|
12.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/67 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2322
tal-10 ta' Diċembru 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) stabbilixxa l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni, kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, xi Stati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) għaddew informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-aġġornament ta' dik il-lista. L-informazzjoni rilevanti ġiet ikkomunikata wkoll minn ċerti pajjiżi terzi. Abbażi ta' dik l-informazzjoni, il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni informat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jsawru l-bażi ta' deċiżjoni li timponi fuqhom projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni tal-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru li hija inkluża fil-lista Komunitarja. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti fornuti mill-Istati Membri, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 (3) (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”). |
|
(5) |
Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament (KE) Nru 473/2006 (4), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Botswana, tar-Repubblika tal-Guinea, tal-Indja, tal-Indoneżja, tal-Iran, tal-Iraq, tal-Każakistan, tal-Libanu, tal-Madagascar, tal-Mozambique, tan-Nepal, tal-Filippini, tas-Sudan, tat-Tajwan, tat-Tajlandja, u taż-Żambja. Il-Kummissjoni tat ukoll informazzjoni lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Georgia, fil-Libja, f'São Tomé u Príncipe, fit-Taġikistan u fil-Jemen u dwar konsultazzjonijiet tekniċi mal-Federazzjoni Russa. |
|
(6) |
L-EASA ppreżentat ir-riżultati tal-analiżi tar-rapporti ta' awditjar li twettqu mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) fil-qafas tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (“USOAP”), lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Arju. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri ġew mistiedna jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa fuq kumpaniji tal-ajru bil-liċenzja minn stati li fir-rigward tagħhom l-ICAO kienet identifikat Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (“SSCs”) jew li fir-rigward tagħhom l-EASA kkonkludiet li hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza. Minbarra l-konsultazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa se tippermetti l-akkwist ta' aktar informazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ngħataw il-liċenzja f'dawk l-istati. |
|
(7) |
L-EASA infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu skont il-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”) f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5). |
|
(8) |
Barra minn hekk, l-EASA informat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta' assistenza teknika li twettqu fi stati milquta minn miżuri jew minn monitoraġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. L-Aġenzija forniet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni għat-titjib tal-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili, bil-ħsieb li dan jgħin biex jiġu solvuti n-nuqqasijiet ta' konformità mal-istandards applikabbli tal-avjazzjoni ċivili internazzjonali. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal talbiet bħal dawn fuq bażi bilaterali, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. Dwar dan, il-Kummissjoni enfasizzat is-siwi li tingħata informazzjoni lill-komunità tal-avjazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-bażi tad-dejta Safety Collaborative Assistance Network (“SCAN”) tal-ICAO, dwar l-assistenza teknika li jagħtu l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni madwar id-dinja. |
|
(9) |
Il-Eurocontrol aġġorna lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-qagħda tal-funzjoni ta' twissija tas-SAFA u dwar l-istatistika attwali għall-messaġġi ta' twissija għal kumpaniji tal-ajru projbiti. |
Kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni
|
(10) |
Wara l-analiżi mill-EASA tal-informazzjoni li tirriżulta minn spezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq inġenji tal-ajru ta' kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni jew minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li twettqu mill-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u awditjar speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta' infurzar u informaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawk il-miżuri. Malta għarrfet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ċerti azzjonijiet li kienet ħadet fir-rigward ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru Maltin u l-Estonja rrappurtat dwar is-sitwazzjoni tal-kumpanija tal-ajru AS Avies. Qabel il-laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, il-Greċja tat tagħrif dwar ċerti azzjonijiet li kienet ħadet fir-rigward ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru Griegi. |
|
(11) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mill-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards xierqa tas-sikurezza, l-Istati Membri tennew li se jaġixxu fil-pront kif ikun meħtieġ. |
Kumpaniji tal-ajru mill-Botswana
|
(12) |
L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Botswana (“CAAB”) tat tagħrif dwar il-progress tas-soluzzjoni tal-SSCs u sejbiet oħra tal-ICAO f'ittra tas-27 ta' Awwissu 2015. Il-CAAB uriet li għamlet iktar progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Il-CAAB hija impenjata mal-Uffiċċju Reġjonali tal-ICAO biex tirċievi iktar assistenza fir-riżoluzzjoni tal-SSCs u ta' sejbiet oħrajn. Il-CAAB stiednet l-ICAO twettaq Missjoni Koordinata ta' Validazzjoni (“ICVM”) tal-ICAO qabel it-tmiem tal-2015 sabiex tivverifika r-riżoluzzjoni tal-SSCs. |
|
(13) |
L-implimentazzjoni mtejba tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza ma jappoġġawx deċiżjoni li timponi projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi fuq kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Botswana. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni għandu jkompli jsirilha monitoraġġ mill-qrib. |
|
(14) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Botswana. |
Kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika tal-Guinea
|
(15) |
Kif ġie miftiehem fil-laqgħa teknika mal-Kummissjoni li saret fi Brussell f'Jannar 2013, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Guinea, id-Direction nationale de l'aviation civile (“DNAC”), taw tagħrif b'mod regolari lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni li għaddejja tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiv, li ġie approvat mill-ICAO f'Diċembru 2012, kif ukoll dwar l-inizjattivi kollha marbuta miegħu. |
|
(16) |
L-aħħar rapport ta' progress sottomess mid-DNAC wasal għand il-Kummissjoni fl-10 ta' Awwissu 2015. Dan jistabbilixxi l-aktar attivitajiet u żviluppi riċenti dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiv, li bħalissa jikkonċentra dwar l-istatus tal-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-kumpanija tal-ajru u r-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru. Fl-aħħar ta' Marzu 2013 ġie sospiż kull Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru (“AOC”) li kien jeżisti qabel. Iċ-ċertifikazzjoni sħiħa konformi tal-ICAO (fuq 5 fażijiet) tal-kumpaniji tal-ajru Eagle Air u PROBIZ Guinée ġew konklużi u dawk il-kumpaniji tal-ajru kisbu l-AOCs rispettivi tagħhom fl-10 ta' April 2015 (AOC nru 1/DNAC/2015) u tal-4 ta' Awwissu 2015 (AOC nru 2/DNAC/2015). Erba' kumpaniji tal-ajru oħrajn, jiġifieri Konair, Sahel Aviation Guinée, Fly Nimba Airlines u Ijet Aviation, ukoll bdew il-proċess ta' ċertifikazzjoni. |
|
(17) |
Ir-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru mexa 'l quddiem u d-DNAC irrapportat li ħames inġenji tal-ajru ġodda ġew miżjuda mar-reġistru tal-inġenji tal-ajru. |
|
(18) |
L-implimentazzjoni gradwali tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva, b'konformità ma' dak li kienet approvat l-ICAO f'Diċembru 2012, kif ukoll l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza ma jiġġustifikawx, fil-preżent, deċiżjoni li timponi projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi fuq kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika tal-Guinea. Madankollu, is-sitwazzjoni għandha tibqa' tkun sorveljata mill-qrib. |
|
(19) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika tal-Guinea. |
|
(20) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun sfurzata tieħu azzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Kumpaniji tal-ajru mill-Indja
|
(21) |
Fl-20 ta' Ottubru 2015 saru konsultazzjonijiet tekniċi bejn il-Kummissjoni, l-EASA, l-Istati Membri u rappreżentanti mid-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Indja (“id-DGCA Indjan”) u l-kumpanija tal-ajru Air India. Id-DGCA Indjan forna dettalji fir-rigward tal-miżuri ta' sostenibbiltà li għaddejin li implimenta fir-rigward tal-kapaċità tas-sorveljanza tas-sikurezza tiegħu. Il-konsultazzjonijiet tekniċi intużaw ukoll bħala opportunità biex tkun diskussa mad-DGCA Indjan l-interazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru Indjani mal-programm SAFA. |
|
(22) |
Dawn il-konsultazzjonijiet għamluha ċara li, anki jekk ċerti miżuri kienu implimentati mid-DGCA Indjan biex jiżgura s-sostenibbiltà tat-titjib fis-sikurezza tal-avjazzjoni li ttieħdu s'issa, ġiet identifikata l-ħtieġa għal aktar azzjoni f'diversi oqsma. Min-naħa l-oħra, id-DGCA Indjan qed juża l-bażi tad-dejta tas-SAFA biex jissorvleja l-prestazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru Indjani bħala parti mill-programm SAFA. Fost l-oħrajn, dan huwa evidenti mill-fatt li d-DGCA Indjan irrapporta li f'Ġunju 2015 kien iltaqa' ma' Air India biex jiddiskuti l-proċessi mwettqin f'Air India b'rabta ma' kif Air India ġġesti l-prestazzjoni tagħha bħala parti mill-programm SAFA. |
|
(23) |
Air India tat ħarsa ġenerali tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħha, sommarju tal-informazzjoni statistika tas-SAFA skont il-flotta, eżempji tal-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-programm ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħha u dettalji tal-proċess tas-SAFA li nediet għat-titjib kontinwu. |
|
(24) |
F'ittra tad-29 ta' Ottubru 2015, b'segwitu għall-konsultazzjonijiet tekniċi, il-Kummissjoni tenniet mad-DGCA Indjan għadd ta' messaġġi, fosthom li l-prestazzjoni SAFA ta' kumpaniji tal-ajru Indjani għandha tkun sorveljata aktar bir-reqqa. Il-Kummissjoni indikat ukoll lil Air India li l-progress fir-rigward tal-ġestjoni tal-proċess SAFA għandu jintwera permezz tal-prestazzjoni tagħha bħala parti mill-programm SAFA. Kemm id-DGCA Indjan kif ukoll Air India ġew mgħarrfa bir-responsabbiltà li l-EASA għandha skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (6) (il-Parti TCO) li twettaq valutazzjonijiet tas-sikurezza ta' operaturi ta' pajjiżi terzi u li l-prestazzjoni bħala parti minn programm SAFA hija wieħed mill-elementi ewlenin li l-EASA tqis meta twettaq il-valutazzjoni. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni ħadet nota tal-informazzjoni pprovduta mid-DGCA Indjan u minn Air India. Ġie vvalutat li, din id-darba, ma hemm bżonn ta' ebda projbizzjoni jew restrizzjonijiet fuq l-operat fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indja, iżda li aktar laqgħat tekniċi għadhom meħtieġa biex ikun żgurat li kwistjonijiet relatati mas-sigurtà jkunu jistgħu jiġu diskussi fuq bażi kontinwa. |
|
(26) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Indja. |
|
(27) |
Il-Kummissjoni beħsiebha tissokta bil-konsultazzjonijiet uffiċjali tagħha mad-DGCA Indjan, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. |
|
(28) |
L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru Indjani skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja
|
(29) |
Il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja, id-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili Indoneżjan (“id-DGCA Indoneżjan”), se jissoktaw bil-għan li jissorvlejaw il-progress tad-DGCA Indoneżjan biex ikun żgurat li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' kull kumpanija tal-ajru ċċertifikata fl-Indoneżja tinġieb f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Wara l-verifika tal-ICAO ta' Mejju tal-2014, id-DGCA Indoneżjan iffinalizza l-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva u qiegħed fil-proċess li jlesti l-azzjonijiet korrettivi stabbiliti fil-Pjan. Fuq talba tad-DGCA Indoneżjan, kien hemm laqgħa teknika fid-29 ta' Ottubru bejn il-Kummissjoni, l-EASA, ċerti Stati Membri u d-DGCA Indoneżjan, kif ukoll il-kumpaniji tal-ajru Citilink, Lion Air u Batik Air. F'din il-laqgħa ħareġ biċ-ċar li l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa sabiex jiġu rettifikati s-sejbiet minn awditi preċedenti qed jitħejjew, iżda dawk l-azzjonijiet għadhom biss fi stadji differenti ta' implimentazzjoni. Id-dgħufija ewlenija li ġiet identifikata hija t-twettiq ta' spezzjonijiet fuq il-kumpaniji tal-ajru u l-inġenji tal-ajru. Il-proċeduri biex jitwettaq dan ix-xogħol huma fis-seħħ, iżda dawn mhux dejjem jiġu segwiti fil-prattika. L-għadd ta' sejbiet waqt l-ispezzjonijiet għadu baxx u r-rappurtar ta' sejbiet lill-kumpaniji li jkunu spezzjonati mhux dejjem isir b'konformità mal-proċeduri applikabbli. Proċeduri xierqa għas-segwitu tas-sejbiet huma nieqsa u s-segwitu ta' sejbiet attwali għadha dgħajfa u l-iskadenzi ma jiġux rispettati, u lanqas ma jiġu infurzati dejjem. Id-DGCA Indoneżjan irid jindirizza madwar 59 AOCs u għadd minn dawn il-kumpaniji tal-ajru qed jikbru b'ritmu mgħaġġel. Huwa essenzjali li d-DGCA Indoneżjan ilaħħaq ma' dawn l-iżviluppi. |
|
(30) |
Il-kumpanija tal-ajru Citilink forniet preżentazzjoni dwar l-iżvilupp tal-kumpanija u dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fil-kumpanija. It-tkabbir tal-kumpanija jissokta b'madwar tmien inġenji tal-ajru fis-sena filwaqt li s-sistemi u l-proċeduri jidher li qed jistabbilizzaw gradwalment. L-analiżi tad-dejta dwar it-titjiriet tjiebet u l-kumpanija hija konxja mir-riskji operazzjonali. Is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza ġiet stabbilita iżda jeħtieġ li tiżviluppa aktar, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mar-rata baxxa ta' rapporti ta' inċidenti u okkorrenzi. |
|
(31) |
Lion Air u Batik Air ippreżentaw flimkien, hekk kif it-tnejn li huma jagħmlu parti mil-Lion Air Group. It-tkabbir ta' dawn iż-żewġ kumpaniji tal-ajru għadu konsiderevoli, it-tnejn li huma mistennija jirċievu madwar 10 inġenji tal-ajru ġodda fl-2016 u numri komparabbli ta' inġenji tal-ajru fis-snin li ġejjin. L-isfidi ewlenin għal dawk il-kumpaniji tal-ajru huma r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' biżżejjed persunal fl-oqsma kollha. Iż-żewġ kumpaniji tal-ajru ppreżentaw pjanijiet għat-taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira u għar-reklutaġġ u t-taħriġ ta' persunal ieħor. Ir-rekwiżiti ta' kwalifiki minimi għal bdoti li jkun għadhom kif ġew reklutati u r-rekwiżiti biex jiġu promossi għall-kariga ta' kaptan mal-Lion Air huma komparattivament baxxi, meta mqabbla mal-ambjent operattiv li ħafna drabi joffri sfida. B'konsegwenza ta' dan, u minħabba tkabbir mgħaġġel tal-kumpanija tal-ajru, hemm għadd kbir ta' bdoti li huma relattivament bla esperjenza mal-Lion Air. Dan jista' jkun relatat mal-għadd kbir ta' approċċi mhux stabbilizzati u riskju għoli ta' inċidenti fl-illandjar (inżul f'daqqa, ħruġ mir-runway). Eżempju ta' dan huwa l-ħruġ mir-runway tal-kumpanija tal-ajru Batik Air li seħħ fis-6 ta' Novembru 2015. Fir-rigward ta' dan l-inċident speċifiku, id-DGCA Indoneżjan u l-kumpanija tal-ajru Batik Air ħadu azzjoni immedjata biex jinvestigaw kif jixraq l-inċident u biex jieħdu miżuri ta' mitigazzjoni. Barra minn hekk, is-sistema ta' monitoraġġ tad-dejta dwar it-titjiriet tjiebet u qiegħda twassal għal riżultati sinifikanti u titjib fis-sikurezza. Is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza jidher li hija żviluppata sew u, reċentament, ir-rapportar tal-inċidenti u tal-okkorrenzi beda jitjieb ukoll, minkejja li hemm bżonn li l-implimentazzjoni effettiva u l-identifikazzjoni tal-perikli jimmaturaw iktar. Mil-laqgħa ħareġ ċar li t-theddid għall-Lion Air u għall-Batik Air huma t-tkabbir mgħaġġel u n-nuqqas ta' esperjenza relattiv tal-ekwipaġġ tat-titjiriet. |
|
(32) |
Id-DGCA Indoneżjan ġie mistieden għal seduta ta' smigħ quddiem il-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru fil-25 ta' Novembru 2015. Id-DGCA Indoneżjan tenna l-punti li kienu ppreżentati matul il-laqgħa teknika tad-29 ta' Ottubru 2015. Dawn jinkludu l-programm ta' sorveljanza kontinwa u s-sistema ta' ġestjoni tas-sejbiet. Intwerew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza dwar l-erba' kumpaniji tal-ajru Indoneżjani li bħalissa huma eżentati mill-projbizzjoni ġenerali fuq il-kumpaniji tal-ajru Indoneżjani, kif ukoll dwar it-tliet kumpaniji tal-ajru preżenti waqt is-smigħ. Id-DGCA Indoneżjan ta preżentazzjoni wkoll dwar l-iżvilupp tas-sistema ta' ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza. Id-DGCA Indoneżjan stieden lill-Kummissjoni għal żjara ta' verifika fuq il-post. Tali missjoni toħloq l-opportunità biex ikun eżaminat il-progress u biex ikun determinat il-livell tal-implimentazzjoni attwali tal-istandards tas-sikurezza internazzjonali fl-awtorità u l-kumpaniji tal-ajru. |
|
(33) |
Il-kumpaniji tal-ajru Citilink, Lion Air u Batik Air għamlu preżentazzjonijiet dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni min-naħa tagħhom tal-ġestjoni tas-sikurezza, fil-biċċa l-kbira f'konformità mal-preżentazzjoni tagħhom waqt il-laqgħa teknika tad-29 ta' Ottubru. |
|
(34) |
F'ittra tat-22 ta' Ottubru 2015, id-DGCA Indoneżjan informa lill-Kummissjoni li żewġ kumpaniji tal-ajru ġodda kienu ġew iċċertifikati mill-aħħar aġġornament, jiġifieri l-AOC Nru 135-054 kien inħareġ għall-Alda Trans Papua u l-AOC Nru 135-059 kien inħareġ għall-Weststar Aviation Indonesia. Madankollu, id-DGCA Indoneżjan ma forniex evidenza li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. F'dik l-istess ittra, id-DGCA Indoneżjan informa lill-Kummissjoni li l-AOC tal-kumpaniji tal-ajru Pacific Royale Airways (AOC 121-045), Air Maleo (AOC 121-041, għall-operazzjonijiet domestiċi ta' merkanzija biss), Manunggal Air Service (AOC 121-020), Nusantara Buana Air (AOC 135-041), Survai Udara Penas (Persero, AOC 135-006) uAsconusa Air Transport (AOC 135-022) kienu ġew irrevokati. |
|
(35) |
Għalkemm jista' jiġi nnutat progress minn mindu saret il-verifika tal-ICAO f'Mejju 2014 u anke mil-laqgħa teknika f'Ottubru, il-verifika tat-titjib hija prerekwiżit biex tinkiseb il-kunfidenza fis-sigurtà meħtieġa biex ikun ikkunsidrat iktar illaxkar tal-projbizzjoni operattiva fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru Indoneżjani. Għaldaqstant, fl-2016 għandha tiġi organizzata żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-UE sabiex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa. Bħalissa, madankollu, ma hemmx biżżejjed evidenza biex tappoġġa deċiżjoni fir-rigward ta' aktar tnaqqis tal-projbizzjoni operattiva għall-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja, inkluż fir-rigward ta' Citilink, Lion Air u Batik Air. |
|
(36) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex tinkludi l-Alda Trans Papua u l-Weststar Aviation fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Il-Pacific Royale Airways, il-Manunggal Air Service, in-Nusantara Buana Air, il-Survai Udara Penas u l-Asconusa Air Transport għandhom jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
Kumpaniji tal-ajru mill-Iran
|
(37) |
Il-kumpanija tal-ajru Iran Air, iċċertifikata milll-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (“CAOIRI”), kienet inkluża fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 fit-30 ta' Marzu 2010. Wara żjara ta' valutazzjoni fuq il-post, ir-restrizzjonijiet operattivi għall-flotta tal-Iran Air ġew speċifikati aktar fil-5 ta' Lulju 2010. |
|
(38) |
L-Iran Air forniet informazzjoni dwar il-flotta preżenti tagħha lill-Kummissjoni, appoġġata minn dokumentazzjoni rilevanti. Din talbet li teskludi l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip A320 mir-restrizzjonijiet operattivi, biex l-Iran Air tkun tista' topera wkoll l-inġenju tal-ajru ġdida tagħha A320 fl-Unjoni. Skont l-informazzjoni mogħtija minn Iran Air, l-età medja tal-flotta A320 tal-Iran Air hija inqas mill-età medja tal-inġenji tal-ajru li huma permessi li joperaw fl-Unjoni. L-Iran Air issostni wkoll li l-inġenji tal-ajru jistgħu jitħaddmu b'mod affidabbli. Madankollu, peress li ma kienx possibbli li tkun verifikata l-evidenza mogħtija, abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ma kienx possibbli li jiżdiedu inġenji tal-ajru ġodda mal-lista ta' inġenji tal-ajru li Iran Air tista' topera fl-Unjoni. |
|
(39) |
Skont l-AOC tal-Air Iran, l-għadd ta' inġenji tal-ajru tat-tipi li għandhom permess joperaw fl-Unjoni, naqas. Il-lista ta' inġenji tal-ajru eżentati inklużi fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(40) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, huwa vvalutat li l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex tirrifletti l-flotta attwali ta' inġenji tal-ajru ta' Air Iran fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
Kumpaniji tal-ajru mill-Iraq
|
(41) |
L-EASA kitbet lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Iraqina (“ICAA”) f'erba' darbiet differenti mit-13 ta' Ġunju 2014 sas-16 ta' Marzu 2015, fir-rigward ta' tħassib dwar is-sikurezza b'rabta mal-prestazzjoni tal-Iraqi Airways bħala parti mill-programm SAFA. Fir-rigward ta' dak it-tħassib, id-dejta ta' SAFA tirrifletti l-evidenza ta' nuqqas ta' biżżejjed analiżi tal-kawża ewlenija mill-Iraqi Airways. |
|
(42) |
Iraqi Airways applikat mal-EASA għal awtorizzazzjoni ta' Operatur ta' Pajjiż Terz (“TCO”) fl-20 ta' Awwissu 2014. L-EASA vvalutat l-applikazzjoni għal TCO tal-Iraqi Airways f'konformità mar-rekwiżiti tal-Parti TCO. |
|
(43) |
L-EASA, waqt il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-awtorizzazzjoni TCO tal-Iraqi Airways, uriet tħassib fundamentali fir-rigward tan-nuqqas ta' kapaċità tal-Iraqi Airways li twieġeb dwar tħassib fis-sikurezza li tqajjem u li tissottometti dokumentazzjoni b'rabta mas-sikurezza fil-waqt. Għaldaqstant, l-EASA kkonkludiet li aktar valutazzjoni mhix se twassal għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għall-Iraqi Airways u li b'hekk din ma tissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 452/2014. Konsegwentement, fis-16 ta' Lulju 2015, l-EASA ċaħdet, għar-raġunijiet ċari ta' sikurezza kif deskritt hawn fuq, l-applikazzjoni TCO tal-Iraqi Airways. |
|
(44) |
Fit-28 ta' Settembru 2015, il-Kummissjoni kitbet lill-ICAA. L-ittra kienet tirrappreżenta l-ftuħ tal-konsultazzjonijiet uffiċjali mal-awtoritajiet li jieħdu ħsieb is-sorveljanza regolatorja tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Iraq, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. F'din l-ittra, il-Kummissjoni spjegat li l-bażi għall-ftuħ ta' dawn il-konsultazzjonijiet uffiċjali dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza ta' Iraqi Airways bħala parti mill-programm SAFA kif ukoll id-deċiżjoni negattiva meħuda mill-EASA fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Iraqi Airways għal awtorizzazzjoni TCO. |
|
(45) |
Fis-27 ta' Ottubru 2015 il-Kummissjoni kitbet lill-ICAA u lill-Iraqi Airways biex tinforma liż-żewġ partijiet li l-każ tal-Iraqi Airways kien twiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-24 sas-26 ta' Novembru 2015 tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru u li kemm l-ICAA kif ukoll l-Iraqi Airways jingħataw l-opportunità li jinstemgħu quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(46) |
Fit-3 ta' Novembru 2015, seħħet konferenza telefonika vidjo bejn il-Kummissjoni, l-EASA, l-Istati Membri u r-rappreżentanti kemm mill-ICAA u mill-Iraqi Airways. Waqt il-konferenza telefonika vidjo, l-ICAA tat ħarsa ġenerali tal-funzjonijiet tagħha, inklużi l-prinċipji bażiċi tat-twettiq tagħha ta' sorveljanza tas-sikurezza. Informazzjoni oħra mogħtija mill-ICAA kienet tinkludi ħarsa ġenerali tas-superviżjoni li tapplika għall-Iraqi Airways kif ukoll dwar kif l-ICAA ssegwi l-informazzjoni marbuta mal-programm SAFA. Waqt din il-konferenza, il-preżentazzjoni tal-Iraqi Airways kienet tinkludi biss ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni b'rabta mas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u l-kwalità tagħha u proċessi oħra b'rabta mas-sikurezza. |
|
(47) |
Fil-25 ta' Novembru 2015, l-ICAA u l-Iraqi Airways instemgħu wkoll quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru. Fost elementi oħra, l-ICAA rrapportat li għandha responsabbiltà ta' sorveljanza għal seba' entitajiet b'AOC, fosthom l-Iraqi Airways. L-ICAA pprovdiet ukoll sommarju tal-azzjonijiet ippjanati sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha. L-EASA tat informazzjoni dwar it-tħassib tas-sikurezza li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni negattiva tagħha dwar it-TCO. |
|
(48) |
Iraqi Airways ressqet għadd ta' elementi, inkluża informazzjoni mill-analiżi u s-segwitu SAFA tagħha. Il-preżentazzjoni ma tatx biżżejjed evidenza tal-funzjonament dettaljat tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u l-kwalità tal-Iraqi Airways. L-informazzjoni mogħtija minn Iraqi Airways ma kinitx biżżejjed fin-natura tagħha sabiex tindirizza bis-sħiħ it-tħassib dwar is-sikurezza li wassal għad-deċiżjoni negattiva tal-EASA li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni TCO tal-Iraqi Airways. |
|
(49) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva fl-Unjoni biex il-kumpanija tal-ajru Iraqi Airways tiżdied mal-lista fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(50) |
Peress li din l-inklużjoni hija konsegwenza diretta tad-deċiżjoni negattiva dwar l-awtorizzazzjoni TCO mill-EASA, il-Kummissjoni beħsiebha terġa' tqis dik l-inklużjoni, jekk u meta l-EASA tgħarrafha li hi tqis li l-kundizzjonijiet ġew sodisfatti biex l-EASA tieħu deċiżjoni pożittiva bħala parti mill-Parti-TCO fir-rigward tal-Iraqi Airways. |
Kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan
|
(51) |
Sa minn Lulju 2009, il-kumpaniji tal-ajru kollha ċertifikati fil-Każakistan, ħlief għal waħda, huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva sħiħa, primarjament minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-awtorità responsabbli mis-sorveljanza tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċertifikati fil-Każakistan (il-Kumitat tal-Avjazzjoni ĊIvili tal-Każakistan; (“CAC”) li timplimenta u tinforza standards tas-sikurezza internazzjonali. Eċċezzjoni parzjali kienet magħmula għall-kumpanija tal-ajru Air Astana. Air Astana ġiet inkluża fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u tħalliet topera fl-Unjoni b'parti mill-flotta tagħha, u llimitatat għal-livell tal-operazzjonijiet tagħha f'dak iż-żmien. |
|
(52) |
Fl-2014, wara titjib fir-rekords SAFA, Air Astana tħalliet iżżid il-livell ta' operazzjonijiet fl-Unjoni, iżda biss bit-tip ta' inġenju tal-ajru li kienet permessa topera lejn l-Unjoni mill-2009. |
|
(53) |
Air Astana kienet ċertifikata mill-ġdid mis-CAC f'April 2015 u taħt l-Awditu tas-Sikurezza Operazzjonali (“IOSA”) tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (“IATA”) f'Mejju 2015. Il-kumpanija tal-ajru tat aġġornamenti regolari dwar l-operazzjonijiet ta' titjir, ta' taħriġ u l-attivitajiet ta' manutenzjoni tagħha. L-awditu ta' Air Astana mwettaq mill-EASA f'Ottubru 2015 fil-qafas tal-Parti TCO, ma żvela l-ebda evidenza ta' nuqqasijiet ta' konformità mal-istandards internazzjonali. Air Astana nstabet li kellha biżżejjed persunal u li kienet ġestita b'mod effettiv minn tim ta' ġestjoni internazzjonali kompetenti, flimkien ma' persunal lokali. L-organizzazzjoni żviluppat kultura tas-sikurezza b'saħħitha u kredibbli. Għaldaqstant, it-tim ta' awditu tal-EASA rrakkomanda lil Air Astana għal awtorizzazzjoni TCO mingħajr sejbiet. |
|
(54) |
Għall-fini tal-għoti ta' informazzjoni aġġornata dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza fil-Każakistan, is-CAC ġie mistieden sabiex jinstema' fil-laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru fl-24 ta' Novembru 2015. Din indikat li għadd ta' azzjonijiet qed jitwettqu biex jindirizzaw in-nuqqasijiet imsemmija mill-ICAO fl-2014 bħala parti mill-ICVM, inkluż l-SSC fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru. Dawk l-azzjonijiet jinkludu l-istabbiliment ta' programm ta' taħriġ għall-ispetturi tas-sikurezza tal-avjazzjoni u t-titjib tal-proċeduri fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-ajru u tal-ħruġ ta' approvazzjonijiet speċifiċi. Fir-rigward tal-SSC, is-CAC indika li r-riżoluzzjoni tiegħu mhix mistennija qabel tmiem l-2015, l-aktar bikri. Barra minn hekk, f'Novembru 2015, l-awtoritajiet kompetenti tal-Każakistan iffirmaw Memorandum ta' Ftehim ma' fornitur ta' servizzi ta' konsulenza, bil-ħsieb li jogħla l-livell ta' implimentazzjoni effettiva tal-istandards rilevanti tas-sikurezza fil-Każakistan. Is-CAC indika wkoll li, fl-2015, total ta' 12-il operatur li kien qed jissorvelja ġew ċertifikati mill-ġdid u li tneħħew 5 AOCs. Filwaqt li dawn huma żviluppi pożittivi, tibqa' xi inċertezza importanti b'rabta mal-livell ta' konformità taċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-ajru u tal-proċessi tal-approvazzjoni, kif ukoll dwar l-effettività tal-miżuri regolatorji implimentati bi tweġiba għas-SSC. |
|
(55) |
Air Astana kienet mistiedna wkoll biex tinstema' waqt il-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li saret fl-24 ta' Novembru 2015. Air Astana tat evidenza li stabbiliet proċess tal-ġestjoni tas-sikurezza stabbli u effettiv biex tindirizza l-periklu għas-sikurezza, twettaq analiżi tal-kawża ewlenija u tħeġġeġ kultura ta' sikurezza fi ħdan l-organizzazzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-kumpanija tal-ajru wriet il-kapaċità li ġġesti bidliet fil-kamp ta' applikazzjoni u l-volum tal-attivitajiet tagħha b'mod sikur u effiċjenti. Barra minn hekk, Air Astana żgurat li s-sorveljanza tal-flotta tagħha titwettaq f'konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(56) |
Il-kumpanija tal-ajru SCAT JSC, iċċertifikata fil-Każakistan, talbet li tinstema' mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, u dan seħħ fl-24 ta' Novembru 2015. Il-kumpanija tal-ajru lestiet ċertifikazzjoni IOSA b'suċċess. Skont l-informazzjoni mogħtija minn SCAT JSC, għadd mill-inġenji tagħha tat-tip Boeing B-737 u B-757 huma reġistrati fil-Litwanja. Filwaqt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-progress miksub minn SCAT JSC, il-kumpanija tal-ajru naqset milli tipprovdi evidenza li l-operazzjonijiet tat-titjir tagħha, kif ukoll l-ajrunavigabbiltà u l-manutenzjoni kontinwi tal-inġenji tal-ajru tagħha, qed jitwettqu b'konformità mal-istandards tas-sikurezza applikabbli. |
|
(57) |
Abbażi tal-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż kif mogħti waqt is-smigħ tal-24 ta' Novembru 2015, ġie konkluż li l-proġett għal riforma regolatorja fil-Każakistan fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili qed jagħmel progress kajman. Madankollu, bħala prova ta' progress aktar fond, l-SSC pendenti fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru għandhom jiġu solvuti qabel illaxkar sostanzjali tar-restrizzjonijiet kif japplikaw bħalissa għal kumpaniji tal-ajru sorveljati mis-CAC, ħlief għal Air Astana, jistgħu jitqiesu. |
|
(58) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, ir-riżultati pożittivi tal-awditu TCO tal-Air Astana u l-ispjegazzjonijiet tagħha mogħtija waqt is-smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, huwa meqjus li l-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' projbizzjoni parzjali fuq Air Astana ma għadhomx preżenti. |
|
(59) |
Fir-rigward ta' SCAT JSC, il-Kummissjoni beħsiebha teżamina dan il-każ aktar, biex tiżgura li kwalunkwe laxkar potenzjali futur tal-projbizzjoni operattiva fuq SCAT JSC mhux se jsarraf f'riskji għas-sikurezza għal operazzjonijiet fl-Unjoni. |
|
(60) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex Air Astana titneħħa mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(61) |
L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lill-inġenji tal-ajru ta' Air Astana skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Kumpaniji tal-ajru mil-Libanu
|
(62) |
Konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Libanu, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Libaniża (“CAA Libaniża”), se jissoktaw bil-għan li jikkonfermaw li l-Libanu qed jimplimenta l-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie żviluppat bi tweġiba għas-sejbiet u l-SSC ibbażat fuq l-ICVM ta' Diċembru 2012. |
|
(63) |
Fl-4 ta' Novembru 2015, rappreżentanti mis-CAA Libaniż u l-kumpaniji tal-ajru tagħhom Middle East Airlines u Wings of Lebanon attendew laqgħa teknika fi Brussell mal-Kummissjoni u l-EASA, biex jagħtu aġġornament dwar il-progress li qed isir mis-CAA Libaniż, speċjalment dwar ir-riżoluzzjoni tal-SSC, dwar l-istabbiliment ta' Bord tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili u dwar is-separazzjoni tal-funzjonijiet tas-sorveljanza tas-sikurezza minn funzjonijiet ta' għoti tas-servizzi li bħalissa jinstabu t-tnejn fis-CAA Libaniż. |
|
(64) |
Is-CAA Libaniż ta informazzjoni addizjonali lill-ICAO fir-rigward tal-SSC u preżenta din l-informazzjoni waqt il-laqgħa teknika. Is-CAA Libaniż reċentement stieden lill-ICAO biex jivverifikaw l-azzjonijiet korrettivi, iżda dan għadu jrid isir. Issemma li d-Direttorat tas-Sikurezza tat-Titjiriet tagħha, id-direttorat responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u għas-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru, għandha pożizzjoni iktar indipendenti fis-CAA Libaniż, għalkemm dan ma kienx appoġġat minn evidenza ċara waqt il-laqgħa teknika. |
|
(65) |
Il-kumpanija tal-ajru Middle East Airlines tat preżentazzjoni dwar il-ġestjoni tal-operazzjonijiet u tas-sikurezza tagħha u l-kumpanija tal-ajru dehret li tinsab fil-kontroll tal-proċessi fl-oqsma tal-operazzjonijiet tal-ajru li fihom is-sikurezza hija kritika, it-taħriġ tal-ekwipaġġ, il-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-ġestjoni tal-kwalità u tas-sikurezza. L-EASA tat informazzjoni dwar il-fatt li laqgħa reċenti mal-Middle East Airlines, fil-qafas tat-applikazzjoni tagħha għal awtorizzazzjoni TCO, ħalliet riżultati pożittivi. Il-kumpanija tal-ajru regolarment torganizza awditi minn partijiet terzi sabiex ittaffi n-nuqqas ta' sorveljanza tas-sikurezza mill-awtorità tagħha stess u biex titjieb aktar l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(66) |
Il-kumpanija tal-ajru Wings of Lebanon ppreżentat l-operazzjoni tagħha b'inġenju tal-ajru wieħed biss u l-proċessi tas-sikurezza li għandu fis-seħħ. Reċentement, il-persuni fl-aktar karigi ewlenin ta' din il-kumpanija tal-ajru nbidlet u dan wassal għal titjib fil-proċeduri operattivi fi ħdan il-kumpanija tal-ajru u tat bidu tajjeb għall-iżvilupp ta' sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza. |
|
(67) |
It-titjib fis-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza, peress li huma inkrementali, flimkien ma' miżuri ta' mitigazzjoni meħuda mill-Middle East Airlines u l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza, ma jiġġustifikawx, f'dan l-istadju, deċiżjoni li tkun imponuta projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi fuq kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Libanu. Madankollu, biex tkun monitorjata s-sitwazzjoni, se jibqgħu jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Libanu skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. |
|
(68) |
Għalhekk, b'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mil-Libanu. |
|
(69) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Kumpaniji tal-ajru mill-Madagascar
|
(70) |
Il-Kummissjoni kompliet il-konsultazzjonijiet mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Madagascar, l-Aviation Civile de Madagascar (“ACM”). Fuq talba tal-ACM, saret laqgħa fi Brussell fit-2 ta' Ottubru 2015 bejn, minn naħa waħda, il-Kummissjoni, l-EASA u Stat Membru u min-naħa l-oħra, l-ACM u l-kumpanija tal-ajru Air Madagascar. |
|
(71) |
Matul dik il-laqgħa, l-ACM u l-Air Madagascar taw informazzjoni dwar il-progress li sar miż-żewġ organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom fir-rigward tal-pjanijiet ta' azzjoni preventivi u korrettivi li jimplimentaw biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sikurezza msemmija fil-premessi 66 sa 74 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2011. Kemm l-ACM kif ukoll l-Air Madagascar jikkunsidraw li dawk in-nuqqasijiet tas-sikurezza ġew indirizzati kif suppost; L-ACM talbet valutazzjoni mill-ġdid tar-restrizzjonijiet operattivi imposti fuq l-Air Madagascar. |
|
(72) |
Il-progress rapportat mill-ACM fir-rettifika tan-nuqqasijiet identifikati mill-ICAO kif ukoll l-informazzjoni fornuta mill-ACM u mill-kumpanija tal-ajru Air Madagascar fir-rigward tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva u preventiva rispettivi tagħhom ġew innotati mill-Kummissjoni. Filwaqt li jirrikonoxxi l-progress miksub mill-ACM u l-kumpanija tal-ajru Air Madagascar, u anke meta wieħed iqis il-progress ulterjuri mistenni, madankollu l-kundizzjonijiet għall-illaxkar tal-projbizzjoni parzjali attwali fuq Air Madagascar għadhom ma ġewx issodisfati. Verifika tal-implimentazzjoni attwali ta' standards internazzjonali tas-sikurezza tibqa' meħtieġa. L-ACM jeħtieġ li tikkonsolida l-esperjenza tagħha fir-rigward tal-proċessi l-ġodda li tkun implimentat. F'dan ir-rigward, żjarat ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fil-Madagascar tista' tkun ikkunsidrata għall-ewwel kwart tal-2016. Barra minn hekk, attwalment, ma hemmx biżżejjed evidenza ta' sostenn li tiġġustifika kwalunkwe laxkar tar-restrizzjonijiet operattivi fuq il-kumpaniji tal-ajru mill-Madagascar. |
|
(73) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Madagascar. |
Kumpaniji tal-ajru mill-Mozambique
|
(74) |
Il-missjoni ta' valutazzjoni tal-Unjoni, li twettqet f'April 2015, ippermettiet lill-Kummissjoni li tikkonkludi li, filwaqt li l-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili kompetenti fil-Mozambique, l-Instituto de Aviação Civil de Moçambique (“IACM”) urew progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, għad fadal nuqqasijiet importanti fis-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza fil-Mozambique. Għaldaqstant ġie deċiż li l-Kummissjoni, b'appoġġ mill-EASA, tagħti assistenza teknika lill-IACM, bil-għan li tgħin biex jissolvew in-nuqqasijiet li baqa' u tikkonkludi l-proċess tal-bini tal-kapaċità interna neċessarju biex tintlaħaq is-sostenibbiltà meħtieġa. |
|
(75) |
Fit-12 ta' Ottubru 2015 inbeda proġett ta' assistenza teknika u dan se jibqa' għaddej sa kmieni Ġunju 2016. L-ewwel fażi tal-proġett tat xi riżultati inizjali. Rieżami profond tal-qafas legali u tar-regolamenti applikabbli tal-avjazzjoni wasslet għall-identifikazzjoni ta' korrezzjonijiet u ta' titjib għal adozzjoni iktar tard. Il-prinċipji u l-istruttura ta' għadd ta' atti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-avjazzjoni ċivili qed jitqiesu għal adattament għall-ispeċifiċitajiet tas-sistema tal-avjazzjoni tal-Mozambique. Qed jitnieda sforz iffukat biex ikunu indirizzati sistematikament is-sejbiet kollha miftuħa tal-ICAO USOAP, bil-ħsieb li jittejjeb b'mod sinifikanti l-proporzjon ta' implimentazzjoni effettiva. Kien hemm sessjoni ta' kuntatti mal-kumpaniji tal-ajru eżistenti kollha u twettaq rieżami tal-istatus ta' ċertifikazzjoni tagħhom. Għadd ta' protokolli ta' kooperazzjoni qed jiġu kkunsidrati sabiex jirrinforzaw uħud mill-iktar oqsma vulnerabbli tal-IACM. Ġiet varata l-identifikazzjoni tal-proċeduri u tal-proċessi interni kollha tal-IACM li jirrikjedu tiġdid sinifikanti. |
|
(76) |
Proġett ta' assistenza teknika fuq perjodu qasir inbeda fl-14 ta' Settembru 2015 u ntemm fit-13 ta' Novembru 2015. Dan ta taħriġ fuq il-lant tax-xogħol u gwida dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudromi u ffukar tas-sorveljanza, b'mod partikolari, fuq l-Ajruport Internazzjonali ta' Nacala ġdid u l-Ajruport Internazzjonali ta' Beira eżistenti. |
|
(77) |
Madankollu, l-kapaċità tal-IACM li tissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-Mozambique, f'dan l-istadju, mhix f'livell suffiċjenti skont l-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Għaldaqstant ma hemmx evidenza biżżejjed biex tappoġġa deċiżjoni dwar il-laxkar tal-projbizzjoni operattiva tal-kumpaniji tal-ajru kollha li huma ċċertifikati fil-Mozambique. |
|
(78) |
Skont il-lista mogħtija mill-IACM fil-5 ta' Novembru 2015, tliet kumpaniji tal-ajru ġodda ġew iċċertifikati fil-Mozambique, li huma l-Ambassador Lda (AOC MOZ-21), l-Everett Aviation Lda (AOC MOZ-18) u l-Inaer Aviation Mozambique Lda (AOC MOZ-19). Madankollu, l-IACM ma setax iforni evidenza li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Permezz ta' din l-istess lista, l-IACM infurmat lill-Kummissjoni li l-AOCs tal-kumpaniji tal-ajru Aero-Serviços Sarl (AOC MOZ-08), Emílio Air Charter Lda (AOC MOZ- 05) u Unique Air Charter Lda (AOC MOZ- 13), li qabel kienu sospiżi matul il-proċess ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid issa ġew revokati, minħabba li naqsu milli jlestu dak il-proċess. |
|
(79) |
Għaldaqstant, b'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tkun emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva fl-Unjoni biex fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 tkun tinkludi l-kumpaniji tal-ajru Ambassador Lda, Everett Aviation Lda u Inaer Aviation Mozambique Lda, u biex mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 jitneħħew Aero-Serviços Sarl, Emílio Air Charter Lda u Unique Air Charter Lda. |
Kumpaniji tal-ajru min-Nepal
|
(80) |
Il-Kummissjoni kompliet il-konsultazzjonijiet mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tan-Nepal (“CAAN”) biex tistabbilixxi l-kapaċitajiet tal-CAAN li timplimenta u li tinforza biżżejjed l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza. |
|
(81) |
Il-Kummissjoni u l-EASA żaru lill-CAAN mill-5 sad-9 ta' Ottubru 2015. L-iskop ta' din iż-żjara fuq il-post kien biex l-EASA tforni assistenza teknika fil-forma ta' valutazzjoni tal-progress li sar mill-CAAN f'rabta mas-sejbiet tal-verifika tal-ICAO u biex jiġi rivedut il-pjan direzzjonali biex jinkludi u jforni rakkomandazzjonijiet sabiex il-kwistjonijiet pendenti jingħalqu. Il-Kummissjoni ħadet sehem f'din iż-żjara fuq il-post biex teżamina l-progress li jkun sar mill-CAAN b'rabta man-nuqqasijiet li wasslu għall-projbizzjoni fuq il-kumpaniji tal-ajru Nepaliżi imposti f'Diċembru 2013. |
|
(82) |
Iż-żjara fuq il-post ikkonfermat li l-CAAN għamel progress bl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Skont l-ICAO, il-pjan ta' azzjoni korrettiva abbozzat mill-CAAN jindirizza bis-sħiħ is-sejbiet, inklużi s-sejbiet li wasslu għall-SSC tal-ICAO. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ma setgħetx tiġi vverifikata matul iż-żjara fuq il-post. Is-SSC b'rabta mal-operazzjonijiet bl-ajru għadu fis-seħħ. Il-CAAN jipprevedi missjoni tat-Tim tas-Sikurezza tal-Uffiċċju Reġjonali tal-ICAO f'Diċembru 2015 biex titwettaq valutazzjoni inizjali tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi, bil-għan li jkun hemm ICVM possibbli fl-ewwel kwart tal-2016. Matul din l-ICVM, l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet korrettivi għandha tkun ivverifikata mill-ICAO. Il-CAAN tapplika programm ta' verifika regolari fuq il-kumpaniji tal-ajru kollha u fuq fornituri oħrajn tas-servizzi taħt is-sorveljanza tagħha. Madankollu, il-programm ta' spezzjoni jeħtieġ jiġi żviluppat iktar. |
|
(83) |
Matul laqgħa mal-Ministru tal-Italja għat-Turiżmu, il-Kultura u l-Avjazzjoni Ċivili, ġie enfasizzat li l-għoti tas-setgħa sħiħa lill-CAAN biex jiffunzjonaw indipendentement mil-livell politiku fil-funzjonijiet relatati mas-sikurezza, u li jkollu biżżejjed persunal u li dan il-persunal ikun kwalifikat huma elementi neċessarji fit-titjib tas-sistema ta' sorveljanza tal-avjazzjoni fin-Nepal. Il-Ministru informa li aktar emendi fl-Att tal-Avjazzjoni Ċivili tan-Nepal qed jitħejjew sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet istituzzjonali u l-indipendenza tal-funzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza mill-fornituritas-servizz u li l-CAAN huwa appoġġat b'mod sħiħ fir-rigward tar-riżoluzzjoni tas-sejbiet kollha. |
|
(84) |
Fis-7 u fit-8 ta' Ottubru 2015, il-kumpaniji tal-ajru Buddha Air, Yeti Airlines, Tara Air u Nepal Airlines Corporation, reġistrati fin-Nepal, irċevew żjara mill-Kummissjoni u l-EASA sabiex dawn iwettqu eżami tal-iżviluppi mill-aħħar żjara fi Frar 2014. L-erba' kumpaniji tal-ajru ġew iċċertifikati mill-ġdid f'konformità mal-approċċ f'ħames fażijiet u l-CAAN qed twettaq sorveljanza regolari. L-iżvilupp ta' sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza u l-kultura tas-sikurezza f'dawn il-kumpaniji tal-ajru tinsab fi stadji differenti ta' maturità u għalkemm xi wħud minnhom huma b'mod ċar aktar avvanzati minn oħrajn, l-ebda kumpanija tal-ajru attwalment ma tissodisfa l-istandards internazzjonali applikabbli tas-sikurezza. |
|
(85) |
Il-CAAN forniet ukoll informazzjoni li kienu ġew iċċertifikati żewġ kumpaniji tal-ajru ġodda. Is-Saurya Airlines kien inħarġilha AOC bin-numru 083/2014 fit-13 ta' Novembru 2014 u l-Himalaya Airlines kien inħarġilha AOC bin-numru 084/2015 fid-09 ta' Marzu 2015. Madankollu, il-CAAN ma setax iforni evidenza li turi li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(86) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex tinkludi s-Saurya Airlines u l-Himalaya Airlines fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
Kumpaniji tal-ajru mill-Filippini
|
(87) |
Il-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri komplew jimmonitorjaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Filippini u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq kumpaniji tal-ajru Filippini b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(88) |
Qabel il-laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Filippini (“CAAP”) forniet ċertu informazzjoni teknika lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sorveljanza tagħha tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Filippini. L-informazzjoni mogħtija inkludiet li bħalissa hemm 38 persuna li għandhom l-AOC attiva fil-Filippini. It-tim ta' ġestjoni tal-CAAP li sa issa kien ikkontribwixxa għat-titjib pożittiv fl-Avjazzjoni Ċivili Filippina għadu fis-seħħ u għadu impenjat għall-programm tiegħu ta' titjib kontinwu. Barra minn hekk, l-informazzjoni mogħtija mis-CAAP u l-analiżi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-inċidenti u l-aċċidenti ma tindikax li hemm xejriet inkwetanti fir-rigward ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati tal-Filippini. |
|
(89) |
Philippine Airlines, Air Philippines' Corporation u Cebu Pacific Air kienu soġġetti għal ispezzjonijiet SAFA tar-rampi fl-imgħoddi riċenti. Ir-rapporti jindikaw li ma hemmx xejriet avversi marbuta ma' dawn l-ispezzjonijiet tas-SAFA fir-rampa. |
|
(90) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Filippini. |
|
(91) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru mill-Filippini mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa
|
(92) |
Il-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri komplew jagħmlu monitoraġġ mill-qrib tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Federazzjoni Russa u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq ċerti kumpaniji tal-ajru Russi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(93) |
Fit-23 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EASA u ta' Stat Membru, iltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Aġenzija Federali tat-Trasport tal-Ajru Russa (“FATA”). L-għan ta' din il-laqgħa kien li jiġu riveduti l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru Russi waqt l-ispezzjonijiet SAFA tar-rampi għall-perjodu bejn l-20 ta' Settembru 2014 u d-19 ta' Ottubru 2015 u li jidentifikaw każijiet li jeħtieġu attenzjoni speċifika. |
|
(94) |
Matul din il-laqgħa, il-Kummissjoni indikat in-nuqqas ta' analiżi xierqa tal-kawżi ewlenin minn xi operaturi bi proporzjon SAFA ta' tnejn (2) jew ogħla. FATA ddikjarat li s-sejbiet imqajma matul l-ispezzjonijiet SAFA qed jiġu analizzati regolarment u li l-effettività tal-azzjoni korrettiva tal-operaturi tiġi sorveljata kostantement. Il-FATA impenjat ruħha li ssegwi dawk il-każijiet fejn in-nuqqasijiet ta' konformità għadhom ma ġewx rettifikati sew u li jipprovdu lill-Kummissjoni b'aġġornamenti dwar l-istatus ta' dawk il-każijiet. Barra minn hekk, il-FATA forniet aġġornament dwar l-iktarkażijiet reċenti ta' sospensjoni u ta' revoka ta' AOCs ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għas-sorveljanza tagħha. |
|
(95) |
Mill-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż li l-awtoritajiet Russi tal-avjazzjoni jew il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Federazzjoni Russa ma għandhomx għalfejn jidhru quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. Madankollu, ġie maqbul li l-laqgħat regolari ta' esperti tas-sikurezza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Russi, mill-inqas darba qabel kull laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, għandhom jitkomplew. |
|
(96) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa. |
|
(97) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru tal-Federazzjoni Russa mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(98) |
Jekk dawn l-ispezzjonijiet jindikaw riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni kontra l-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Kumpaniji tal-ajru mis-Sudan
|
(99) |
L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sudan (“SCAA”) żammet kuntatti regolari mal-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru li ġew irreġistrati fis-Sudan. L-attivitajiet tas-sorveljanza tal-SCAA tjiebu fir-rigward ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru. Għalkemm l-SCAA kien ikkonferma r-rieda tiegħu li jirċievi żjara ta' valutazzjoni fuq il-post f'Ottubru 2015, sussegwentement talab li ż-żjara tiġi posposta sal-bidu tal-2016, sabiex l-SCAA u l-kumpaniji tal-ajru jkollhom aktar żmien biex jimplimentaw l-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(100) |
Se titwettaq missjoni ta' valutazzjoni tas-sikurezza biex jiġi identifikat jekk l-SCAA u l-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fis-Sudan jissodisfawx l-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(101) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mis-Sudan. |
Kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan
|
(102) |
Wara li kkunsidrat iż-żewġ aċċidenti fatali li esperjenzat il-kumpanija tal-ajru TransAsia Airways (“TNA”) fl-aħħar 18-il xahar, il-Kummissjoni daħlet f'konsultazzjonijiet formali mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tajwan (“CAA”) skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006. Is-CAA u l-kumpanija tal-ajru TNA kienu, f'dan il-kuntest, mistiedna għal laqgħa teknika fi Brussell fid-19 ta' Ottubru 2015 mal-Kummissjoni u l-EASA sabiex jiddiskutu s-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza stabbilita mis-CAA kif ukoll il-prestazzjoni tas-sikurezza ta' TNA. |
|
(103) |
Matul dik il-laqgħa, is-CAA nnotifikat li s-sistema tagħha ta' sorveljanza tas-sikurezza hija mibnija fuq l-istandards u l-prattiki rakkomandati tal-ICAO, u billi għamlet referenza għat-tmien (8) elementi kritiċi tal-ICAO, spjegat kif twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha ta' sorveljanza tas-sikurezza. Is-CAA tat f'aktar dettall l-azzjonijiet imnedija wara l-inċidenti u l-aċċidenti li jinvolvu lill-kumpanija tal-ajru TNA matul l-aħħar sentejn. F'konformità mar-regolamenti Tajwaniżi, is-CAA iffriżat ukoll il-livell ta' operazzjonijiet bl-ajru mwettaq mill-kumpanija tal-ajru TNA għal perjodu ta' sena mid-data tat-tieni inċident. Fl-aħħar nett, is-CAA enfasizzat l-impenn tagħha li timplimenta l-Anness 19 tal-ICAO u ħabbret li sal-aħħar tal-2017 se twettaq valutazzjoni tas-Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza (SMS) fuq il-kumpaniji tal-ajru kollha li ġew iċċertifikati fit-Tajwan. |
|
(104) |
Matul l-istess laqgħa, il-kumpanija tal-ajru TNA informat lill-Kummissjoni li wara l-inċidenti fatali tal-2014 u tal-2015 hija żviluppat u implimentat Pjan ta' Azzjoni għat-Titjib tas-Sikurezza tat-Titjiriet li jkopru l-oqsma li ġejjin: it-titjib tal-kultura korporattiva, l-inġinerija tal-organizzazzjonijiet, l-implimentazzjoni tal-SMS, it-taħriġ u l-kejl. Huwa rrapporta li fl-2015 saru tibdiliet sinifikanti fl-organizzazzjoni tal-kumpanija tal-ajru, inkluż il-wasla ta' persuni ġodda fil-maniġment għoli tal-kumpanija tal-ajru, it-twaqqif ta' dipartiment tal-assigurazzjoni tal-kwalità, l-istabbiliment ta' kumitat għas-sikurezza tat-titjir għat-tfassil ta' politika tas-sikurezza u t-tiġdid tal-flotta, biex l-età medja tal-flotta tkun ta' erba' snin fl-2016. Ittieħdu wkoll azzjonijiet speċifiċi biex jitjieb it-taħriġ tal-ekwipaġġi tat-titjir. Minbarra l-attivatjiet tas-sorveljanza li twettqu mis-CAA, fl-2015 twettqu żjarat ta' valutazzjoni mill-ATR u mill-Fondazzjoni tas-Sikurezza tat-Titjir bl-assistenza ta' Airbus u ta' Bureau Veritas. Iż-żewġ żjarat ta' valutazzjoni fuq il-post wasslu għal serje ta' rakkomandazzjonijiet li ġew indirizzati bi pjan ta' azzjoni korrettiv żviluppat sussegwentament mill-kumpanija tal-ajru TNA. |
|
(105) |
Fl-aħħar tal-laqgħa, is-CAA kkonkludiet billi tenniet li l-aspetti kollha tas-settur tal-avjazzjoni fit-Tajwan huma konformi mal-istandards internazzjonali stipulati mill-ICAO u impenjat ruħha li tkompli tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpanija tal-ajru TNA u tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva u preventiva. |
|
(106) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, ġie vvalutat li ma kienx meħtieġ li s-CAA u l-kumpanija tal-ajru TNA jidhru quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru u li mhija meħtieġa l-ebda projbizzjoni operattiva fuq il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan. Madankollu, is-CAA u l-kumpanija tal-ajru TNA qablu li jissoktaw konsultazzjonijiet tekniċi sabiex jippermettu lill-Kummissjoni li ssegwi l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettivi u preventivi rispettivi u biex jippermettu li kwistjonijiet relatati mas-sikurezzà jistgħu jiġu diskussi fuq bażi kontinwa. |
|
(107) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan. |
|
(108) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fit-Tajwan skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja
|
(109) |
Permezz ta' ittra tal-14 ta' Ottubru 2015, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tajlandja (“CAA tat-Tajlandja”) ipprovdiet informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi li jindirizzaw is-SSC tal-ICAO u sejbiet oħra magħmula mill-ICAO u l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni. Ġie nnutat li l-Gvern tat-Tajlandja rnexxielu jorganizza mill-ġdid dak li kien id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili f'CAA tat-Tajlandja awtonoma f'temp ta' ftit xhur. Is-CAA tat-Tajlandja rreklutat speċjalisti tekniċi ġodda kif ukoll persunal addizjonali ta' spezzjoni u tinsab fil-proċess li tkompli ssaħħaħ il-forza tax-xogħol tagħha. |
|
(110) |
Mid-9 sat-12 ta' Novembru 2015, l-EASA wettqet żjara fit-Tajlandja, inkluż lis-CAA tat-Tajlandja, biex teżamina n-nuqqas ta' konformità identifikat mill-ICAO, fid-dawl tal-applikazzjonijiet TCO minn żewġ kumpaniji tal-ajru Tajlandiżi. L-osservazzjonijiet magħmula mill-EASA huma konsistenti mas-sejbiet tal-ICAO. L-EASA sabet CAA tat-Tajlandja kemxejn dgħajfa u mgħobbija wisq bix-xogħol, iżda nnutat ukoll żviluppi inkoraġġanti. Żviluppi oħra jeħtieġu l-appoġġ politiku u perjodu ta' żmien realistiku u twil biżżejjed biex jiġu implimentati azzjonijiet korrettivi b'mod sostenibbli. |
|
(111) |
Fuq talba tal-Gvern tat-Tajlandja, ġiet organizzata laqgħa teknika fit-23 ta' Novembru 2015, li għaliha attendew il-Kummissjoni, l-EASA, uffiċjali ta' livell għoli tal-gvern Tajlandiż, uffiċjali mis-CAA tat-Tajlandja u rappreżentanti tal-kumpanija tal-ajru Thai Airways International. L-informazzjoni mogħtija matul dik il-laqgħa dwar it-titjib tas-sistema tal-avjazzjoni ċivili Tajlandiża kienet meqjusa sinifikanti wkoll għall-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. |
|
(112) |
Għaldaqstant, id-delegazzjoni Tajlandiża ġie mistieden għal smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru fil-25 ta' Novembru. Is-CAA tat-Tajlandja ppreżentat it-titjib organizzazzjonali u l-pjanijiet ta' azzjoni fuq terminu ta' żmien qasir, medju u twil li gġandu jirrettifika s-sejbiet tal-ICAO u jsolvi l-SSC. F'dak li għandu x'jaqsam mal-iskedi ta' żmien, is-CAA tat-Tajlandja spjegat li huwa meqjus aktar importanti li jkun hemm kwalità għolja fis-sistema tas-sikurezza tal-avjazzjoni milli li jkunu stabbiliti skadenzi li ma jkunx realistiku li jintlaħqu. Is-CAA tat-Tajlandja beħsiebha timplimenta r-regolamenti tas-sikurezza tal-avjazzjoni Ewropea u qed tagħmel kuntratti mal-EASA u msieħba oħra Ewropej għall-appoġġ ta' din l-implimentazzjoni. Thai Airways ippreżentat dwar l-iżvilupp tal-kumpanija tal-ajru u l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali tas-sikurezza u l-ġestjoni tas-sikurezza fl-operazzjonijiet tagħha. |
|
(113) |
Għalkemm l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza huwa f'livell baxx, kif jidher mir-riżultati tal-verifika tal-ICAO fi Frar 2015, il-gvern u s-CAA tat-Tajlandja juru impenn ċar biex itejbu s-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza fit-Tajlandja u taw evidenza li turi li fi żmien qasir diġà inkiseb progress rilevanti. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza fuq il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja ma tappoġġax deċiżjoni li tkun imposta projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi. Biex tkun monitorjata s-sitwazzjoni, se jibqgħu jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tat-Tajlandja b'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. |
|
(114) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005,ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja. |
|
(115) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fit-Tajlandja skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(116) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Kumpaniji tal-ajru miż-Żambja
|
(117) |
Fl-4 ta' Settembru 2015, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja (“ZCAA”) aġġornat lill-Kummissjoni dwar ix-xogħol marbut mal-pjan ta' azzjoni Żambjan tas-sikurezza. Dan l-aġġornament juri li sar progress tajjeb. Madankollu, ċerti azzjonijiet għadhom fl-istadji finali tagħhom u għadhom ma tlestewx kompletament. Bi qbil reċiproku bejn il-Kummissjoni u ż-ZCAA, ġie deċiż li ż-żjara ta' valutazzjoni tal-UE tiġi posposta għall-bidu tal-2016. |
|
(118) |
Iż-ZCAA mistennija li tkompli taħdem fuq l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel iktar preparazzjonijiet għal żjara ta' valutazzjoni fuq il-post fil-bidu tal-2016 biex tivverifika l-implimentazzjoni ta' dawk l-istandards fiż-Żambja. |
|
(119) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru miż-Żambja. |
|
(120) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat skont dan, |
|
(121) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness A jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness A ta' dan ir-Regolament; |
|
(2) |
L-Anness B jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness B ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2015
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tal-It-Tlieta, 29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).
ANNESS A
LISTA TA' TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA PROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B'XI EĊĊEZZJONIJIET (1)
|
Isem l-entità ġuridika tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti) |
In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) jew in-Numru tal-Liċenzja tal-Operat |
In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru |
Stat tal-Operatur |
|
BLUE WING AIRLINES |
SRBWA-01/2002 |
BWI |
Is-Suriname |
|
IRAQI AIRWAYS |
001 |
IAW |
L-Iraq |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
ARIANA AFGHAN AIRLINES |
AOC 009 |
AFG |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
KAM AIR |
AOC 001 |
KMF |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
PAMIR AIRLINES |
Mhux magħruf |
PIR |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
SAFI AIRWAYS |
AOC 181 |
SFW |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' TAAG Angola Airlines li ddaħħal fl-Anness B, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AEROJET |
AO 008-01/11 |
TEJ |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR GICANGO |
009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR JET |
AO 006-01/11-MBC |
MBC |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR NAVE |
017 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR26 |
AO 003-01/11-DCD |
DCD |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
ANGOLA AIR SERVICES |
006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
DIEXIM |
007 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
FLY540 |
AO 004-01 FLYA |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
GIRA GLOBO |
008 |
GGL |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
HELIANG |
010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
HELIMALONGO |
AO 005-01/11 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
MAVEWA |
016 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
SONAIR |
AO 002-01/10-SOR |
SOR |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Benin responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
AERO BENIN |
PEA Nru 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS |
AEB |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
AFRICA AIRWAYS |
Mhux magħruf |
AFF |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
ALAFIA JET |
PEA Nru 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
BENIN GOLF AIR |
PEA Nru 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS. |
BGL |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
BENIN LITTORAL AIRWAYS |
PEA Nru 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS. |
LTL |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
COTAIR |
PEA Nru 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS. |
COB |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
ROYAL AIR |
PEA Nru 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS |
BNR |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
TRANS AIR BENIN |
PEA Nru 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS |
TNB |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
AERO SERVICE |
RAC06-002 |
RSR |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
CANADIAN AIRWAYS CONGO |
RAC06-012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
EMERAUDE |
RAC06-008 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
EQUAFLIGHT SERVICES |
RAC 06-003 |
EKA |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
EQUAJET |
RAC06-007 |
EKJ |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A. |
RAC 06-014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
MISTRAL AVIATION |
RAC06-011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
TRANS AIR CONGO |
RAC 06-001 |
TSG |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AIR FAST CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/0112/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AIR KASAI |
409/CAB/MIN/TVC/0053/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AIR KATANGA |
409/CAB/MIN/TVC/0056/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AIR TROPIQUES |
409/CAB/MIN/TVC/00625/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
BLUE AIRLINES |
106/CAB/MIN/TVC/2012 |
BUL |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
BLUE SKY |
409/CAB/MIN/TVC/0028/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
BUSY BEE CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/0064/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA) |
409/CAB/MIN/TVC/0050/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
CONGO AIRWAYS |
019/CAB/MIN/TVC/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
DAKOTA SPRL |
409/CAB/MIN/TVC/071/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
DOREN AIR CONGO |
102/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
GOMAIR |
409/CAB/MIN/TVC/011/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
KIN AVIA |
409/CAB/MIN/TVC/0059/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
KORONGO AIRLINES |
409/CAB/MIN/TVC/001/2011 |
KGO |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
MALU AVIATION |
098/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
MANGO AIRLINES |
409/CAB/MIN/TVC/009/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
SERVE AIR |
004/CAB/MIN/TVC/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
SERVICES AIR |
103/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
SWALA AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/0084/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
TRANSAIR CARGO SERVICES |
409/CAB/MIN/TVC/073/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
WILL AIRLIFT |
409/CAB/MIN/TVC/0247/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Djibouti |
|
DAALLO AIRLINES |
Mhux magħruf |
DAO |
Il-Djibouti |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
CEIBA INTERCONTINENTAL |
2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS |
CEL |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
CRONOS AIRLINES |
2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
PUNTO AZUL |
2012/0006/MTTCT/DGAC/SOPS |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
TANGO AIRWAYS |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
L-Eritrea |
|
ERITREAN AIRLINES |
AOC Nru 004 |
ERT |
L-Eritrea |
|
NASAIR ERITREA |
AOC Nru 005 |
NAS |
L-Eritrea |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Afrijet u SN2AG li ddaħħlu fl-Anness B, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
AFRIC AVIATION |
010/MTAC/ANAC-G/DSA |
EKG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
ALLEGIANCE AIR TOURIST |
007/MTAC/ANAC-G/DSA |
LGE |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
NATIONALE REGIONALE TRANSPORT (N.R.T) |
008/MTAC/ANAC-G/DSA |
NRG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
SKY GABON |
009/MTAC/ANAC-G/DSA |
SKG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
SOLENTA AVIATION GABON |
006/MTAC/ANAC-G/DSA |
SVG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
TROPICAL AIR-GABON |
011/MTAC/ANAC-G/DSA |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Ekspres Transportasi Antarbenua u Indonesia Air Asia, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AIR BORN INDONESIA |
135-055 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AIR PACIFIC UTAMA |
135-020 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ALDA TRANS PAPUA |
135-056 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ALFA TRANS DIRGANTATA |
135-012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ANGKASA SUPER SERVICES |
135-050 |
LBZ |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ASI PUDJIASTUTI |
135-028 |
SQS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AVIASTAR MANDIRI |
121-043 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AVIASTAR MANDIRI |
135-029 |
VIT |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
BATIK AIR |
121-050 |
BTK |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
CITILINK INDONESIA |
121-046 |
CTV |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DABI AIR NUSANTARA |
135-030 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DERAYA AIR TAXI |
135-013 |
DRY |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DERAZONA AIR SERVICE |
135-010 |
DRZ |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DIRGANTARA AIR SERVICE |
135-014 |
DIR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
EASTINDO |
135-038 |
ESD |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ELANG LINTAS INDONESIA |
135-052 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ELANG NUSANTARA AIR |
135-053 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ENGGANG AIR SERVICE |
135-045 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ERSA EASTERN AVIATION |
135-047 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
GATARI AIR SERVICE |
135-018 |
GHS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
HEAVY LIFT |
135-042 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
INDONESIA AIR ASIA EXTRA |
121-054 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
INDONESIA AIR TRANSPORT |
121-034 |
IDA |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
INTAN ANGKASA AIR SERVICE |
135-019 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
JAYAWIJAYA DIRGANTARA |
121-044 |
JWD |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
JOHNLIN AIR TRANSPORT |
135-043 |
JLB |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KAL STAR |
121-037 |
KLS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KARTIKA AIRLINES |
121-003 |
KAE |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KOMALA INDONESIA |
135-051 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KURA-KURA AVIATION |
135-016 |
KUR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
LION MENTARI AIRLINES |
121-010 |
LNI |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MARTABUANA ABADION |
135-049 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MATTHEW AIR NUSANTARA |
135-048 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MIMIKA AIR |
135-007 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MY INDO AIRLINES |
121-042 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NAM AIR |
121-058 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NATIONAL UTILITY HELICOPTER |
135-011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NUSANTARA AIR CHARTER |
121-022 |
SJK |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PEGASUS AIR SERVICES |
135-036 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PELITA AIR SERVICE |
121-008 |
PAS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA |
135-026 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PURA WISATA BARUNA |
135-025 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
RIAU AIRLINES |
121-016 |
RIU |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SAYAP GARUDA INDAH |
135-004 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SMAC |
135-015 |
SMC |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SRIWIJAYA AIR |
121-035 |
SJY |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SURYA AIR |
135-046 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRANSNUSA AVIATION MANDIRI |
121-048 |
TNU |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRANSWISATA PRIMA AVIATION |
135-021 |
TWT |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE |
121-038 |
XAR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRAVIRA UTAMA |
135-009 |
TVV |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRI MG INTRA ASIA AIRLINES |
121-018 |
TMG |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRIGANA AIR SERVICE |
121-006 |
TGN |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
UNINDO |
135-040 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
WESTSTAR AVIATION INDONESIA |
135-059 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
WING ABADI AIRLINES |
121-012 |
WON |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Każakistan responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċezzjoni tal-Air Astana, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
AIR ALMATY |
AK-0483-13 |
LMY |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
ATMA AIRLINES |
AK-0469-12 |
AMA |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
AVIA-JAYNAR/AVIA-ZHAYNAR |
AK-0467-12 |
SAP |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
BEK AIR |
AK-0463-12 |
BEK |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
BEYBARS AIRCOMPANY |
AK-0473-13 |
BBS |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
BURUNDAYAVIA AIRLINES |
KZ-01/001 |
BRY |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
COMLUX-KZ |
KZ-01/002 |
KAZ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
EAST WING |
KZ-01/007 |
EWZ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
EURO-ASIA AIR |
AK-0472-13 |
EAK |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
FLY JET KZ |
AK-0477-13 |
FJK |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
INVESTAVIA |
AK-0479-13 |
TLG |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
IRTYSH AIR |
AK-0468-13 |
MZA |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
JET AIRLINES |
KZ-01/003 |
SOZ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
KAZAIR JET |
AK-0474-13 |
KEJ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
KAZAIRTRANS AIRLINE |
AK-0466-12 |
KUY |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
KAZAVIASPAS |
AK-0484-13 |
KZS |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
PRIME AVIATION |
AK-0478-13 |
PKZ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
SCAT |
KZ-01/004 |
VSV |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
ZHETYSU AIRCOMPANY |
AK-0470-12 |
JTU |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AIR BISHKEK (li qabel kien l-EASTOK AVIA) |
15 |
EAA |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AIR MANAS |
17 |
MBB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AVIA TRAFFIC COMPANY |
23 |
AVJ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS) |
13 |
CBK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
HELI SKY |
47 |
HAC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AIR KYRGYZSTAN |
03 |
LYN |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
MANAS AIRWAYS |
42 |
BAM |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
S GROUP INTERNATIONAL (li qabel kien l-S GROUP AVIATION) |
45 |
IND |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
SKY BISHKEK |
43 |
BIS |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
SKY KG AIRLINES |
41 |
KGK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
SKY WAY AIR |
39 |
SAB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
TEZ JET |
46 |
TEZ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
VALOR AIR |
07 |
VAC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja. |
|
|
Il-Liberja |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Il-Libja |
|
AFRIQIYAH AIRWAYS |
007/01 |
AAW |
Il-Libja |
|
AIR LIBYA |
004/01 |
TLR |
Il-Libja |
|
BURAQ AIR |
002/01 |
BRQ |
Il-Libja |
|
GHADAMES AIR TRANSPORT |
012/05 |
GHT |
Il-Libja |
|
GLOBAL AVIATION AND SERVICES |
008/05 |
GAK |
Il-Libja |
|
LIBYAN AIRLINES |
001/01 |
LAA |
Il-Libja |
|
PETRO AIR |
025/08 |
PEO |
Il-Libja |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Mozambique responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
AMBASSADOR LDA |
MOZ-21 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
CFM — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA |
MOZ-07 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
COA — COASTAL AVIATION |
MOZ-15 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
CPY — CROPSPRAYERS |
MOZ-06 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
CRA — CR AVIATION LDA |
MOZ-14 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
ETA — EMPRESA DE TRANSPORTES AÉREOS LDA |
MOZ-04 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
EVERETT AVIATION LDA |
MOZ-18 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
HCP — HELICÓPTEROS CAPITAL LDA |
MOZ-11 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
INAER AVIATION MOZAMBIQUE LDA |
MOZ-19 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
KAY — KAYA AIRLINES, LDA |
MOZ-09 |
KYY |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
LAM — LINHAS AÉREAS DE MOÇAMBIQUE S.A. |
MOZ-01 |
LAM |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
MAKOND, LDA |
MOZ-20 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
MEX — MOÇAMBIQUE EXPRESSO, SARL MEX |
MOZ-02 |
MXE |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
OHI — OMNI HELICÓPTEROS INTERNATIONAL LDA |
MOZ-17 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
SAF — SAFARI AIR LDA |
MOZ-12 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
SAM — SOLENTA AVIATION MOZAMBIQUE, SA |
MOZ-10 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
TTA — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA |
MOZ-16 |
TTA |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
AIR DYNASTY HELI. S. |
035/2001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
AIR KASTHAMANDAP |
051/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
BUDDHA AIR |
014/1996 |
BHA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
FISHTAIL AIR |
017/2001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
GOMA AIR |
064/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
HIMALAYA AIRLINES |
084/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
MAKALU AIR |
057A/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
MANANG AIR PVT LTD |
082/2014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
MOUNTAIN HELICOPTERS |
055/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
MUKTINATH AIRLINES |
081/2013 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
NEPAL AIRLINES CORPORATION |
003/2000 |
RNA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
SAURYA AIRLINES |
083/2014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
SHREE AIRLINES |
030/2002 |
SHA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
SIMRIK AIR |
034/2000 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
SIMRIK AIRLINES |
052/2009 |
RMK |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
SITA AIR |
033/2000 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
TARA AIR |
053/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
YETI AIRLINES DOMESTIC |
037/2004 |
NYT |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
São Tomé u Príncipe |
|
AFRICA'S CONNECTION |
10/AOC/2008 |
ACH |
São Tomé u Príncipe |
|
STP AIRWAYS |
03/AOC/2006 |
STP |
São Tomé u Príncipe |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Sierra Leone |
|
AIR RUM, LTD |
MHUX MAGĦRUF |
RUM |
Sierra Leone |
|
DESTINY AIR SERVICES, LTD |
MHUX MAGĦRUF |
DTY |
Sierra Leone |
|
HEAVYLIFT CARGO |
MHUX MAGĦRUF |
Mhux magħruf |
Sierra Leone |
|
ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD |
MHUX MAGĦRUF |
ORJ |
Sierra Leone |
|
PARAMOUNT AIRLINES, LTD |
MHUX MAGĦRUF |
PRR |
Sierra Leone |
|
SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD |
MHUX MAGĦRUF |
SVT |
Sierra Leone |
|
TEEBAH AIRWAYS |
MHUX MAGĦRUF |
Mhux magħruf |
Sierra Leone |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ALFA AIRLINES |
54 |
AAJ |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ALMAJAL AVIATION SERVICE |
15 |
MGG |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
BADR AIRLINES |
35 |
BDR |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
BENTIU AIR TRANSPORT |
29 |
BNT |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
BLUE BIRD AVIATION |
11 |
BLB |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
DOVE AIRLINES |
52 |
DOV |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ELIDINER AVIATION |
8 |
DND |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
FOURTY EIGHT AVIATION |
53 |
WHB |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
GREEN FLAG AVIATION |
17 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
HELEJETIC AIR |
57 |
HJT |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
KATA AIR TRANSPORT |
9 |
KTV |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
KUSH AVIATION |
60 |
KUH |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
MARSLAND COMPANY |
40 |
MSL |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
MID AIRLINES |
25 |
NYL |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
NOVA AIRLINES |
46 |
NOV |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
SUDAN AIRWAYS |
1 |
SUD |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
SUN AIR COMPANY |
51 |
SNR |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
TARCO AIRLINES |
56 |
TRQ |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet taż-Żambja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Iż-Żambja |
|
ZAMBEZI AIRLINES |
Z/AOC/001/2009 |
ZMA |
Iż-Żambja |
(1) It-trasportaturi tal-ajru mniżżla fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhux soġġett għal projbizzjoni tal-operat, diment li jkunu konformi mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.
ANNESS B
LISTA TA' TRASPORTATURI TAL-AJRU SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERAZZJONALI FL-UNJONI (1)
|
Isem l-entità ġuridika tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti) |
In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) |
In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru |
Stat tal-Operatur |
It-tip ta' inġenju tal-ajru ristrett |
Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru li jkollu restrizzjoni |
Stat tar-reġistrazzjoni |
||||||||||||||||||||||||
|
TAAG ANGOLA AIRLINES |
001 |
DTA |
Ir-Repubblika tal-Angola |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': 6 inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777 u 4 inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737-700. |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': D2-TED, D2-TEE, D2-TEF, D2-TEG, D2-TEH, D2-TEI, D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH, D2-TBJ. |
Ir-Repubblika tal-Angola |
||||||||||||||||||||||||
|
AIR SERVICE COMORES |
06-819/TA-15/DGACM |
KMD |
Il-Comoros |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': LET 410 UVP. |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': D6-CAM (851336). |
Il-Comoros |
||||||||||||||||||||||||
|
AFRIJET BUSINESS SERVICE (2) |
002/MTAC/ANAC-G/DSA |
ABS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, u 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900. |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR. |
Ir-Repubblika Gaboniża |
||||||||||||||||||||||||
|
NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG) |
003/MTAC/ANAC-G/DSA |
NVS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Challenger CL-601, inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip HS-125-800. |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': TR-AAG, ZS-AFG. |
Ir-Repubblika Gaboniża; Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel |
||||||||||||||||||||||||
|
IRAN AIR (3) |
FS100 |
IRA |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': 10 inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A300 u 2 inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A310. |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta':
|
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
||||||||||||||||||||||||
|
AIR KORYO |
GAC-AOC/KOR-01 |
KOR |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU-204. |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': P-632, P-633. |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea |
||||||||||||||||||||||||
|
AIR MADAGASCAR |
5R-M01/2009 |
MDG |
Il-Madagascar |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737, inġenji tal-ajru tat-tip ATR 72/42 u 3 inġenji tal-ajru tat-tip DHC 6-300. |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': inġenji tal-ajru mill-flotta tat-tip Boeing B737 kif jissemma fl-AOC, inġenji tal-ajru mill-flotta tat-tip ATR 72/42 kif jissemma fl-AOC; 5R-MGC, 5R-MGD, 5R-MGF. |
Ir-Repubblika tal-Madagascar |
(1) It-trasportaturi tal-ajru mniżżla fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhux soġġett għal projbizzjoni tal-operat, diment li jkunu konformi mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.
(2) L-Afrijet jitħalla juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-livell attwali ta' operazzjonijiet tiegħu fl-Unjoni.
(3) L-Iran Air jista' jopera lejn l-Unjoni bl-inġenji tal-ajru speċifiċi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Premessa (69) tar-Regolament (UE) Nru 590/2010, ĠU L 170, 6.7.2010, p. 15.