|
11.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 417/120 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/1879 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-13 ta’ Mejju 2020
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2019)0316 – C9-0051/2019) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (7), u b’mod partikolari l-Artikoli 260, 261 u 262 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100, l-Artikolu 104(3) u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0021/2020), |
|
A. |
billi l-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2018 fis-27 ta’ Ġunju 2019; |
|
B. |
billi fil-25 ta’ Ġunju 2019 is-Segretarju Ġenerali, bħala l-uffiċjal prinċipali awtorizzanti b’delega, iċċertifika b’aċċertament raġonevoli li r-riżorsi assenjati lill-baġit tal-Parlament intużaw għall-iskopijiet previsti, konformement mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti joffru l-garanziji neċessarji ta’ legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi; |
|
C. |
billi skont l-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri ġie affermat li, fil-valutazzjoni speċifika tal-amministrazzjoni u ta’ nefqa oħra fl-2018, ma ġiet identifika l-ebda dgħufija serja fir-rapporti annwali tal-attività eżaminati tal-istituzzjonijiet u tal-korpi li jirrikjedi r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046; |
|
D. |
billi l-Artikolu 262(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jirrikjedi li kull istituzzjoni tal-Unjoni tieħu l-passi kollha xierqa sabiex tieħu azzjoni fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament; |
1.
Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018;
2.
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
David Maria SASSOLI
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 327, 30.9.2019, p. 1.
(3) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 1.
(4) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 1.
(5) ĠU C 340, 8.10.2019, p. 9.