European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/6129

17.11.2026

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/385, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2570, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/386, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2568 dwar miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina

(C/2026/6129)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna u l-entità li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/385 (1), kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2570 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/386 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2568 (4) dwar miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dik il-persuna u dik l-entità għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2024/385, u fir-Regolament (UE) 2024/386 dwar miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dik il-persuna u dik l-entità jinsabu fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dik il-persuna u l-entità għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/386, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi friżati għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuna u l-entità kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex terġa' titqies id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq, fl-indirizz li ġej qabel is-27 ta' Novembru 2026.

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Horizontal and Global Affairs

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuna u l-entità kkonċernati għall-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L, 2024/385, 19.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/385/oj.

(2)   ĠU L, 2026/2570, 16.11.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2570/oj.

(3)   ĠU L, 2024/386, 19.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/386/oj.

(4)   ĠU L, 2026/2568, 16.11.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2568/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/6129/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)