|
29.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/25 |
LINJA GWIDA (UE) 2022/688 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ April 2022
li temenda l-Linja Gwida 2013/47/UE dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2012/27) (BĊE/2022/20)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida (UE) 2021/1759 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/30) (1), li emendat ir-regoli fil-Linja Gwida 2013/47/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2012/27) (2) li japplikaw għal kuntratti konklużi ma’ fornituri tas-servizzi tan-netwerk T2S minħabba l-implimentazzjoni tal-Proġett ta’ Konsolidazzjoni T2-T2S. Ir-regoli emendati introdotti mil-Linja Gwida (UE) 2021/1759 (BĊE/2021/30) japplikaw mit-13 ta’ Ġunju 2022. |
|
(2) |
Minħabba l-isforzi mhux mistennija meħtieġa biex tiġi stabbilita u stabbilizzata l-konnettività l-ġdida mal-Portal tal-Infrastruttura tas-Suq Uniku tal-Eurosistema, l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli emendati għandha tiġi differita għal perjodu ta’ tliet ġimgħat, sabiex japplikaw mill-4 ta’ Lulju 2022. |
|
(3) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27) għandha tiġi emendata f’dan is-sens. |
|
(4) |
Sabiex jingħata biżżejjed żmien lill-banek ċentrali biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida, din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika u għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 34b ġdid li ġej jiddaħħal fl-Anness IIA tal-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27):
“Artikolu 34b
Applikazzjoni differita tal-emendi introdotti mill-paragrafi 1(c), 7 u 9 tal-Anness II tal-Linja Gwida (UE) 2021/1759 (BĊE/2021/30)
Il-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu u jiġu applikati mit-13 ta’ Ġunju 2022 skont l-Artikolu 2(2) tal-Linja Gwida (UE) 2021/1759 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/30) (*1) għandhom jiġu applikati mill-4 ta’ Lulju 2022.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida (UE) 2021/1759 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Lulju 2021 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2021/30) (ĠU L 354, 6.10.2021, p. 45).
(2) Linja Gwida 2013/47/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2012/27) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).