|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1177 |
19.2.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11837 – KPS / INEOS COMPOSITES)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/1177)
1.
Fit-12 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
KPS Capital Partners, LP (l-Istati Uniti tal-Amerka) (“KPS”), |
|
— |
INEOS Composites Holdings Company (UK) Limited (ir-Renju Unit), INEOS Enterprises US Holdco LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka), INEOS Composites International Holdings LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka), INEOS Composites Finland Oy (il-Finlandja), (flimkien, “INEOS Composites”) li jappartjenu għal INEOS Enterprises Holdings Limited group. |
KPS se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ INEOS Composites kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
KPS hija ditta globali ta’ ekwità privata li tipprovdi kapital u appoġġ strateġiku għall-kumpaniji li qed jikbru b’enfasi speċjali fuq is-settur tal-manifattura, |
|
— |
Ineos Composites hija manifattur globali ta’ reżini tal-poliester mhux saturati, reżini tal-esteri tal-vinil u gelcoats użati fil-produzzjoni ta’ komposti tal-plastik għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet fis-swieq finali. Ineos Composites tbigħ firxa wiesgħa ta’ reżini li jippermettu lill-klijenti jottimizzaw ċerti karatteristiċi tal-prodotti tagħhom, inklużi r-reżistenza għall-korrużjoni, ir-reżistenza għan-nar, ir-reżistenza għar-raġġi ultravjola, ir-reżistenza għall-ilma u għall-kimika, l-iżolament termali u elettriku, ir-reżistenza għall-impatti u għall-grif, u proporzjonijiet għoljin bejn is-saħħa u l-piż. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11837 – KPS / INEOS COMPOSITES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1177/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)