostijiet (pereżempju […], eċċ.) u ż-żidiet fid-dħul ((pereżempju […], eċċ.) huma pass addizzjonali fid-direzzjoni t-tajba biex tinkiseb vijabilità iktar sostenibbli. Addizzjonalment, il-miżuri addizzjonali ta' ristrutturar (ara l-premessa 31) jipprevedu dħulijiet miżjuda u kostijiet imnaqqsa b'effett pożittiv totali ta' EUR […] fl-2014 u EUR […] fl-2015, biex b'hekk isaħħu r-ritorn għall-vijabbilta' ta' Adria. Il-Kummissjoni hija għalhekk tal-opinjoni li fid-dawl li l-inizjattivi dwar it-tnaqqis tal-kostijiet u ż-żidiet tad-dħul huma kapċi jippermettu lil Adria tikseb ir-ritorn għall-vijabbilta' fit-tul sal-2015. |
|
(138) |
Addizzjonalmeny, l-evidenza pprovduta mis-Slovenja turi li Adria fil-preżent tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-biċċa l-kbira tal-objettivi ffissati fil-pjan ta' ristrutturar, li huwa indikatur addizzjonali tal-affidabilità tal-pjan. |
|
(139) |
Fir-rigward tar-ritorn għall-vijabbilta', abbażi tal-aġġornamenti għall-pjan ta' ristrutturar ippreżentat mis-Slovenja, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-impatt tal-miżuri differnti gġar-ristrutturar huwa debitament kwantifikat u l-vijabilità hija prevista f'livelli adegwati fix-xenarji kollha gaħll-perjodu kollu ta' ristrutturar sal-2014 u l-2015. Għalhekk, fid-dawl tal-miżuri ta' ristrutturar sinifikanti meħuda u l-progress li sar sa issa, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pjan ta' ristrutturar se jippermetti lil Adria tirristawra l-vijabilità fit-tul tagħha fi żmien raġonevoli. |
7.5.3.
|
(140) |
Skont il-punt 38 tal-Linji gwida R&R, miżuri ta' kumpens għandhom jittieħdu sabiex ikun żgurat li l-effetti avversi fuq il-kundizzjonijiet kummerċjali jkunu minimizzati kemm jista' jkun possibbli. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu ċessjoni ta' assi, tnaqqis fil-kapaċità jew preżenza fis-suq u tnaqqis ta' ostakoli għad-dħul fis-swieq ikkonċernati (il-punt 39 tal-Linji gwida R&R). |
|
(141) |
F'dan ir-rigward, l-egħluq ta' attivitajiet li jagħmlu telf li fi kwalunkwe każ ikun neċessarju biex tkun restawrata l-vijabilità mhux se jkun ikkunsidrat bħala tnaqqsi tal-kapaċità jew preżenza tas-suq għall-iskop tal-valutazzjoni tal-miżuri ta' kumpens (il-punt 40 tal-Linji gwida R&R) |
|
(142) |
Is-Slovenja tipproponi l-miżuri ta' kumpens segwenti għal-Adria: a) […] rottot skedati, b) ċediment ta' slotts f'bosta ajruporti, inkluż ajruporti kordinati, c) tnaqqis tal-flotta, u d) il-bejgħ ta' AAT. |
|
(143) |
Is-Slovenja pprovdiet evidenza li turi li r-rottot ikkanċellati fil-pjan ta' ristrutturar kienu profittabbli abbażi tal-marġini ta' kontribuzzjoni C1, li jsegwi l-prattika tal-Kummissjoni f'każijiet preċedenti. (43) Fil-fatt, il-marġini ta' kontribuzzjoni C1 jikkunsidra l-kostijiet tat-titjieriet, tal-passiġġieri u ta' distribuzzjoni (jiġifieri l-kostijiet varjabbli) attribwibbli għal kull rotta individwali. Għalhekk, ir-rottot kollha li għandhom kontribuzzjoni C1 pożittiva jiġġeneraw dħul suffiċjenti biex mhux biss ikopru l-kostijiet varjabbli ta' rotta iżda wkoll jikkonribwixxu għall-kostijiet fissi tal-kumpanija. Min-naħa tal-Kummissjoni, il-marġini ta' kontribuzzjoni C1 jidher li hu ċifra xierqa għall-valutazzjoni ta' jekk rotta partikolari tikkontribwixxix għall-profitabbiltà tal-linja tal-ajru. |
|
(144) |
Fir-rigward tal-kapaċità, il-pjan ta' ristrutturar jipprovdi li l-kapaċità totali tal-kumpanija kienet […] ASK fl-2011, waqt li fi tmiem tal-perjodu ta' ristrutturar fl-2015, il-kapaċità ta' Adria mistennija tkun madwar […]ASK, jiġfieri tnaqqis ta' madwar [11-14] %. Meta jkunu esklużi rottot b'kontribuzzjoni C1 negattiva, din iċ-ċifra tonqos għal [6-8] %. |
|
(145) |
Barra minn hekk il-Kummissjoni tosserva li b'riżultat yal-alterazzjonijeit għar-rotta tan-netwerk, Adria rrilaxxat bosta slotts fl-ajruporti, li xi wħud minnhom huma ajruporti kordinati (44) bħal pereżempju Dublin u Copenhagen. Dawn is-slotts jippermettu lil linji tal-ajru kompetituri biex jopera ċertu rottot biex ikabbru l-kapaċità tagħhom. |
|
(146) |
Finalment, fir-rigward ta' tnaqqis tal-flotta, il-Kummissjoni tinnota li Adria naqset il-flotta tagħha minn […] inġenju tal-ajru fl-2011 għal […] inġenju tal-ajru, li skont il-pjan ta' ristrutturar għandha tibqa' mhux mibdula sa tmiem il-perjodu ta' ristrutturar fl-2015. Fir-rigward tal-bejgħ ta' AAT, il-Kummissjoni tikkunsidra li din il-miżura hija aċettabbli bħala miżura ta' kumpens, partikolarment fid-dawl tal-konklużjoni milħuqa fil-premessa 118 li hija ma tinvolvix għajnuna mill-Istat. |
|
(147) |
Meta tivvaluta jekk il-miżuri ta' kumpens humiex xierqa, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-istruttura tas-suq u l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni biex tiżgura li kwalunkwe tali miżura ma twassalx għal deterjorament fl-istruttura tas-suq (il-punt 39 tal-Linji gwida R&R)). Il-miżuri ta' kumpens għandhom ikunu proporzjonali mal-effetti distorsivi tal-għajnuna u, partikolarment, mad-daqs u l-importanza relattiva tal-impriża fuq is-suq jew sweiq tagħha. Il-grad ta' tnaqqis għandi jkun stabbilit skont il-każ (il-punt 40 tal-Linji Gwida ta' R&R). |
|
(148) |
Il-Kummissjoni l-ewwek tinnota li Adria għandha sehem tas-suq mill-kapaċità produttiva u output tal-industrija kollha tal-Unjoni (f'termini ta' passiġġieri) ta' 0,5 % biss (1,1,7 miljun passiġġier fl-2011). Għal trasportatur żgħir bħal Adria, flotta ulterjuri u tnaqqis fil-kapaċità jista' jkollhom effett negattiv fuq il-vijabilità tagħha, mingħajr ma jipprovdu xi opportunitajiet tas-suq sinifikanti għall-kompetituri. |
|
(149) |
Fir-rigward tal-iktar parti importanti tal-miżuri ta' kumpens, it-tnaqqis fil-kapaċità, il-Kummissjoni tikkunsidra tnaqqis fir-rottot profittabli ta' madwar [6-8] % bejn l-2011 u l-2015 bħala suffiċjenti, partikolarment met amqabbla ma' każijiet oħra ta' ristrutturar tal-linji tal-ajru. (45) Dan it-tnaqqis fil-kapaċità fuq rottot profittabbli huwa ogħla minn dak fil-każ tal-Air Malta. Barra minn hekk, it-tnaqqsi kumplessiv fil-kapaċità ta' [11-14] % huwa simili għat-tnaaqis ta' 15 % aċċettat fil-każ tal-Austrian Airlines (46). |
|
(150) |
Finalment, il-Kummissjoni tosserva li s-Slovenja hija żona assisti għal skopijiet ta' għajnuna għall-investiment reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) TFUE (47). Skont il-punt 56 tal-Linji gwida R&R, “il-kundizzjonijiet biex tkun awtorizzata għajnuna [f'żoni assistiti] jistgħu jkunu inqas stretti fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' kumpens u d-daqs tal-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju. Jekk iġġustifikata bi ħtiġijiet ta' żvilupp reġjonali, f'każijiet fejn tnaqqis fil-kapaċità jew preżenza fis-suq jidhru li jkunu l-iktar miżura xierqa biex tkun evitata distorsjoni indebita tal-kompetizzjoni, it-tnaqqis meħtieġ ikun iżgħar f'żoni assistiti minn dak f'żoni mhux assistiti”. |
|
(151) |
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tikkunsdira li l-miżuri ta' kumpens proposti mis-Slovenja huma suffiċjenti u proporzjonati skont il-Linji gwida R&R sabiex jiżguraw li l-effetti avversi fuq il-kundizzjonijiet kummerċjali li jirriżultaw mill-għoti ta' għajnuna għar-ristrutturar lil Adria huma minimizzati kemm jista' jkun possibbli. |
7.5.4.
|
(152) |
Skont il-punt 43 tal-Linji gwida R&R, sabiex ikun illimitat l-ammont tal-għajnuna għall-minimu neċessarju tal-kostijiet ta' ristrutturar, kontribuzzjoni sinifikanti għar-ristrutturar mir-riżorsi proprji tal-benefiċjarju hija neċessarja. Din tista' tinkludi l-bejgħ ta' assi li mhumiex essenzjali għas-sopravivenza tal-impriża, jew finanzjament estern bil-kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(153) |
Il-Kontribuzzjoni proprja trid tkun reali, jiġifieri, reali, eskluż il-profitti kollha bħal fluss ta' flus (il-punt 43 tal-Linji gwida R&R). Fiha nnifisha, il-kontribuzzjoni proprja ma għandhiex tinkludi kwalunkwe għajnuna mill-Istat ulterjuri. Għal intrapriżi kbar, il-Kummissjoni ġeneralment tikkunsidra kontribuzzjoni ta' mill-inqas 50 % tal-kostijiet ta' ristrutturar bħala xierqa. Madankollu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u f'każijiet ta' diffikulta kbira, il-Kummissjoni tista' taċċetta kontribuzzjoni iktar baxxa (il-punt 44 tal-Linji gwida R&R). |
|
(154) |
Fid-dawl tal-kostijiet totali ta' ristrutturar ta' […], il-kontribuzzjoni proprja proposta ta' Adria hija magħmula minn EUR […], jiġifieri madwar [50-54] % tal-kostijiet totali ta' ristrutturar. Il-kontribuzzjoni proprja tinqasam kif ġej skont il-pjan ta' ristrutturar:
|
|
(155) |
Fir-rigward tal-punt (a) tal-premessa 154, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn il-miżuri huma aċċettabbli u jidhru ġustifikati bħala kontribuzzjoni proprja. Ili-biċċa l-kbira tal-assi fir-realtà nbigħu u għalhekk ir-rikavat li jirriżulta mill-bejgħ ċarament jista' jkun mgħadud bħala kontribuzzjoni proprja. Addizzjonalment, is-Slovenja pprovdiet evidenza li l-bqija tal-assi huma fil-preżent fil-proċess li jinbigħu u li l-valur tagħhom kien determinat skont valwazzjoni esterni, inkluż il-valwazzjoni AVAC fil-każ tal-inġenji tal-ajru (ara l-premessa 97). |
|
(156) |
Fir-rigward tal-punt (b) tal-premessa 154, ladarba l-Kummissjoni fil-premessa 118 ikkonkludiet li l-miżura % ma tinvolvix għajnuna mill-Istat, jidher li jkun raġonevoli li wieħed jikkunsidra li r-rikavat mill-bejgħ ta' AAT għandu jkun ikkunsidrat bħala element ta' kontribuzzjoni proprja. |
|
(157) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-konverżjoni tad-dejn għal ekwità msemmija fil-punt (c) tal-premessa 154, is-Slovenja tikkunsidra li l-konverżjoni totali ta' dejn għall-ekwità mwettqa mill-banek fil-miżura 4 għandha tgħodd bħala kontribuzzjoni proprja. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-konverżjoni ta' dejn mhux garantit notmalment ma turix il-kunfidenza tas-suq fil-kumpanija, minħabba li l-kredituri mhux garantiti ma jassumux riskji ġodda relatati mal-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar. Madankollu, fil-każ ta' Adria, is-Slovenja uriet li d-dejn konvertit f'ekwità kien kompletament kollateralizzat sa punt sinifikanti, jiġifieri EUR [10-20] miljun minn total ta' EUR 19,7-il miljun (ara l-premessa 97). Għaldaqstant, li kieku Adria kienet likwidata, il-banek kien ikollom jirkupraw l-ammont kompletament kollateralizzat. Minn dan joħroħ li l-banek ċedew pretensjoni totalment kollateralizzata, li kienu jkunu jistgħu jirkupraw kompletament, u ssostitwewha b'ekwità ta' Adria b'valur ekwivalenti. Għalhekk, il-banek assumew riskju ġdid billi kkonvertew id-dejn f'ekwità għal mill-inqas [10-20] miljun, ladarba ma għandhom l-ebda ċertezza li l-investiment f'Adria se jkun profittabbli. |
|
(158) |
Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-konverżjoni tad-dejn għall-ekwità tas-self kompletament kollateralizzat, jiġifieri EUR [10-20] miljun, hija aċċettabli bħala kontribuzzjoni proprja. |
|
(159) |
Fil-kunsiderazzjoni ta' dak li ntqal hawn fuq, il-livell ta' kontribuzzjoni proprja ta' Adria jilħaq EUR […] jew [46-48] % tal-kostijiet ta' ristrutturar. Għal ditta kbira bħal Adria, il-livell ta' kontribuzzjoni proprja normalment għandu jkun ta' 50 %. Madankollu, skont il-punt 56 tal-Linji gwida R&R, il-Kummissjoni tista' tkun inqas stretta fir-rigward tad-daqs tal-kontribuzzjoni proprja f'żoni assistiti, kif kien il-każ tas-Slovenja fiż-żmien meta l-miżuri kienu pprovduti (ara l-premessa 150). F'każijiet preċedenti bħal tal-Air Malta, il-Kummissjoni aċċettat livell ta' kontribuzzjoni proprja ta' madwar 45 %. |
|
(160) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rekwiżiti tal-punt 43 tal-Linji gwida R7R kienu sodisfatti. |
7.5.5.
|
(161) |
Fl-aħħar nett, l-għjnuna trid tirrispetta il-punt 73 tal-Linji gwida R&R, li jipprovdi li kumpanija li tkun ipprovdiet għajnuna ta' salvataġġ u ristrutturar fl-aħħar għaxar snin mhiex eliġibbli għal għajnuna ta' salvataġġ jew ristrutturar (il-prinċipju “ta' darba u għall-aħħar darba”). |
|
(162) |
Ladarba l-miżuri 1, 2, 3 u 5 ma jinvolvux għajnuna mill-Istat u ladarba jidher li Adria ma bbenefikatx minn għajnuna ta' salvataġġ jew ristrutturar fl-aħħar għaxar snin, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prinċipju “ta' darba u għall-aħħar darba” huwa rrispettat fir-rigward tal-miżura 4. |
7.6. Konklużjonijiet fir-rigward tal-miżura 4
|
(163) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummisjoni issib li fl-2011 is-Slovenja implimentat illegalment injezzjoni ta' kapital favur Adria, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura u l-pjan ta; ristrutturar jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa mill-Linji gwida R&R. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Iż-żidiet ta' kapital ta' Adria Airways d.d. fl-2007, l-2009 u l-2010, li r-Repubblika tas-Slovenja implimentat lil Adria Airways d.d., ma jikkostitwixxux għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
L-akkwiżizzjoni ta' Adria Airways Tehnika d.d. minn DPD u minn Aerodrom Ljubljana d.d. fl-2010 u l-2011 ma titkkostitwixxix għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
L-injezzjoni ta' kapital ta' EUR 50 miljun favur Adria Airways d.d, li r-Repubblika tas-Slovenja implimentat fl-2011 tikkostitwixxi għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Din l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern fit-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) Għajnuna mill-Istat — is-Slovenja — Għajnuna mill--Istat SA.32715 (2012/C) (ex 2012/NN) — Għajnuna allegata lil Adria Airways — Stedina biex jintbagħtu kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 69, 8.3.2013, p. 53).
(2) PDP hija kumpanija azzjonarja stabbilita f'Mejju 2009. Hija 100 % sjieda ta' 3 fondi proprjetà tal-Istat: Kapitalska družba d.d. (minn issa 'l quddiem “KAD”), Slovenska Odskodninska družba d.d. (minn issa 'l quddiem “SOD”) u Družba za svetovanje in upravljanje d.o.o. (minn issa 'l quddiem “DSU”).
(3) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.
(4) Ir-Rapport annwali ta' Aerodrom Ljubljana d.d. għall-2013 disponibbli fuq http://www.lju-airport.si/pripone/1966/Letno%20porocilo%20AL%202013%20ang.pdf.
(5) Ibid.
(6) Ara http://www.dutb.eu/en/about-us. Mill-31 ta' Diċembru 2010, is-Slovenja kienet proprjetarja (direttament jew indirettament) ta' 48,8 % ta' NLB. Madankollu, wara rikapitalizzazzjoni ta' salvataġġ ta' NLB, approvata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Marzu 2011 (Sa.32261), is-Slovenja saret proprjetarja ta' madwar 55,7 % ta' NLB.
(7) Ara http://www.sdh.si/sl-si/Novica/294.
(8) NFD 1 delniški investicijski sklad d.d. hija susiisdjarja b'48,5 % ta' NFD Holding (ara n-nota f'qiegħ il-paġna hawn taħt). Il-bqija tas-sidien jidhru li huma prinċipalment kumpaniji privati — ara l-kontijiet annwali (bis-Sloven biss) fuq http://www.nfd.si/dokumenti?lang=en
(9) NFD Holding d.d. hija kumpannija limitata b'ishma nnegozjati pubblikament li l-attività prinċipali tagħha hija l-ġestjoni tal-investimenti finanzjarji. Hija tidher li hija ta' proprjetà privata — ara l-kontijiet annwali (bis-Sloven biss) fuq http://www.nfdholding.si/dokumenti.php
(10) Infond d.o.o. hija kumpanija maniġerjali Slovena għall-fondi ta' investiment. Nova KBM, bank li dak iż-żmien kien 42,3 % proprjetà tas-Slovenja, 4,8 % talKAD u 4,8 % tas-SOD, għandu 72 % minnha. Ara http://www.nkbm.si/financial-reports-and-documents.
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali.
(11) Fond Slovenn proprjetà tal-Istat.
(12) Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, jidher li f'xi punt fiż-żmien qabel iż-żieda ta' kapital tal-2007, NLB kiseb il-parteċipazzjoni azzjonarja ta' NFD 1 delniški investicijski sklad d.d. u NFD Holding d.d.
(13) Il-Każ C-482/99 Franza vs il-Kummissjoni (Stardust Marine) [2002] Ġabra I-4397.
(14) Ara l-Każijiet T-358/94 Compagnie nationale Air France vs il-Kummissjoni [1996] Ġabra II-2109, il-paragrafi 148-149 u T-296/97 Alitalia — Linee aeree italiane SpA vs il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-3871, il-paragrafu 81.
(15) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.
(16) F'dan is-sens, ara s-sentenza tal-Qorti tal-EFTA fil-kawżi magħquda E-10/11 u E-11/11 Hurtigruten ASA, in-Norveġja vs l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, li għadha ma ġietx ippubblikata, il-paragrafi 228 u 234-240.
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/661/UE tas-27 ta' Ġunju 2012 dwar l-għajnuna mill-istat Nru SA.33015 (2012/C) li Malta qed tippjana li timplimenta għall-Air Malta plc. (ĠU L 301, 30.10.2012, p. 29).
(18) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/551/UE tad-19 ta' Settembru 2012 bħala għajnuna mill-Istat SA.30908 (11/C) (ex N 176/10) implimentata mir-Repubblika Ċeka għal České aerolinie, a.s. (ČSA — Il-Kumpanija tal-Ajru tar-Repubblika Ċeka — Pjan ta' ristrutturar) (ĠU L 92, 3.4.2013, p. 16).
(19) Ir-rapport Avac huwa r-rapport maħruġ perjodikament mill-Kumpanija li Tanalizza l-Valur tal-Inġenji tal-Ajru, li tistabilixxi l-valuri tal-inġenji tal-ajru tad-ditti u l-mudelli kollha.
(20) Ryanair irreferriet għall-Każ C-405/11 P, Buczek Automotive, li għadu ma ġiex ippubblikat, il-paragrafi 55-57.
(*2) EBT
(*3) Dejta minn Diċembru 2011
(21) Ara r-rapport finanzjarju ta' Adria għall-2011, disponibbli fuq http://www.adria.si/assets/Uploads/Annual-Report-2011-part-two-Financial-Report.pdf
(22) Ara r-rapport finanzjarju ta' Adria għall-2012, disponibbli fuq https://www.adria.si/assets/Letna-porocila/SLO/AA-Letno-porocilo-2012-V1.pdf
(23) Ara pereżempju http://atwonline.com/finance-amp-data/adria-airways-narrows-net-loss-2013
(24) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-KażC 38/2007 Arbel Fauvet Rail, (ĠU L 238, 5.9.2008, p. 27).
(25) Il-każijiet konġunti T-102/07 Freistaat Sachsen v il-Kummissjoni u T-120/07 MB Immobilien u MB System v il-Kummissjoni, [2010] Ġabra II-585, il-paragrafi 95 sa 106.
(26) Ara http://www.rtvslo.si/gospodarstvo/adria-airways-v-prostovoljno-poravnavo/246290 (bis-Sloven) jew http://www.bloomberg.com/news/2010-12-15/slovenia-s-adria-airways-may-file-for-bankruptcy-tvs-reports.html (bl-Ingliż).
(27) Il-fluss tal-flus ħieles mistenni huma l-flus li jifdal wara li jitħallsu l-ispejjeż ollha tal-kumpanija, jiġifieri il-flus li jifdal disponibbli għall-azzjonisti tal-kumpanija.
(28) Qabel l-injezzjoni ta' kapital tal-2007 u l-2009, KADD kellu, rispettivament, 50 % u 77,3 % ta' Adria (ara t-tabelli 1 u 2).
(29) Il-każ T-296/97 Alitalia — Linee aeree italiane SpA vs il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-3871, il-paragrafu 81.
(30) Il-Każ T-358/94 Air France v il-Kummissjoni [1996] Ġabra II-2109, il-paragrafi 148-149.
(31) Jidher li AUKN ma għadhiex teżisti u li kienet sostiwita minn SOD.
(32) Ara r-rapport annwali ta' AUKN għall-2011, disponibbli fuq http://www.so-druzba.si/doc/ENG-News/Archive/Annual_report_2011.pdf.
(33) Disponibbli fuq http://www.nekdanji-pv.gov.si/2008-2012/nc/en/press_centre/news/article/252/5487/
(34) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 8.
(35) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/273/UE tad-19 ta' Settembru 2012 dwar il-miżuri favur ELAN d.o.o. SA.26379 (C 13/10) (ex NN 17/10) implimentati mis-Slovenja (ĠU L 144, 15.5.2014, p. 1).
(36) Ara d-diskors mill-Ministru tal-Finanzi Sloven preċedenti (Dr. Franc Križanič) fi tmiem it-terminu tiegħu fit-28 ta' Ottubru 2011 imtella' fuq il-paġna web tal-Ministeru tal-Finanzi Sloven. http://www.mf.gov.si/si/medijsko_sredisce/novica/article/3/1054/8a67f745b4/ (bis-Sloven).
(37) Addizzjonalment 2,53 % ta' NLB kienu f'idejn Zavarovalnica Triglav d.d., li min-naħa tagħha kienet fit-62,54 % posseduta mill-Istat permezz ta' KAD, SOD u SPIZ.
(38) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/621/KE tat-2 ta' Awwissu 2004 dwar l-Għajnuna mill-Istat implimentata minn Franza lil France Télécom (Il-Każ C13a/2003) (ĠU L 257, 20.9.2006, p. 11), il-paragrafu 227 u l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Geelhoed, il-Każijiet Konġunti C-328/99 u C-399/00 l-Italja vs il-Kummissjoni u SIM 2 Multimedia SpA vs il-Kummissjoni (Seleco) [2003] Ġabra I-4035, il-paragrafu 53: “għaldaqstat wieħed jista' jassumi li dawk l-investituri privati kienu preparati li [jipprovdu kapital lill-benefiċjarju] biss wara li l-gvern kien adotta miżuri ġodda ta' appoġġ. Mhux rilevanti sa liema punt investituri privati kienu lesti jieħdu sehem — il-punt huwa iktar x'kien jagħmel investitur privat […] li kieku [l-entitajiet pubbliċi] ma kienux lesti jinjettaw kapital ġdid”.
(39) Il-każijiet konġunti T-126/96 u C-127/96, BFM u EFIM vs il-Kummissjoni, Ġabra II-3437, il-paragrafi 82-86.
(40) Ara l-Previżjoni Ekonomika Ewropea — il-ħarifa 2010 għas-Slovenja tad-DĠ Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/economy_finance/eu/forecasts/2010_autumn/si_en.pdf
(41) Ara d-Deċiżjoni fil-każ SA.30908 — CSA — Czech Airlines — Il-pjan ta' ristrutturar, fil-premessa 107 u d-Deċiżjoni fil-każ SA.33015 — Air Malta plc., il-premessa 93. Ara wkoll id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/137/KE tat-28 ta' Awwissu 2009 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 6/09 (ex N 663/08) — Austria Austrian Airlines — Pjan ta' Ristrutturar (ĠU L 59, 9.3.2010, p. 1), il-paragrafu 296 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/542/UE tal-21 ta' Marzu 2012 dwar il-miżura SA.31479 (2011/C) (ex 2011/N) li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta għar-Royal Mail Group (ĠU L 279, 12.10.2012, p. 40), il-paragrafu 217.
(42) ASK toqgħod għal available seat kilometre (siġġijiet imtajra mmultiplikati bl-għadd ta' kilometri mtajra). ASK huwa liktar indikatur importanti ta' kapaċità ta' linja tal-ajru kif użat mill-industrija tat-trasport bl-ajru u mill-Kummissjoni stess f'każijiet preċedenti ta' ristrutturar fis-settur tat-trasport bl-ajru.
(43) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 13.
(44) Ajruporti kordinati huma ajruporti fejn is-slotts ikunu allokati minn kordinatur skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 mit-18 ta' Jannar 1993 fuq regoli komuni għal-allokazzjoni ta' slotts għat-titjiriet minn ajruporti Komuntarji (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).
(45) Fil-każ tal-Air Malta, it-tnaqqis ta' kapaċità fir-rootot profittabbli kien jammonta għal 5 %, waqt li fid-deċiżjoni taċ-Czech Airlines, il-Kummissjoni aċċettat tnaqqis fil-kapaċità ta' [10-11] %.
(46) Id-Deċiżjoni fil-Każ C-6/09 — Austrian Airlines.
(47) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Settembru 2006 fil-każ ta' għajnuna mill-Istat N 434/2006 — is-Slovenia — Mappa tal-għajnuna reġjonali 2007-2013.