European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2271

12.10.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2271

tad-9 ta’ Ottubru 2026

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2019/1716.

(2)

Il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716. Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal persuna fiżika waħda tiġi aġġornata.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

S. HARRIS


(1)   ĠU L 262, 15.10.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1716/oj.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716, taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2”, l-entrata 4 hija sostitwita b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“4.

Néstor MONCADA LAU

Data tat-twelid: 2.3.1954

Sess: raġel

Konsulent personali tal-President tan-Nikaragwa dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali sal-2025. F’din il-kapaċità, minn April 2018 ’il quddiem kien involut direttament fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali u fl-istabbiliment ta’ politiki repressivi mwettqa mill-Istat tan-Nikaragwa kontra persuni li jipparteċipaw f’dimostrazzjonijiet, rappreżentanti tal-oppożizzjoni u ġurnalisti fin-Nikaragwa, u huwa responsabbli għalihom.

4.5.2020”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2271/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)