|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1321 |
13.5.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1321
tat-8 ta’ Mejju 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 15, it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 30f(1) u (5), it-tieni subparagrafu tagħha,
Billi:
|
(1) |
Wara l-emenda tad-Direttiva 2003/87/KE bid-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 (3) jeħtieġ li jiġi emendat biex jinkorpora r-regoli li japplikaw għall-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali b’input termiku nominali totali li jaqbeż l-20 MW. Sabiex jiġu żgurati approċċi armonizzati fost l-installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, jenħtieġ li l-istess rekwiżiti japplikaw għall-verifika tal-installazzjonijiet tal-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali bħal fil-każ ta’ installazzjonijiet oħra tal-kombustjoni. Meta Stat Membru ma jkunx talab li l-installazzjoni għall-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali jkollha permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-verifikatur jenħtieġ li jiffoka l-valutazzjoni tiegħu fuq il-konformità mal-pjan ta’ monitoraġġ. |
|
(2) |
Id-Direttiva (UE) 2023/959 estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għall-produzzjoni taż-żejt, il-produzzjoni tal-ħadid, il-produzzjoni tal-aluminju u tal-alumina, il-produzzjoni tal-idroġenu u t-trasport tas-CO2 permezz ta’ mezzi oħra għajr pipelines. Sabiex jiġi żgurat l-allinjament bejn l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li għalihom il-verifikatur jenħtieġ li jiġi akkreditat biex ikun jista’ jwettaq verifika f’dawk is-setturi, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 jeħtieġ li jiġi aġġornat. |
|
(3) |
Wara l-introduzzjoni ta’ obbligu fl-Artikolu 10a(1), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE li l-allokazzjoni bla ħlas issir kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija, ġew inklużi regoli ġodda fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (4) biex jiġi stabbilit meta jitqiesu implimentati r-rakkomandazzjonijiet mir-rapporti tal-awditjar tal-enerġija jew mis-sistemi ċċertifikati ta’ ġestjoni tal-enerġija f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Prerekwiżit ewlieni biex tintwera l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet, huwa l-konferma mill-verifikatur matul il-verifika tar-rapport dwar id-data ta’ referenza jew, fejn rilevanti, ir-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija tkun tlestiet. Għalhekk, huwa essenzjali li jiġi pprovdut sett ta’ regoli armonizzati dwar il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-verifikatur biex jikkonferma t-tlestija tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 22a(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, il-verifikatur għandu jivverifika jekk tapplikax eċċezzjoni għall-kundizzjonalità skont l-Artikolu 22a(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jekk l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija ma tkunx tlestiet. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u t-trattament ugwali bejn il-każijiet komparabbli, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati regoli armonizzati dwar il-valutazzjoni tal-verifikatur tal-applikazzjoni ta’ dawk l-eċċezzjonijiet. |
|
(5) |
Sabiex il-verifikatur iwettaq il-kontrolli meħtieġa fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija jew fuq l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet għall-kundizzjonalità, l-operatur jenħtieġ li jipprovdi lill-verifikatur bl-evidenza u bl-informazzjoni rilevanti relatati mal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija u mal-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet matul l-istadji rilevanti tal-verifika. |
|
(6) |
Sabiex l-awtorità kompetenti tingħata l-informazzjoni meħtieġa biex tiddeċiedi jekk il-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni bla ħlas f’konformità mal-Artikolu 22a tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 ġewx issodisfati u jekk l-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet għandhiex titnaqqas, jeħtieġ li jiġu introdotti regoli speċifiċi dwar ir-rapportar mill-verifikatur tar-riżultati tal-kontrolli ta’ konferma u kwalunkwe osservazzjoni miksuba matul dawn il-kontrolli ta’ konferma. |
|
(7) |
L-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE jippermetti lill-operaturi jikkanċellaw it-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas wara li jkunu lestew l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija. Prerekwiżit għal dik il-kanċellazzjoni huwa l-konferma tal-verifikatur bħala parti mill-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija tkun tlestiet. Sabiex jiġi appoġġat l-istabbiliment ta’ ċiklu annwali għal dawk il-finijiet, huwa importanti li l-osservazzjonijiet magħmula mill-verifikatur matul verifiki preċedenti dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet jiġu segwiti u li dan jiġi vverifikat mill-verifikaturi f’verifiki sussegwenti. |
|
(8) |
L-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jirrikjedu li l-pjan tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ jiġi approvat mill-awtorità kompetenti. Id-dispożizzjonijiet relatati mal-validazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ mill-verifikatur fin-nuqqas tal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti ma għadhomx japplikaw u għalhekk jenħtieġ li jitħassru. |
|
(9) |
L-esperjenza fl-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 uriet il-ħtieġa li jiġi ċċarat ir-rekwiżit tal-verifikatur li jivverifika l-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) fejn jintużaw il-fjuwils mill-bijomassa. Fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li tiżdied dispożizzjoni li tirrikjedi li l-verifikaturi jivverifikaw il-konformità ma’ dawk il-kriterji. |
|
(10) |
L-esperjenza wriet il-ħtieġa li jiġi ċċarat meta jitwettqu ż-żjarat virtwali fil-post, għal liema raġuni u meta twettqet l-aħħar żjara fiżika fil-post. Din l-informazzjoni tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni jimmonitorjaw il-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw iż-żjarat virtwali fil-post. Fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, din l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi inkluża fir-rapport ta’ verifika. |
|
(11) |
Fl-interess taċ-ċarezza, huwa importanti li l-approċċ tal-verifikatur għall-identifikazzjoni tat-titjib relatat mal-prestazzjoni tal-operatur fir-rigward tal-monitoraġġ u r-rapportar tad-data dwar l-allokazzjoni jiġi allinjat mal-approċċ għall-identifikazzjoni tal-opportunitajiet għat-titjib tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet. Ir-rakkomandazzjonijiet relatati mad-data dwar l-allokazzjoni jenħtieġ li jinkludu titjib biex jinkiseb l-ogħla livell ta’ preċiżjoni fir-rigward tas-sorsi tad-data elenkati fl-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331. |
|
(12) |
L-esperjenza bl-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet għar-rinunzja taż-żjarat fil-post skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 uriet li l-installazzjonijiet tal-kategoriji A u B li jużaw il-gass naturali jew fluss ta’ sors de minimis wieħed jew aktar, fejn il-gass naturali jiġi mmonitorjat permezz ta’ kejl fiskali b’miter u jintużaw valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ kalkolu għall-gass naturali, jirriżultaw f’riskji simili meta mqabbla ma’ sitwazzjonijiet fejn il-fatturi ta’ kalkolu jiġu ddeterminati mit-trasportatur tal-gass mingħajr ebda input jew ipproċessar mill-operatur. Għalhekk huwa xieraq li tiġi permessa rinunzja taż-żjarat fil-post anke f’każijiet fejn il-fattur ta’ kalkolu jiġi ddeterminat mit-trasportatur tal-gass bl-użu ta’ analizzaturi online li huma soġġetti għal skema legali xierqa għall-kontroll tal-analizzaturi fiskali mingħajr ebda input mill-operatur. |
|
(13) |
Wara l-emenda tad-Direttiva 2003/87/KE bid-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), ġew introdotti regoli ġodda għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru. L-allokazzjoni mhux se tibqa’ tiġi bbażata fuq data rrapportata f’tunnellati kilometri. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-verifika tad-data f’tunnellati kilometri ma għadhomx japplikaw u jenħtieġ li jitħassru kif xieraq biex jitnaqqas il-piż amministrattiv. |
|
(14) |
Wara l-emendi fid-Direttiva (UE) 2023/958, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2018/2066 (8) jistabbilixxi regoli ta’ monitoraġġ u rapportar dwar l-attribuzzjoni ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli u l-emissjonijiet tagħhom għat-titjiriet u, meta l-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli ma jkunx jista’ jiġi attribwit fiżikament għal titjira speċifika, l-attribuzzjoni proporzjonata ta’ dawk il-fjuwils u l-emissjonijiet tagħhom għal titjiriet li jitilqu mill-ajruporti. Fl-interess taċ-ċertezza legali u l-integrità ambjentali, huwa xieraq li jiġi speċifikat sett ta’ regoli armonizzati għall-verifikaturi biex jivverifikaw li l-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli u l-emissjonijiet tagħhom jiġu attribwiti b’mod korrett u li r-rekwiżiti rilevanti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 ikunu ġew issodisfati. |
|
(15) |
Id-data fis-settur tal-avjazzjoni hija fil-biċċa l-kbira pproċessata u rreġistrata f’sistemi awtomatizzati li jagħmilha possibbli li d-data tiġi aċċessata mill-bogħod. Dan jiġġustifika l-applikazzjoni ta’ żjarat virtwali fil-post ħlief f’ċirkostanzi ta’ force majeure fis-settur tal-avjazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-qawwa tal-verifika, iż-żjarat virtwali fil-post jenħtieġ li jkunu permessi biss taħt kundizzjonijiet stretti. Il-korpi nazzjonali ta’ akkreditament jenħtieġ li jimmonitorjaw l-applikazzjoni ta’ dawk il-kundizzjonijiet u l-prestazzjoni tal-verifikaturi matul dawn iż-żjarat fil-post bħala parti mis-sorveljanza annwali tal-verifikaturi. |
|
(16) |
Id-Direttiva (UE) 2023/959 introduċiet sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet separata iżda parallela applikabbli għall-fjuwils rilaxxati għall-konsum fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq kif ukoll f’setturi addizzjonali li jikkorrispondu għal attivitajiet industrijali mhux koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE (“bini, trasport bit-triq u setturi addizzjonali”). Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 ġew inklużi dispożizzjonijiet ġodda relatati mal-monitoraġġ u mar-rapportar tal-emissjonijiet f’dawk is-setturi. Bħala riżultat ta’ dawk il-bidliet, jenħtieġ li jiżdiedu regoli armonizzati dwar il-verifika tal-emissjonijiet f’dawk is-setturi u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi li jwettqu dik il-verifika. Ir-regoli u d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-verifika tal-emissjonijiet jenħtieġ li jiġu adattati kif xieraq. |
|
(17) |
Il-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi f’konformità mal-Artikoli 15 u 30f tad-Direttiva 2003/87/KE u l-Anness V ta’ dik id-Direttiva, id-definizzjonijiet fl-Artikolu 3, l-obbligu fl-Artikolu 4 u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti fil-Kapitoli II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jenħtieġ li jiġu estiżi biex ikopru l-verifika tar-rapporti tal-entità regolata sakemm il-karatteristiċi speċifiċi tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet applikabbli għall-fjuwils rilaxxati għall-konsum fil-bini, fit-trasport bit-triq u f’setturi addizzjonali ma jeħtiġux regoli oħrajn jew aktar regoli mfassla apposta. Bl-istess mod, ir-rekwiżiti dwar l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi fil-Kapitolu V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u r-rekwiżiti dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti fil-Kapitolu VI ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għal din is-sistema separata għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet. |
|
(18) |
Huwa importanti li jiġu delineati r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-verifikatur u tal-awtorità kompetenti fir-rigward tal-verifika tar-rapporti tal-entità regolata. F’konformità mal-prinċipji tal-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE, il-verifikatur jenħtieġ li jivvaluta l-kompletezza u l-konformità tal-informazzjoni fir-rapporti tal-entità regolata mar-rekwiżiti elenkati fl-Annessi X u Xb tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, l-opportunitajiet għat-titjib tal-proċess ta’ monitoraġġ u rapportar u l-preċiżjoni tad-data dwar l-emissjonijiet. Bl-istess mod għall-verifika tar-rapport tal-operatur, il-verifikatur jenħtieġ li juża l-pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti bħala punt tat-tluq u jivvaluta l-konformità tal-entità regolata ma’ dak il-pjan. Meta dak il-pjan ta’ monitoraġġ ma jiġix approvat, ma jkunx komplut jew ikun inbidel b’mod sinifikanti mingħajr ma jkunu ġew approvati dawk il-bidliet, huwa importanti li l-entità regolata tikseb l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti. Kwalunkwe nonosservanza tal-pjan ta’ monitoraġġ mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, li jkun ġie identifikat mill-verifikatur u li ma jkunx ġie kkoreġut mill-entità regolata qabel ma jinħareġ ir-rapport ta’ verifika, jenħtieġ li jiġi rrapportat fir-rapport ta’ verifika. |
|
(19) |
F’konformità mal-Anness V, il-parti C, il-punti 1 sa 5 u l-punt 7 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-verifikatur għandu jwettaq żjara fil-post biex jivverifika l-konfini tal-monitoraġġ tal-entità regolata, biex jivvaluta l-operat tal-istrumenti tal-kejl, tas-sistemi u tal-proċessi li jintużaw mill-entitajiet regolati biex jiddeterminaw il-kwantitajiet tal-fjuwil rilaxxati għall-konsum, biex iwettaq intervisti u biex iwettaq attivitajiet oħra. Sabiex jiġi evitat li l-verifikaturi jkollhom iżuru postijiet b’tankijiet tal-massa jew b’faċilità tal-ħżin, fejn l-ammonti tal-fjuwil rilaxxati għall-konsum jiġu ddeterminati, ipproċessati u kkontrollati minn partijiet terzi jew meta d-data mkejla ma tintużax għad-determinazzjoni u l-ipproċessar tad-data dwar l-emissjonijiet tal-entità regolata, jenħtieġ li tiġi inkluża definizzjoni speċifika tas-sit. Hija l-analiżi tar-riskju tal-verifikatur li tiddetermina liema postijiet fis-sit tal-entità regolata jenħtieġ li ssirilhom żjara. Iż-żjara tal-verifikatur fil-post jenħtieġ li ma ssirx biss f’kundizzjonijiet speċifiċi. |
|
(20) |
L-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti bejn l-entità regolata u l-verifikatur huwa essenzjali fl-aspetti kollha tal-proċess ta’ verifika, b’mod partikolari fil-fażi prekuntrattwali, fit-twettiq ta’ analiżi strateġika mill-verifikatur u matul il-verifika. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti armonizzati li jenħtieġ li jirregolaw l-għoti ta’ informazzjoni bejn l-entità regolata u l-verifikatur f’kull ħin. |
|
(21) |
Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju tal-emissjonijiet koperti mis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, għat-trasport bit-triq u għal setturi addizzjonali u mis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-installazzjonijiet fissi, għall-avjazzjoni u għat-trasport marittimu f’konformità mal-Artikolu 30f(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-entitajiet regolati huma meħtieġa f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jużaw il-proċess ta’ monitoraġġ u rapportar tagħhom billi jnaqqsu mill-kwantità totali ta’ fjuwils rilaxxati għall-konsum, il-kwantitajiet tal-fjuwil li jintużaw fl-istess sena ta’ rapportar għall-attivitajiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE. L-informazzjoni mill-operaturi, mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru u mill-kumpaniji tat-tbaħħir dwar il-fjuwils fornuti u l-katina tal-provvista f’konformità mal-Anness Xa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 hija essenzjali sabiex jiġi ddeterminat liema kwantità ta’ fjuwil jenħtieġ li titnaqqas mill-kwantità totali tar-rilaxx tal-fjuwil. Biex l-entità regolata u l-verifikaturi li jwettqu l-verifika tar-rapport tal-entità regolata jingħataw biżżejjed fiduċja fil-preċiżjoni tal-informazzjoni elenkata fl-Anness Xa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, huwa xieraq li l-verifikaturi tar-rapporti tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jivvalutaw dik l-informazzjoni bħala parti mill-verifika ta’ dawk ir-rapporti u jikkonfermaw li l-fjuwils użati minn fornitur ma jaqbżux l-ammont li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun kiseb mingħand dak il-fornitur filwaqt li jitqiesu l-ammonti maħżuna fl-istokk skont il-metodoloġija fil-pjan ta’ monitoraġġ approvat. |
|
(22) |
Sabiex tiġi pprovduta trasparenza sħiħa dwar il-preċiżjoni tal-informazzjoni elenkata fl-Anness Xa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, huwa essenzjali li l-verifikatur li jwettaq verifika tar-rapporti tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jirrapporta dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-informazzjoni elenkata fl-Anness Xa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u jiddeskrivi kwalunkwe osservazzjoni fir-rapport ta’ verifika, inkluż kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta identifikata u mhux ikkoreġuta, nonkonformità, nonosservanza mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew rakkomandazzjoni għal titjib. Jenħtieġ li din l-informazzjoni ssir disponibbli mill-operatur jew mill-operatur tal-inġenji tal-ajru lill-entità regolata rilevanti flimkien mal-informazzjoni elenkata fl-Anness Xa f’konformità mal-Artikolu 75v(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. |
|
(23) |
Din l-informazzjoni tippermetti lill-verifikatur li jkun qed jagħmel verifika tar-rapporti tal-entità regolata jwettaq kontrolli tal-konsistenza bejn l-informazzjoni elenkata fl-Anness Xa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u l-informazzjoni dwar il-fjuwils ikkunsmati elenkati fl-Anness Xb ta’ dak ir-Regolament u sussegwentement jiddetermina jekk il-kwantitajiet tal-fjuwil imnaqqsa f’konformità mal-Artikolu 75v(4) ta’ dak ir-Regolament humiex preċiżi, u l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra rrapportati mill-entità regolata jkunux ħielsa minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali. Huma meħtieġa regoli armonizzati dwar il-kontrolli li għandhom jitwettqu bħala parti mill-verifika tad-data u l-valutazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ u l-fattur tal-ambitu. |
|
(24) |
Sabiex tiġi ppjanata l-verifika tar-rapport tal-entità regolata u tiġi appoġġata l-valutazzjoni tal-verifikatur dwar jekk dikjarazzjoni skorretta, nonkonformità jew nonosservanza jkollhomx impatt materjali fuq id-data tal-emissjonijiet, jenħtieġ li jiġi definit livell xieraq ta’ materjalità għall-verifika tar-rapport tal-entità regolata. Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li xorta jiġu żgurati l-integrità ambjentali tas-sistema u l-qawwa tal-verifika, livell ta’ materjalità aktar strett japplika biss għall-entitajiet regolati bl-ogħla livelli ta’ emissjonijiet, jiġifieri emissjonijiet annwali ta’ aktar minn 500 kilo tunnellata ta’ CO2. |
|
(25) |
Bħalma huwa l-każ tal-verifika tar-rapporti tal-operatur, hija r-responsabbiltà tal-verifikatur li jivvaluta jekk id-dikjarazzjoni skorretta, in-nonkonformità jew in-nonosservanza mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2018/2066, individwalment jew meta aggregat, jaqbżux il-livell ta’ materjalità applikabbli u għalhekk jenħtieġ li jitqiesu bħala materjali. Anke jekk il-livell ta’ materjalità ma jinqabiżx, il-verifikatur jenħtieġ li jiddetermina jekk il-kwistjoni rilevanti għandhiex impatt materjali minħabba n-natura, id-daqs u ċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dik il-kwistjoni partikolari. |
|
(26) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-proċess ta’ monitoraġġ u rapportar, l-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet għal titjib kontinwu tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-entità regolata jenħtieġ li jkun parti mill-attivitajiet ta’ verifika mwettqa mill-verifikatur. |
|
(27) |
Huwa importanti li l-verifikaturi jkunu kompetenti fit-twettiq tal-verifika tar-rapporti tal-entità regolata. Sabiex il-verifikatur jivvaluta l-limiti speċifiċi ta’ monitoraġġ u rapportar u l-aspetti tal-entità regolata relatati mas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, għat-trasport bit-triq u għal setturi addizzjonali, jenħtieġ li jiġu definiti kriterji ta’ kompetenza speċifiċi għall-verifikaturi li jwettqu verifika tar-rapporti tal-entità regolata. Għal dak il-fini, jenħtieġ li jinħoloq kamp ta’ applikazzjoni ta’ akkreditazzjoni separat sabiex il-korpi ta’ akkreditazzjoni jkunu jistgħu jevalwaw il-kompetenza u l-prestazzjoni tal-verifikatur skont dawn il-kriterji speċifiċi u jakkreditaw lill-verifikaturi skont dak il-kamp ta’ applikazzjoni partikolari. |
|
(28) |
Sabiex jitnaqqas ir-riskju li tiġi pperikolata l-imparzjalità tal-verifikatur, l-awditur ewlieni jenħtieġ li jinbidel wara li jkun wettaq il-verifika tal-istess rapport tal-entità regolata għal ħames snin konsekuttivi. Dan ir-rekwiżit jenħtieġ li ma jipprekludi lill-verifikatur milli jieħu miżuri addizzjonali biex inaqqas ir-riskji ta’ imparzjalità. |
|
(29) |
Il-monitoraġġ u r-rapportar għas-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali għandhom jibdew fl-1 ta’ Jannar 2025. F’konformità mal-Artikolu 30f tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ewwel rapport ivverifikat tal-entità regolata għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti sat-30 ta’ April 2026, fir-rigward tas-sena ta’ rapportar 2025. Għalhekk, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet rilevanti relatati mal-verifika tar-rapporti tal-entità regolata għas-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jenħtieġ li jsiru applikabbli għall-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-entità regolata li sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2025 ’il quddiem. Bl-istess mod, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet rilevanti relatati mal-verifika tal-informazzjoni elenkata fl-Anness Xa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 isiru applikabbli wkoll mis-sena ta’ rapportar 2025 ’il quddiem. |
|
(30) |
L-emendi relatati mal-verifika tad-data ta’ referenza u l-kontrolli tal-verifikatur fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet għall-kundizzjonalità jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ b’urġenza peress li r-rapporti vverifikati dwar id-data ta’ referenza bħala parti mill-applikazzjoni tal-allokazzjoni bla ħlas jeħtieġ li jiġu ppreżentati sat-30 ta’ Mejju 2024 kif meħtieġ mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, u għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(31) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 765/2008, dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-verifikaturi u għall-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi nazzjonali ta’ akkreditament skont l-Artikoli 15 u 30f tad-Direttiva 2003/87/KE.”; |
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Kamp ta’ Applikazzjoni Dan ir-Regolament japplika għal dawn li ġejjin:
|
|
(3) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Suppożizzjoni ta’ konformità Meta verifikatur juri li huwa konformi mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti ddefiniti fl-Artikolu 2, il-punt 9, tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew ma’ partijiet minnhom, huwa għandu, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 7(1) u (4), l-Artikolu 22, l-Artikolu 27(1), l-Artikoli 28, 31, 32, l-Artikoli 43b(1) u (4), l-Artikoli 43v u 43w ta’ dan ir-Regolament, jassumi li huwa konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IIIa ta’ dan ir-Regolament sal-punt li fih l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.”; |
|
(5) |
It-titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b’dan li ġej: “KAPITOLU II VERIFIKA TAR-RAPPORTI TA’ OPERATUR JEW TA’ OPERATUR TAL-INĠENJI TAL-AJRU” ; |
|
(6) |
fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Rapport ivverifikat dwar l-emissjonijiet, rapport dwar id-data ta’ referenza, rapport dwar id-data ta’ min jidħol ġdid jew rapport annwali dwar il-livell ta’ attività għandu jkun affidabbli għall-utenti. Huwa għandu jirrappreżenta b’mod ġenwin dak li għandu l-għan li jirrappreżenta jew inkella dak li wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li jirrappreżenta.”; |
|
(7) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
fl-Artikolu 9(1), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(9) |
l-Artikolu 10(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
fl-Artikolu 13(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(12) |
l-Artikolu 16(2) huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
jiddaħħlu l-Artikoli 17a u 17b li ġejjin: “Artikolu 17a Verifiki tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija 1. Skont ir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità skont l-Artikolu 22a tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, il-verifikatur għandu jivverifika l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mill-awditi tal-enerġija jew mis-sistemi ċċertifikati ta’ ġestjoni tal-enerġija kif imsemmi fl-Artikolu 22a(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u jikkonferma li l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet tkun tlestiet. 2. Għall-finijiet tal-konferma tat-tlestija tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jivverifika jekk:
Artikolu 17b Il-verifika tal-applikazzjoni tad-derogi mniżżla fl-Artikolu 22a(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 1. Meta l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17a ta’ dan ir-Regolament ma tkunx tlestiet, il-verifikatur għandu jivvaluta l-provi tal-operatur u jivverifika jekk:
2. Meta l-perjodu ta’ rkupru msemmi fl-Artikolu 22a(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 ma jkunx speċifikat fir-rapport tal-awditu tal-enerġija, fis-sistema ċċertifikata ta’ ġestjoni tal-enerġija jew f’dikjarazzjoni ġuramentata mill-awditur tal-enerġija, il-verifikatur għandu jivverifika:
3. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (f), il-verifikatur għandu jivverifika u jikkonferma jekk:
|
|
(15) |
fl-Artikolu 22(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-verifikatur għandu jistabbilixxi jekk id-dikjarazzjonijiet skorretti mhux ikkoreġuti, meta jittieħdu waħedhom jew flimkien ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, ikollhomx effett materjali fuq l-emissjonijiet totali rrappurtati jew fuq id-data totali rrappurtata rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas. Meta jkun qed jivvaluta l-materjalità tad-dikjarazzjonijiet skorretti, il-verifikatur għandu jqis id-daqs u n-natura tad-dikjarazzjonijiet skorretti, kif ukoll iċ-ċirkostanzi partikolari li fihom ikunu seħħew.”; |
|
(16) |
fl-Artikolu 23, jitħassar il-paragrafu 3; |
|
(17) |
fl-Artikolu 26(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(18) |
l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
|
|
(19) |
fl-Artikolu 28, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(20) |
fl-Artikolu 30(1), il-punti (d) u (e) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(21) |
jiddaħħal l-Artikolu 30a li ġej: “Artikolu 30a Trattament tal-osservazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija Meta jkunu ġew irrappurtati osservazzjonijiet jew sejbiet fir-rapport ta’ verifika msemmi fl-Artikolu 27(3), il-punt (rc), fis-sena ta’ wara, matul il-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività, il-verifikatur għandu jivverifika liema azzjoni jkun ħa l-operatur b’riżultat ta’ dawk l-osservazzjonijiet u jekk dan għandux impatt fuq il-konferma tal-verifikatur li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet pendenti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 22a(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 tkun tlestiet.”; |
|
(22) |
fl-Artikolu 32(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(23) |
fl-Artikolu 33, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. B’deroga mill-Artikolu 21(1) ta’ dan ir-Regolament, verifikatur jista’ jiddeċiedi li ma jwettaqx żjara fuq il-post ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru bl-użu tal-għodod issimplifikati msemmija fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jekk huwa jkun ikkonkluda, abbażi tal-analiżi tar-riskju tiegħu, li jista’ jkollu aċċess mill-bogħod għad-data rilevanti kollha.” |
|
(24) |
fl-Artikolu 34a, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 34a Żjarat virtwali fuq il-post għall-verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru”;” |
|
(25) |
jiddaħħal l-Artikolu 34b li ġej: “Artikolu 34b Żjarat virtwali fuq il-post għall-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-operatur tal-inġenji tal-ajru 1. B’deroga mill-Artikolu 21(1), il-verifikatur jista’ jiddeċiedi li jwettaq żjara virtwali fuq il-post għall-fini tal-verifika tar-rapport ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru f’każijiet oħra minbarra dawk koperti mill-Artikolu 34a. Id-deċiżjoni tal-verifikatur li jwettaq żjara virtwali fuq il-post għandha tissejjes fuq l-eżitu tal-analiżi tar-riskju u għandha tittieħed wara li jiġi stabbilit li l-verifikatur jista’ jkollu aċċess mill-bogħod għad-data rilevanti kollha. Il-verifikatur għandu javża lill-operatur tal-inġenji tal-ajru bid-deċiżjoni tiegħu li jwettaq żjara virtwali fuq il-post mingħajr dewmien żejjed. 2. Il-verifikatur għandu jieħu miżuri biex inaqqas ir-riskju ta’ verifika għal livell aċċettabbli sabiex jikseb garanzija raġonevoli li r-rapport tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali jew le. 3. F’każijiet oħra minbarra dawk koperti mill-Artikolu 34a, il-verifikatur għandu dejjem iwettaq żjara fiżika fuq il-post fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
4. Il-paragrafu 3, il-punt (d), ma għandux japplika meta l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun eliġibbli għal verifika simplifikata f’konformità mal-Artikolu 33(2).”; (*2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (ĠU L 177, 2.7.2019, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1122/oj).”;" |
|
(26) |
fl-Artikolu 36(6), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-evalwatur kompetenti għandu jimmonitorja lil dawk l-awdituri matul il-verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jew tar-rapport tal-entità regolata fis-sit tal-installazzjoni, tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jew tal-entità regolata skont il-każ, biex jistabbilixxi jekk huma jissodisfawx il-kriterji ta’ kompetenza jew le.”; |
|
(27) |
fl-Artikolu 37(5), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. It-tim ta’ verifika għandu jinkludi tal-inqas persuna waħda li jkollha l-kompetenza teknika u l-għarfien meħtieġ biex tivvaluta l-aspetti tekniċi speċifiċi tal- monitoraġġ u ta’ rappurtar marbutin mal-attivitajiet imsemmijin fl-Anness I li jitwettqu mill-installazzjoni, mill-operatur tal-inġenji tal-ajru jew mill-entità regolata. It-tim tal-verifika għandu jinkludi wkoll persuna waħda li tkun kapaċi tikkomunika bl-ilsien meħtieġ għall-verifika tar-rapport ta’ operatur jew ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru fl-Istat Membru fejn il-verifikatur ikun qed iwettaq dik il-verifika.” |
|
(28) |
fl-Artikolu 38(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(29) |
jiddaħħal il-Kapitolu IIIa li ġej: “Kapitolu IIIa VERIFIKA TAR-RAPPORTI TAL-ENTITÀ REGOLATA Artikolu 43a Affidabbiltà tal-verifika tar-rapporti tal-entità regolata 1. Rapport ta’ entità regolata vverifikat għandu jkun affidabbli għall-utenti. Huwa għandu jirrappreżenta fedelment dak li għandu l-għan li jirrappreżenta jew inkella dak li raġonevolment mistenni li jirrappreżenta. 2. Il-proċess ta’ verifika tar-rapport ta’ entità regolata għandu jkun għodda affidabbli u effettiva ta’ appoġġ għall-proċeduri ta’ garanzija tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità, li tipprovdi informazzjoni li entità regolata tkun tista’ tuża biex ittejjeb il-prestazzjoni tagħha b’rabta mal-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet. Artikolu 43b Obbligi ġenerali tal-verifikatur 1. Il-verifikatur għandu jwettaq il-verifika u l-attivitajiet meħtieġa skont dan il-Kapitolu bl-għan li jipprovdi rapport ta’ verifika li jikkonkludi b’garanzija raġonevoli li r-rapport tal-entità regolata ma fihx dikjarazzjonijiet skorretti materjali. 2. Il-verifikatur għandu jippjana u jwettaq il-verifika b’attitudni ta’ xettiċiżmu professjonali u jirrikonoxxi li jista’ jkun hemm ċirkostanzi li jwasslu biex ir-rapport tal-entità regolata jkun fih dikjarazzjonijiet skorretti materjali. 3. Il-verifikatur irid iwettaq verifika fl-interess pubbliku u jkun indipendenti mill-entità regolata u mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għad-Direttiva 2003/87/KE. 4. Waqt il-verifika, il-verifikatur għandu jivvaluta dan li ġej:
Għall-fini tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-verifikatur għandu jikseb provi ċari u oġġettivi mingħand l-entità regolata li jappoġġaw l-emissjonijiet aggregati rrappurtati jew id-data aggregata rrappurtata rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas, filwaqt li jqis l-informazzjoni l-oħra kollha pprovduta fir-rapport tal-entità regolata. 5. Il-verifikatur għandu jagħti parir lill-entità regolata biex tikseb l-approvazzjoni meħtieġa mingħand l-awtorità kompetenti jekk:
Wara li l-awtorità kompetenti tagħti l-approvazzjoni tagħha, il-verifikatur għandu jkompli l-attivitajiet ta’ verifika jew jirrepetihom jew jadattahom kif xieraq. Jekk ma tkunx inkisbet l-approvazzjoni qabel ma jinħareġ ir-rapport ta’ verifika, il-verifikatur għandu jniżżel dan fir-rapport ta’ verifika. 6. Jekk il-verifikatur isib li entità regolata ma tkunx qed tikkonforma mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, dik l-irregolarità għandha tiġi inkluża fir-rapport ta’ verifika, anke jekk l-awtorità kompetenti tkun approvat il-pjan ta’ monitoraġġ ikkonċernat. Artikolu 43c Obbligi prekuntrattwali 1. Qabel ma jaċċetta impenn ta’ verifika, verifikatur għandu jikseb fehim xieraq tal-entità regolata u jivvaluta jekk jistax jidħol għall-verifika jew le. Għal dan il-fini, il-verifikatur għandu jagħmel tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
2. L-entità regolata għandha tagħti lill-verifikatur l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermettilu jwettaq l-attivitajiet li jissemmew fil-paragrafu 1. Artikolu 43d Allokazzjoni tal-ħin 1. Huwa u jistabbilixxi l-allokazzjoni tal-ħin għal impenn ta’ verifika msemmija fl-Artikolu 43c(1), il-punt (f), il-verifikatur għandu jqis tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
2. Il-verifikatur għandu jiżgura li l-kuntratt tal-verifika jipprevedi l-possibbiltà ta’ ħin li jrid jiġi ċċarġjat minbarra l-ħin miftiehem fil-kuntratt meta jinstab li t-tali ħin addizzjonali jkun meħtieġ għall-analiżi strateġika, għall-analiżi tar-riskji jew għal attivitajiet oħrajn ta’ verifika. Is-sitwazzjonijiet li fihom jaf ikun meħtieġ il-ħin addizzjonali għandhom jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin:
3. Il-verifikatur għandu jirreġistra l-ħin allokat fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika. Artikolu 43e Informazzjoni mingħand l-entità regolata 1. Qabel l-analiżi strateġika u f’mumenti oħrajn waqt il-verifika, l-entità regolata għandha tagħti lill-verifikatur l-informazzjoni kollha li ġejja:
2. Qabel ma l-verifikatur joħroġ ir-rapport ta’ verifika, l-entità regolata għandha tagħtih ir-rapport finali awtorizzat u vvalidat internament tiegħu. Artikolu 43f Analiżi strateġika 1. Fil-bidu tal-verifika, il-verifikatur għandu jivvaluta n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-kompiti tal-verifika billi jwettaq analiżi strateġika tal-attivitajiet kollha li jkunu rilevanti għall-entità regolata. 2. Sabiex jifhem l-attivitajiet li twettaq l-entità regolata, il-verifikatur għandu jiġbor u janalizza l-informazzjoni meħtieġa sabiex jivvaluta li t-tim ta’ verifika huwa kompetenti biżżejjed biex iwettaq il-verifika, sabiex jistabbilixxi li l-allokazzjoni tal-ħin indikata fil-kuntratt ġiet stabbilita tajjeb u sabiex jiżgura li huwa għandu l-ħila jwettaq l-analiżi tar-riskju meħtieġa. L-informazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
3. Huwa u janalizza l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jivvaluta tal-inqas dan li ġej:
4. Huwa u jwettaq l-analiżi strateġika, il-verifikatur għandu jivverifika dan li ġej:
Artikolu 43g Analiżi tar-riskji 1. Il-verifikatur għandu jidentifika u janalizza l-elementi li ġejjin sabiex ifassal, jippjana u jimplimenta verifika effettiva:
2. Huwa u jidentifika u janalizza l-elementi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-verifikatur għandu jqis tal-inqas dan li ġej:
3. Jekk il-verifikatur jistabbilixxi li l-entità regolata tkun naqqset milli tidentifika r-riskji inerenti u r-riskji ta’ kontroll rilevanti fil-valutazzjoni tar-riskju tagħha, il-verifikatur għandu javża lill-entità regolata b’dan. 4. Meta jkun xieraq skont l-informazzjoni miksuba waqt il-verifika, il-verifikatur għandu jirrevedi l-analiżi tar-riskji u jibdel l-attivitajiet ta’ verifika li jridu jitwettqu jew jirrepetihom. Artikolu 43h Pjan ta’ verifika 1. Il-verifikatur għandu jabbozza pjan ta’ verifika li jkun proporzjonat mal-informazzjoni miksuba u mar-riskji identifikati waqt l-analiżi strateġika u waqt l-analiżi tar-riskji, li jrid ikun fih tal-inqas dan li ġej:
2. Il-verifikatur għandu jistabbilixxi l-pjan magħmul bħala test imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu b’mod li jippermettilu jistabbilixxi kemm jista’ joqgħod fuq l-attivitajiet ta’ kontroll rilevanti biex jivvaluta l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 43b(4), il-punti (b) u (c). Huwa u jistabbilixxi d-daqs tal-kampjunar u l-attivitajiet ta’ kampjunar għall-ittestjar tal-attivitajiet ta’ kontroll, il-verifikatur għandu jqis l-elementi li ġejjin:
3. Huwa u jistabbilixxi d-daqs tal-kampjunar u l-attivitajiet ta’ kampjunar għall-kampjunar tad-data msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), il-verifikatur għandu jqis l-elementi li ġejjin:
4. Il-verifikatur għandu jistabbilixxi u jimplimenta l-pjan ta’ verifika b’tali mod li r-riskju ta’ verifika jitnaqqas għal livell aċċettabbli sabiex tinkiseb garanzija raġonevoli li r-rapport tal-entità regolata ma fihx dikjarazzjonijiet skorretti materjali. 5. Il-verifikatur għandu jaġġorna l-analiżi tar-riskji u l-pjan ta’ verifika u jadatta l-attivitajiet ta’ verifika waqt il-verifika meta huwa jsib riskji addizzjonali li jeħtieġ li jitnaqqsu jew meta huwa jsib li r-riskju reali huwa inqas minn dak li kien mistenni fil-bidu. Artikolu 43i Attivitajiet ta’ verifika Il-verifikatur għandu jimplimenta l-pjan ta’ verifika u jivverifika l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti skont il-każ, abbażi tal-analiżi tar-riskji. Għal dak l-għan, il-verifikatur għandu jwettaq tal-inqas ittestjar sostantiv li jkun jikkonsisti fi proċeduri analitiċi, verifika tad-data u verifika tal-metodoloġija tal-monitoraġġ u għandu jivverifika dan li ġej:
Għall-finijiet tal-punt (a) tat-tieni paragrafu, il-verifikatur għandu jsegwi l-fluss tad-data billi jsegwi s-sekwenza u l-interazzjoni tal-attivitajiet tal-fluss tad-data mid-data mis-sorsi primarji sal-kompilazzjoni tar-rapport tal-entità regolata. Artikolu 43j Proċeduri analitiċi 1. Il-verifikatur għandu juża proċeduri analitiċi biex jivvaluta kemm hi plawżibbli u kompluta d-data f’każijiet fejn ir-riskju inerenti, ir-riskju ta’ kontroll u l-livell ta’ adattament tal-attivitajiet ta’ kontroll tal-entità regolata juru li hemm bżonn isiru t-tali proċeduri analitiċi. 2. Meta jkun qed iwettaq il-proċeduri analitiċi msemmijin fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jivvaluta d-data rrappurtata sabiex jidentifika l-oqsma potenzjali ta’ riskju u wara jivvalida l-attivitajiet ta’ verifika ppjanati u jadattahom għalihom. Il-verifikatur għandu jagħmel tal-inqas dan li ġej:
3. Meta jkun qed japplika l-proċeduri analitiċi msemmijin fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jwettaq il-proċeduri li ġejjin:
4. Meta l-verifikatur jidentifika anomaliji, varjazzjonijiet, xejriet, nuqqasijiet fid-data jew data li ma tkunx konsistenti ma’ informazzjoni rilevanti oħra jew li tkun tvarja ħafna mill-ammonti jew mill-proporzjonijiet mistennija, huwa għandu jikseb spjegazzjonijiet mingħand l-entità regolata appoġġati minn provi rilevanti addizzjonali. Abbażi tal-ispjegazzjonijiet u tal-provi addizzjonali pprovduti, il-verifikatur għandu jivvaluta l-impatt tagħhom fuq il-pjan ta’ verifika u fuq l-attivitajiet ta’ verifika li jridu jitwettqu. Artikolu 43k Verifika tad-data 1. Il-verifikatur għandu jivverifika d-data mogħtija fir-rapport tal-entità regolata billi jittestja d-data b’mod iddettaljat, fosthom billi jittraċċa d-data lura lejn is-sors primarju tad-data, billi jivverifika d-data ma’ sorsi esterni tad-data, billi jwettaq rikonċiljazzjonijiet, billi jivverifika l-limiti marbutin mad-data xierqa u billi jagħmel il-kalkoli mill-ġdid. 2. Huwa u jivverifika d-data msemmija fil-paragrafu 1 u filwaqt li jqis il-pjan ta’ monitoraġġ approvat, fosthom il-proċeduri deskritti f’dak il-pjan, il-verifikatur għandu jivverifika dan li ġej:
Artikolu 43l Verifika tal-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija tal-monitoraġġ 1. Il-verifikatur għandu jivverifika l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni korretti tal-metodoloġija tal-monitoraġġ kif approvata mill-awtorità kompetenti fil-pjan ta’ monitoraġġ, fosthom id-dettalji speċifiċi ta’ dik il-metodoloġija tal-monitoraġġ. 2. Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet tal-entità regolata, il-verifikatur għandu jivverifika l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni korretti tal-pjan ta’ kampjunar imsemmi fl-Artikoli 33 u 75k tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, kif approvat mill-awtorità kompetenti. 3. Meta skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 l-entità regolata jkollha turi osservanza mal-limiti tal-inċertezza għad-data dwar l-attività u għall-fatturi ta’ kalkolu, il-verifikatur għandu jikkonferma l-validità tal-informazzjoni li tkun intużat biex jiġu kkalkulati l-livelli tal-inċertezza kif stabbilit fil-pjan ta’ monitoraġġ approvat. 4. Huwa u jivverifika l-metodoloġija ta’ monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-verifikatur għandu jivverifika l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni korretti tal-metodu sabiex jistabbilixxi l-fattur tal-ambitu kif stabbilit fil-pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti, skont il-Kapitolu VIIa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. 5. Il-verifikatur għandu jivverifika l-provi tal-entità regolata li tistabbilixxi jekk il-fjuwil ġiex rilaxxat għall-konsum fis-setturi koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE. 6. Għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ jekk il-fjuwils rilaxxati għall-konsum fis-setturi koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE jintużawx fl-istess sena ta’ rappurtar u jekk jistgħux jitnaqqsu f’konformità mal-Artikolu 75v(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-verifikatur għandu jivverifika l-konsistenza bejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 43e(1), il-punt (g), ta’ dan ir-Regolament mal-informazzjoni fir-rapport tal-entità regolata tal-Anness Xb tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. Artikolu 43m Verifika tal-metodi applikati għad-data nieqsa 1. Meta jkunu ntużaw il-metodi stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti biex tiġi kompluta d-data nieqsa skont l-Artikoli 66 u 75o tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-verifikatur għandu jivverifika jekk il-metodi użati kinux xierqa għas-sitwazzjoni speċifika jew le u jekk ġewx applikati tajjeb jew le. Jekk l-entità regolata tkun kisbet approvazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti biex tuża metodi oħrajn minbarra dawk imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 66 u 75o tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-verifikatur għandu jivverifika jekk l-approċċ approvat ġiex applikat tajjeb u ddokumentat kif xieraq jew le. Meta entità regolata ma tkunx kapaċi tikseb it-tali approvazzjoni fil-ħin, il-verifikatur għandu jivverifika jekk l-approċċ li l-entità regolata tkun użat biex iżżid id-data nieqsa jiżgurax li l-emissjonijiet ma jiġux issottovalutati jew le u li dan l-approċċ ma jwassalx għal dikjarazzjonijiet skorretti materjali. 2. Il-verifikatur għandu jivverifika l-effettività tal-attivitajiet ta’ kontroll li l-entità regolata tkun implimentat biex jevita li jkun hemm id-data nieqsa msemmija fl-Artikoli 66 u 75o tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. Artikolu 43n Kampjunar 1. Huwa u jivverifika l-konformità tal-attivitajiet ta’ kontroll u tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 43i, il-punti (b) u (c), jew huwa u jwettaq il-verifiki msemmijin fl-Artikoli 43j u 43k, il-verifikatur jista’ juża metodi tal-kampjunar speċifiċi għal entità regolata dejjem jekk il-kampjunar ikun iġġustifikat abbażi tal-analiżi tar-riskji. 2. Meta l-verifikatur jidentifika nonkonformità jew dikjarazzjoni skorretta waqt il-kampjunar, għandu jitlob lill-entità regolata tispjega l-kawżi ewlenin tan-nonkonformità jew tad-dikjarazzjoni skorretta sabiex jivvaluta l-impatt tan-nonkonformità jew tad-dikjarazzjoni skorretta fuq id-data rrappurtata. Abbażi tal-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni, il-verifikatur għandu jistabbilixxi jekk ikunx hemm bżonn ta’ attivitajiet addizzjonali ta’ verifika u jekk ikunx hemm bżonn li jitkabbar id-daqs tal-kampjunar jew le, u liema parti mill-popolazzjoni tad-data trid tikkoreġi l-entità regolata. 3. Il-verifikatur għandu jiddokumenta l-eżitu tal-verifiki msemmijin fl-Artikoli 43i sa 43l, inklużi d-dettalji tal-kampjuni addizzjonali, fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika. Artikolu 43o Trattament tad-dikjarazzjonijiet skorretti u tan-nonosservanza 1. Jekk, waqt il-verifika, il-verifikatur jidentifika dikjarazzjonijiet skorretti, nonkonformità jew nonosservanza mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, huwa għandu javża lill-entità regolata b’dan b’mod puntwali u jitlob il-korrezzjonijiet rilevanti. L-entità regolata għandha tikkoreġi kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta jew nonkonformità li jiġu kkomunikati lilha. Meta tkun ġiet identifikata nonosservanza mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, l-entità regolata għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti b’dan u tikkoreġi n-nonosservanza kif xieraq mingħajr dewmien żejjed. 2. Fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika, il-verifikatur għandu jiddokumenta u jimmarka bħala solvuti d-dikjarazzjonijiet skorretti kollha, in-nonkonformità jew in-nonosservanza kollha mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 li l-entità regolata tkun ikkoreġiet waqt il-verifika. 3. Jekk l-entità regolata ma tikkoreġix id-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nonkonformità li l-verifikatur ikun għarrafha bihom skont il-paragrafu 1 qabel ma l-verifikatur joħroġ ir-rapport ta’ verifika, il-verifikatur għandu jitlob lill-entità regolata tispjega l-kawżi ewlenin tan-nonkonformità jew tad-dikjarazzjoni skorretta sabiex jivvaluta l-impatt tan-nonkonformità jew tad-dikjarazzjonijiet skorretti fuq id-data rrapportata. Il-verifikatur għandu jistabbilixxi jekk id-dikjarazzjonijiet skorretti mhux ikkoreġuti, meta jittieħdu waħedhom jew flimkien ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, ikollhomx effett materjali fuq l-emissjonijiet totali rrappurtati. Meta jkun qed jivvaluta l-materjalità tad-dikjarazzjonijiet skorretti, il-verifikatur għandu jqis id-daqs u n-natura tad-dikjarazzjonijiet skorretti, kif ukoll iċ-ċirkostanzi partikolari li fihom ikunu seħħew. Il-verifikatur għandu jivvaluta jekk in-nonkonformità mhux ikkoreġuta, meta tittieħed waħedha jew flimkien ma’ nonkonformità oħra, ikollhiex impatt fuq id-data rrappurtata jew le u jekk din twassalx għal dikjarazzjoni skorretta materjali jew le. Jekk l-entità regolata ma tikkoreġix in-nonosservanza mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 skont il-paragrafu 1 qabel ma l-verifikatur joħroġ ir-rapport ta’ verifika, il-verifikatur għandu jivvaluta jekk in-nonosservanza mhux ikkoreġuta jkollhiex impatt fuq id-data rrappurtata jew le u jekk din twassalx għal dikjarazzjoni skorretta materjali jew le. Il-verifikatur jista’ jqis id-dikjarazzjonijiet skorretti bħala materjali anke jekk dawk id-dikjarazzjonijiet skorretti, meta jittieħdu waħedhom jew flimkien ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, ma jkunux jaqbżu l-livell ta’ materjalità stabbilit fl-Artikolu 43p, meta d-daqs u n-natura tad-dikjarazzjonijiet skorretti u ċ-ċirkostanzi partikolari li fihom iseħħu jkunu jiġġustifikaw it-tali kunsiderazzjoni. Artikolu 43p Livell ta’ materjalità 1. Għal entitajiet regolati b’emissjonijiet annwali ta’ 500 000 tunnellata ta’ CO2e jew inqas assoċjati ma’ fjuwils rilaxxati għall-konsum, il-livell ta’ materjalità, għall-finijiet tal-verifika tar-rapporti tal-entità regolata, għandu jkun ta’ 5 % tal-emissjonijiet totali rrappurtati fil-perjodu ta’ rappurtar li huwa soġġett għal verifika. 2. Għal entitajiet regolati b’emissjonijiet annwali ta’ aktar minn 500 000 tunnellata ta’ CO2e assoċjati ma’ fjuwils rilaxxati għall-konsum, il-livell ta’ materjalità, għall-finijiet tal-verifika tar-rapporti tal-entità regolata, għandu jkun ta’ 2 % tal-emissjonijiet totali rrappurtati fil-perjodu ta’ rappurtar li huwa soġġett għal verifika. Artikolu 43q Konklużjonijiet dwar il-verifika, l-analiżi indipendenti u r-reġistrazzjoni 1. Huwa u jlesti l-verifika u huwa u jqis l-informazzjoni li tkun inkisbet waqt il-verifika, il-verifikatur għandu jagħmel dan li ġej:
2. Il-verifikatur għandu jwettaq analiżi indipendenti f’konformità mal-Artikolu 25. 3. Il-verifikatur għandu jħejji u jikkumpila dokumentazzjoni interna tal-verifika li jkun fiha tal-inqas dan li ġej:
Għall-finijiet tal-verifika tar-rapporti tal-entità regolata għandu japplika l-Artikolu 26(2) u (3). Artikolu 43r Rapport ta’ verifika 1. Abbażi tal-informazzjoni miġbura waqt il-verifika, il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta’ verifika lill-entità regolata għal kull rapport dwar l-emissjonijiet li jkun ġie ivverifikat. Ir-rapport ta’ verifika għandu jistabbilixxi jekk:
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ir-rapport tal-entità regolata jista’ jiġi vverifikat bħala sodisfaċenti biss meta dan ma jkunx fih dikjarazzjonijiet skorretti materjali. 2. L-entità regolata għandha tibgħat ir-rapport ta’ verifika lill-awtorità kompetenti flimkien mar-rapport ikkonċernat tagħha. 3. Ir-rapport ta’ verifika għandu jkun fih tal-inqas l-elementi li ġejjin:
4. Fir-rapport ta’ verifika, il-verifikatur għandu jiddeskrivi d-dikjarazzjonijiet skorretti, in-nonkonformità u n-nonosservanza mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 f’biżżejjed dettall biex l-entità regolata u l-awtorità kompetenti jkunu jistgħu jifhmu dan li ġej:
Artikolu 43s Limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni Il-verifikatur jista’ jikkonkludi li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifika msemmi fl-Artikolu 43r(1), il-punt (c) huwa limitat wisq fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 43t Trattament tan-nonkonformità mhux materjali pendenti 1. Il-verifikatur għandu jivvaluta jekk l-entità regolata tkunx ikkoreġiet in-nonkonformità indikata fir-rapport ta’ verifika marbut mal-perjodu ta’ monitoraġġ ta’ qabel skont ir-rekwiżiti dwar l-entità regolata msemmijin fl-Artikolu 75q(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, meta jkun rilevanti. Jekk l-entità regolata ma tkunx ikkoreġiet in-nonkonformità skont l-Artikolu 75q(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-verifikatur għandu jqis jekk l-ommissjoni żżidx ir-riskju ta’ dikjarazzjonijiet skorretti jew tistax tagħmel dan jew le. Fir-rapport ta’ verifika, il-verifikatur għandu jirrapporta jekk l-entità regolata tkunx solviet in-nonkonformità jew le. 2. Fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika, il-verifikatur għandu jniżżel id-dettalji ta’ meta u kif, waqt il-verifika, l-entità regolata solviet in-nonkonformità identifikata. Artikolu 43u Titjib fil-proċess ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar 1. Meta l-verifikatur ikun identifika oqsma għal titjib fil-prestazzjoni tal-entità regolata marbutin mal-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu, fir-rapport ta’ verifika huwa għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet għal titjib marbuta mal-prestazzjoni tal-entità regolata f’dawk il-punti:
2. Waqt il-verifika, wara sena li fiha jkunu saru rakkomandazzjonijiet għal titjib f’rapport ta’ verifika, il-verifikatur għandu jivverifika jekk l-entità regolata tkunx implimentat dawk ir-rakkomandazzjonijiet għal titjib jew le u l-mod kif tkun għamlet dan. Meta l-entità regolata ma tkunx implimentat dawk ir-rakkomandazzjonijiet jew ma tkunx implimentathom sew, il-verifikatur għandu jivvaluta l-impatt li dan għandu fuq ir-riskju ta’ dikjarazzjonijiet skorretti u nonkonformità. Artikolu 43v Żjarat fil-post u verifika ssimplifikata 1. F’ħin opportun jew f’diversi ħinijiet opportuni waqt il-proċess ta’ verifika, il-verifikatur għandu jwettaq żjara fil-post sabiex jivvaluta l-operat tal-istrumenti tal-kejl u tas-sistemi ta’ monitoraġġ, iwettaq intervisti u sabiex iwettaq l-attivitajiet meħtieġa skont dan il-Kapitolu, kif ukoll sabiex jiġbor biżżejjed informazzjoni u provi biex ikun jista’ jikkonkludi jekk ir-rapport tal-entità regolata huwiex ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali jew le. Meta jwettaq żjarat fil-post f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-verifikatur għandu jivvaluta wkoll il-kompletezza tal-flussi ta’ fjuwil rilaxxati u tal-ammonti ta’ fjuwil rilaxxati. 2. L-entità regolata għandha tipprovdi lill-verifikatur aċċess għas-siti tagħha. 3. Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet tal-entità regolata, il-verifikatur għandu jiddeċiedi, abbażi tal-analiżi tar-riskju, jekk hemmx bżonn isiru żjarat f’postijiet addizzjonali jew le, fosthom meta partijiet rilevanti mill-attivitajiet tal-fluss tad-data u mill-attivitajiet ta’ kontroll jitwettqu f’postijiet oħrajn bħal kwartieri ġenerali tal-kumpanija u f’uffiċċji oħrajn barra mill-post. 4. B’deroga mill-paragrafu 1, il-verifikatur jista’ jiddeċiedi li ma jwettaqx żjarat fil-post ta’ entitajiet regolati. Din id-deċiżjoni għandha tissejjes fuq il-kriterji li ġejjin:
Il-verifikatur għandu javża lill-entità regolata bid-deċiżjoni tiegħu mingħajr dewmien żejjed. 5. L-entità regolata għandha tibgħat applikazzjoni lill-awtorità kompetenti li fiha titlobha tapprova d-deċiżjoni tal-verifikatur li ma jwettaqx iż-żjara fil-post. L-applikazzjoni għandha mill-inqas tikkonsisti mill-informazzjoni li ġejja:
L-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti ma għandhiex tkun meħtieġa għal entitajiet regolati b’emissjonijiet baxxi, kif speċifikat fl-Artikolu 75n(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. 6. Filwaqt li tqis l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, il-punti (a) sa (d), l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk tapprovax jew le d-deċiżjoni tal-verifikatur li ma jwettaqx iż-żjara fil-post. Meta l-awtorità kompetenti ma tkunx wieġbet għall-applikazzjoni mill-entità regolata, f’konformità mal-paragrafu 5 fi żmien xahrejn minn meta tirċeviha, id-deċiżjoni tal-verifikatur titqies bħala approvata. 7. Fis-sitwazzjonijiet li ġejjin, il-verifikatur dejjem għandu jwettaq żjarat fil-post:
Artikolu 43w Kundizzjonijiet biex ma jitwettqux iż-żjarat fil-post Il-kundizzjonijiet biex ma jitwettqux iż-żjarat fil-post għandhom ikunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
Artikolu 43x Pjan ta’ verifika ssimplifikat u żjarat virtwali fil-post L-Artikoli 34 u 34a għandhom japplikaw għall-verifika tal-emissjonijiet tal-entità regolata koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE. Għal dak il-fini, kwalunkwe referenza għal operatur, installazzjoni u operatur tal-inġenji tal-ajru għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għal entità regolata. Artikolu 43y Kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditament Il-verifikatur għandu joħroġ biss rapport ta’ verifika lil entità regolata li twettaq attività li tkun koperta mill-grupp ta’ attività Nru 1c fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament li għaliha l-verifikatur ikun ingħata akkreditazzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 43z Proċeduri u dokumentazzjoni tal-verifikatur 1. Verifikatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura waħda jew aktar għall-attivitajiet ta’ verifika kif previst fil-Kapitoli IIIa, u l-proċeduri u l-proċessi meħtieġa mill-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Meta jistabbilixxi u jimplimenta dawn il-proċeduri u l-proċessi, il-verifikatur għandu jwettaq l-attivitajiet imniżżlin fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-istandard armonizzat imsemmi f’dak l-Anness. 2. L-Artikoli 41(2) u 42 (1) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-verifika tal-emissjonijiet tal-entità regolata koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE. 3. Verifikatur għandu, fuq bażi regolari, jagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-entità regolata u għal partijiet rilevanti oħra f’konformità mal-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 43za Imparzjalità u indipendenza 1. Verifikatur għandu jkun indipendenti minn entità regolata u imparzjali fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ verifika tiegħu. Sabiex jiġu żgurati l-indipendenza u l-imparzjalità, il-verifikatur u kwalunkwe parti mill-istess entità legali ma għandhomx ikunu entità regolata, is-sid ta’ entità regolata jew tkun il-proprjetà tiegħu u l-verifikatur lanqas ma għandu jkollu relazzjonijiet mal-entità regolata li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu. Il-verifikatur għandu jkun indipendenti wkoll mill-korpi li jinnegozjaw il-kwoti tal-emissjonijiet fil-kuntest tas-sistema għan-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbilita skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE. 2. Verifikatur għandu jkun organizzat b’tali mod li jħares l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti rilevanti dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-verifikatur stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II. 3. Verifikatur ma għandux iwettaq attivitajiet ta’ verifika għal entità regolata li joħolqulu riskju inaċċettabbli għall-imparzjalità tiegħu jew li joħolqulu kunflitt ta’ interess. Il-verifikatur ma għandux juża membri tal-persunal jew persuni mqabbdin b’kuntratt biex jivverifika rapport ta’ entità regolata meta dan joħloq kunflitt ta’ interess reali jew potenzjali. Il-verifikatur għandu jiżgura wkoll li l-attivitajiet tal-persunal jew tal-organizzazzjonijiet ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-verifika. Għal dan il-fini, il-verifikatur għandu jimmonitorja r-riskji għall-imparzjalità u jieħu azzjoni xierqa biex jindirizza dawk ir-riskji. Għandu jitqies li jkun inħoloq riskju inaċċettabbli għall-imparzjalità jew kunflitt ta’ interess imsemmijin fl-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu b’mod partikolari fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
4. Għandu jitqies li jkun inħoloq kunflitt ta’ interess għall-verifikatur fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ entità regolata b’mod partikolari fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-imparzjalità tal-verifikatur għandha titqies li tkun ġiet mhedda meta r-relazzjonijiet bejn il-verifikatur u l-korp ta’ konsulenza, il-korp tal-assistenza teknika jew l-organizzazzjoni l-oħra jkunu bbażati fuq sjieda komuni, governanza komuni, ġestjoni jew persunal komuni, riżorsi kondiviżi, finanzi komuni, kuntratti jew kummerċjalizzazzjoni komuni u ħlas komuni tal-inkarigi tal-bejgħ jew inċentivi oħrajn għar-riferiment ta’ klijenti ġodda. 5. Verifikatur ma għandux jesternalizza l-għeluq tal-ftehim bejn l-entità regolata u l-verifikatur, l-analiżi indipendenti jew il-ħruġ tar-rapport ta’ verifika. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, meta jkun qed jesternalizza attivitajiet oħrajn ta’ verifika, il-verifikatur għandu jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II. Madankollu, il-fatt li l-individwi jitqabbdu b’kuntratt biex iwettqu l-attivitajiet ta’ verifika ma għandux jikkostitwixxi esternalizzazzjoni għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu jekk il-verifikatur, meta jqabbad individwi b’kuntratt, jieħu responsabbiltà sħiħa għall-attivitajiet ta’ verifika mwettqa mill-individwi b’kuntratt. Meta jqabbad individwi b’kuntratt għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ verifika, il-verifikatur għandu jeħtieġ li dawn l-individwi jiffirmaw ftehim bil-miktub li huma jikkonformaw mal-proċeduri tal-verifikatur u li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess fit-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet ta’ verifika. 6. Verifikatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċess sabiex jiżgura l-imparzjalità u l-indipendenza kontinwi tiegħu stess, ta’ partijiet mill-istess entità legali tiegħu, ta’ organizzazzjonijiet oħrajn imsemmijin fil-paragrafu 4 u tal-persunal kollu u tal-persuni kollha mqabbdin b’kuntratt involuti fil-verifika. Dak il-proċess għandu jinkludi mekkaniżmu biex jitħarsu l-imparzjalità u l-indipendenza tal-verifikatur u għandu jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II. 6a. Meta jivverifika l-istess entità regolata bħal fis-sena preċedenti, il-verifikatur għandu jqis ir-riskju għall-imparzjalità u jieħu miżuri biex inaqqas ir-riskju għall-imparzjalità. 7. Mill-2026, meta l-awditur ewlieni tal-EU ETS iwettaq verifika annwali tal-emissjonijiet koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE għal perjodu ta’ ħames snin konsekuttivi għal entità regolata partikolari, huwa għandu jieqaf għal tliet snin konsekuttivi milli jipprovdi s-servizzi ta’ verifika lill-istess entità regolata.”; (*3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/96/oj)." (*4) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2020/262/oj)." |
|
(30) |
fl-Artikolu 44, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Verifikatur li jkun qed joħroġ rapport ta’ verifika lil operatur, operatur tal-inġenji tal-ajru jew entità regolata għandu jkun akkreditat għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet imsemmijin fl-Anness I li fih huwa jkun qed iwettaq il-verifika tar-rapport ta’ operatur jew ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru jew ta’ rapport ta’ entità regolata.”; |
|
(31) |
l-Artikolu 45 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 45 Objettivi tal-akkreditament Waqt il-proċess tal-akkreditament u l-monitoraġġ tal-verifikaturi akkreditati, kull korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jivvaluta jekk il-verifikatur u l-persunal tiegħu li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet ta’ verifika:
|
|
(32) |
fl-Artikolu 48(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(33) |
fl-Artikolu 56, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Meta Stat Membru jidhirlu li ma jagħmilx sens mil-lat ekonomiku li jaħtar korp nazzjonali ta’ akkreditament jew li jipprovdi servizzi ta’ akkreditament skont it-tifsira tal-Artikoli 15 jew 30f tad-Direttiva 2003/87/KE jew jidhirlu li dan mhuwiex sostenibbli mil-lat ekonomiku, dak l-Istat Membru għandu jitħalla jirrikorri għall-korp nazzjonali ta’ akkreditament ta’ Stat Membru ieħor.”; |
|
(34) |
fl-Artikolu 58(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “It-tim ta’ valutazzjoni għandu jinkludi tal-inqas persuna waħda li jkollha għarfien tal-monitoraġġ u tar-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 li jkunu rilevanti għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditament u li jkollha l-kompetenza u l-għarfien meħtieġa biex tivvaluta l-attivitajiet ta’ verifika fl-installazzjoni, fl-operatur tal-inġenji tal-ajru jew fl-entità regolata għal dak il-kamp ta’ applikazzjoni, u tal-inqas persuna waħda li tkun taf il-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali rilevanti.”; |
|
(35) |
fl-Artikolu 62, is-sentenza tal-introduzzjoni hija sostitwita b’dan li ġej: “Meta l-korp nazzjonali ta’ akkreditament jirċievi lment mingħand l-awtorità kompetenti, mingħand l-operatur, mingħand l-operatur tal-inġenji tal-ajru, mingħand entità regolata jew mingħand partijiet interessati oħrajn dwar il-verifikatur, fi żmien raġonevoli iżda mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta jirċievi dak l-ilment, huwa għandu:”; |
|
(36) |
l-Artikolu 69 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 69 Skambju elettroniku tad-data u użu ta’ sistemi awtomatizzati 1. L-Istati Membri jistgħu jobbligaw lill-verifikaturi jużaw mudelli elettroniċi jew formati speċifiċi tal-fajls għar-rapporti ta’ verifika f’konformità mal-Artikolu 74(1) jew l-Artikolu 75u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331. 2. Għal tipi ta’ komunikazzjoni oħrajn bejn l-operatur, l-operatur tal-inġenji tal-ajru, l-entità regolata, il-verifikatur, l-awtorità kompetenti u l-korp nazzjonali ta’ akkreditament jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mudelli elettroniċi standardizzati jew speċifikazzjonijiet dwar il-formati tal-fajls f’konformità mal-Artikolu 74(2) jew mal-Artikolu 75u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.” |
|
(37) |
fl-Artikolu 71(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(38) |
fl-Artikolu 73(1), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(39) |
fl-Artikolu 76, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-korpi nazzjonali ta’ akkreditament, jew meta dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 55(2), għandhom jistabbilixxu u jamministraw bażi tad-data u jippermettu lil korpi nazzjonali ta’ akkreditament oħrajn, lil awtoritajiet nazzjonali oħrajn, lill-verifikaturi, lill-operaturi, lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, lill-entitajiet regolati u lill-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għaliha. Il-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu jiffaċilita u jarmonizza l-aċċess għall-bażijiet tad-data sabiex ikun jista’ jkun hemm komunikazzjoni effiċjenti u kosteffettiva bejn il-korpi nazzjonali ta’ akkreditament, l-awtoritajiet nazzjonali, il-verifikaturi, l-operaturi, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-entitajiet regolati u l-awtoritajiet kompetenti, u jista’ jgħaqqad dawk il-bażijiet tad-data f’bażi tad-data waħda ċċentralizzata.” |
|
(40) |
l-Artikolu 77(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(41) |
l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1, il-punti (4), (7)(a)(i), (12)(d), (13)(d), (18)(b), (18)(c)(vii), (26) sa (29), (38), (40)(b) u (c) u l-punt 2(a) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj.
(2) Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/959/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2067/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/331/oj).
(5) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/27/oj).
(6) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj).
(7) Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u l-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 115, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/958/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2066/oj).
ANNESS
L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1321/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)