European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1311

8.5.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1311

tat-3 ta’ Mejju 2024

li jirreġistra isem fir-reġistru tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tax-xorb spirituż (“Trenčianska borovička ‘JUNIPERUS’/Trenčianska borovička ‘JUNIPERIERS’ — TRENČÍN DISTILLERY”)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 26(2), tar-Regolament (UE) 2019/787, it-talba tas-Slovakkja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Trenčianska borovička ‘JUNIPERUS’/Trenčianska borovička ‘JUNIPERIERS’ — TRENČÍN DISTILLERY” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) .

(2)

Il-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-isem “Trenčianska borovička ‘JUNIPERUS’/Trenčianska borovička ‘JUNIPERIERS’ — TRENČÍN DISTILLERY” jiġi rreġistrat bħala Indikazzjoni Ġeografika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Indikazzjoni Ġeografika “Trenčianska borovička ‘JUNIPERUS’/Trenčianska borovička ‘JUNIPERIERS’ — TRENČÍN DISTILLERY” hi b’dan irreġistrata. F’konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) 2019/787, dan ir-Regolament jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/787 lill-Indikazzjoni Ġeografika “Trenčianska borovička ‘JUNIPERUS’/Trenčianska borovička ‘JUNIPERIERS’ — TRENČÍN DISTILLERY”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2024.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/787/oj.

(2)   ĠU C, C/2023/1632, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1632/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1311/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)