<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑584/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0584</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:655">EU:C:2016:655</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA — KAWŻA C‑584/15</P><P>GLENCORE CÉRÉALES FRANCE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez-Bordona</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑584/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Glencore Céréales France</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Melun (qorti kontenzjuża-amministrattiva ta’ Melun, Franza)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Irkupru ta’ għajnuna mħallsa indebitament</KEYWORD><KEYWORD>Interessi akkumulati</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ preskrizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Bidu tal-perijodu</KEYWORD><KEYWORD>Interruzzjoni tal-perijodu</KEYWORD><KEYWORD>Limitu massimu</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-preskrizzjoni hija waħda mill-kunċetti legali klassiċi li baqa’ intatt matul iż-żmien. Żgur li għalhekk, Karl Friedrich von Savigny qal, diġà fl-1841, li din tirrappreżenta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>waħda mill-istituzzjonijiet legali l-iktar importanti u benefiċjarji<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Die Klagverjährung gehört unter die wichtigsten und wohlthätigsten Rechtsinstitute<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, f’<HT TYPE="ITALIC">System des heutigen römischen Rechts</HT>, vol. 5, Berlin, 1841, p. 272.</P></NOTE>. Fid-dawl taċ-ċirkustanzi f’din il-kawża, jista’ jingħad ukoll li dan huwa wkoll wieħed mill-iktar kunċetti li jippreżenta diffikultajiet fl-applikazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kumpannija Glencore Céréales France (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Glencore<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) kienet obbligata tirritorna lill-organu Franċiż kompetenti fil-qasam għajnuniet għall-esportazzjoni li kienet irċeviet indebitament. Meta dak il-korp, iktar tard, talab il-ħlas tal-interessi korrispondenti fuq l-ammont suġġett għal rifużjoni, Glencore invokat il-preskrizzjoni, wara li sostniet, b’mod partikolari, li l-ammont tal-interessi ma kienx inkluż fit-talba tad-dejn prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Peress li l-għajnuniet għall-esportazzjoni kienu joriġinaw minn fondi Ewropej, il-kawża taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li huma s-suġġett tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).</P></NOTE>, li huwa l-leġiżlazzjoni orizzontali għall-ġlieda kontra l-frodi. It-talba għal deċiżjoni preliminari tippermetti li tiġi kkwalifikata, issa b’rabta mal-kreditu relatat mal-interessi, il-ġurisprudenza sostanzjali li diġà teżisti fuq aspetti oħra ta’ dan it-test legali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Regolament Nru 2988/95</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Ir-raba u l-ħames premessi jipprovdu dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Billi l-effikaċja tal-ġlieda kontra l-frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Komunità titlob li jiġu promulgati sett ta’ regoli legali komuni għall‑oqsma kollha koperti mill-politika tal-Komunità;</P></CONSID><CONSID><P>Billi mġiba mhux regolari, u l-miżuri u penalitajiet relatati, hemm provdut dwarhom f’regoli settorjali skond dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Id-disa’ premessa tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Billi l-miżuri u l-penali tal-Komunità stabbiliti skond l-għanijiet tal-politika agrikola komuni jifformaw parti integrali mis-sistemi tal-għajnuna; billi dawn isegwu l-għanijiet tagħhom […]; [li]għandha tiġi żgurata mill-effett immedjat tar-regoli tal-Komunità […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-prinċipji ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-[Unjoni], qegħdin hawnhekk jiġu adottati regoli ġenerali fir-rigward ta’ […] miżuri amministrattivi u penali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-irregolaritajiet fir-rigward tal-liġi tal-[Unjoni].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> għandha tfisser kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-[Unjoni] li jirriżulta minn att jew nuqqas ta’ operatur ekonomiku, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-budget ġenerali tal-[Unjoni] jew il-budget mmexxi minnhom, jew billi jnaqqas jew jitlef id-dħul li jakkumula minn riżorsi tagħhom stess miġbura direttament għan-nom tal-[Unjoni], jew permezz ta’ nefqa mhux ġustifikata.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu tal-limitazzjoni għall-proċeduri għandu jkun ta’ erba’ snin minn meta l-irregolarità li ssir msemmija f’Artikolu 1(1) tkun ġiet kommessa. […]</ALINEA><ALINEA>F’każ ta’ irregolaritajiet kontinwi jew ripetuti, it-terminu tal-limitazjoni għandu jibda jiddekorri mill-jum li fih tieqaf l-irregolarità. […]</ALINEA><ALINEA>It-terminu tal-limitazjoni għandu jiġi interrott bi kwalsiasi att ta’ l-awtorità kompetenti, notifikat lill-persuna in kwestjoni, li jkollha x’taqsam ma’ l-investigazzjoni jew proċeduri legali dwar l-irregolarità. It-terminu għandu jibda jiddekorri mill-ġdid wara kull att li jinterrompih.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, il-limitazzjoni għandha ssir effettiva mhux aktar tard mil-jum li fih perjodu li jkun id-doppju tal-perjodu tat-terminu jiskadi mingħajr ma l-awtorità kompetenti tkun imponiet penali, ħlief fejn il-proċedura amministrattiva tkun ġiet sospiża skond Artikolu 6(1).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-piena [s-sanzjoni] amministrattiva għandu jkun ta’ tliet snin. […]</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>Każijiet ta’ interruzzjoni u sospensjoni għandhom jiġu rregolati permezz tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi nazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom iżommu l-possibilità li japplikaw perjodu li jkun itwal minn dak li hemm provdut fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bħala regola ġenerali, kull irregolarità għandha tinvolvi l-irtirar tal-vantaġġ miksub b’mod skorrett:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>permezz ta’ obbligu li min ikun iħallas jew iħallas lura l-ammonti dovuti jew aċċettati b’mod skorrett,</P></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-irtirar tal-vantaġġ miksub kif ukoll, fejn ikun hemm hekk provdut, l-imgħax li jista’ jiġi stabbilit abbażi ta’ rata fissa.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni settorjali</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas‑<DATE ISO="19871127">27 ta’ Novembru 1987</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1987">ĠU L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> ġie mħassar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, tal‑<DATE ISO="19990415">15 ta’ April 1999</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>B’isem pratikament identiku (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="102" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="1999">ĠU 1999, L 102, p. 11</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, iżda jirriżulta applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-fatti tal-kawża prinċipali fil-verżjoni tiegħu kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 495/97<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament tal-Kummissjoni, tat-<DATE ISO="19970318">18 ta’ Marzu 1997</DATE>, li jemenda r-Regolament Nru 3665/87 u r-Regolament (KEE) Nru 3719/88 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni ta’ applikazzjoni għas-sistema ta’ ċertifikati ta’ importazzjoni, ta’ esportazzjoni u ta’ stabbiliment minn qabel għall-prodotti agrikoli [Traduzzjoni mhux uffiċjali] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="1997">ĠU 1997, L 77, p. 12</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 3665/87 jgħid hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[…] meta jsir ħlas indebitu ta’ rifużjoni, il-benefiċjarju għandu jirrimborsa l-ammonti rċevuti indebitament – inkluża kull penali applikabbli bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 – flimkien mal-interessi ikkalkolati skont iż-żmien li jkun għadda bejn il-ħlas u r-rimbors. […] Madankollu:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>meta l-garanzija tkun ġiet rilaxxata, il-benefiċċjarju jista’ jħallas dik il-parti tal-garanzija li kienet tkun ġiet issekwestrata, flimkien mal-interessi ikkalkolati mid-data tar-rilaxx tad-data li tippreċedi dik tal-pagament [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Verifika tal-prodotti f’sistema ta’ intervent</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Għalkemm ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3002/92, tas‑<DATE ISO="19921016">16 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni ta’ prodotti minn intervent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="301" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, L 301, p. 17</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, ġie mħassar u sostitwit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1130/2009, tal-<DATE ISO="20091124">24 ta’ Novembru 2009</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="305" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 305, p. 5</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, bl-istess isem, jibqa’ japplika <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-fatti tal-kawża prinċipali fil-verżjoni emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 770/96, tas‑<DATE ISO="19960426">26 ta’ April 1996</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="104" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="1996">ĠU 1996, L 104, p. 13</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5a, paragrafu 1 tar-Regolament Nru 3002/92:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn, wara r-rilaxx tal-garanzija kollha jew in parti msemmija fl-Artikolu 5, ikun stabbilit li l-prodotti kollha jew in parti ma laħqux l-użu preskritt u/jew id-destinazzjoni tagħhom l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru […] għandha titlob […] li l-operatur interessat iħallas ammont ugwali għall-ammont tal-garanzija li kien jintilef kieku n-nuqqas ikun ittieħed in konsiderazzjoni qabel ir-rilaxx tal-garanzija. Dan l-ammont għandu jiżdied permezz ta’ interessi kkalkulati mid-data tar-rilaxx sal-jum ta’ qabel id-data tal-pagament.</ALINEA><ALINEA>Ir-riċeviment mill-awtorità kompetenti ta’ l-ammont imsemmi fis-subparagrafu preċedenti għandu jikkostitwixxi l-irkupru tal-vantaġġ ekonomiku mhux dovut li jkun ingħata.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt ċivili Franċiż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 2008-561, tas- <DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Loi portant réforme de la prescription en matière civile (JORF Nru 141 tat-<DATE ISO="20080618">18 ta’ Ġunju 2008</DATE>, p. 9856) (Liġi dwar ir-riforma tal-preskrizzjoni ċivili).</P></NOTE>, stabbilixxiet sistema ġdida ta’ preskrizzjoni tal-liġi komuni inkorporata fl-Artikolu 2224 tal-Kodiċi Ċivili, skont liema:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-azzjonijiet personali u dawk reali fuq il-proprjetà mobbli jiskadu ħames snin wara l-jum li fih id-detentur ta’ dritt ikun sar konxju jew kellu jsir konxju dwar il-fatti li kienu jipprovdu l-bażi legali għall-eżerċizzju tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="19990526">26 ta’ Mejju 1999</DATE>, il-kumpannija Glencore kisbet ċertifikat ta’ awtorizzazzjoni biex tesporta <FT TYPE="NUMBER">3300</FT> tunnellata ta’ xgħir tal-birra bl-ingrossa, bl-għoti ta’ rifużjonijiet Komunitarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ verifika mwettqa mill-awtoritajiet doganali, li wriet irregolaritajiet fit-tagħbija taċ-ċereali fil-bastimenti maħsuba għall-esportazzjoni tagħhom, l-Uffiċċju nazzjonali interprofessjonali għaċ-ċereali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>L-Uffiċċju Nazzjonali interprofessjonali taċ-ċereali, li ġie integrat minn FranceAgriMer, kien l-entità pubblika responsabbli għall-promozzjoni tal-koordinazzjoni bejn is-setturi tal-agrikoltura u dak forestali, għall-garanzija tal-għarfien u l-organizzazzjoni tas-swieq, kif ukoll tal-ġestjoni tal-għajnuniet pubbliċi nazzjonali u tal-Unjoni.</P></NOTE> ħareġ ordni għall-ġbir ta’ ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">93933.85</FT>, kontra Glencore, li ġiet innotifikata fil‑<DATE ISO="20040225">25 ta’ Frar 2004</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Dan l-ammont kien jinqasam f’EUR <FT TYPE="DECIMAL">60026.91</FT> għall-ħlas lura tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, EUR <FT TYPE="DECIMAL">30013.46</FT> ta’ penali li jikkorrispondu għal 50 % tar-rifużjoni u EUR <FT TYPE="DECIMAL">3893.48</FT> bħala penalità bir-rata ta’ 15 %.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Bejn Mejju u Settembru tas-sena 2000, Glencore, iffirmat dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni għal 43 630.13-il tunnellata ta’ qamħ komuni ta’ intervent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-awtorità doganali sabet irregolaritajiet fil-konservazzjoni taċ-ċereali qabel l-esportazzjoni tagħhom, u bħala riżultat ta’ dan l-Uffiċċju nazzjonali interprofessjonali taċ-ċereali ħareġ, fit-<DATE ISO="20051130">30 ta’ Novembru 2005</DATE>, tliet ordnijiet ta’ ġbir għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">113685.40</FT>, EUR <FT TYPE="DECIMAL">22285.60</FT> u EUR <FT TYPE="DECIMAL">934598.28</FT>, rispettivament. L-ordnijiet ġew innotifikati lil Glencore permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20060105">5 ta’ Jannar 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Wara li kkontestat mingħajr suċċess fil-qrati l-ordnijiet ta’ ġbir li kienu jeħtieġu l-ħlas lura tal-għajnuniet Komunitarji mħallsa indebitament, Glencore ħallset l-ammonti mitluba fis-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE> (dawk relatati mal-esportazzjoni tax-xgħir) u fis-<DATE ISO="20100927">27 ta’ Settembru 2010</DATE> (dawk relatati mal-esportazzjonijiet tal-qamħ).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130416">16 ta’ April 2013</DATE>, FranceAgriMer<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, aventi kawża tal-Uffiċċju nazzjonali interprofessjonali taċ-ċereali (ara n-nota 11 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE> talbet lil Glencore tħallasha l-ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">289569.05</FT> bħala interessi akkumulati fuq l-għajnuna rċevuta indebitament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Minn dawn, EUR <FT TYPE="DECIMAL">263503.05</FT> kienu jikkorrispondu għall-interessi fuq l-għajnuniet għall-qamħ u EUR <FT TYPE="NUMBER">26066</FT> għal dawk tax-xgħir.</P></NOTE>. Din id-deċiżjoni kienet akkumpanjata minn ordni ġdida ta’ ġbir, għal dak l-ammont, tat-<DATE ISO="20130412">12 ta’ April 2013</DATE>, innotifikata permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20130416">16 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, Glencore talbet l-annullament tad-deċiżjonijiet tas-<DATE ISO="20130416">16 ta’ April 2013</DATE> u tal-ordni ta’ ġbir tat-<DATE ISO="20130412">12 ta’ April 2013</DATE> fejn sostniet, f’dak li jirrigwarda d-dritt tal-Unjoni, il-preskrizzjoni tal-interessi skont l-ewwel u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-domandi magħmula</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Minħabba l-ħtieġa li jiġi interpretat l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95, it-Tribunal administratif de Melun (qorti amministrattiva ta’ Melun, Franza) iddeċidiet li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1)</NO.P><TXT>Mill-kliem tad-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20120309">9 ta’ Marzu 2012</DATE>, dwar il-Kawża C‑564/10, […] Pfeifer &amp; Langen […], jista’ jiġi dedott li l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 li jistabbilixxi s-sistema ta’ preskrizzjoni fid-dritt Komunitarju huwa applikabbli għal miżuri intiżi għall-ħlas tal-interessi dovuti skont l-Artikolu 52 tar-Regolament […] Nru 800/1999 u skont l-Artikolu 5a tar-Regolament […] Nru 770/96?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-kreditu relatat mal-interessi għandu jitqies bħala li jirriżulta minn natura tiegħu minn irregolarità <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kontinwa jew ripetuta<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>, li tintemm fil-jum tal-ħlas tal-ammont prinċipali, u għaldaqstant jiddifferixxi sa din id-data l-bidu tad-dekorrenza tal-preskrizzjoni fir-rigward tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda 2, il-bidu tad-dekorrenza tal-preskrizzjoni għandu jiġi stabbilit fil-jum tat-twettiq tal-irregolarità li tat lok għall-kreditu prinċipali, jew dan jista’ jiġi stabbilit biss fil-jum tal-ħlas tal-għajnuna jew tar-rilaxx tal-garanzija li jikkorrispondi għall-bidu tad-dekorrenza tal-kalkolu ta’ dawn l-interessi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Għall-applikazzjoni tar-regoli ta’ preskrizzjoni stabbiliti permezz tar-Regolament Nru 2988/95, għandu jitqies li kull att li jinterrompi l-preskrizzjoni fir-rigward tal-kreditu prinċipali jinterrompi wkoll il-preskrizzjoni għaddejja fir-rigward tal-interessi, anki jekk ma jsir ebda riferiment għalihom fl-atti li jinterrompu l-preskrizzjoni li jikkonċernaw il-kreditu prinċipali?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Il-preskrizzjoni hija akkwistata permezz tal-iskadenza tat-terminu massimu previst fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jekk, f’dan it-terminu, l-organu li jħallas jitlob ir-rimbors tal-għajnuna mħallsa indebitament, mingħajr ma jitlob fl-istess ħin il-ħlas tal-interessi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>It-terminu ġenerali ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin, introdott fid-dritt nazzjonali fl-Artikolu 2224 tal-kodiċi ċivili permezz tal-Liġi Nru 2008-561, tas-<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE>, seta’ jissostitwixxi, għall-preskrizzjonijiet li jkunu għadhom ma ġewx akkwistati fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ 4 snin previst mir-Regolament Nru 2988/95 b’applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-regolament?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Id-digriet tar-rinviju wasal fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20151111">11 ta’ Novembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Glencore, il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub fit-terminu preskritt mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, u ssottomettew l-argumenti tagħhom fis-seduta li saret fid-<DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Jidher xieraq li ssir preċiżazzjoni inizjali biex tgħinna nifhmu l-abbozzar (mhux xieraq wisq) tad-dispożizzjoni ewlenija ta’ din il-kawża, jiġifieri l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95. L-użu tat-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>perjodu tal-limitazzjoni għall-proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Dan it-terminu tal-aħħar, barra minn hekk, jirriżulta ambigwu fi kwalunkwe waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi kkonsultati (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>poursuites<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fil-verżjoni Franċiża; <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>proceedings<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, f’dik Ingliża; <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Verfolgung<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, f’dik Ġermaniża; <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>azioni giudiziarie<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, f’dik Taljana; <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>vervolging<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, f’dik Olandiża; <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>procedimento<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, f’dik Portugiża; u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>vidta åtgärder<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, f’dik Svediża) u possibbilment huwa preferibbli li jiġi sostitwit b’wieħed iktar konfomi mal-kuntest amministrattiv li jaqa’ taħtu r-Regolament.</P></NOTE> fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jista’ jwassal għal żball. Għall-kuntrarju ta’ dak li jista’ jidher, dan ma jikkonċernax terminu ta’ preskrizzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> bħala tali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Il-proċedimenti (jew proċeduri) ma humiex suġġetti għal termini ta’ preskrizzjoni, iżda għal termini ta’ skadenza.</P></NOTE>, iżda t-terminu li fih għandu jiġi eżerċitat id-dritt (f’dan il-każ, tal-Awtorità) sabiex jiġi rkuprat dak li ngħata indebitament lill-kumpannija benefiċjarja tal-fondi Ewropej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-preskrizzjoni estintiva, nerġa’ nirrepeti, hija mod ta’ estinzjoni tad-drittijiet (jew, jekk ikun mixtieq, tal-azzjonijiet, li jinvolvu biss it-trasferiment proċedurali tad-drittijiet) bħala riżultat tan-nuqqas ta’ attività tal-proprjetarju tagħhom għal ċertu perijodu ta’ żmien. L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 jimponi fuq l-Awtorità perijodu massimu ta’ erba’ snin (suxxettibbli għal interruzzjonijiet), minn meta titwettaq l-irregolarità, sabiex jiġu rkuprati l-ammonti rċevuti indebitament mill-operatur. Huwa preċiżament id-dritt li tintalab din l-integrazzjoni mill-ġdid dak li huwa estint, nirrepeti, jekk jgħaddu erba’ snin mingħajr ma jiġi eżerċitat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>It-tieni osservazzjoni hija wkoll adattata. Jekk l-awtorità kompetenti tuża dawn l-erba’ snin sabiex taġixxi kontra l-irregolarità li allegatament twettqet, l-intervent tagħha jista’: a) jinterrompi t-terminu permezz ta’ kwalsiasi att ta’ investigazzjoni tal-każ li jillimita, bi preċiżjoni suffiċjenti, l-operazzjonijiet li jkun hemm suspetti ta’ irregolarità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, Pfeifer &amp; Langen (C‑52/14, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Pfeifer &amp; Langen II<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:381">EU:C:2015:381</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> fir-rigward tagħhom b’limitu massimu ta’ tmien snin sabiex tittieħed deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sodiaal International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑383/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:541">EU:C:2015:541</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), estendiet, fil-punt 26 tagħha, l-applikazzjoni tal-perijodu ta’ skadenza tal-preskrizzjoni ta’ tmien snin tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) għall-miżuri amministrattivi fis-sens tal-Artikolu 4 tal-istess Regolament.</P></NOTE>; jew b) jiffoka fuq riżoluzzjoni jew deċiżjoni li tipprevedi miżura amministrattiva tal-Artikolu 4 jew waħda mill-penali previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>It-tielet u l-aħħar osservazzjoni preliminari tiegħi tikkonċerna fatt li ġie diskuss waqt is-seduta u li, għalkemm ma huwiex dedott mid-digriet tar-rinviju, jista’ jkun rilevanti fl-eżitu ta’ din il-kawża: il-Gvern Franċiż ikkonferma b’mod inekwivoku li l-prattika tal-awtoritajiet tiegħu sas-sena 2010 kienet li ma jinġabrux interessi fil-każijiet ta’ rkupru tal-għajnuniet Komunitarji f’dan ir-rigward<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Fit-<DATE ISO="20100408">8 ta’ April 2010</DATE> FranceAgriMer bagħtet nota lill-operaturi kollha fis-settur, u infurmathom bil-bidla tal-politika tagħha dwar l-interessi.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>It-tliet partijiet li ssottomettew allegazzjonijiet jipproponu b’mod unanimu risposta affermattiva għall-ewwel domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Glencore u l-Gvern Franċiż jikkunsidraw li, fis-sentenza Pfeifer &amp; Langen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>, C‑564/10 (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>sentenza Pfeifer &amp; Langen I<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:190">EU:C:2012:190</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet aċċettat, b’mod impliċitu iżda neċessarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Jirreferu għall-punti 42 sa 47 u 50 tas-sentenza Pfeifer &amp; Langen I.</P></NOTE>, li meta jakkumulaw interessi taħt żewġ regoli tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>L-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 3665/87 u l-Artikolu 5a tar-Regolament Nru 3002/92.</P></NOTE>, it-terminu ta’ preskrizzjoni indikat fir-Regolament Nru 2988/95 japplika għall-ħlas tal-interessi tal-kreditu prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 2988/95 jirriżulta li r-rekwiżit tal-interessi huwa wieħed mill-miżuri amministrattivi intiżi sabiex jinbdew proċeduri għal irregolarità. Il-ħlas tagħhom huwa pprovdut espressament fil-leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni u jaffettwa l-interessi finanzjarji ta’ din.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jistabbilixxi armonizzazzjoni minima sabiex jiġi żgurat li l-miżuri ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ma jiġux suġġetti għal perijodi ta’ preskrizzjoni iqsar minn dawk stabbiliti fih.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Evalwazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk is-sentenza Pfeifer &amp; Langen I<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Skont din is-sentenza, it-terminu ta’ preskrizzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 għall-irkupru tal-kreditu prinċipali, li jikkorrispondi għall-ħlas lura ta’ vantaġġ miksub indebitament mill-baġit tal-Unjoni, ma japplikax għall-interessi ġġenerati minn dan il-kreditu, meta ma jkunux akkumulaw permezz tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, iżda skont obbligu maħluq biss mil-liġi nazzjonali.</P></NOTE> tistax tiġi interpretata <HT TYPE="ITALIC">a contrario sensu</HT>. Jekk iva, hija titlob li tingħata risposta għad-domandi l-oħra, peress li fil-kawża l-interessi jakkumulaw fuq il-bażi ta’ regoli settorjali tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Pfeifer &amp; Langen I, il-Qorti tal-Ġustizzja qalet, fil-fatt, li r-Regolament Nru 2988/95 ma kienx applikabbli peress li, f’dak il-każ, l-interessi ma kinux akkumulaw skont regola tad-dritt tal-Unjoni, iżda skont regoli oħra tad-dritt nazzjonali. Huwa loġiku u prudenti, għalhekk, li l-qorti tar-rinviju tixtieq tivverifika jekk, l-applikabbiltà tar-Regolament imsemmi għandhiex tiġi mifhuma <HT TYPE="ITALIC">a contrario sensu</HT> tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Jiena naqbel mal-partijiet ta’ din il-proċedura li d-deduzzjoni proposta mill-qorti tar-rinviju hija korretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni, minn naħa waħda, hija bbażata fuq l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 2988/95 (l-irtirar tal-vantaġġ miksub indebitament jista’ jiżdied, jekk ikun applikabbli, bl-interessi) u, min-naħa l-oħra, fis-sentenza Pfeifer &amp; Langen I, meta tirreferi għall-eżistenza possibbli ta’ leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni li tipprovdi għall-irkupru ta’ interessi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Il-punt 42.</P></NOTE>. Fuq dawn tal-aħħar japplikaw ir-regoli tal-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-regolament. Barra minn hekk, minn perspettiva sistematika, dik l-istess sentenza ċċarat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Fil-punt 50 tiegħu.</P></NOTE> li s-sistema ta’ preskrizzjoni tal-Artikolu 3 ma hijiex intiża li tirregola l-interessi akkumulati abbażi tad-dritt nazzjonali u mhux abbażi ta’ leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-istess sentenza Pfeifer &amp; Langen I tinkorpora elementi fir-<HT TYPE="ITALIC">ratio decidendi</HT> tagħha li juru l-pożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja: jekk teżisti leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni skont liema għandhom jiġu imposti l-interessi (miżjuda mar-rimbors tal-ammonti rċevuti indebitament mill-operaturi mill-baġit tal-Unjoni), jirriżultaw applikabbli, fil-prinċipju, ir-regoli dwar il-preskrizzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fl-applikazzjoni ta’ din il-premessa fil-kawża prinċipali, u peress li l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 3665/87 u l-Artikolu 5a tar-Regolament Nru 3002/92 jipprovdu għall-irkupru ta’ interessi (fl-ambitu tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli u tal-kontroll tal-użu jew id-destinazzjoni tal-prodotti minn intervent, rispettivament), mingħajr ma ebda wieħed minnhom jadotta regoli speċifiċi dwar il-preskrizzjoni, dan l-irkupru jibqa’ suġġett għal-leġiżlazzjoni ġenerali, jew trasversali, li huwa l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Konsegwentement, nissuġġerixxi li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 japplika għall-irkupru ta’ interessi akkumulati permezz tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 3665/87 u l-Artikolu 5a tar-Regolament Nru 3002/92.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni sal-ħames domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tad-domandi</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni sal-ħames domanda preliminari tagħha, li jistgħu jingħataw risposta waħda għalihom kollha, il-qorti tar-rinviju trid tkun taf, essenzjalment, kif għandha tiġi applikata l-preskrizzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 għall-irkupru tal-interessi fuq l-ammonti rċevuti indebitament, fil-kuntest tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni u tal-intervent tal-prodotti agrikoli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Id-domandi jipprovdu, fil-parti l-kbira, argumenti tal-partijiet quddiem il-qorti tar-rinviju u jiffokaw fuq id-<HT TYPE="ITALIC">dies a quo</HT> għall-kalkolu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>It-tieni u t-tielet domanda.</P></NOTE> u l-effett li, fir-rigward tat-termini ta’ preskrizzjoni (kemm dak ġenerali tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1), tar-Regolament Nru 2988/95, kif ukoll dak straordinarju tar-raba’ subparagrafu tiegħu), seta’ jkollu l-fatt li t-talbiet għal rimbors ma inkludewx l-interessi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ir-raba’ u l-ħames domanda.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-<HT TYPE="ITALIC">dies a quo</HT>, Glencore temmen li, peress li l-kreditu relatat mal-interessi huwa aċċessorju għal dak tas-somma prinċipali, l-irkupru tal-interessi ma jsirx bħala riżultat ta’ irregolarità kontinwa jew ripetuta, skont it-tifsira tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, fid-dawl tal-ġurisprudenza dwar dan il-kunċett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Jirreferi għas-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070111">11 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Vonk Dairy Products</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑279/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:18">EU:C:2007:18</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u Pfeifer &amp; Langen II, punt 52.</P></NOTE>. Hija temmen, ukoll, li l-punt tat-tluq tal-preskrizzjoni jibda mill-jum li fih tkun saret l-irregolarità jew, alternattivament, il-jum li fih bdew jiddekorru l-interessi, iżda fl-ebda każ fid-data li ġew stabbiliti fiha, u lanqas f’dik li fiha jiġi rkuprat id-dejn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Isir riferiment, f’dan ir-rigward, għas-sentenza Pfeifer &amp; Langen II, punt 67, u dik tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Firma Ernst Kollmer Fleischimport und -export</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑59/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:660">EU:C:2015:660</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-nuqqas ta’ riferiment għall-interessi fit-talbiet għal rimbors, Glencore targumenta li l-att li fih intalab ir-rimbors tad-dejn prinċipali huwa nieqes mill-preċiżjoni meħtieġa mill-ġurisprudenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Isir riferiment għas-sentenza Pfeifer &amp; Langen II, punt 40, u dik tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040624">24 ta’ Ġunju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Handlbauer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑278/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:388">EU:C:2004:388</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) punt 40.</P></NOTE> u jmur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali li jiġi dedott li dan jinkludi l-interessi, peress li ma kinux imsemmija. Fi kwalunkwe każ, fil-kawża prinċipali d-djun relatati mal-irkupru ta’ interessi diġà ġew preskritti minħabba li għaddew erba’ snin mit-talbiet għar-rimbors tad-djun prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-terminu ta’ preskrizzjoni straordinarju ta’ tmien snin, Glencore tiżgura li s-sentenza Sodiaal International<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE> (<NO.CASE>C‑383/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:541">EU:C:2015:541</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> irrisolviet il-kwistjoni billi kkonfermat li d-data ta’ skadenza indikata fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, tapplika wkoll għal miżura, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, mill-mument li fih kienet ġiet prevista minn regola settorjali tal-Unjoni. In-nuqqas ta’ aċċenn għall-interessi fit-talbiet għall-ammonti rċevuti indebitament wassal għad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni straordinarju meta FranceAgriMer talbithom tard wisq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-Gvern Franċiż isostni li, minħabba n-natura anċillari tal-interessi fir-rigward tal-prinċipal u peress li l-kawża ta’ dawn hija n-nuqqas ta’ ħlas tad-dejn prinċipali, il-perijodu ta’ preskrizzjoni ta’ dejn ta’ interessi jibda jiddekorri meta jitħallas id-dejn prinċipali. Barra minn hekk, peress li jipproduċi effetti b’mod kontinwu matul il-perijodu tan-nuqqas ta’ ħlas tad-dejn prinċipali, il-kreditu relatat mal-interessi jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>irregolarità ripetuta<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Huwa jargumenta li d-data tal-bidu tal-preskrizzjoni tal-kreditu relatat mal-interessi ma hijiex dik għad-dejn prinċipali, peress li f’dak iż-żmien ma jkunux għadhom akkumulaw interessi. Huwa jirrifjuta wkoll, fir-rigward tan-natura inseparabbli taż-żewġ djun, li jista’ jsir riferiment għas-sentenza Pfeifer &amp; Langen II, li l-punt 51 tagħha rrefera biss għan-natura anċillari tad-dejn ta’ interessi fil-każ, separat minn dak ta’ hawnhekk, li dak prinċipali kien ġie preskritt.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħżel li ma tisseparax il-kreditu relatat mal-interessi mill-irregolarità li kkawżat id-dejn prinċipali, il-Gvern Franċiż jipproponi li l-ewwel wieħed jiġi kkunsidrat bħala forma ta’ deċiżjoni amministrattiva sanzjonatorja li ssostni d-dejn prinċipali. Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, li jistabbilixxi t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni sanzjonatorja mill-jum li fih saret finali, u peress li Glencore ressqet, l-ewwel, quddiem il-qrati ż-żewġ deċiżjonijiet tal-każ u ħallsithom wara, il-perijodu ta’ preskrizzjoni tal-interessi jibda jiddekorri minn meta sar dak il-ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan il-kriterju tal-aħħar, il-Gvern Franċiż jemmen li n-nuqqas ta’ riferiment għad-dejn ta’ interessi fit-talba tad-dejn prinċipali huwa irrilevanti, peress li t-terminu ta’ preskrizzjoni tad-dejn ta’ interessi f’din il-kawża kien għadu ma skadiex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jinvolvi l-preskrizzjoni tal-proċeduri mwettqa sabiex tiġi rrimedjata l-irregolarità, iżda, minkejja n-natura anċillari tal-kreditu relatat mal-interessi, dan tal-aħħar jibqa’ jkun suġġett ta’ azzjoni separata minn dik prinċipali. Hija żżid li, peress li l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 3665/87 jeħtieġ il-kalkolu tal-interessi għall-perijodu bejn il-ħlas tal-vantaġġ riċevut indebitament u r-rimbors tiegħu, il-kreditu relatat mal-interessi jista’ jkun meħtieġ biss effettivament mill-mument li fih l-awtorità kompetenti tkun irċeviet il-ħlas lura tal-ammont prinċipali dovut mill-operatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni taqbel mal-argument tal-Gvern Franċiż dwar in-natura kontinwa tal-kreditu relatat mal-interessi. U, fir-rigward tal-perijodu ta’ preskrizzjoni massimu tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, hija tindika li, fil-kawża preżenti, ma kienx skada, peress li beda jiddekorri mill-ħlas tad-dejn prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Jiġifieri, is-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE>, għall-għajnuniet irċevuti għall-esportazzjoni ta’ xgħir għall-birra, u s-<DATE ISO="20100927">27 ta’ Settembru 2010</DATE>, għal dawk għall-esportazzjoni tal-qamħ.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad il-preżenza ta’ irregolarità kontinwa tal-kreditu relatat mal-interessi, il-Kummissjoni tenfasizza n-natura anċillari ta’ dan meta mqabbla ma’ dik tas-somma prinċipali, li jiġġustifika li l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni, minħabba l-proċeduri intiżi għall-irkupru tas-somma prinċipali, tipprovoka wkoll l-interruzzjoni ta’ dik relattiva għall-irkupru tal-interessi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Evalwazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fuq l-interessi u l-preskrizzjoni tagħhom skont ir-Regolament Nru 2988/95</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tar-Regolament Nru 2988/95, l-irkupru ta’ interessi ma jikkostitwixxix penali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara Killmann, B.-R. y Glaser, S., <HT TYPE="ITALIC">Verordnung (EG, EURATOM) Nr. 2988/95 über den schutz der finanziellen Interessen der Europäischen Gemeinschaften – Kommentar</HT>, NWN Neuer Wissenschaftlicher Verlag/Berliner Wissenschafts‑Verlag, Viena – Graz, 2011, p. 95.</P></NOTE> u għandu għan doppju: minn naħa waħda, jipprovdi kumpens lill-Awtorità li ma setgħetx tagħmel użu mill-flus dovuti, li huma ekwivalenti għall-valur aġġornat tal-ammont irċevut indebitament mill-operatur; min-naħa l-oħra, telimina kull vantaġġ li dan l-operatur seta’ kiseb bħala l-benefiċjarju ta’ għajnuniet imħallsa żejda, li kien seħħ kieku dan il-ħlas żejjed ma kienx suġġett għall-interessi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>F’din l-evalwazzjoni naqbel mal-Avukat Ġenerali Sharpston, fil-konklużjonijiet tal-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pfeifer &amp; Langen I</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑564/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:38">EU:C:2012:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-punt 64.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istatus legali tal-kreditu relatat mal-interessi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat, fis-sentenza Pfeifer &amp; Langen I, in-natura anċillari tiegħu fir-rigward tal-irkupru tal-ammonti rċevuti indebitament (is-somma prinċipali)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Il-punt 48.</P></NOTE>. Ma għandniex ninsew, barra minn hekk, it-tieni fattur distintiv, jiġifieri, l-oriġini legali tiegħu meta l-irkupru tal-interessi kien previst f’leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni (għall-kuntrarju tal-azzjoni tal-interessi proprji tal-liġi komuni). Kif diġà għidt, f’dan il-każ, l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 3665/87 u l-Artikolu 5a tar-Regolament Nru 3002/92 espressament jipprovdu għat-talba tal-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Dan l-obbligu, anċillari u ta’ oriġini legali, għandu, min-naħa tiegħu, korollarju doppju: a) jobbliga lill-Awtorità nazzjonali titlob l-interessi, għalkemm għall-kalkolu eżatt tagħhom hemm bżonn li jiġi mistenni r-rimbors tal-ammont miksub indebitament (biżżejjed li dan l-ammont jiġi mmultiplikat bir-rata korrispondenti u l-ħin li jkun għadda bejn il-pagament u r-rimbors); u b) jipprovdi ċertezza legali lill-operatur li jkun wettaq l-irregolarità, li jaf bil-quddiem l-obbligu mhux skużabbli tiegħu li jħallashom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Minħabba l-iskop tal-irkupru tal-interessi u n-natura legali tagħha, il-preskrizzjoni tal-azzjoni sabiex dawn jintalbu timxi b’mod parallel ma’ dik tal-azzjoni prinċipali li teżisti, jiġifieri, ir-rimbors tal-ammont irċevut indebitament mill-kontraventur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Madankollu, in-nota anċillari għandha limitu taħt is-sistema ta’ preskrizzjoni tar-Regolament Nru 2988/95 li għandha tissemma issa, mingħajr preġudizzju għall-iżvilupp tagħha fil-kuntest tar-risposta għall-ħames domanda preliminari. Jekk, bħal ma ġara f’dan il-każ, l-Awtorità teżerċita biss, l-ewwel, l-azzjoni ta’ ħlas lura tas-somma prinċipali, il-kreditu relatat mal-interessi jista’ jiġi sseparat u jikseb ċerta awtonomija, għall-finijiet tal-preskrizzjoni tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Il-kreditu relatat mal-interessi jgħaqqad karatteristiċi ta’ aċċessorjarità ma’ oħrajn ta’ awtonomija. Huwa aċċessorju sa fejn jippresupponi l-eżistenza ta’ dejn ta’ kapital, li jiġġenera interessi. Madankollu, ladarba jibda, jista’ jikseb dinamika separata li tippermettilu jkun is-suġġett ta’ ċerti azzjonijiet u tranżazzjonijiet legali, fil-marġni tad-dejn prinċipali (bħat-talba legali tiegħu, it-trasferiment tiegħu lil terzi, ir-rahan jew il-qbid tiegħu). Il-ħlas ta’ dan tal-aħħar ma jaffettwax l-interessi li jkunu akkumulaw, li jibqgħu jkunu dovuti, sakemm ma tkunx tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-kuntest il-maħfra impliċita tagħhom.</P></NOTE>. Id-deċiżjonijiet jew miżuri adottati sabiex jinkiseb ir-rimbors tal-kreditu prinċipali huma suġġetti għall-perijodu pprovdut fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sodiaal International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑383/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:541">EU:C:2015:541</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, estendiet, fil-kuntest litterali tagħha (li jirreferi għall-penali), l-applikazzjoni tal-perijodu massimu ta’ preskrizzjoni ta’ tmien snin tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar- Regolament Nru 2988/92 għall-miżuri tal-Artikolu 4 tiegħu.</P></NOTE> (jew tal-liġi nazzjonali rilevanti), filwaqt li, fin-nuqqas ta’ talba speċifika għalihom, l-azzjoni tal-irkupru tal-interessi tibqa’ tkun suġġetta għall-preskrizzjoni straordinarja tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1), tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni ta’ dan il-limitu ta’ żmien straordinarju għall-azzjoni ta’ rkupru ta’ interessi hija ġġustifikata minħabba li perijodu ta’ żmien ta’ dan it-tip huwa assolut, jiġifieri, japplika indipendentement mill-azzjonijiet li jkunu wasslu biex jibdew, inklużi dawk li jkunu interrompew il-preskrizzjoni. Jekk, wara tmien snin minn meta beda l-kreditu relatat mal-interessi, dawn l-azzjonijiet ma jkunux wasslu għal xi miżura jew penali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Bl-eċċezzjoni li tkun ġiet sospiża permezz tal-ftuħ ta’ proċeduri kriminali, għall-istess fatti, kontra l-operatur, taħt it-termini tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 2988/95, li jirreferi għas-sistema tal-perijodu straordinarju.</P></NOTE>, skont ir-regola jiġi kkunsidrat li tkun seħħet, <HT TYPE="ITALIC">eo ipso</HT>, il-preskrizzjoni tal-azzjoni sabiex jintalbu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Dan l-approċċ ma jmurx kontra, barra minn hekk, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li, fil-kuntest tal-preskrizzjoni, iddikkjarat biss, għall-inqas s’issa, in-natura anċillari tal-kreditu relatat mal-interessi tas-somma prinċipali meta din tkun diġà ġiet preskritta. Ara s-sentenza Pfeifer &amp; Langen I, paragrafu 51.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq id-<HT TYPE="ITALIC">dies a quo:</HT> Irregolarità kontinwa jew ta’ darba?</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Id-domanda tal-qorti tar-rinviju (il-kreditu relatat mal-interessi jirriżulta minn irregolarità kontinwa jew ripetuta?) tidher loġika f’dan l-istadju tal-analiżi, peress li, jekk tingħata risposta affermattiva, ikun japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1), tar-Regolament Nru 2988/95, li jalloka d-<HT TYPE="ITALIC">dies a quo</HT> għall-kalkolu tal-preskrizzjoni fil-mument li fih tkun intemmet l-irregolarità. Jekk tiġi aċċettata din it-teorija, l-azzjoni għat-talba tal-interessi ma tkunx ġiet preskritta f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Madankollu, ma naħsibx, li n-nuqqas ta’ ħlas tal-interessi jista’ jikkwalifika bħala <HT TYPE="ITALIC">irregolarità kontinwa jew ripetuta</HT>. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, irregolarità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>kontinwa jew ripetuta<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 għandha tinftiehem bħala dik imwettqa minn operatur li jikseb vantaġġi ekonomiċi minn numru ta’ operazzjonijiet simili li jiksru l-istess dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070111">11 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Vonk Dairy Products</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑279/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:18">EU:C:2007:18</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ din il-premessa, hemm diversi raġunijiet favur risposta negattiva għad-domanda. L-ewwel, il-kreditu relatat mal-interessi ma jirriżultax direttament mill-ksur ta’ regola legali tal-Unjoni. L-<HT TYPE="ITALIC">irregolaritajiet</HT> li jirreferi għalihom it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 huma sostantivi, jiġifieri, jirrappreżentaw ksur ieħor (kontinwu jew ripetut matul iż-żmien) tas-sistema materjali li tirregola l-għajnuniet. Permezz tat-twettiq ta’ dan il-ksur <HT TYPE="ITALIC">sostantiv</HT>, li permezz tiegħu l-operatur kontraventur irnexxielu jikseb indebitament vantaġġ ekonomiku, jinħoloq id-dmir ta’ rimbors tas-somma prinċipali u l-interessi, iżda n-nuqqas ta’ ħlas ta’ dawn tal-aħħar, fih innifsu, ma jikkostitwixxix ksur jew irregolarità ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>It-tieni, għalkemm huwa mixtieq li n-nuqqas ta’ ħlas tal-kapital u tal-interessi jinvolvi l-ksur ta’ obbligu legali, il-benefiċċji ekonomiċi miksuba mill-kontreventur ma jirriżultawx minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>sett ta’ operazzjonijiet simili<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, u għalhekk il-kreditu relatat mal-interessi ma huwiex ir-riżultat ta’ diversi operazzjonijiet. Iż-żieda ta’ kuljum tiegħu maż-żmien tul in-nuqqas ta’ ħlas jirriżulta, kif diġà indikajt, min-natura kumpensatorja tiegħu tat-telf tal-valur nominali tal-ammont irċevut mill-kontraventur, li jeħtieġ aġġustamenti ta’ kuljum. Dak il-proċess ta’ kalkolu, fl-evoluzzjoni, ma jfissirx li l-operatur jikser l-istess regola tad-dritt tal-Unjoni kuljum, billi jwettaq kuljum azzjoni simili għal dik ta’ qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Għalhekk, ladarba titwarrab it-teorija tal-irregolarità kontinwa jew ripetuta, minn liema mument jibda jiddekorri t-terminu għall-preskrizzjoni tal-azzjoni tal-Awtorità mmirata biex titlob l-interessi? Fir-rigward ta’ irregolaritajiet ta’ darba (bħal dawk f’dan il-każ) il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li t-twettiq tagħha jwassal għall-bidu tal-kalkolu ta’ jekk seħħitx azzjoni jew ommissjoni minn operatur ekonomiku li jikser id-dritt tal-Unjoni u dannu, attwali jew potenzjali, għall-baġit tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Firma Ernst Kollmer Fleischimport und -export</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑59/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:660">EU:C:2015:660</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Bħala korollarju, din l-istess ġurisprudenza tikkunsidra li t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri meta jkunu seħħew kemm il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll id-dannu għall-baġit tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, il-punt 29 u l-parti operattiva tas-sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Għall-Qorti tal-Ġustizzja, id-<HT TYPE="ITALIC">dies a quo</HT> ma għandux għalfejn jikkoinċidi mad-data li fiha l-Kummissjoni (jew, f’dan il-każ, l-awtorità nazzjonali kompetenti) skopriet l-iżball<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041202">2 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>José Martí Peix vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑226/03 P</NO.CASE>; <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:768">EU:C:2004:768</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u Pfeifer &amp; Langen II, punt 67.</P></NOTE>, iżda mal-ġurnata li fiha twettqet l-irregolarità.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Mill-fatti tal-kawża ma jirriżultax b’mod ċar jekk il-ħlas tar-rifużjoni għall-esportazzjoni tax-xgħir u l-għajnuna għall-esportazzjoni tal-qamħ sarx qabel jew wara t-twettiq tal-ksur. Id-<HT TYPE="ITALIC">dies a quo</HT> għall-kalkolu tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-kreditu relatat mal-interessi jkun jew id-data tat-twettiq tal-ksur (jekk dan isir wara dik tal-ħlas tar-rifużjoni jew tal-għajnuna) jew inkella dik tal-ħlas (jekk dan isir wara l-ksur materjali), għaliex f’wieħed minn dawn il-mumenti biss twettqet l-irregolarità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Firma Ernst Kollmer Fleischimport und -export</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑59/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:660">EU:C:2015:660</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ir-rilaxx tal-garanzija (imsemmija mill-qorti tar-rinviju fit-tielet domanda tagħha) ma huwiex rilevanti biex jiġi stabbilit il-bidu tal-perijodu sabiex jintalbu l-interessi. Kif iddikjarat fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament 3665/87, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>il-benefiċjarju għandu jirrimborsa l-ammonti rċevuti indebitament […] flimkien mal-interessi ikkalkolati skont iż-żmien li jkun għadda bejn il-ħlas u r-rimbors<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Ċertament li din id-dispożizzjoni, fl-inċiż b) tagħha tipprovdi regola ta’ kalkolu speċjali, iżda permezz tagħha ma jiġix introdott <HT TYPE="ITALIC">dies a quo</HT> ġdid: dan huwa biss sempliċi kriterju sabiex l-interessi jiġu kkonkretizzati fl-ipoteżi tal-kostituzzjoni ta’ garanziji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Fil-każ ta’ Glencore, wara li ġiet irrilaxxata l-garanzija, l-interessi għandhom jiġu kkalkulati mir-ritorn tagħha sal-jum qabel il-ħlas lura tal-ammont sħiħ tal-garanzija flimkien ma’ dawk l-interessi [l-Artikolu 11(3)(b) tar-Regolament Nru 3665/87].</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fil-qosor, meta titwettaq kull waħda mill-irregolaritajiet jibdew jiddekorru t-terminu ta’ żmien għat-talba tad-dejn prinċipali u dak tal-preskrizzjoni tal-azzjoni sabiex jintalbu l-interessi, mingħajr ma, f’dan il-każ, tinstab irregolarità kontinwa jew ripetuta, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3(1), tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Fuq in-nuqqas ta’ talba għall-interessi</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf x’effett għandu fuq il-perijodu ta’ preskrizzjoni n-nuqqas ta’ aċċenn għall-interessi fit-talba għall-kreditu prinċipali. Ir-raba’ u l-ħames domanda preliminari jsemmu, minn din il-perspettiva, kemm it-terminu tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3(1) (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>terminu ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ta’ erba’ snin, jew iktar, jekk ikun stabbilit bil-liġi nazzjonali) tar-Regolament Nru 2988/95, kif ukoll ir-raba’ subparagrafu tiegħu (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>terminu straordinarju<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ta’ tmien snin).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>It-terminu ġenerali huwa intiż sabiex jiżgura ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040624">24 ta’ Ġunju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Handlbauer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑278/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:388">EU:C:2004:388</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>SGS Belgium <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑367/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:648">EU:C:2010:648</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, sabiex ikunu kapaċi jiddeterminaw liema mit-tranżazzjonijiet tagħhom saru finali u liema minnhom għadhom jistgħu jkunu suġġetti għal xi azzjoni kontra tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenzi Pfeifer &amp; Langen II, punti 24 u 64; u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sodiaal International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑383/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:541">EU:C:2015:541</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Ma nara ebda oġġezzjoni sabiex din il-ġurisprudenza tapplika għall-perijodu straordinarju, peress li tintroduċi massimu assolut li jirriżulta f’ċertezza legali ikbar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>L-azzjoni sabiex jintalbu l-interessi fuq dejn, li tirriżulta mill-kisba ta’ għajnuna indebita mill-baġit tal-Unjoni, hija suġġetta, bħala prinċipju, għat-terminu ġenerali u s-sistema legali li tirregolah. Għalhekk, il-preskrizzjoni hija suxxettibbli għall-interruzzjonijiet potenzjali msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, li l-effett tagħhom huwa li jibda jiddekorri perijodu ġdid ta’ erba’ snin wara kull interruzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, skont il-fatti msemmija fid-digriet tar-rinviju, fl-2001 (fir-rigward tax-xgħir) u l-2003 (fir-rigward tal-qamħ komuni), l-awtoritajiet doganali Franċiżi wettqu spezzjonijiet rispettivi. Jekk dawn l-ispezzjonijiet ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti neċessarji (ikunu preċeduti min-notifiki xierqa, ikunu preċiżi biżżejjed sabiex jirregolaw l-irregolaritajiet rispettivi u ma jkollhomx natura sempliċement ġenerali)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040624">24 ta’ Ġunju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Handlbauer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑278/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:388">EU:C:2004:388</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>SGS Belgium <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑367/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:648">EU:C:2009:648</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li huwa kompitu tal-qorti tar-rinviju, dawn għandhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/><?PAGE NO="14"?> skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95. U, peress li t-tnejn li huma saru fil-perijodu ta’ preskrizzjoni ġenerali, interrompewh kemm fir-rigward tal-ħlas lura tad-dejn kif ukoll fir-rigward tal-ħlas tal-interessi, minħabba n-natura anċillari tagħhom fir-rigward tas-somma prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-ħruġ tal-ordnijiet ta’ rkupru tal-2004 (għax-xgħir) u l-2005 (għall-qamħ komuni), seħħet interruzzjoni ġdida tal-perijodu, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95. Jista’ jiġi argumentat jekk, minħabba n-natura ta’ dawk l-ordnijiet ta’ rkupru, ġietx interrotta biss il-preskrizzjoni tat-talba tal-krediti prinċipali, peress li dawn l-ordnijiet ma semmewx l-interessi. Iżda, fi kwalunkwe każ, dan id-dibattitu huwa irrilevanti, peress li qatt ma ttieħdet deċiżjoni dwar l-interessi fil-perijodu ta’ tmien snin (li bdew jiddekorru mit-twettiq tal-irregolarità), li kien il-limitu assolut impost mir-raba’ paragrafu tal-istess artikolu u paragrafu, kif diġà enfasizzajt fil-punti preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Il-premessa li l-azzjonijiet għandhom jiġu eżerċitati taħt piena ta’ preskrizzjoni hija perfettament valida għall-Awtorità pubblika, għalkemm id-drittijiet jew l-obbligi tagħhom għandhom bażi legali. L-awtoritajiet nazzjonali li, bħal fil-kawża prinċipali, ittraskuraw għal iktar minn tmien snin id-dmir tagħhom li jitolbu l-ħlas ta’ interessi, ma jistgħux imbagħad jitolbuhom <HT TYPE="ITALIC">sine die</HT>, kontra n-natura assoluta tal-perijodu straordinarju tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95. Dan ir-riżultat mhux biss jippreġudika ċ-ċertezza legali tal-operaturi, iżda jikser ukoll il-bilanċ, miksub mil-leġiżlatur fl-imsemmi regolament, bejn il-protezzjoni tal-finanzi tal-Unjoni u ċ-ċertezza legali li għandhom l-għan li jipproteġu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Huwa irrilevanti, f’din is-sitwazzjoni, li n-nuqqas ta’ talba tal-interess, kif irrikonoxxut mill-Gvern Franċiż waqt is-seduta, josserva ċerti linji gwida tal-politika nazzjonali, li baqgħu jeżistu sal-2010. Din il-figura tagħmel il-pożizzjoni proċedurali tiegħu saħansitra agħar, peress li dawn il-linji gwida jiksru l-obbligi, imposti mir-regolamenti settorjali, li tiġi rkuprata kemm is-somma prinċipali kif ukoll l-interessi akkumulati f’kull każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>L-Awtorità Franċiża ma setgħetx, għalhekk, wara li kkawżat din is-sitwazzjoni, tittrasferixxi r-responsabbiltà lill-operaturi ekonomiċi filwaqt li titlobhom, wara li jkun skada t-terminu straordinarju ta’ preskrizzjoni ta’ tmien snin (inklużi l-interruzzjonijiet li rreferejt għalihom iktar ’il fuq), li jħallsu interessi li hija stess kienet għażlet li ma titlobhomx mill-bidu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Il-ħtieġa ta’ attenzjoni professjonali fl-azzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi hija kompletament konformi, ukoll, mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tenfasizza l-obbligu ġenerali ta’ diliġenza fil-verifika tar-regolarità tal-ħlasijiet li jsiru mill-baġit tal-Unjoni. Dan l-obbligu fil-fatt jirriżulta mill-obbligu usa’ tal-Artikolu 4(3) TUE, għall-Istati Membri, skont liema għandhom jiġu adottati l-miżuri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>xierqa sabiex jassiguraw li l-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jitwettqu<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Fost dawn tal-aħħar insibu dawk maħsuba sabiex jirrimedjaw l-irregolaritajiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, Cruz &amp; Companhia (C‑341/13, EU:2014:2230), punt 62, u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>, kif ukoll dawk li wasslu għall-ħlas tal-interessi, meta dan ikun konformi mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Jekk wieħed jaċċetta li l-Istati Membri jistgħu jgawdu perijodu itwal minn dak stabbilit fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, sabiex jaġixxu rigward l-irkupru tal-interessi, dan jiffavorixxi, finalment, l-inerzja tal-awtoritajiet nazzjonali fit-talba ta’ dawk ikkawżati mill-irregolaritajiet, filwaqt li fl-istess ħin l-operaturi jiġu esposti għal perijodu estensiv u impreċiż ta’ inċertezza legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem.</HT></P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fil-qosor, jiena nemmen li, meta jiġu adottati l-miżuri ta’ implementazzjoniskont it-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2988/95, skont liema jintalab il-ħlas lura tad-dejn prinċipali, in-nuqqas ta’ aċċenn, f’dawn il-miżuri, tal-ħlas tal-interessi jikkawża li l-azzjoni ta’ rkupru ta’ dawn issir suġġetta għall-perijodu straordinarju ta’ preskrizzjoni tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Għal Glencore, il-perijodu tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 ma għandux jiġi ssostitwit b’dak tal-Artikolu 2224 tal-Kodiċi Ċivili Franċiż, kif emendat bil-Liġi Nru 2008-561. Fil-fehma tagħha, ma hija issodisfatta ebda waħda mill-opzjonijiet aċċettati mill-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri: a) li jeżisti terminu stabbilit fid-dritt nazzjonali għall-preskrizzjoni tar-rifużjoni ta’ għajnuniet Ewropej irċevuti indebitament (skont Glencore, dan l-artikolu tal-Kodiċi Ċivili Franċiż huwa regola ġenerali, mhux speċifika)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Tiċċita s-sentenza tal-<DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading (C‑201/10 u C‑202/10, EU:2011:282), punti 46 u 53.</P></NOTE>; u b) il-preżenza ta’ prattika ġurisprudenzjali prevedibbli b’mod suffiċjenti, b’rabta mal-formulazzjoni ġdida ta’ dan l-artikolu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punti 29 u 33, kif ukoll is-sentenza tas-<DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, Cruz &amp; Companhia (C‑341/13, EU:2014:2230), punti 56 u 57.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Glencore tallega, ukoll, li b’mod analogu, is-sottomissjoni tal-irregolaritajiet li seħħew fis-snin 1999 u 2000 għat-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin tal-Artikolu 2224 tal-Kodiċi ċivili Franċiż, introdott fl-2008, tkun kontra ċ-ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni jaqblu li d-domanda għandha tingħata risposta affermattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Franċiż, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, minn naħa waħda, li, fil-mument li fih saru l-irregolaritajiet, l-Artikolu 2277 tal-Kodiċi Ċivili Franċiż kien jipprovdi b’ terminu ta’ ħames snin għall-interessi kollha akkumulati fuq somom ta’ flus mislufa u, b’mod iktar ġenerali, fuq kull somma pagabbli tul is-snin, bħall-krediti relatati mal-interessi li huma s-suġġett ta’ din il-kawża. Barra minn hekk, dan iqis li l-perijodu (ġdid) ta’ ħames snin tal-2008 jirrispetta d-dritt tal-Unjoni, u għalhekk l-Istati Membri għandhom is-setgħa li jestendu t-termini tal-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament Nru 2988/95, li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Sentenzi tad-<DATE ISO="20090729">29 ta’ Lulju 2009</DATE>, Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑278/07 sa C‑280/07, EU:2009:38), punt 42; tal-<DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading (C‑201/10 u C‑202/10, EU:2011:282), punt 25; u tas-<DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, Cruz &amp; Companhia (C‑341/13, EU:2014:2230), punt 54.</P></NOTE>, u dan jirriżulta proporzjonat f’dan il-każ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading (C‑201/10 u C‑202/10, EU:2011:282), punt 37.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni targumenta li l-Istati Membri jistgħu japplikaw perijodi itwal li jkunu integrati fir-regoli tal-liġi komuni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20090729">29 ta’ Lulju 2009</DATE>, Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑278/07 sa C‑280/07, EU:2009:38), punt 47.</P></NOTE>. Hija żżid li, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, il-proroga tat-terminu ta’ preskrizzjoni u l-applikazzjoni immedjata tiegħu ma jiksrux id-drittijiet iggarantiti mill-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, li jikkorrispondi għall-Artikolu 49 tal -Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE>, Tarico (C‑105/14, EU:2015:555), punt 57.</P></NOTE>. Hija tikkonkludi billi tiddikjara, fir-rigward taċ-ċertezza legali, li l-operaturi ekonomiċi ma jistax ikollhom aspettattiva leġittima li tinżamm, sitwazzjoni eżistenti, meta din tkun modifikabbli mid-deċiżjonijiet li jadottaw l-istituzzjonijiet fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="19961017">17 ta’ Ottubru 1996</DATE>, Lubella (C‑64/95, EU:1996:388), punt 31.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Evalwazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt u l-aħħar domanda, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk hemmx xi impediment fid-dritt tal-Unjoni għall-applikazzjoni fil-kawża prinċipali tal-perijodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin tal-Artikolu 2224 tal-Kodiċi Ċivili Franċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta li ssuġġerejt għar-raba’ u l-ħames domanda, il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom natura sempliċement sussidjarja, f’każ li fit-talba tal-interessi ma kienx hemm u ma dehritx miżura ta’ implementazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(3) tal-istess Regolament, is-sistema tat-tul tat-termini ta’ preskrizzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu takkwista natura supplimentari li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fis-sistemi legali tagħhom. Kif osservaw il-partijiet f’din il-proċedura, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet lill-Istati Membri setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex jistabbilixxu perijodi ta’ preskrizzjoni itwal għall-irregolaritajiet li jikkawżaw ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, liema perijodi jistgħu jirriżultaw, ukoll, mil-liġi komuni u jseħħu qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 2988/95<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, Cruz &amp; Companhia (C‑341/13; EU:2014:2230), punti 55 u 56, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>, jew bħala riżultat ta’ żvilupp leġiżlattiv sussegwenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-liġi Franċiża, mill-osservazzjonijiet bil-miktub mibgħuta toħroġ ċerta kontradizzjoni bejn it-Tribunal administratif de Melun u l-Gvern Franċiż: dik tal-ewwel tikkontesta l-eżistenza, fil-mument meta seħħew il-fatti tal-kawża, ta’ regola fil-liġi tagħha li setgħet tissostitwixxi l-perijodu ta’ erba’ snin tar-Regolament Nru 2988/95, peress li dik komuni f’dak iż-żmien kienet ta’ tletin sena, liema perijodu ġie espressament miċħud mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala xieraq għal din is-sostituzzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Chambre de commerce y d’industrie de l’Indre</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑465/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:867">EU:C:2011:867</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>; il-Gvern Franċiż isostni, għall-kuntrarju, li l-Artikolu 2277 tal-Kodiċi Ċivili, kien diġà jissuġġetta f’dak il-mument, għal terminu ta’ ħames snin, l-azzjonijiet kollha fuq l-interessi akkumulati fuq somom ta’ flus mislufa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Peress li din hija kwistjoni ta’ liġi nazzjonali, ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja, iżda huwa dak tal-qorti tar-rinviju, li ssib regola fis-sistema legali tagħha li jista’ jissostitwixxi b’mod adegwat iż-żmien ta’ preskrizzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament Nru 2988/95. Wieħed jista’ anki jistaqsi jekk hemmx taħt id-dritt Franċiż regola fid-dritt amministrattiv li tirregola t-termini ta’ preskrizzjoni tad-djun li l-individwi, inklużi l-operaturi ekonomiċi, jikkuntrattaw mal-Awtorità pubblika. Inkella, u fil-limiti tal-konsistenza proċedurali, il-qorti tar-rinviju għandha tinvestiga wkoll l-argument tal-Gvern Franċiż ippreżentat f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, sa fejn iż-żewġ artikoli tal-Kodiċi Ċivili Franċiż (jiġifieri, dak li kien l-Artikolu 2277, fis-seħħ fiż-żmien meta seħħew l-avvenimenti, u l-Artikolu l-ġdid 2224, li jissostitwixxi t-terminu komuni ta’ tletin sena) jipprovdu terminu ta’ ħames snin, nemmen li t-tnejn li huma jissodisfaw ir-rekwiżit tal-proporzjonalità. Is-sempliċi żieda ta’ sena, fir-rigward tat-terminu stipulat fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2988/95, ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jipproċedu kontra l-irregolaritajiet li jippreġudikaw il-finanzi tal-Unjoni (għal liema skop hemm it-tendenza tal-irkupru ta’ benefiċċji mħallsa żejda u l-irkupru tal-interessi li jakkumulaw), u lanqas ma ssaħħaħ l-inerzja ta’ dawn l-awtoritajiet fil-ġlieda kontra tali irregolaritajiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, Cruz &amp; Companhia (C‑341/13, EU:2014:2230), punti 61 u 62.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna ċ-ċertezza legali, ma naħsibx li jista’ jintlaqa’ l-argument li, jekk titneħħa l-prekrizzjoni ta’ tletin sena, l-applikazzjoni tat-terminu ġdid ta’ ħames snin tal-Artikolu 2224 tal-Kodiċi Ċivili Franċiż tikser dak il-prinċipju legali (it-teorija ta’ Glencore). Il-miżuri meħuda kontra l-irregolaritajiet misjuba, fir-rigward tal-għajnuniet għall-esportazzjoni tax-xgħir u l-qamħ komuni, seħħew fis-snin 2004 u 2005<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Għalkemm fil-każ tal-qamħ komuni ġew irrappurtati l-miżuri ta’ Novembru 2005 f’Jannar 2006.</P></NOTE>, rispettivament, u interrompew fi kwalunkwe każ il-preskrizzjoni ta’ tletin sena li dak iż-żmien kienet fis-seħħ. Ladarba ntlaħaq ftehim dwarhom, il-miżuri ma baqgħux jaqgħu fl-ambitu tal-paragrafu 1, iżda fl-ambitu tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa minn dakinhar li għandu jibda l-kalkolu tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjonijiet għall-irkupru tal-interessi (f’termini ta’ atti ta’ implementazzjoni tal-miżuri għall-irkupru tas-somma prinċipali), b’kunsiderazzjoni tal-fatturi kollha adattati sabiex dan jiġi interrott, bħall-kontestazzjoni amministrattiva u l-ħlas tas-somma prinċipali. F’dan ir-rigward, f’din il-kawża jirriżulta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Fil-kummenti bil-miktub sottomessi minn Glencore, mingħajr ma ġew opposti mill-partijiet l-oħra.</P></NOTE> li l-miżuri ġew appellati quddiem il-qorti amministrattiva Franċiża, li min-naħa tiegħu, interrompa l-perijodu ta’ preskrizzjoni għall-implementazzjoni tal-miżuri sal-2010, liema data fiha sar il-ħlas. F’dik is-sena diġà kienet applikabbli r-regola l-ġdida ta’ preskrizzjoni komuni tal-Artikolu 2224 tal-Kodiċi Ċivili Franċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, inqis li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix l-implementazzjoni tal-perijodi tal-Artikolu 2224 tal-Kodiċi Ċivili Franċiż għall-preskrizzjoni li tkun għadha ma skadietx fil-jum tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 2008-561.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunal administratif de Melun (Franza) kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea japplika, għall-irkupru tal-interessi dovuti taħt il-miżuri adottati skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-<DATE ISO="19871127">27 ta’ Novembru 1987</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ restituzzjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli, u l-Artikolu 5a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3002/92, tas-<DATE ISO="19921016">16 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni ta’ prodotti minn intervent.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’sitwazzjoni bħal dik f’dan il-każ, l-azzjoni sabiex jintalab il-ħlas tal-interessi għal kull wieħed miż-żewġ djun prinċipali:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ma tirriżultax mill-irregolarità kontinwa jew ripetuta, skont it-tifsira tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95; u</P></ITEM><ITEM><P>tintemm permezz tal-preskrizzjoni, wara li jiskadi l-perijodu ta’ tmien snin previst fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, liema perijodu jibda jiddekorri mill-jum li fih titwettaq l-irregolarità li tiddetermina l-obbligu ta’ ħlas tad-dejn prinċipali.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-perijodi ta’ żmien speċifikati fl-Artikolu 2224 tal-Kodiċi Ċivili Franċiż għall-preskrizzjoni li ma tkunx għadha skadiet fil-jum tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 2008-561.<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>