Brussell, 19.11.2024

COM(2024) 538 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar il-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju fl-2023

{SWD(2024) 264 final}


Werrej

1.    Introduzzjoni    

2.    Is-sitwazzjoni attwali dwar l-EU ETS    

2.1.    Kamp ta’ applikazzjoni u kopertura    

2.2.    ETS 2 - is-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali    

2.3.    Fond Soċjali għall-Klima    

3.    Limitu massimu fuq l-emissjonijiet    

4.    Irkantar ta’ kwoti    

5.    Allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti    

5.1.    Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri    

5.2.    Riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-oġġetti prodotti mis-setturi tas-CBAM fl-UE għall-esportazzjoni    

6.    Is-suq tal-karbonju tal-UE    

6.1.    Bilanċ bejn il-provvista u d-domanda    

6.2.    Kanċellazzjoni volontarja    

6.3.    Is-sorveljanza tas-suq    

7.    Xejriet tal-emissjonijiet    

8.    Dħul mill-EU ETS    

8.1.    Għajnuna għall-kostijiet indiretti    

8.2.    Fond għall-Innovazzjoni tal-ETS    

8.3.    Fond għall-Modernizzazzjoni tal-ETS    

8.4.    Fond ta’ Dekarbonizzazzjoni tal-ETS għall-Greċja    

9.    Avjazzjoni    

10.    It-trasport marittimu    

11.    Qafas ta’ implimentazzjoni tal-EU ETS    

11.1.    Monitoraġġ u rapportar ta’ emissjonijiet    

11.2.    Verifika u Akkreditazzjoni    

11.3.    Dokumenti ta’ gwida    

11.4.    Awtoritajiet nazzjonali kompetenti    

11.5.    Konformità mal-EU ETS    

12.    L-EU ETS fil-kuntest tal-governanza tal-klima u l-enerġija tal-UE    

13.    Konnessjoni bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera    

14.    Sommarju    



1.Introduzzjoni 

Is-Sistema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS, European Union’s Emissions Trading System) hija pedament tal-politika tagħha dwar il-klima, imfassla biex tnaqqas l-emissjonijiet b’mod kosteffettiv. Din tistabbilixxi limitu massimu u prezz fuq l-emissjonijiet mis-setturi tal-enerġija, tal-industrija, tat-trasport marittimu u tal-avjazzjoni fl-Ewropa, li jammontaw għal madwar 40 % tal-emissjonijiet totali tal-UE.

Il-limitu massimu jiżgura li l-emissjonijiet jonqsu maż-żmien u l-prezz tal-karbonju, iddeterminat mis-suq, jipprovdi inċentiv għall-kumpaniji biex inaqqsu l-emissjonijiet fejn jiswa l-inqas biex jagħmlu dan. Il-prezz tal-karbonju jiddetermina wkoll id-dħul li l-EU ETS tiġġenera għall-investiment fl-azzjoni dwar il-klima u fit-tranżizzjoni tal-enerġija.

Mit-tnedija tagħha fl-2005, l-EU ETS għenet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana u mill-produzzjoni industrijali b’47 % 1 , filwaqt li ġġenerat aktar minn EUR 200 biljun fi dħul mill-irkant.

Fl-2023, l-emissjonijiet minn dawn is-setturi raw l-ogħla tnaqqis annwali sal-lum, ta’ 16,5 % meta mqabbel mal-2022, xprunat l-aktar mill-użu aċċellerat ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tal-enerġija ffaċilitat minn sinjal stabbli u robust tal-prezz tal-karbonju.

Id-dħul totali ta’ kważi EUR 44 biljun iġġenerat mill-EU ETS fl-2023 mar primarjament għall-baġits tal-Istati Membri, iżda wkoll għall-Fondi għall-Innovazzjoni u l-Modernizzazzjoni u għall-baġit tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għall-pjan REPowerEU 2 .

Madankollu, huwa meħtieġ sforz ulterjuri, kemm biex jitnaqqsu l-emissjonijiet kif ukoll biex l-ekonomija tal-UE tiġi trasformata f’konformità mal-miri tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima 3 u mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fit-triq lejn in-newtralità klimatika sal-2050, l-UE impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. L-EU ETS ġiet riveduta fl-2023 għal dan l-għan, bħala parti mill-pakkett ta’ riformi “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. Ir-reviżjoni issa hija kompletament fis-seħħ u l-Kummissjoni u l-Istati Membri qed jaħdmu fuq l-implimentazzjoni tagħha.

Dan ir-rapport iqis il-funzjonament tal-EU ETS fl-2023 u fl-ewwel nofs tal-2024, inkluż l-implimentazzjoni tar-reviżjoni tal-2023. Jiġbor fil-qosor il-ħidma leġiżlattiva tal-Kummissjoni, jipprovdi ħarsa ġenerali aġġornata tal-elementi ewlenin tal-qafas tas-sistema u jiġbor f’daqqa l-iżviluppi annwali bħax-xejriet tal-emissjonijiet u tad-dħul mill-irkant.

Ir-rapport huwa adottat f’konformità mal-Artikoli 10(5) u 21(2) tad-Direttiva dwar l-ETS (id-Direttiva 2003/87/KE) 4 . Huwa bbażat l-aktar fuq data mir-Reġistru tal-Unjoni, ir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-UE (EUTL, EU Transaction Log) u r-rapportar tal-Istati Membri.

Ir-rapport huwa akkumpanjat minn dokument ta’ ħidma tal-persunal (Informazzjoni teknika).

2.Is-sitwazzjoni attwali dwar l-EU ETS

Kamp ta’ applikazzjoni u kopertura

L-EU ETS tapplika fis-27 Stat Membru tal-UE flimkien mal-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, kif ukoll għall-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fl-Irlanda ta’ Fuq 5 . Minn Jannar 2020, l-EU ETS hija marbuta wkoll mas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-Iżvizzera (ETS Żvizzera).

Sal-2023, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS estenda għall-emissjonijiet minn impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana u installazzjonijiet tal-manifattura fl-Ewropa u minn operaturi tal-inġenji tal-ajru li jtiru bejn l-ajruporti fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u miż-ŻEE lejn l-Iżvizzera u lejn ir-Renju Unit.

Mill-1 ta’ Jannar 2024, anke s-sehem ġust tal-UE tal-emissjonijiet tas-CO2 (diossidu tal-karbonju) mit-trasport marittimu ġie inkluż fl-EU ETS (ara l-Kapitolu 10). L-estensjoni tal-EU ETS għat-trasport marittimu tkopri l-emissjonijiet kollha li jseħħu bejn żewġ portijiet taż-ŻEE u meta l-bastimenti jkunu fil-portijiet taż-ŻEE, u nofs biss tal-emissjonijiet minn vjaġġi li jibdew jew jintemmu barra miż-ŻEE.

Mill-1 ta’ Jannar 2024, l-installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali jridu jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet tagħhom skont l-EU ETS. Madankollu, mhumiex obbligati jċedu l-kwoti għall-emissjonijiet tagħhom. Fl-2026, il-Kummissjoni se tivvaluta l-fattibbiltà tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS għall-emissjonijiet mill-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali kif ukoll għall-emissjonijiet minn proċessi oħra tal-immaniġġjar tal-iskart, bħar-rimi f’landfill. Sadanittant, l-emissjonijiet mit-trattament tal-iskart huma soġġetti għal miri nazzjonali ta’ tnaqqis skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ir-Regolament 2018/842) 6 .

L-informazzjoni dwar l-installazzjonijiet u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-EU ETS (kif kienet fl-2023) tinsab fit-Taqsima I tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja lil dan ir-rapport.

ETS 2 - is-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali

Bħala parti mir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS, inħolqot sistema ġdida u separata għall-iskambju tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils fis-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali (ETS 2). Għalkemm se tkun sistema ta’ “limitu u skambju” bħall-EU ETS eżistenti, l-ETS 2 se tkopri l-emissjonijiet upstream. Dan ifisser li l-fornituri tal-fjuwil se jkunu meħtieġa jimmonitorjaw u jirrapportaw il-kwantitajiet ta’ fjuwils li jirrilaxxaw għall-konsum fis-setturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ETS 2, u jixtru u jċedu l-kwoti għall-emissjonijiet korrispondenti. L-entitajiet li jaqgħu taħt l-ETS 2 huma meħtieġa li jkollhom permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-1 ta’ Jannar 2025 kif ukoll pjan ta’ monitoraġġ approvat għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet annwali tagħhom. L-obbligu ta’ ċediment tal-kwoti se jibda fl-2027 (jew fl-2028 fil-każ ta’ prezzijiet eċċezzjonalment għoljin tal-gass jew taż-żejt fl-2026).

Ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u rapportar tal-entitajiet regolati tal-ETS 2 ġew stabbiliti fid-dettall fir-Regolament rivedut dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2018/2066) 7 , adottat fis-17 ta’ Ottubru 2023. Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll dokument ta’ gwida dwar ir-Regolament rivedut 8 .

Fond Soċjali għall-Klima

Il-Fond Soċjali għall-Klima (SCF, Social Climate Fund) inħoloq flimkien mal-ETS 2 9 biex jipprovdi lill-Istati Membri finanzjament biex jappoġġaw l-aktar gruppi vulnerabbli fit-tranżizzjoni ekoloġika, bħall-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew tat-trasport 10 . Il-Fond se jagħmel EUR 65 biljun disponibbli matul l-2026 u l-2032, inizjalment iffinanzjati mid-dħul assenjat esternament mill-irkantar tal-kwoti tal-ETS 2 kif ukoll mill-irkantar ta’ 50 miljun kwota mill-EU ETS eżistenti. Dan il-baġit se jitqassam fost l-Istati Membri skont koeffiċjent tal-allokazzjoni. L-Istati Membri se jonfqu r-riżorsi tagħhom tal-SCF f’konformità mal-pjanijiet soċjali nazzjonali tagħhom dwar il-klima. Inkluż il-kontribuzzjoni obbligatorja ta’ 25 % mill-Istati Membri għall-pjanijiet tagħhom, l-SCF għandu jimmobilizza mill-inqas EUR 86,7 biljun.

L-Istati Membri kollha għandhom jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2025. Il-pjanijiet għandhom jinkludu analiżi tal-effetti probabbli tal-ETS 2 fuq il-gruppi vulnerabbli. U biex jittaffew dawk l-effetti, għandhom jistabbilixxu miżuri u investimenti strutturali fl-effiċjenza enerġetika u fir-rinnovazzjoni tal-bini, fit-tisħin u t-tkessiħ nodfa u fl-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll f’soluzzjonijiet ta’ mobbiltà b’emissjonijiet żero u baxxi, inkluż it-trasport pubbliku. L-Istati Membri se jkollhom ukoll l-għażla li jonfqu parti mill-baġit tagħhom tal-SCF fuq appoġġ temporanju dirett għall-introjtu.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri qed jieħdu l-passi xierqa biex jimplimentaw l-SCF. Biex tikkollabora b’mod aktar effiċjenti, il-Kummissjoni waqqfet formazzjoni tal-SCF fil-qafas tal-grupp ta’ esperti dwar il-politika dwar it-tibdil fil-klima. Permezz ta’ dan il-grupp ta’ esperti, il-Kummissjoni nediet skambju dwar prattiki tajbin dwar il-miżuri u l-investimenti kosteffettivi li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-Fond u dwar il-konsultazzjoni pubblika tal-pjanijiet. Il-Kummissjoni qed tappoġġa wkoll direttament lil 10 Stati Membri fit-tħejjija tal-pjanijiet tagħhom permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku 11 .

B’mod parallel, il-Kummissjoni qed taħdem fuq gwida dwar kif għandu jiġi applikat il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għall-miżuri u l-investimenti ffinanzjati mill-SCF. F’konformità mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”, l-SCF jista’ jappoġġa biss miżuri u investimenti li ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament dwar it-Tassonomija (ir-Regolament 2020/852) 12 . Dawn l-objettivi huma l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, l-ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, u l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi.

L-abbozz ta’ gwida dwar il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” tressaq għal konsultazzjoni pubblika ta’ xahrejn, li damet għaddejja minn Ġunju 2024 sa Awwissu 2024 13 . Dan se jiġi adottat u ppubblikat flimkien ma’ dokument ta’ gwida ġenerali dwar l-SCF u l-pjanijiet soċjali għall-klima (gwida dwar l-SCF) mill-Kummissjoni l-ġdida. Sadanittant, il-Kummissjoni qed tagħmel segwitu għall-mistoqsijiet relatati mal-SCF mill-Istati Membri.

3.Limitu massimu fuq l-emissjonijiet

Il-limitu massimu fl-EU ETS jistabbilixxi l-volum massimu assolut ta’ emissjonijiet li l-entitajiet regolati jistgħu jarmu matul fażi ta’ skambju ta’ kwoti. Dan jikkorrispondi għall-għadd ta’ kwoti maħruġa għal dak il-perjodu, fejn kwota waħda tikkorrispondi għal tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ ekwivalenti ta’ CO2 (ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju). Il-limitu massimu jonqos kull sena sabiex jiġi żgurat li l-UE tilħaq il-mira ġenerali tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Dan jagħti wkoll ċertezza lill-kumpaniji fl-EU ETS dwar l-iskarsezza mistennija tal-provvista tal-kwoti.

Japplikaw kalkoli separati tal-limiti massimi għall-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, mill-produzzjoni industrijali u mit-trasport marittimu, u mill-avjazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS. Fl-2023, inħarġu 1 485 575 977 kwota għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana u għall-produzzjoni industrijali, filwaqt li nħarġu 26 341 779 kwota għall-avjazzjoni. It-trasport marittimu huwa inkluż fil-kalkoli tal-limitu massimu mill-2024 ’il quddiem.

Bejn l-2021 u l-2023, il-limitu massimu naqas b’rata ta’ 2,2 % fis-sena. Għall-kalkolu tal-limitu massimu għall-installazzjonijiet fis-setturi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana u tal-manifattura industrijali, dan kien ekwivalenti għal 43 003 515-il kwota fis-sena. It-tabella 1 turi l-kwantitajiet totali ta’ kwoti maħruġa għas-setturi differenti skont il-limitu massimu tal-EU ETS.

Tabella 1. Il-limitu massimu tal-EU ETS (2021–2024). Il-kalkoli tal-limiti massimi separati japplikaw għal (i) l-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, il-produzzjoni industrijali u, mill-2024 ’il quddiem, it-trasport marittimu, u (ii) l-emissjonijiet mill-avjazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS.

Sena

Kwantità totali ta’ kwoti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, għall-produzzjoni industrijali u għat-trasport marittimu

Kwantità totali ta’ kwoti għall-avjazzjoni

2021

1 571 583 007

28 306 545

2022

1 528 579 492

27 268 379

2023

1 485 575 977

26 341 779

2024

1 386 051 745

27 563 529 14

Bir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS, il-limitu massimu kumplessiv ġie stabbilit biex l-emissjonijiet jitnaqqsu bi 62 % sal-2030, meta mqabbla mal-2005. L-ewwel aġġustamenti tal-limitu massimu għal dan il-għan daħlu fis-seħħ fl-2024 u huma riflessi fid-deċiżjoni (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2023/1575) 15 adottata fis-27 ta’ Lulju 2023.

Il-limitu massimu għall-2024 tnaqqas b’90 miljun kwota u r-rata ta’ tnaqqis żdiedet għal 4,3 % fis-sena għall-perjodu 2024–2027, ekwivalenti għal 87 924 231 kwota fis-sena. Dawn l-aġġustamenti diġà jirrikonoxxu li l-emissjonijiet mit-trasport marittimu ġew inklużi fl-EU ETS mill-2024. Il-limitu massimu tal-2024 ġie kkalkulat għal 1 386 051 745 kwota.

L-illustrazzjoni 1 turi l-bidliet fil-limitu massimu fil-fażijiet kollha tal-EU ETS, inklużi l-aġġustamenti li ġejjin.

Illustrazzjoni 1. Il-limitu massimu tal-emissjonijiet fl-EU ETS meta mqabbel mal-emissjonijiet ivverifikati. L-illustrazzjoni tqis ir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS, jiġifieri l-bażi ġdida tal-limitu massimu fl-2024 u fl-2026, inkluż is-settur tat-trasport marittimu fl-EU ETS mill-2024 u l-fattur ta’ tnaqqis lineari ta’ 4,3 % fl-2024–2027 u ta’ 4,4 % mill-2028. L-avjazzjoni mhijiex inkluża. Minħabba bidliet fil-kamp ta’ applikazzjoni, iċ-ċifri tal-2005–2007 mhumiex direttament komparabbli ma’ dawk l-aktar reċenti. Mill-2021, l-EU ETS ma għadhiex tkopri l-installazzjonijiet fir-Renju Unit, iżda l-ġeneraturi tal-elettriku fl-Irlanda ta’ Fuq biss. Didaskalija: kolonni (limitu), kolonni ċari fl-2014–2016 (kwoti posposti lejn tmiem il-perjodu mill-irkanti), kolonni ċari mill-2019 (għotjiet tal-kwoti għar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq), kolonni skuri mill-2024 (estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni marittimu), linja miksura (emissjonijiet verifikati).

4.Irkantar ta’ kwoti

L-irkantar huwa l-metodu ewlieni tad-distribuzzjoni tal-kwoti fl-EU ETS, u jirrappreżenta sa 57 % tal-limitu massimu 16 . Ir-Regolament dwar l-Irkantar (ir-Regolament 1031/2010) 17 jistabbilixxi regoli biex jiġi żgurat li l-irkanti jsiru b’mod miftuħ, trasparenti, armonizzat u mhux diskriminatorju. Jispeċifika t-twaqqit, l-amministrazzjoni u aspetti oħrajn tal-irkantar tal-kwoti tal-emissjonijiet.

Fl-2023, l-irkanti komplew isiru permezz tal-European Energy Exchange AG (EEX, European Energy Exchange):

·bħala l-pjattaforma komuni tal-irkant għall-25 Stat Membru li jipparteċipaw fi proċedura ta’ akkwist konġunt;

·għall-Polonja, li għażlet li ma tipparteċipax fil-proċedura ta’ akkwist konġunt iżda li ma ħatritx il-pjattaforma tal-irkant tagħha;

·għall-Iżlanda, għal-Liechtenstein u għan-Norveġja, wara li l-Ftehim taż-ŻEE ġie emendat fl-2019 sabiex jippermettilhom jipparteċipaw fil-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt għall-pjattaforma tal-irkant komuni;

·għar-Renju Unit biex jirkanta l-kwoti għall-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fl-Irlanda ta’ Fuq.

L-EEX irkantat ukoll kwoti għall-Ġermanja bħala l-pjattaforma tal-irkant ta’ pajjiż nonparteċipanti tagħha.

It-tabella   2 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-volumi annwali ta’ kwoti rkantati mill-EEX mill-2021.

Tabella 2. Volumi totali ta’ kwoti rkantati (mill-1 ta’ Jannar 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2024)

Sena

Kwoti ġenerali

Kwoti tal-avjazzjoni

2021

582 952 500

3 785 500

2022

482 389 000

3 698 000

2023

517 587 000

5 720 500

2024
(sat-30 ta’ Ġunju)

281 107 000

2 718 000

B’kollox, fl-2023 saru 223 irkant u fl-ewwel nofs tal-2024 saru 106 irkanti. Ma ġie kkanċellat l-ebda rkant.

Minn Lulju 2023, il-volumi tal-irkant bdew jinkludu kwoti allokati għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility) skont ir-Regolament REPowerEU (ir-Regolament 2023/435) 18 . Il-kwoti rkantati skont ir-Regolament REPowerEU se jiġbru EUR 20 biljun għall-Faċilità sal-31 ta’ Awwissu 2026 19 . L-Istati Membri se jużaw dawn ir-riżorsi addizzjonali tal-RRF biex iwettqu aktar riformi u jagħmlu investimenti biex javvanzaw it-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u jagħtu spinta lis-sigurtà tal-enerġija. Fl-2023 u fl-ewwel nofs tal-2024, inġabru aktar minn EUR 5,5 biljun għall-RRF - REPowerEU (b’35 325 000 kwota rkantati fl-2023 u 42 124 500 kwota rkantati fl-ewwel nofs tal-2024).

L-illustrazzjoni 2 tagħti ħarsa ġenerali lejn il-prezzijiet mill-ikklerjar fl-irkanti fis-suq tal-karbonju tal-UE fl-2023 u fl-ewwel nofs tal-2024. L-ogħla prezz ta’ rkant fl-2023 ta’ EUR 96,33 intlaħaq fit-28 ta’ Frar. L-aktar prezz baxx ta’ EUR 66,49 ġie rreġistrat fl-aħħar irkant tas-sena, fit-18 ta’ Diċembru, u dan jirrifletti x-xejra kumplessiva ’l isfel fit-tieni nofs tas-sena. Il-prezz medju fl-2023 kien ta’ EUR 83,60, żieda minn EUR 80,18 fl-2022. Fl-ewwel nofs tal-2024, il-prezz varja bejn EUR 49,50 (it-23 ta’ Frar) u EUR 75,35 (it-3 ta’ Ġunju).

Il-pjattaforma tal-irkant tippubblika regolarment riżultati dettaljati ta’ kull irkant fuq is-sit web tagħha 20 . Aktar informazzjoni dwar it-twettiq tal-irkanti, inkluż dwar il-parteċipazzjoni, il-proporzjon ta’ kopertura u l-prezzijiet, tinstab fir-rapporti dwar l-irkanti tal-pajjiżi tal-ETS 21 .

Illustrazzjoni 2. Il-prezzijiet mill-ikklerjar fl-irkanti tal-kwoti ġenerali (mill-1 ta’ Jannar 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024) [EUR/tunnellata ta’ CO2]

5.Allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti

Filwaqt li l-irkantar huwa l-metodu primarju għad-distribuzzjoni tal-kwoti fl-EU ETS, jiġi allokat bla ħlas volum sinifikanti ta’ kwoti lill-installazzjonijiet biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju 22 . L-allokazzjoni bla ħlas, madankollu, hija miżura tranżizzjonali indirizzata primarjament lis-setturi tal-industrija.

Lista dedikata għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tidentifika s-setturi f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, eliġibbli biex jirċievu allokazzjoni bla ħlas. Il-lista għall-2021–2030 tidentifika 63 settur u sottosettur li jkopru madwar 94 % tal-emissjonijiet industrijali fl-EU ETS 23 .

L-allokazzjoni bla ħlas għal setturi speċifiċi hija bbażata fuq parametri referenzjarji tal-prestazzjoni, li jirriflettu intensità medja tal-emissjonijiet għal kull unità ta’ prodott tal-10 % tal-installazzjonijiet l-aktar effiċjenti f’kull settur. Għall-emissjonijiet lil hinn minn dawk il-valuri tal-parametri referenzjarji, il-kwoti għandhom jinxtraw mis-suq. Il-parametri referenzjarji jitnaqqsu wkoll b’mod inkrementali biex jissaħħaħ l-inċentiv għas-settur biex jiddekarbonizza u javvanza l-innovazzjoni.

Fl-2021, il-Kummissjoni aġġornat il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-ewwel perjodu ta’ allokazzjoni, 2021–2025 24 . Il-parametri referenzjarji se jiġu aġġornati għat-tieni perjodu ta’ allokazzjoni (2026–2030). Skont id-Direttiva riveduta tal-ETS, ir-rati annwali ta’ tnaqqis imbagħad se jiżdiedu biex tiġi stimulata trasformazzjoni industrijali ulterjuri. Ir-rata minima se tiżdied minn 0,2 % għal 0,3 % fis-sena u r-rata massima minn 1,6 % għal 2,5 % fis-sena. Ir-rata annwali ta’ tnaqqis applikabbli se tiġi determinata speċifikament għal kull parametru referenzjarju.

Mill-2021, il-volumi tal-allokazzjoni bla ħlas qed jiġu aġġustati meta jseħħu bidliet fil-produzzjoni industrijali 25 . Il-limitu għall-aġġustamenti huwa stabbilit għal żieda jew għal tnaqqis ta’ 15 % fil-produzzjoni. L-operaturi huma meħtieġa jissottomettu rapporti annwali dwar id-data tal-produzzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li abbażi tagħhom jistgħu jsiru aġġustamenti fil-volumi tal-allokazzjoni bla ħlas maħruġa. Din iż-żieda fl-istrettezza wasslet għal żieda fl-għadd ta’ aġġustamenti annwali għall-allokazzjoni bla ħlas. L-għadd medju ta’ applikazzjonijiet fis-sena sottomessi fl-2021–2023 kien ta’ aktar minn 3 800, madwar tliet darbiet aktar mill-medja annwali sal-2020.

Għall-ewwel, l-allokazzjoni bla ħlas totali għall-2021–2025 kienet ġiet ikkalkulata għal 2 791 miljun kwota, għal 7 430 installazzjoni. Jekk wieħed jassumi prezz tal-karbonju ta’ EUR 75/tCO2, il-valur ta’ din l-allokazzjoni jammonta għal madwar EUR 42 biljun kull sena matul dan il-perjodu. Sa nofs l-2024, il-Kummissjoni adottat 12-il deċiżjoni biex taġġusta l-volumi tal-allokazzjoni bla ħlas minħabba bidliet fil-volumi tal-produzzjoni industrijali, u dan irriżulta fi tnaqqis ta’ 116,8 miljun kwota 26 . Madankollu, b’mod parallel, il-Kummissjoni adottat ħames deċiżjonijiet li jikkoreġu l-livell inizjali ta’ allokazzjoni bla ħlas, li żdiedet b’4,6 miljun kwota 27 . Dan kien meħtieġ minħabba żbalji li nstabu fid-data sottomessa mill-installazzjonijiet. B’mod kumplessiv, l-allokazzjoni bla ħlas għall-2021–2025 tnaqqset b’112,2 miljun kwota s’issa, meta mqabbla mal-allokazzjoni bla ħlas totali inizjali.

L-aġġustamenti għal-livell ta’ allokazzjoni bla ħlas isiru mir-Riżerva għal Entranti Ġodda (NER, New Entrants’ Reserve). Dawn l-aġġustamenti jinkludu wkoll bidliet fl-allokazzjoni minħabba l-ftuħ jew l-għeluq tal-installazzjonijiet. Il-volum inizjali tal-NER fil-bidu tal-2021 ammonta għal 331,3 miljun kwota. Dan kien jinkludi kwoti mhux allokati u 200 miljun kwota mir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq.

It-tabella   3  tiġbor fil-qosor il-livelli annwali ta’ allokazzjoni bla ħlas fl-ewwel perjodu tal-allokazzjoni – kemm il-livelli inizjali kif ukoll dawk aġġustati.

Tabella 3. Allokazzjoni bla ħlas skont l-EU ETS (2021–2025) [f’miljuni ta’ kwoti]. Data estratta mir-Reġistru tal-UE fit-30 ta’ Ġunju 2024.

Sena

2021

2022

2023

2024

2025

Total

Allokazzjoni bla ħlas inizjali (EU-27 + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, u n-Norveġja)

559,6

558,9

558,2

557,5

556,8

2 791,1

Allokazzjoni bla ħlas attwali

545,9

542,5

537,3

527,0

526,2

2 678,9

Allokazzjoni bla ħlas aġġustata u kkoreġuta

-13,7

-16,4

-20,9

-30,5

-30,6

-112,2

Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ETS tallinja r-regoli dwar l-allokazzjoni bla ħlas mal-EU ETS imsaħħa. Twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet regolati mis-sistema u tal-parametri referenzjarji biex jinkoraġġixxi l-użu ta’ teknoloġiji ġodda bħall-idroġenu ekoloġiku jew l-azzar ibbażat fuq l-idroġenu. B’mod parallel, ġew introdotti rekwiżiti ta’ kundizzjonalità għall-aċċess għall-allokazzjoni bla ħlas. Dawn jieħdu l-forma ta’ awditi tal-enerġija u, għal ċerti installazzjonijiet, pjanijiet tan-newtralità klimatika.

Sabiex tiġi implimentata r-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS, f’Jannar 2024 ġiet adottata reviżjoni tar-Regolament dwar l-Allokazzjoni Bla Ħlas (ir-Regolament Delegat 2019/331) 28 . Ir-reviżjoni tintroduċi titjib addizzjonali bbażat fuq l-esperjenza miksuba matul l-ewwel snin tal-perjodu ta’ allokazzjoni attwali. Il-bidliet ewlenin jinkludu l-introduzzjoni tal-kundizzjonalità tal-allokazzjoni bla ħlas u l-eliminazzjoni gradwali tal-allokazzjoni bla ħlas għal xi prodotti li jikkorrispondu għall-introduzzjoni gradwali tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM, Carbon Border Adjustment Mechanism). Barra minn hekk, biex jiġi inċentivat aktar it-tnaqqis tal-emissjonijiet u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn it-teknoloġiji konvenzjonali u dawk ġodda, xi definizzjonijiet tal-parametri referenzjarji tal-prodott ġew modifikati, b’mod partikolari dawk relatati mal-produzzjoni tal-idroġenu u tal-azzar. Saru wkoll aġġustamenti ta’ aspetti oħra tar-Regolament dwar l-allokazzjoni bla ħlas biex tiġi inċentivata l-elettrifikazzjoni tal-proċessi industrijali.

Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri

Bħala parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, ġie adottat ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) (ir-Regolament 2023/956) 29 biex jittaffa r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju filwaqt li l-UE ssaħħaħ l-azzjoni dwar il-klima tagħha.

F’ċerti setturi tal-industrija koperti mill-EU ETS (siment, aluminju, fertilizzanti, idroġenu, ħadid u azzar), mill-2026 ’il quddiem is-CBAM gradwalment se jissostitwixxi l-allokazzjoni bla ħlas. Dawn is-setturi jirrappreżentaw madwar 54 % tal-allokazzjoni bla ħlas totali tal-2021–2025. Mill-2026, l-importaturi tal-oġġetti fis-setturi tas-CBAM lejn l-UE se jkollhom jixtru u jċedu ċ-ċertifikati għall-emissjonijiet inkorporati. Sabiex tappoġġa lill-industrija fl-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni tagħha, id-Direttiva dwar l-ETS tidderieġi r-rikavati mill-irkantar tal-kwoti bla ħlas li tneħħew gradwalment lejn il-Fond għall-Innovazzjoni (ara l-Kapitolu 8.2), filwaqt li tagħti attenzjoni speċjali lill-proġetti fis-setturi tas-CBAM.

Billi jiżgura li jitħallas prezz ekwivalenti għall-emissjonijiet tal-karbonju inkorporati ġġenerati fil-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti importati fl-UE, is-CBAM se jiżgura li l-prezz tal-karbonju tal-importazzjonijiet ikun ekwivalenti għall-prezz tal-karbonju tal-produzzjoni domestika (skont l-EU ETS), u li l-objettivi klimatiċi tal-UE ma jiġux imminati. Is-CBAM se jkopri l-emissjonijiet diretti għas-setturi koperti kollha u l-emissjonijiet indiretti (mill-elettriku kkunsmat matul il-proċessi tal-produzzjoni) għas-siment u għall-fertilizzanti. Inizjalment, l-emissjonijiet indiretti mhux se jitqiesu għas-setturi eliġibbli għall-għajnuna marbuta mal-kostijiet indiretti tal-karbonju (jiġifieri l-aluminju, l-idroġenu, il-ħadid u l-azzar – ara l-Kapitolu 8.1).

Perjodu tranżizzjonali li matulu l-importaturi jirrapportaw l-emissjonijiet iżda jkunu għadhom mhumiex meħtieġa jagħmlu pagamenti beda f’Ottubru 2023 u se jibqa’ għaddej sa tmiem l-2025, qabel ma r-reġim il-ġdid jiddaħħal gradwalment.

Riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-oġġetti prodotti mis-setturi tas-CBAM fl-UE għall-esportazzjoni

L-oġġetti prodotti fl-UE fis-setturi tas-CBAM għall-esportazzjoni jistgħu jiffaċċjaw żvantaġġ kompetittiv fis-swieq tal-pajjiżi terzi, jekk jikkompetu ma’ oġġetti li mhumiex soġġetti għal ipprezzar tal-karbonju ekwivalenti. Skont l-Artikolu 10a(1a) tad-Direttiva dwar l-ETS, bħala parti mir-rapport annwali tagħha dwar il-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju (dan ir-rapport), il-Kummissjoni meħtieġa tivvaluta r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-oġġetti prodotti mis-setturi tas-CBAM fl-UE u esportati lejn pajjiżi terzi li ma japplikawx l-EU ETS jew mekkaniżmu simili tal-ipprezzar tal-karbonju.

Il-Kummissjoni nediet il-valutazzjoni tagħha fit-tielet trimestru tal-2024 30 , u dan ir-rapport jinkludi s-sejbiet inizjali. L-għażla tal-metrika u tal-metodoloġija se tiġi rfinata aktar għal valutazzjonijiet futuri biex jiġi mmonitorjat ir-riskju potenzjali ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju b’mod li jista’ jiġi aġġornat maż-żmien 31 .
Is-sejbiet inizjali ma jistgħux jitqiesu definittivi peress li s-CBAM għadu fil-fażi tranżizzjonali tiegħu. Madankollu, il-Kummissjoni se tkompli tivvaluta r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-esportazzjonijiet matul id-dħul gradwali tas-CBAM (u t-tneħħija gradwali tal-allokazzjoni bla ħlas) kif meħtieġ mid-Direttiva dwar l-ETS u mir-Regolament CBAM.

Ladarba jitlesta x-xogħol analitiku, ir-riżultati aġġornati se jiġu ppubblikati, abbażi ta’ firxa usa’ ta’ indikaturi, analiżijiet kwalitattivi u feedback mill-partijiet ikkonċernati. Valutazzjonijiet addizzjonali se jkopru r-rwol u l-adozzjoni aċċellerata tal-idroġenu kif ukoll l-iżviluppi relatati mal-flussi kummerċjali u l-emissjonijiet inkorporati tal-oġġetti prodotti mis-setturi tas-CBAM fis-suq globali. Il-Kummissjoni se tkompli tivvaluta l-kwistjoni tar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-esportazzjonijiet hekk kif is-CBAM jidħol fil-fażi definittiva tiegħu, u tirrapporta dwarha qabel Jannar 2028 kif meħtieġ mill-Artikolu 30(6) tar-Regolament CBAM.

Il-valutazzjoni inizjali ffukat fuq it-tqabbil tal-intensità tal-emissjonijiet fl-UE (espressa f’kg ta’ CO2eq għal kull EUR tal-valur tal-produzzjoni tagħhom) 32 u l-intensità tal-esportazzjoni (il-valur tal-esportazzjoni diviż bis-somma tal-valur tal-produzzjoni u l-valur tal-importazzjoni) 33 . L-illustrazzjoni 3 tqabbel iż-żewġ indikaturi fil-livell ta’ tmien ċifri (NM) 34 . Aktar ma tkun għolja l-intensità tal-esportazzjoni u l-intensità tal-emissjonijiet ta’ oġġett tas-CBAM, aktar l-esportazzjonijiet ta’ dak l-oġġett ikunu sensittivi għaż-żieda fil-prezzijiet tal-karbonju u aktar jista’ jkun vulnerabbli għal riskju potenzjali ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f’każ ta’ differenzi effettivi rilevanti fil-prezz tal-karbonju ma’ pajjiżi terzi.

Id-daqs tal-bżieżaq fl-illustrazzjoni 3 jirrappreżenta l-valur ikkombinat tal-multiplikazzjoni tal-intensità tal-esportazzjoni bl-intensità tal-emissjonijiet għal kull oġġett tas-CBAM. Dan il-valur tal-indikatur ikkombinat fil-livell ta’ tmien ċifri jista’ jipprovdi indikazzjoni kumplessiva tas-sensittività tal-esportazzjonijiet għall-ipprezzar tal-karbonju. Madankollu, mhuwiex direttament komparabbli mal-indikatur tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju (CLI, carbon leakage indicator) użat biex tiġi determinata l-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-2021–2030, li hija aktar aggregata (livell ta’ erba’ ċifri) u mhux iffukata speċifikament fuq l-esportazzjonijiet 35 . L-għarfien inizjali mir-riżultati preliminari jinkludi:

·L-ebda prodott ma jaqa’ fil-kwadrant li hu intensiv kemm fl-emissjonijiet kif ukoll fl-esportazzjonijiet. Il-prodotti li huma intensivi ħafna fl-emissjonijiet huma ftit li xejn skambjati. U l-prodotti kollha b’intensità għolja ta’ esportazzjoni għandhom intensità relattivament baxxa ta’ emissjonijiet.

·L-intensità tal-emissjonijiet tal-idroġenu (ċirku griż) hija relattivament għolja, iżda l-intensità tal-esportazzjoni tal-idroġenu hija baxxa ħafna u dan jirriżulta f’valur indikatur ikkombinat baxx ta’ 0,013. Madankollu, bl-adozzjoni tal-idroġenu prodott b’enerġiji rinnovabbli, dawn ix-xejriet jistgħu jitreġġgħu lura skont kif jiżviluppa s-suq għall-idroġenu rinnovabbli.

·L-oġġetti mis-settur tas-siment (ċrieki oranġjo) jiġu skambjati inqas ta’ spiss. Madankollu, il-klinker tas-siment — prodott tal-input intensiv fl-emissjonijiet — jiġi trasportat aktar faċilment mis-siment. Dan jiġġustifika investigazzjoni ulterjuri peress li bħalissa għandu valur indikatur ikkombinat għoli ta’ 2,109.

·Ħafna fertilizzanti (ċrieki sofor), aluminju (ċrieki ħodor) u oġġetti tal-azzar (ċrieki blu) għandhom valuri ta’ intensità tal-emissjonijiet aktar baxxi mill-oġġetti tal-idroġenu u tas-siment iżda jiġu esportati ħafna aktar ta’ spiss, għalhekk dan jirriżulta f’valuri indikaturi kkombinati relattivament għoljin.

Il-valuri indikaturi kkombinati għal selezzjoni ta’ prodotti tas-CBAM minn kull wieħed mis-setturi industrijali koperti huma provduti għal finijiet illustrattivi biss. Ma ġie stabbilit l-ebda valur ta’ limitu biex jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-oġġetti tas-CBAM biex jiġu vvalutati kemm b’mod kwantitattiv kif ukoll b’mod kwalitattiv għar-riskju potenzjali ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Illustrazzjoni 3. Tqabbil tal-intensità tal-esportazzjoni u tal-valuri tal-intensità tal-emissjonijiet tal-oġġetti tas-CBAM

6.Is-suq tal-karbonju tal-UE 

Bilanċ bejn il-provvista u d-domanda

Ir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (MSR, Market Stability Reserve) hija soluzzjoni fit-tul ibbażata fuq ir-regoli għal żbilanċ strutturali bejn il-provvista u d-domanda għall-kwoti fis-suq tal-karbonju tal-UE fil-bidu tal-fażi 3. Fl-2013, is-suq kellu surplus ta’ 2,1 biljun kwota, li l-MSR minn dak iż-żmien għenet tnaqqas. Ir-Riżerva ttejjeb ukoll il-bilanċ tas-suq fl-immedjat, u b’hekk tagħmlu aktar reżiljenti għal xokkijiet f’daqqa fil-provvista u d-domanda, pereżempju minħabba r-reċessjoni ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 fl-2020.

L-MSR taġġusta l-provvista tal-kwoti għas-suq tal-karbonju tal-UE skont il-limiti stabbiliti minn qabel tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni (TNAC, total number of allowances in circulation). Abbażi tal-livell tat-TNAC, il-kwoti jew jiġu rtirati mill-irkanti u jitqiegħdu fir-Riżerva jew jiġu rilaxxati mir-Riżerva u rkantati. B’dan il-mod, l-MSR trawwem il-bilanċ u r-reżiljenza għax-xokkijiet fil-provvista u fid-domanda, b’hekk tippermetti lis-suq tal-karbonju tal-UE jiffunzjona mingħajr xkiel. Ir-Riżerva bdiet topera fl-2019 u minn dak iż-żmien irtirat kwoti miċ-ċirkolazzjoni kull sena.

Il-Kummissjoni tippubblika t-TNAC kull sena. Dan jiġi kkalkulat għas-sena preċedenti, filwaqt li l-aġġustamenti tal-provvista jsiru matul it-12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu u skont koeffiċjent speċifiku. Fl-1 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni ppubblikat il-Komunikazzjoni dwar it-TNAC għall-2023 36 . Din tirrifletti l-bidliet li saru biex tissaħħaħ ir-Riżerva bħala parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” fir-reviżjoni kemm tad-Direttiva dwar l-ETS kif ukoll tad-Deċiżjoni dwar l-MSR.

It-TNAC tal-2023 ammonta għal 1,11 biljun kwota —– tnaqqis meta mqabbel mal-2022, iżda xorta ogħla mil-limitu li jattiva r-Riżerva. B’riżultat ta’ dan, bejn Settembru 2024 u Awwissu 2025 se jkunu ġew irtirati 267 miljun kwota (24 % tat-TNAC) mill-irkanti. Mill-2023, l-MSR tinvalida l-kwoti li għandha li jaqbżu ċertu limitu. Mill-2024, il-limitu applikabbli ġie stabbilit għal 400 miljun kwota. Fl-1 ta’ Jannar 2024, l-MSR invalidat 382 miljun kwota, u ħalliet 400 miljun fir-Riżerva. Mill-2023, l-MSR invalidat total ta’ 2,9 biljun kwota.

L-illustrazzjoni 4 turi x-xejra fis-surplus tal-kwoti fis-suq tal-karbonju tal-UE mill-2013. Il-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-MSR huma preżentati fit-Tabella B fit-Taqsima II tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja lil dan ir-rapport.

Illustrazzjoni 4. Surplus ta’ kwoti fl-EU ETS (2013-2023)

Kanċellazzjoni volontarja

L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva dwar l-ETS jirrigwarda l-kanċellazzjoni tal-kwoti mill-Istati Membri, fil-każ tal-għeluq tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fit-territorju tagħhom minħabba miżuri nazzjonali addizzjonali. F’każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat irid jinforma lill-Kummissjoni jekk ikollu l-ħsieb li jikkanċella xi kwoti. Il-kanċellazzjoni titwettaq billi titnaqqas il-kwantità totali ta’ kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istat Membru kkonċernat u l-kwantità tiġi limitata għal massimu tas-somma ta’ emissjonijiet verifikati tal-installazzjoni(jiet) li qed jingħalqu, fuq perjodu ta’ 5 snin qabel l-għeluq. Il-proċedura għal din il-kanċellazzjoni tal-kwoti hija stabbilita fl-Artikolu 25 tar-Regolament dwar l-Irkantar.

F’Diċembru 2023, il-Ġermanja nnotifikat l-intenzjoni tagħha li tikkanċella volontarjament il-kwoti assoċjati mal-għeluq ta’ żewġ impjanti tal-enerġija fl-2022 bħala parti mill-politika tal-pajjiż għall-eliminazzjoni gradwali tal-faħam.
L-għadd notifikat ta’ kwoti li għandhom jiġu kkanċellati għad irid jiġi determinat. Il-Kummissjoni ppubblikat in-notifika fuq is-sit web tagħha
37 .

Il-kanċellazzjonijiet huma pjanati li jseħħu bejn l-2025 u l-2030. L-għadd preċiż ta’ kwoti li għandhom jiġu kkanċellati fir-rigward tan-notifika jista’ jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni kull sena. L-iskadenza għall-ewwel notifika hija l-31 ta’ Mejju 2025.
Il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-għadd kumplessiv ta’ kwoti li għandhom jiġu kkanċellati hija parti min-notifika u tqis l-emissjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku sostitwenti fis-suq tal-elettriku kif ukoll l-operat tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq.

Is-sorveljanza tas-suq

Is-suq tal-karbonju tal-UE huwa soġġett għal regoli robusti ta’ sorveljanza tas-suq stabbiliti fis-swieq finanzjarji tal-UE. Dan jikkonsisti f’suq primarju, fejn il-kwoti tal-emissjonijiet jiġu rkantati lill-parteċipanti fis-suq u suq sekondarju fejn il-kuntratti spot u tad-derivattivi tal-kwoti tal-emissjonijiet jiġu skambjati fost il-parteċipanti fis-suq. Kemm dawk spot kif ukoll id-derivattivi fil-kwoti tal-emissjonijiet huma klassifikati bħala strumenti finanzjarji skont l-MiFID II, id-Direttiva dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (id-Direttiva 2014/65/UE 38 ). Din il-klassifikazzjoni hija riflessa wkoll fil-leġiżlazzjoni sekondarja, inkluż ir-Regolament dwar l-Irkantar, li jirregola s-suq primarju (irkanti tal-kwoti).

Is-superviżjoni tas-suq tal-karbonju tal-UE hija kondiviża bejn l-awtoritajiet finanzjarji tal-Istati Membri kollha 39 , taħt il-koordinazzjoni tar-regolatur Ewropew, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA, European Securities and Markets Authority). L-ESMA timmonitorja l-imġiba tal-parteċipanti fis-swieq permezz ta’ rekwiżiti estensivi ta’ rapportar u trasparenza. Barra minn hekk, ir-Regolament dwar l-abbuż tas-suq (ir-Regolament 596/2014) 40 jobbliga lill-parteċipanti fis-suq jirrapportaw immedjatament ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi. Min-naħa tagħhom, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom is-setgħa li jwieġbu b’azzjoni ta’ rimedju jew b’penali jekk jidentifikaw abbuż tas-suq.

Fir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS, sar ftehim dwar diversi emendi biex tkompli tittejjeb it-trasparenza tas-suq tal-karbonju tal-UE. L-ESMA ntalbet twettaq valutazzjoni perjodika tal-funzjonament tas-suq. Fil-31 ta’ Awwissu 2023, l-ESMA ppubblikat ir-rapport dwar ix-xejriet, ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet tal-2023, u kkonkludiet li s-suq tal-karbonju tal-UE kien baqa’ stabbli fl-2023 u kien kompla jopera f’konformità mal-prinċipji fundamentali tas-suq.

Fis-7 ta’ Ottubru 2024, l-ESMA ppubblikat rapport aġġornat dwar il-monitoraġġ tas-suq tal-karbonju tal-UE 41 . Ir-rapport jinkludi l-aktar analiżi reċenti tas-suq tal-karbonju, abbażi tad-data tal-2023. Ir-rapport ma jiżvela l-ebda kwistjoni sinifikanti fil-funzjonament tas-suq. Dan jindika d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija u l-attività industrijali bħala elementi fundamentali importanti tas-suq għall-evoluzzjoni tas-suq.

L-ESMA ddeskriviet ukoll il-konċentrazzjoni relattiva tal-irkanti, li hija dovuta għall-preferenza tal-operaturi li jiksbu kwoti permezz ta’ intermedjarji finanzjarji. L-ESMA spjegat li l-iskambju fis-swieq sekondarji jitwettaq prinċipalment permezz tad-derivattivi, wara ċ-ċiklu annwali ta’ konformità tal-EU ETS, fejn id-ditti tas-settur mhux finanzjarju jkollhom pożizzjonijiet fit-tul (għal finijiet ta’ konformità), filwaqt li l-banek u d-ditti tal-investiment ikollhom pożizzjonijiet qosra. Ir-rapport jissottolinja li l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet mir-rapport tal-ESMA tal-2022, li kellhom l-għan li jsaħħu t-trasparenza tas-suq tal-karbonju, ġew implimentati.

L-ESMA enfasizzat ukoll l-importanza li jkun hemm Identifikaturi ta’ Entità Ġuridika (LEIs, Legal Entity Identifiers) disponibbli għall-entitajiet fir-Reġistru tal-Unjoni u tappella għal sforz addizzjonali mill-amministraturi nazzjonali biex tiġi żgurata implimentazzjoni f’waqtha tar-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni tal-LEI. Dan huwa partikolarment rilevanti fl-2024, peress li l-għadd ta’ detenturi tal-kontijiet se jiżdied minħabba l-espansjoni tal-EU ETS. L-ESMA tqis li analiżi u monitoraġġ ulterjuri tas-suq tal-karbonju huma ġġustifikati f’dan ir-rigward.

Filwaqt li mhuwiex obbligatorju li jkun hemm LEI biex jinfetaħ kont fir-Reġistru tal-Unjoni, l-entitajiet li għandhom LEI huma meħtieġa jirrapportaw din l-informazzjoni fir-Reġistru tal-Unjoni meta jiftħu kont. Barra minn hekk, l-emenda tal-2023 tar-Regolament dwar ir-Reġistru (ir-Regolament 2019/1122) 42 tirrikjedi li l-amministraturi nazzjonali jirrieżaminaw, sa tmiem l-2024, il-kontijiet li ma jkunx fihom informazzjoni dwar il-LEI jew l-istatus taċ-ċentru tal-iskambju jew tal-kontroparti ċentrali msemmija fit-Tabella III-I tal-Anness III tar-Regolament.

Fit-28 ta’ Marzu 2024, daħlu fis-seħħ il-verżjonijiet riveduti tal-MiFID II 43 u tal-MiFIR — ir-Regolament dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji (ir-Regolament 2024/791) 44 , li komplew isaħħu r-regoli dwar is-swieq finanzjarji, it-trasparenza u s-sorveljanza. L-Artikolu 57 tal-MiFIR jestendi l-kontrolli tal-ġestjoni tal-pożizzjonijiet għal ċentri tan-negozjar, li jiskambjaw id-derivattivi fuq kwoti tal-emissjonijiet. L-Artikolu 58 tal-MIFIR jemenda l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapportar dwar il-pożizzjoni taċ-ċentri tal-iskambju u tad-ditti tal-investiment billi jeskludi l-kwoti tal-emissjonijiet u jintroduċi obbligu ġdid li jiġu preżentati rapporti dwar il-pożizzjoni darbtejn fil-ġimgħa 45 , filwaqt li jsaħħaħ it-trasparenza għall-iskambju fil-kwoti tal-emissjonijiet u fid-derivattivi tagħhom.

Ir-regoli l-ġodda jirrikjedu wkoll li l-Kummissjoni twettaq, sal-31 ta’ Lulju 2025, valutazzjoni komprensiva tal-adegwatezza tal-qafas kumplessiv tar-regoli għas-swieq tad-derivattivi tal-komoditajiet, li jinkludi kwoti tal-emissjonijiet u prodotti derivattivi assoċjati. Din il-valutazzjoni se tqis jekk ir-reġimi għal-limiti ta’ pożizzjoni u għall-kontrolli tal-ġestjoni tal-pożizzjonijiet jgħinux jipprevjenu l-abbuż tas-suq u jrawmux kundizzjonijiet ta’ prezzar u saldu ordnati. Il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll il-kriterji biex jiġi stabbilit meta attività għandha titqies anċillari għan-negozju ewlieni fil-livell ta’ grupp, filwaqt li tqis il-likwidità u l-funzjonament ordnat tas-swieq tad-derivattivi tal-komoditajiet inkluż l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tivvaluta sa liema punt id-data tat-tranżazzjonijiet fis-swieq għad-derivattivi tal-komoditajiet jew għad-derivattivi tal-kwoti tal-emissjonijiet tista’ tinġabar f’entità ta’ ġbir waħda u armonizzata fl-MiFIR u r-Regolament dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ir-Regolament 648/2012) 46 u tiddetermina liema data dwar it-tranżazzjonijiet tkun rilevanti għall-pubbliku u kif dik id-data dwar it-tranżazzjoni tkun l-aħjar imxerrda.

Bħala segwitu għar-regoli l-ġodda, fl-24 ta’ Mejju 2024 l-ESMA ppubblikat dokument ta’ diskussjoni 47 dwar id-derivattivi tal-komoditajiet, li jkopri l-bidliet ewlenin kollha fl-istandards tekniċi marbuta mal-MiFID II riveduta għad-derivattivi tal-komoditajiet. Hija għandha l-għan li tiġbor il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati dwar l-emendi proposti. Abbażi tal-feedback minn din il-konsultazzjoni pubblika, l-ESMA mistennija tiffinalizza rapport sa tmiem l-2024 u tista’ tipproponi emendi tal-livell 2 fuq abbażi ta’ dan.

7.Xejriet tal-emissjonijiet

Fl-2023, l-emissjonijiet kumplessivi fl-EU ETS ammontaw għal 1 149,1 miljun tunnellata (Mt) CO2eq (tnaqqis minn 1 361,9 Mt CO2eq fl-2022). L-emissjonijiet mill-installazzjonijiet tal-enerġija u tal-industrija ammontaw għal 1 095,9 Mt CO2eq, 16,5 % inqas mill-2022. Dan huwa l-ogħla tnaqqis f’dawn l-emissjonijiet sal-lum il-ġurnata.

B’dan l-iżvilupp, l-emissjonijiet tal-ETS mill-installazzjonijiet issa huma madwar 47,6 % taħt il-livelli tal-2005 u jinsabu fit-triq it-tajba biex jilħqu l-mira tal-2030 ta’ -62 %. Ix-xejra osservata tikkonferma l-effettività u l-effiċjenza tal-EU ETS bħala waħda mill-inċentivi ta’ politika ewlenin għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija Ewropea.

L-akbar mutur għat-tnaqqis rekord fl-emissjonijiet tal-EU ETS kien is-settur tal-enerġija, fejn l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana naqsu b’24 % meta mqabbla mal-2022. Dan it-tnaqqis huwa prinċipalment dovut għal żieda sostanzjali fil-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli (primarjament mir-riħ u mix-xemx) u l-gass li jissostitwixxi l-faħam fil-ġenerazzjoni tal-enerġija, iffaċilitat minn prezzijiet medji sostnuti tal-karbonju fl-2023 ta’ aktar minn EUR 80/tCO2.

Fl-2023, l-enerġija rinnovabbli kienet is-sors ewlieni tal-elettriku fl-UE, u kienet responsabbli għal 44,7 % tal-produzzjoni kollha tal-elettriku 48 . Fl-istess ħin, l-elettriku ġġenerat mill-fjuwils fossili naqas b’19,7 % meta mqabbel mal-2022, u kkontribwixxa għal 32,5 % tal-produzzjoni totali tal-elettriku.

B’56 GW ta’ kapaċità ġdida tal-enerġija solari installata fl-2023, l-UE stabbiliet rekord ieħor mill-40 GW addizzjonali installati fl-2022. L-enerġija mir-riħ fuq l-art u lil hinn mill-kosta fl-UE kellha kapaċità installata kumulattiva totali ta’ 221 GW (201 GW fuq l-art; 19 GW lil hinn mill-kosta), b’16 GW installati fl-2023. Ir-riħ qabeż il-gass naturali biex sar it-tieni l-akbar teknoloġija tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-UE wara l-enerġija nukleari 49 .

Għalkemm inqas, it-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tal-enerġija kien xprunat ukoll mill-irkupru tal-idro minħabba kundizzjonijiet klimatiċi aktar favorevoli u l-enerġija nukleari, u tnaqqis ta’ 2 % fil-ġenerazzjoni tal-elettriku b’mod kumplessiv 50 . Indikazzjonijiet bikrija juru li fl-ewwel nofs tal-2024, madwar 50 % tal-ġenerazzjoni tal-elettriku ġiet minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, bir-riħ u x-xemx jiġġeneraw aktar elettriku mill-fjuwils fossili flimkien 51 .

Fis-setturi tal-industrija intensivi fl-enerġija, ġie osservat tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ 7,5 % meta mqabbel mal-2022, minħabba taħlita ta’ output imnaqqas u kisbiet fl-effiċjenza. Il-livelli tal-output għall-installazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS mhumiex disponibbli fiż-żmien tal-pubblikazzjoni. L-istatistika dwar il-produzzjoni industrijali tal-Eurostat turi li l-produzzjoni industrijali kumplessiva naqset bi ftit fl-2023 iżda għadha ogħla milli kienet fl-2019 u fl-2021 (jiġifieri immedjatament qabel il-pandemija tal-COVID-19 u l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja).

It-tabella 4 turi x-xejra fl-emissjonijiet tal-ETS mill-installazzjonijiet tal-enerġija u tal-industrija mill-2019. L-emissjonijiet mill-avjazzjoni huma diskussi fil-Kapitolu 9.

Tabella 4. L-emissjonijiet verifikati mill-installazzjonijiet fl-EU ETS (2019-2023) [miljuni ta’ tunnellati ta’ CO2eq]. Data estratta mir-Reġistru tal-UE fit-30 ta’ Ġunju 2024.

Sena

2019

2020

2021

2022

2023

Emissjonijiet verifikati - installazzjonijiet

1 530

1 356

(1 253 eskluż ir-Renju Unit)

1 337

1 313

1 096

Bidla sena wara sena

-9,1 %

-11,4 %

-1,4 %

(6,6 % eskluż ir-Renju Unit)

-1,8 %

-16,5 %

Emissjonijiet verifikati - ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana

822

696

(653 eskluż ir-Renju Unit)

708

725

552

Bidla sena wara sena

-14,7 %

-15,3 %

1,6 %

(8,5 % eskluż ir-Renju Unit)

2,4 %

-23,9 %

Emissjonijiet verifikati - produzzjoni industrijali

708

660

(601 eskluż ir-Renju Unit)

629

589

544

Bidla sena wara sena

-1,6 %

-6,9 %

-4,7 %

(4,7 % eskluż ir-Renju Unit)

-6,4 %

-7,5 %

L-illustrazzjoni 5 u l-illustrazzjoni 6 juru x-xejriet fl-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili f’installazzjonijiet koperti mill-EU ETS – bħala sehem mill-emissjonijiet totali tal-installazzjonijiet u skont it-tip ta’ fjuwil, rispettivament 52 . Mhux l-emissjonijiet kollha taħt l-ETS joriġinaw mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili, xi emissjonijiet joriġinaw direttament minn proċessi industrijali. L-illustrazzjoni 5 turi s-sehem tal-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fl-emissjonijiet totali tal-installazzjonijiet. L-illustrazzjoni 6 turi t-tqassim tal-emissjonijiet mill-kombustjoni skont it-tip ta’ fjuwil.

B’kollox, l-emissjonijiet qabdu xejra ta’ tnaqqis xprunata mid-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija (ara l-Kapitolu 7) – l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, il-faħam li qed jiġi sostitwit bil-gass naturali u użu dejjem akbar tal-bijomassa 53 . Kif muri fl-illustrazzjoni 6, ix-xejra ta’ żieda fl-użu tal-faħam iebes osservata fl-2022 (marbuta maż-żieda fil-prezzijiet tal-gass naturali minħabba l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja) kważi treġġgħet lura kollha kemm hi fl-2023. Sadanittant, l-UE kisbet ukoll tnaqqis ta’ 18 % fid-domanda għall-gass naturali bejn Awwissu 2022 u Mejju 2024 54 .

Illustrazzjoni 5. Ix-xejra fl-emissjonijiet totali mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili f’installazzjonijiet koperti mill-EU ETS (2013-2023). It-tikketti juru s-sehem perċentwali tal-emissjonijiet totali tal-installazzjonijiet.

Illustrazzjoni 6. Ix-xejra fis-sehem tal-emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwils differenti f’installazzjonijiet koperti mill-EU ETS (2013-2023). It-tikketti juru s-sehem perċentwali tal-emissjonijiet totali mill-kombustjoni tal-installazzjonijiet. It-tikketti ma jintwerewx jekk l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil partikolari qatt ma jaqbżu sehem ta’ 3 %. Fjuwils fossili oħra* jirreferu għal fjuwils li mhumiex diġà elenkati fid-didaskalija. L-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-bijomassa huma ugwali għal żero skont l-EU ETS, u għalhekk jidhru fuq l-emissjonijiet totali mill-kombustjoni tal-installazzjonijiet.

8.Dħul mill-EU ETS 

Il-bejgħ tal-kwoti fl-irkanti tal-EU ETS jirriżulta fi dħul sostanzjali għall-Istati Membri biex jappoġġaw l-azzjoni dwar il-klima u t-tranżizzjoni tal-enerġija. Fl-2023, id-dħul totali mill-irkant ammonta għal EUR 43,6 biljun. Minn dawn, EUR 33 biljun marru direttament għall-Istati Membri u EUR 0,3 biljun marru għall-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Irlanda ta’ Fuq. EUR 7,4 biljun fornew il-Fond għall-Innovazzjoni tal-ETS u l-Fond għall-Modernizzazzjoni tal-ETS, u l-EUR 2,8 biljun li jifdal fornew l-RRF, li l-Istati Membri jużaw biex javvanzaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jagħtu spinta lis-sigurtà tal-enerġija billi jimplimentaw ir-riformi u l-investimenti inklużi fil-pjanijiet ta’ reżiljenza u rkupru tagħhom. L-illustrazzjoni 7 turi d-distribuzzjoni tad-dħul mill-irkant tal-2023. Data dettaljata dwar id-dħul għal kull pajjiż u għal kull fond hija inkluża fit-Taqsima III tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja lil dan ir-rapport.

Illustrazzjoni 7. Distribuzzjoni tad-dħul mill-irkant tal-ETS tal-2023 bejn il-baġits nazzjonali, il-Fondi għall-Innovazzjoni u l-Modernizzazzjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Bir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS, ir-regoli dwar l-użu tad-dħul mill-irkant inbidlu. Skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva dwar l-ETS, minn Ġunju 2023, l-Istati Membri huma obbligati jużaw 100 % tad-dħul miġbur (jew valur finanzjarju ekwivalenti) biex jappoġġaw l-azzjoni dwar il-klima u t-tranżizzjoni tal-enerġija, ħlief għal kwalunkwe dħul li l-Istati Membri jonfqu f’għajnuna għall-industriji intensivi fl-elettriku għall-kostijiet indiretti tal-karbonju (ara l-Kapitolu 8.1). Il-finijiet speċifiċi huma elenkati fl-Artikolu 10(3) u jinkludu d-dekarbonizzazzjoni industrijali, it-tranżizzjoni tal-enerġija, it-teknoloġiji tat-teknoloġija nadifa, l-adattament għat-tibdil fil-klima, id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u azzjonijiet għal tranżizzjoni ġusta. Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib il-konformità ma’ dan l-obbligu l-ġdid biex tiżgura li d-dħul kollu tal-ETS jintefaq verament għal dawn il-finijiet.

L-obbligu jkopri d-dħul mill-irkantar ta’ kwoti addizzjonali minħabba l-inklużjoni tat-trasport marittimu fl-EU ETS, fejn l-Istati Membri huma mħeġġa jżidu l-kontribut tagħhom għall-protezzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni aħjar tal-ekosistemi bbażati fuq il-baħar, b’mod partikolari ż-żoni tal-baħar protetti. Barra minn hekk, l-Istati Membri li jirċievu volumi ogħla ta’ kwoti addizzjonali minħabba l-proporzjon għoli tagħhom ta’ kumpaniji tat-tbaħħir meta mqabbla mal-popolazzjoni, għandhom jużaw is-sehem korrispondenti għal finijiet relatati mas-settur marittimu.

L-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sena skont ir-Regolament dwar il-Governanza (ir-Regolament 2018/1999) 55 dwar kif jużaw id-dħul tagħhom mill-ETS. Dawn ir-rapporti huma bbażati fuq mudelli u huma disponibbli għall-pubbliku 56 . Il-mudelli ġew aġġornati f’Mejju 2024 biex jirriflettu l-obbligu l-ġdid u jiġbru aktar informazzjoni dwar l-użu tad-dħul 57 . Ir-rapportar irid ikun dettaljat biżżejjed biex jivvaluta l-konformità mal-mira tal-infiq. Inkella, il-Kummissjoni tista’ tinkariga lil Stat Membru biex jissottometti mill-ġdid l-informazzjoni u jimla kwalunkwe lakuna.

Filwaqt li d-dħul rilevanti kollu tal-ETS irid imur għall-investimenti relatati mal-klima u mal-enerġija, dan il-baġit ma għandux għalfejn jintefaq kollu fl-istess sena li jiġi ġġenerat id-dħul. Mid-dħul tal-2023 li għandu jintuża għall-finijiet tal-Artikolu 10(3), 72 % kienu diġà ġew żborżati fl-2023 u 3 % oħra ġew impenjati għal azzjonijiet speċifiċi. Ir-rapporti futuri se jiddeskrivu kif l-Istati Membri użaw il-bqija.

Mit-EUR 33 biljun fi dħul mill-ETS li l-Istati Membri ġabru fl-2023, EUR 30,9 biljun huma soġġetti għall-obbligu skont l-Artikolu 10(3) 58 . EUR 2,1 biljun mid-dħul tal-2023 ġew irrapportati bħala finanzjament għall-industriji intensivi fl-elettriku għall-kostijiet indiretti tal-karbonju. Mit-EUR 30,9 biljun, l-Istati Membri rrapportaw 59 li diġà żborżaw EUR 22,2 biljun u impenjaw EUR 0,8 biljun oħra għall-finijiet tal-Artikolu 10(3). Dan iħalli madwar EUR 7,9 biljun li għad iridu jiġu allokati, żborżati u rrapportati.

It-tabella 5 tinkludi tqassim tat-EUR 33 biljun fi dħul mill-ETS miġbura mill-Istati Membri fl-2023. L-Istati Membri rrapportaw ukoll EUR 1,0 biljun ta’ dħul iġġenerat fis-snin preċedenti kif allokat (EUR 0,6 biljun żborżati u EUR 0,4 impenjati) fl-2023 għall-finijiet tal-Artikolu 10(3).

Tabella 5. Tqassim tat-EUR 33 biljun fi dħul mill-ETS miġbura mill-Istati Membri fl-2023

Dħul
(f’biljuni ta’ EUR)

Dħul irrapportat kif użat għall-finanzjament tal-għajnuna għall-kostijiet tal-karbonju

2,1

Dħul soġġett għall-obbligu tal-Artikolu 10(3) u żborżat fl-2023

22,2

Dħul miġbur mill-Istati Membri fl-2023, soġġett għall-obbligu tal-Artikolu 10(3) u impenjat

0,8

Dħul miġbur mill-Istati Membri fl-2023, li għad irid jiġi allokat, żborżat u rrapportat

7,9

Kif muri fl-illustrazzjoni 8, mit-EUR 22,2 biljun fi dħul irrapportat bħala żborżat fl-2023 għall-finijiet tal-Artikolu 10(3), EUR 9,7 biljun intużaw għal proġetti fil-kategorija “Provvista tal-enerġija, grilji u ħżin”, EUR 2,3 biljun għal “Effiċjenza enerġetika, tisħin u tkessiħ fil-bini” u EUR 5,1 biljun għat-“Trasport pubbliku u mobbiltà”. Mit-323 azzjoni rrapportati f’dawn it-tliet kategoriji, eżempji jinkludu l-installazzjoni ta’ sistema fotovoltajka fir-Rumanija, għotjiet għal titjib fl-effiċjenza enerġetika għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx fi Franza u l-espansjoni tan-networks tal-metro f’Lisbona u Porto fil-Portugall.

Barra minn hekk, l-Istati Membri rrapportaw li allokaw EUR 0,7 biljun għal proġetti fil-kategorija “Id-dekarbonizzazzjoni tal-industrija (teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, il-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju (CCUS, carbon capture, utilisation and storage) u effiċjenza enerġetika fis-settur industrijali minbarra s-settur tal-enerġija)”, inkluż appoġġ finanzjarju u tekniku lin-negozji fir-reġjun ta’ Wallonia tal-Belġju fit-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomija b’emissjonijiet żero netti. L-Istati Membri rrapportaw ukoll li allokaw EUR 2,7 biljun għall-“Appoġġ soċjali u tranżizzjoni ġusta”, inkluż il-Fond Grieg għat-Tranżizzjoni tal-Enerġija (li jkopri, fost l-oħrajn, sussidji għall-enerġija għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx, appoġġ għan-negozji f’żoni ta’ tranżizzjoni, programmi ta’ taħriġ mill-ġdid u proġetti ta’ infrastruttura ekoloġika).

Għal EUR 1,4 biljun fl-iżborżi tal-2023, l-Istati Membri rrapportaw il-kategorija “Oħrajn”, li tinkludi azzjonijiet li ma jaqgħu taħt l-ebda kategorija oħra jew jaqgħu taħt diversi kategoriji. Fost l-eżempji nsibu l-fond Żvediż “Climate Leap” li jappoġġa diversi proġetti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet, dwar il-bijogass, dwar il-bijodiversità u ta’ riċerka.

Illustrazzjoni 8. It-tqassim tat-EUR 22,2 biljun tad-dħul mill-irkant tal-ETS tal-2023 irrapportat bħala żborżat, għal kull kategorija. Il-kategoriji kkombinati taħt il-EUR 500 miljun jinkludu (f’miljuni ta’ EUR) it-trasport bit-triq (309), l-adattament (155), il-finijiet internazzjonali u l-finanzjament internazzjonali għall-klima (110), l-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF, land-use, land-use change and forestry), l-agrikoltura u l-assorbimenti bbażati fuq l-art (59), l-ispejjeż amministrattivi (54), l-immaniġġjar tal-iskart (29), it-trasport marittimu (17), l-avjazzjoni (13) u l-assorbimenti permanenti (3).

Id-dħul mill-irkant tal-EU ETS kien kontribut essenzjali għal dawn il-proġetti u għal ħafna proġetti oħra li jħallu impatt fl-Istati Membri. Dawn il-proġetti mhux biss għenu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, iżda żguraw ukoll li t-tranżizzjoni ekoloġika tkun ġusta. Studji tal-każ ta’ 13-il proġett (ko)finanzjati mid-dħul mill-irkant juru l-effetti pożittivi tad-dħul fuq it-tranżizzjoni klimatika fl-UE 60 . Importanti li wieħed jinnota li l-Istati Membri jridu jagħmlu ħilithom biex jiżguraw il-viżibbiltà tas-sors tal-finanzjament għall-azzjonijiet jew għall-proġetti ffinanzjati mid-dħul tal-ETS biex jintwera l-kontribut tal-EU ETS għad-dekarbonizzazzjoni progressiva u għat-tranżizzjoni ġusta. Ma kienx qed jiġri hekk fil-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet irrapportati għall-2023 u l-Kummissjoni qed tfittex li tagħmel segwitu.

Ħarsa ġenerali lejn kif kull Stat Membru uża d-dħul tiegħu mill-ETS hija inkluża fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja r-rapport ta’ progress tal-2024 dwar l-Azzjoni klimatika 61 .

Għajnuna għall-kostijiet indiretti

L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna mill-istat lil ċerti industriji intensivi fl-elettriku taħt l-EU ETS għall-kostijiet tal-karbonju li jirriżultaw minn emissjonijiet indiretti, speċifikament minn żieda fil-prezzijiet tal-elettriku minħabba li l-kumpaniji tal-enerġija qed jgħaddu l-kost tax-xiri ta’ kwoti lill-konsumaturi kummerċjali. Il-Kummissjoni adottat linji gwida dwar l-għajnuna mill-istat tal-EU ETS sabiex tarmonizza l-implimentazzjoni ta’ din l-għajnuna bejn l-Istati Membri u timminimizza d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq uniku 62 .

Fl-2023, 15-il Stat Membru ħallsu għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2022, wara li nnotifikaw l-iskemi tagħhom lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-istat u wara li rċevew rikonoxximent tal-kompatibbiltà tagħhom mas-suq uniku. L-Awstrija, il-Greċja u s-Slovenja introduċew skemi ġodda, filwaqt li n-Netherlands waqqfu l-iskema tagħhom 63 . Skont l-iskemi implimentati mill-Istati Membri, il-benefiċjarji għandhom jinvestu mill-ġdid parti mill-għajnuna fi proġetti li jbaxxu l-impronta tal-karbonju diretta jew indiretta tagħhom u b’hekk, l-esponiment tagħhom għar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Fi żmien 3 xhur wara t-tmiem ta’ kull sena, l-Istati Membri bi skema ta’ kumpens għall-kostijiet indiretti fis-seħħ iridu jippubblikaw l-ammont totali ta’ kumpens imħallas, inkluż tqassim għal kull settur u sottosettur riċevitur. It-tabella 6 tiġbor fil-qosor id-data pubblikata mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mħallsa fl-2023 għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2022. Dawn l-ammonti huma mqabbla wkoll mad-dħul mill-irkant tal-2022.

Il-pagamenti tal-kostijiet indiretti totali minn dawn il-15-il Stat Membru fl-2023 ammontaw għal madwar EUR 3,95 biljun. Dan huwa aktar miż-EUR 2,16 biljun żborżati fl-2022, żieda ta’ madwar 80 % f’pagamenti tal-kostijiet indiretti. L-għadd ta’ installazzjonijiet li rċevew għajnuna żdied bi ftit (b’56) hekk kif aktar Stati Membri kienu qed jimplimentaw skemi għall-kostijiet indiretti.

L-għajnuna għall-kostijiet indiretti tal-karbonju f’sena partikolari hija bbażata fuq il-prezz forward tal-kwoti fis-sena preċedenti. Għalhekk, l-għajnuna żborżata fl-2023 għall-kostijiet imġarrba fl-2022 hija bbażata fuq il-prezz forward medju fl-2021. Dan il-prezz kien ta’ EUR 54,1, li huwa aktar mid-doppju tal-EUR 25,09 użati għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2021. Minn dak iż-żmien ’l hawn, dan il-prezz forward żdied għal aktar minn EUR 80 fl-2022 u fl-2023, li jfisser li l-għajnuna għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2023 u fl-2024 se tkun ibbażata fuq prezz ogħla tal-karbonju. L-iskemi ta’ kumpens għall-kostijiet indiretti tipikament ikollhom baġit massimu kkalkulat għall-perjodu kollu ta’ applikazzjoni (li għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jkopri l-2021–2030).

Il-pagamenti tal-kostijiet indiretti żdiedu wkoll f’termini relattivi. Il-pagamenti totali għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2022 kienu ekwivalenti għal 16 % tad-dħul mill-irkant tal-2022 miġbur mill-15-il Stat Membru, meta mqabbla mal-pagamenti li laħqu l-10 % tad-dħul miġbur fl-2021 minn 13-il Stat Membru li taw għajnuna għal dik l-istess sena. Fil-biċċa l-kbira, dan kien xprunat mit-tnaqqis fil-volum assolut tal-kwoti rkantati fl-2022 kif ukoll miż-żieda fil-prezz forward imsemmi hawn fuq.

Tabella 6. Ammonti ta’ għajnuna mħallsa fl-2023 mid-dħul mill-irkant tal-ETS għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2022

Stat Membru

Ammont imħallas
għall-kostijiet indiretti

mġarrba fl-2022

[f’miljuni ta’ EUR]

Għadd
ta’ riċevituri

(istallazzjonijiet)

Dħul
mill-irkant

fl-2022
64  
[f’miljuni ta’ EUR]

Id-daqs relattiv tal-għajnuna għall-kostijiet indiretti mqabbel mad-dħul mill-irkant

L-Awstrija 

184,8 

76 

375,4 

49,2 % 

Il-Belġju

186,2 

59

649,2 

28,7 % 

Iċ-Ċekja 

50,3 

21 

670,6 

7,5 % 

Il-Finlandja 

117,7 

49 

504,7 

23,3 % 

Franza 

604,2 

280 

1834,7 

32,9 % 

Il-Ġermanja 

1 643,7 

668 

6 772,4 

24,3 % 

Il-Greċja 65

171,5 

53 

1 314,0 

13,1 % 

L-Italja 

150,6 

251 

3 166,1 

4,8 % 

Il-Lussemburgu 

25,0 

4 

4,8 

517,0 % 

Il-Polonja 

372,7 

95 

4 966,4 

7,5 % 

Il-Portugall 66

25,0 

22 

661,6 

3,8 % 

Ir-Rumanija 

145,0 

30 

482,4 

30,1 % 

Is-Slovakkja 

20,9 

9 

342,4 

6,1 % 

Is-Slovenja 

26,0 

17 

170,5 

15,3 % 

Spanja 

228,8

185 

3 186,8 

7,2 % 

L-Istati Membri li jonfqu aktar minn 25 % tad-dħul mill-irkant tagħhom fuq il-kostijiet indiretti fi kwalunkwe sena huma meħtieġa jippubblikaw rapport li jispjega għaliex ikunu qabżu dan il-limitu. Fl-2023, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri baqgħu ferm taħt dan il-limitu. Madankollu, ħames Stati Membri nefqu aktar minn 25 % tad-dħul mill-irkant tagħhom fuq pagamenti tal-kostijiet indiretti: l-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Lussemburgu u r-Rumanija. Il-ġustifikazzjonijiet ipprovduti minn dawn l-Istati Membri huma miġbura fil-qosor hawn taħt.

L-Awstrija rrapportat li fl-2022 ġiet adottata skema temporanja b’kumpens permess li jaqbeż il-25 % minħabba l-prezzijiet għoljin tal-elettriku u l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Fil-Belġju u fi Franza, il-proporzjon għoli ta’ dħul mill-irkant imħallas kien attribwit għas-sehem għoli tal-pajjiż ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, li wassal għal dħul mill-irkant relattivament baxx meta mqabbel mas-sehem tiegħu ta’ industriji elettrointensivi. Ir-Rumanija rrapportat li l-limitu ta’ 25 % inqabeż parzjalment minħabba ż-żieda fil-prezz tal-karbonju użat għall-kalkolu tal-pagamenti.

In-nefqa tal-Lussemburgu kienet ferm akbar mid-dħul totali tiegħu mill-irkant. Għalkemm il-pagamenti tal-pajjiż żdiedu fl-2023, iż-żieda fis-sehem mid-dħul kienet attribwita wkoll għal tnaqqis fil-volum tal-irkant tal-pajjiż ikkawżat mill-użu tiegħu tal-kwoti tal-ETS biex jiġu kkumpensati l-emissjonijiet fis-setturi koperti mir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi. Din il-prattika tissejjaħ “il-flessibbiltà tar-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi” 67 . B’mod kumplessiv, il-Lussemburgu kellu 35 % inqas dħul fl-2022 milli fl-2021. Kemm il-Lussemburgu kif ukoll ir-Rumanija semmew ukoll li t-trasferiment ta’ kwoti fl-MSR ikkontribwixxa għal tnaqqis fil-volum ta’ kwoti rkantati.

Fond għall-Innovazzjoni tal-ETS

Il-Fond għall-Innovazzjoni huwa wieħed mill-akbar programmi ta’ finanzjament fid-dinja għall-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet u teknoloġiji innovattivi b’livell baxx u żero ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-enerġija, fl-industrija u fil-mobbiltà b’emissjonijiet żero netti, iffinanzjat kompletament mill-EU ETS. Il-Fond jipprovdi għotjiet għal proġetti li għandhom l-għan li jikkumerċjalizzaw it-teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u li jġibu soluzzjonijiet industrijali fis-suq għad-dekarbonizzazzjoni tal-Ewropa u għall-appoġġ tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. B’baġit stmat ta’ EUR 40 biljun disponibbli (ibbażat fuq prezz tal-karbonju ta’ EUR 75/tCO2), il-Fond għall-Innovazzjoni nieda tmien sejħiet għal proposti mill-2020 ’l hawn, inkluż waħda għall-irkanti taħt il-Bank Ewropew tal-Idroġenu.

Il-Kummissjoni tirrapporta f’aktar dettall dwar l-implimentazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni separatament. It-tieni rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni huwa mistenni fir-raba’ trimestru tal-2024 68 .

Wara s-serje ta’ sejħiet tal-2022, 39 proġett fuq skala kbira u 15-il proġett fuq skala żgħira ffirmaw ftehimiet ta’ għotja. Aktar minn EUR 3,5 biljun se jiffinanzjaw l-innovazzjoni, inkluż f’industriji intensivi fl-enerġija, il-produzzjoni tal-idroġenu, il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-manifattura ta’ komponenti għall-ħżin tal-enerġija u s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u jgħinu biex javvanzaw id-dekarbonizzazzjoni fi 17-il pajjiż 69 . Madwar EUR 55 miljun se jiffinanzjaw l-innovazzjoni fuq skala żgħira f’diversi setturi diffiċli li jitrażżnu, inkluż il-bijofjuwils, il-ħġieġ u ċ-ċeramika, is-siment, il-ħżin tal-enerġija u s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli 70 .

Bil-proġetti li ngħataw appoġġ fid-Danimarka, fil-Greċja, fl-Ungerija u fil-Latvja, il-bilanċ settorjali u ġeografiku tal-Fond għall-Innovazzjoni kompla jitjieb. Sa Ġunju 2024, il-portafoll totali tal-Fond għall-Innovazzjoni kien jinkludi 127 proġett li kienu qed jiġu implimentati jew fil-proċess li jitħejjielhom ftehim ta’ għotja, b’kontribuzzjoni tal-EU ETS ta’ EUR 7,35 biljun 71 . Meta jitlestew, huwa stmat li dawn il-proġetti se jiffrankaw madwar 457 Mt CO2eq f’emissjonijiet fl-ewwel 10 snin tal-operat tagħhom.

L-inċentiv ipprovdut mill-prezz tal-karbonju tal-EU ETS huwa ħafna akbar għal dawn il-proġetti mill-ammont tal-finanzjament li joriġina mill-EU ETS. Pereżempju, il-benefiċċju tal-kost tal-karbonju evitat għall-argumenti għall-vijabbiltà tal-kumpaniji mill-proġetti appoġġati mill-Fond għall-Innovazzjoni s’issa huwa ta’ madwar EUR 34 biljun (kostijiet tal-karbonju evitati minħabba emissjonijiet aktar baxxi bi prezz medju tal-karbonju ta’ EUR 75/tCO2). Dan jirrifletti l-loġika tal-EU ETS fejn il-prezz tal-karbonju huwa l-inċentiv ewlieni fit-tul, filwaqt li l-Fond għall-Innovazzjoni jissupplimenta dan l-inċentiv biex titħaffef il-bidla 72 .

B’mod parallel, intgħażlu 27 proġett li ma rnexxewx mit-tielet serje ta’ sejħiet (kemm fuq skala kbira kif ukoll fuq skala żgħira) għall-assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti fl-ambitu tal-Fond għall-Innovazzjoni. Sa mill-bidu tal-programm, 70 proġett ingħataw assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti, b’hekk inħolqot sensiela b’saħħitha ta’ applikazzjonijiet futuri ta’ kwalità tajba. Dan l-appoġġ jammonta għal EUR 24 miljun u huwa provdut mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).

Is-sejħa tal-Fond għall-Innovazzjoni tal-2023 għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti (IF23 NZT Call, 2023 Innovation Fund Call for net-zero technologies) għalqet fid-9 ta’ April 2024, wara li rċeviet 337 applikazzjoni. Din kienet tinkludi suġġetti dedikati għall-manifattura tat-teknoloġija nadifa u proġetti pilota, flimkien ma’ tliet suġġetti ġenerali tad-dekarbonizzazzjoni, organizzati fi proġetti fuq skala żgħira, medja u kbira. L-IF23 NZT Call diġà rriflettiet l-applikazzjoni estiża tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, għat-trasport bit-triq u b’mod partikolari għas-settur marittimu b’dispożizzjonijiet speċifiċi biex tiġi aċċellerata id-dekarbonizzazzjoni tiegħu, inkluż fir-rigward tal-produzzjoni u l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

Ir-riżultati tal-IF23 NZT Call huma mistennija fir-raba’ trimestru tal-2024, bi ftehimiet ta’ għotja mistennija li jiġu ffirmati fil-bidu tal-2025. Madwar EUR 4 biljun se jiġu provduti biex jiffinanzjaw teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u b’emissjonijiet żero netti. Għall-ewwel darba, il-proġetti li jilħqu l-limiti minimi għall-kriterji tal-għoti kollha se jirċievu s-Siġill tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP, Strategic Technologies for Europe Platform), introdott mir-Regolament STEP (ir-Regolament 2024/795) 73 .
Is-Siġill huwa t-tikketta tal-kwalità tal-UE mogħtija lill-proġetti ta’ kwalità għolja li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-STEP. Għall-proġetti inkwistjoni, dan se jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament mill-Istati Membri.

Ir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS introduċiet offerti kompetittivi (“irkanti”) taħt il-Fond għall-Innovazzjoni, u l-ewwel irkant pilota għall-produzzjoni ta’ fjuwil rinnovabbli ta’ idroġenu ta’ oriġini mhux bijoloġika (RFNBO H2, renewable fuel of non-biological origin hydrogen) sar bejn it-23 ta’ Novembru 2023 u t-8 ta’ Frar 2024 (Irkant IF23). L-Irkant IF23 attira 132 offerta minn 17-il pajjiż madwar l-Ewropa, u talab għal 15-il darba l-baġit disponibbli, u dan jindika abbonament eċċessiv sinifikanti. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni ġew ippubblikati fl-aħħar ta’ April 2024.

Intgħażlu seba’ offerti fl-Irkant IF23 għat-tħejjija tal-ftehim ta’ għotja, għal total ta’ EUR 720 miljun f’kontribuzzjonijiet tal-UE 74 . Il-proġetti magħżula ssottomettew offerti ta’ bejn EUR 0,37 u EUR 0,48 għal kull kilogramma ta’ RFNBO H2 prodott. Abbażi tal-mudell tal-ħlas skont l-offerta tal-irkant pilota, dawn il-proġetti se jirċievu għotjiet mill-Fond għall-Innovazzjoni li jvarjaw minn EUR 8 miljun sa EUR 245 miljun. Il-ftehimiet ta’ għotja mistennija jiġu ffirmati f’Ottubru 2024.

B’dan l-ewwel irkant pilota, il-Fond għall-Innovazzjoni ttestja wkoll il-funzjoni “Irkant bħala Servizz”, li tippermetti lill-pajjiżi taż-ŻEE jużaw l-irkant tal-Fond għall-Innovazzjoni biex jallokaw fondi nazzjonali addizzjonali għal proġetti nazzjonali li ma kinux jidħlu fil-baġit tal-irkant tal-Fond għall-Innovazzjoni. Il-Ġermanja kkontribwiet EUR 350 miljun għal perjodu ta’ finanzjament nazzjonali fl-irkant pilota. Bl-istess mod, id-DĠ Azzjoni Klimatika qed jaħdem mill-qrib mad-DĠ Kompetizzjoni biex jistabbilixxi funzjoni simili għal sejħiet regolari għal proposti imsejħa “Għotjiet bħala Servizz.” Iż-żewġ funzjonijiet jippermettu lill-pajjiżi taż-ŻEE jisfruttaw il-proċeduri ta’ evalwazzjoni stabbiliti sew tal-Fond għall-Innovazzjoni u jevitaw piżijiet amministrattivi bla bżonn fl-iżvilupp u t-tmexxija ta’ skemi ġodda ta’ appoġġ għall-istess teknoloġiji.

Fond għall-Modernizzazzjoni tal-ETS

Il-Fond għall-Modernizzazzjoni huwa programm ta’ solidarjetà ffinanzjat mill-EU ETS. Huwa jappoġġa lil 10 Stati Membri b’introjtu aktar baxx 75 u mill-2024, lil 13-il Stat Membru b’introjtu aktar baxx 76 biex jilħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030 billi jgħinhom jintroduċu proġetti li jimmodernizzaw is-sistemi tal-enerġija u jtejbu l-effiċjenza enerġetika. Il-baġit tal-Fond ġej mill-irkantar ta’ sehem tal-limitu massimu tal-EU ETS (li jikkorrispondi għal 438 miljun kwota), allokat fost l-Istati Membri benefiċjarji skont koeffiċjent fiss 77 . Barra minn hekk, sitt Stati Membri benefiċjarji trasferew 320 miljun kwota mill-fażi 3 tal-EU ETS (2013–2020) għall-Fond għall-Modernizzazzjoni. Dan iġib id-daqs totali tiegħu għal aktar minn 750 miljun kwota, jew EUR 56 biljun mill-2021 sal-2030 jekk wieħed jassumi li l-prezz medju tal-karbonju huwa ta’ EUR 75/tCO2. 

Għalkemm l-Istati Membri jagħżlu l-investimenti li jixtiequ jappoġġaw, huma meħtieġa jużaw il-biċċa l-kbira tar-riżorsi tagħhom taħt il-Fond għal investimenti ta’ prijorità. Dawn jinkludu l-ġenerazzjoni u l-użu ta’ elettriku rinnovabbli, it-tisħin u t-tkessiħ, l-effiċjenza enerġetika, il-ħżin u l-modernizzazzjoni tan-networks tal-enerġija, appoġġ għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku u azzjonijiet għal tranżizzjoni ġusta f’reġjuni dipendenti mill-fjuwils fossili. Il-BEI jirrevedi l-proposti ta’ investiment. Il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni ta’ żborż ladarba l-BEI jikkonferma investiment bħala prijorità jew jirrakkomanda finanzjament mill-Kumitat tal-Investiment tal-Fond bħala mhux prijorità. Id-deċiżjonijiet ta’ żborż jinħarġu f’żewġ ċikli, kull sena, u jkopru l-investimenti fl-Istati Membri benefiċjarji kollha.

Minn Jannar 2021, ġew ikkonfermati 176 skema u proġett individwali għal ammont totali ta’ EUR 12,7 biljun, li ġew żborżati lill-Istati Membri benefiċjarji. Dawn l-inizjattivi huma relatati l-aktar mal-elettriku rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, il-ħżin tal-enerġija u l-modernizzazzjoni tan-networks tal-enerġija. It-tabella 7 tippreżenta l-ammonti żborżati għal kull Stat Membru.

F’Ġunju 2024, il-Kummissjoni adottat is-seba’ deċiżjoni ta’ żborż 78 taħt il-Fond għall-Modernizzazzjoni, it-tieni l-akbar mill-2021. Fuq din il-bażi, il-BEI għamel pagamenti li jammontaw għal EUR 2,9 biljun lil 10 Stati Membri benefiċjarji 79 biex jiffinanzjaw 39 proposta ta’ investiment. Il-proġetti jinkludu appoġġ lill-unitajiet domestiċi għall-akkwist u l-installazzjoni ta’ sistemi fotovoltajċi ġodda fiċ-Ċekja u skemi ta’ appoġġ ta’ kuntratt għad-differenza għall-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fir-Rumanija.

Is-sottomissjonijiet għal serje oħra ta’ proposti taħt il-Fond għall-Modernizzazzjoni ngħalqu fit-13 ta’ Awwissu 2024 għal proġetti mhux ta’ prijorità u fl-10 ta’ Settembru 2024 għal proġetti ta’ prijorità.

Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ETS ġabet bidliet sinifikanti fid-daqs u l-governanza tal-Fond għall-Modernizzazzjoni. Id-daqs tal-Fond żdied b’110 miljun kwota. Din iż-żieda hija kondiviża bejn 13-il Stat Membru benefiċjarju – l-10 benefiċjarji oriġinali flimkien mal-Greċja, il-Portugall u s-Slovenja. Sehem akbar ta’ riżorsi taħt il-Fond ġie allokat għal-lista ta’ investimenti ta’ prijorità, li ġiet estiża biex tinkludi t-tisħin rinnovabbli u t-tranżizzjoni ġusta f’reġjuni dipendenti mill-karbonju. L-investimenti li jinvolvu l-gass kienu soġġetti għal għadd ta’ restrizzjonijiet. Mill-2025, l-investimenti jridu jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija. Fid-dawl tar-reviżjoni, ir-Regolament dwar il-Fond għall-Modernizzazzjoni (ir-Regolament 2020/1001) 80 ġie emendat. Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2024.

Tabella 7. Żborżi totali mill-Fond għall-Modernizzazzjoni (mill-1 ta’ Jannar 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2024)

Stat Membru benefiċjarju

Ammonti żborżati (f’miljuni ta’ EUR)

Il-Bulgarija

262

Iċ-Ċekja

4 343

L-Estonja

178

Il-Kroazja

262

L-Ungerija

185

Il-Litwanja

183

Il-Latvja

32

Il-Polonja

1 908

Ir-Rumanija

4 679

Is-Slovakkja

615

Total

12 647

Fond ta’ Dekarbonizzazzjoni tal-ETS għall-Greċja

L-Artikolu 10a(9) tad-Direttiva dwar l-ETS jagħti lill-Greċja d-dritt, skont ċerti kundizzjonijiet, li titlob sa 25 miljun kwota għad-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-gżejjer tagħha 81 . Il-Greċja, il-Kummissjoni Ewropea u l-BEI qed jaħdmu biex joperazzjonalizzaw din id-dispożizzjoni. Il-BEI se jkun responsabbli għall-valutazzjoni tal-vijabbiltà finanzjarja u l-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proposta tal-proġett Grieg għad-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-gżejjer tagħha. Jekk il-kundizzjonijiet kollha jiġu ssodisfati, inkluża l-konferma tal-BEI tal-proposta tal-proġett tal-Greċja sottomessa skont l-Artikolu 10a(9), il-kwoti jiġu rkantati u d-dħul ikun disponibbli għall-kofinanzjament sa 60 % tal-komponenti tal-proġett approvati. F’termini konkreti, il-finanzjament għandu jappoġġa proġetti ta’ provvista tal-enerġija rinnovabbli fuq il-gżejjer u jgħin biex il-gżejjer jiġu konnessi mal-grilja elettrika tal-kontinent.

9.Avjazzjoni

L-EU ETS ilha tirregola l-emissjonijiet mis-settur tal-avjazzjoni mill-2012. Legalment, is-sistema tkopri t-titjiriet kollha li joħorġu miż-ŻEE u t-titjiriet kollha li jidħlu fiha. Madankollu, fl-2013, l-UE illimitat l-obbligi tal-ETS għas-settur tal-avjazzjoni għat-titjiriet fi ħdan iż-ŻEE sabiex tappoġġa l-iżvilupp ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-avjazzjoni mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO, International Civil Aviation Organization) 82 . Il-limitazzjoni tal-kopertura tad-Direttiva dwar l-ETS minn dak iż-żmien ġiet estiża tliet darbiet, u r-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS tenfasizza li din għandha tkun l-aħħar deroga marbuta biż-żmien għall-EU ETS 83 . 

Bejn l-2013 u l-2023, l-EU ETS kisbet tnaqqis totali fl-emissjonijiet netti tas-CO2 tal-avjazzjoni ta’ 206 Mt permezz tal-finanzjament tat-tnaqqis tal-emissjonijiet f’setturi oħra. Fl-2012–2020, l-operaturi tal-avjazzjoni użaw kważi 19-il miljun kreditu internazzjonali għall-konformità fl-EU ETS.

L-EU ETS ilha mill-1 ta’ Jannar 2020 tkopri l-emissjonijiet mit-titjiriet li jitilqu lejn l-Iżvizzera, filwaqt li l-ETS Żvizzera tapplika għat-titjiriet li jitilqu lejn ajruporti taż-ŻEE. Dan jiżgura inċentiv għad-dekarbonizzazzjoni filwaqt li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi fiż-żewġ direzzjonijiet. L-EU ETS ilha mill-1 ta’ Jannar 2021 tapplika għat-titjiriet li jitilqu lejn ir-Renju Unit, filwaqt li l-ETS tar-Renju Unit tapplika għat-titjiriet li jitilqu lejn ajruporti taż-ŻEE. Dan iżomm il-kopertura tal-ipprezzar tal-karbonju tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni minkejja l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.

L-EU ETS ilha mill-1 ta’ Jannar 2024 tkopri l-emissjonijiet mill-biċċa l-kbira tat-titjiriet 84 lejn u mid-disa’ reġjuni ultraperiferiċi tal-UE kif ukoll l-emissjonijiet minn titjiriet li jitilqu mir-reġjuni ultraperiferiċi lejn l-Iżvizzera u lejn ir-Renju Unit. B’kollox, dan jammonta għal estensjoni tal-kopertura tal-ipprezzar tal-karbonju tal-ETS ta’ madwar 7 %. L-Iżvizzera inkludiet ukoll l-emissjonijiet minn titjiriet li jitilqu lejn ir-reġjuni ultraperiferiċi fl-ETS tagħha mill-2024 85 .

B’mod parallel, biex jiġi ffaċilitat il-progress fl-ICAO, il-kamp ta’ applikazzjoni intra-Ewropew limitat tal-EU ETS għall-avjazzjoni ġie estiż sa tmiem l-2026 peress li l-pajjiżi terzi ewlenin kollha għandhom ikunu qed japplikaw l-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA, Carbon Offsetting and Reduction Scheme for International Aviation) mill-2027. 129 Stat jipparteċipaw fil-fażi volontarja tal-CORSIA li tibda mill-2024 sal-2026.

Fl-2023, inħarġu madwar 26 miljun kwota tal-avjazzjoni f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni applikabbli tal-EU ETS. L-allokazzjoni bla ħlas ammontat għal 22,5 miljun kwota. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati minn amministraturi nazzjonali fiż-ŻEE rċevew ftit inqas minn 0,5 miljun kwota tal-avjazzjoni Żvizzera mingħajr bla taħt l-ETS Żvizzera. Fl-2023 ġew irkantati madwar 5,7 miljun kwota tal-avjazzjoni.

L-emissjonijiet mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru komplew jiżdiedu fl-2023 meta mqabbla mal-2022. Fl-2023, l-emissjonijiet ammontaw għal 54,1 Mt CO2eq (inkluż 0,9 Mt ta’ operaturi amministrati mill-Iżvizzera), żieda minn 49,5 Mt fl-2022. L-emissjonijiet tal-avjazzjoni tal-EU ETS huma qrib il-livelli tal-2019 (aġġustati għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE), u dan jikkonferma r-ritorn għal-livelli ta’ emissjonijiet ta’ qabel il-pandemija tal-COVID-19 86 .  It-tabella 8  tistabbilixxi l-emissjonijiet ivverifikati mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, flimkien mal-volumi tal-kwoti allokati bla ħlas u rkantati fis-settur tal-avjazzjoni mill-2019. L-EU ETS ilha mill-2021 li waqfet tkopri titjiriet li jidħlu mir-Renju Unit.

Bħala parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, fl-2023 ġew adottati żewġ riformi li jikkonċernaw l-EU ETS għall-avjazzjoni – biex jiġi avvanzat it-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur 87 u biex tiġi implimentata l-CORSIA għal titjiriet barra mill-Ewropa ta’ linji tal-ajru bbażati fl-UE fid-dritt tal-UE 88 . L-implimentazzjoni tagħhom tinsab għaddejja.

Biex timplimenta l-CORSIA fid-dritt tal-UE, fi Frar 2024 il-Kummissjoni adottat il-lista ta’ stati meqjusa li qed japplikaw il-CORSIA għall-emissjonijiet fl-2023 89 . Din il-lista tiġi aġġornata kull sena. F’Lulju 2024, il-Kummissjoni ppubblikat ir-regoli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kumpens skont il-CORSIA 90 . L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri se jużaw dawn ir-regoli għall-emissjonijiet sa tmiem l-2026.

F’pass sinifikanti biex tittejjeb it-trasparenza, f’Marzu 2024 il-Kummissjoni ppubblikat data annwali aggregata dwar l-emissjonijiet mill-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-2022 91 . Din il-pubblikazzjoni segwiet dikjarazzjoni tal-Kummissjoni 92 maħruġa matul il-proċess leġiżlattiv għar-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tippubblika aktar data dwar l-emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali, filwaqt li tipproteġi data kummerċjalment sensittiva.

Tabella 8. L-Avjazzjoni fl-EU ETS (2019–2023) – emissjonijiet verifikati [miljuni ta’ tunnellati ta’ CO2eq], allokazzjoni bla ħlas u kwoti rkantati [f’miljuni ta’ kwoti]

Sena

2019

2020

202159

2022

2023

Emissjonijiet verifikati - avjazzjoni

68,2

25,2

27,9

49,5

54,1

Bidla sena wara sena 93

+1 %

−63 %

+30 %

+77 %

+9,5 %

Allokazzjoni bla ħlas (EU27 + l-Iżlanda, il-Liechtenstein,
u n-Norveġja

+ ir-Renju Unit + l-Iżvizzera)
94

31,3 95

32,5

24,0

23,1

22,5

Allokazzjoni bla ħlas mir-riżerva speċjali għal entranti ġodda u għall-operaturi li qegħdin jikbru malajr

1,0

0,8

0,3

0,25

0,23

Volumi ta’ kwoti rkantati

5,5

9,2

3,8

3,7

5,7

Ir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS tavvanza l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas fis-settur tal-avjazzjoni. Il-kwoti bla ħlas għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru se jiġu eliminati gradwalment sal-aħħar tal-2025. Fl-2024, ġew allokati 25 % inqas kwoti bla ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru.

Fl-istess ħin, 20 miljun kwota (b’valur tas-suq attwali stmat għal madwar EUR 1,5 biljun bi prezz tal-karbonju ta’ EUR 75/tCO2) huma allokati biex jappoġġaw aktar l-użu ta’ fjuwils alternattivi eliġibbli. Dan l-appoġġ iżid l-inċentiv finanzjarju pprovdut mill-EU ETS għall-fjuwils alternattivi għal-fjuwils fossili, fejn il-klassifikazzjoni żero tagħti inċentiv finanzjarju ta’ aktar minn EUR 200 għal kull tunnellata fjuwil. Dan l-inċentiv ilu disponibbli għall-fjuwils eliġibbli ppumpjati fuq ir-rotot tal-ETS mill-1 ta’ Jannar 2024. Ir-reviżjoni li għaddejja tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija mistennija tkompli żżid dan l-inċentiv.

Filwaqt li ġie rikonoxxut li l-effetti tal-avjazzjoni mhux tas-CO2 ma jistgħux jibqgħu jiġu injorati 96 , ġie introdott qafas iddedikat ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika li se jibda japplika fl-1 ta’ Jannar 2025. Ir-regoli ta’ implimentazzjoni ġew stabbiliti fit-tieni reviżjoni tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar, adottat fid-29 ta’ Awwissu 2024 97 .

10. It-trasport marittimu

It-trasport marittimu huwa emittent ewlieni tas-CO2, li jammonta għal madwar 3-4 % tal-emissjonijiet totali tas-CO2 tal-UE, jiġifieri aktar minn 126 Mt fl-2023, meta jitqiesu l-emissjonijiet kollha mill-vjaġġi lejn u mill-portijiet taż-ŻEE. Ir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS estendiet l-EU ETS għall-emissjonijiet mill-attivitajiet tat-trasport marittimu, mill-1 ta’ Jannar 2024. L-emissjonijiet tat-trasport marittimu huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS għal 50 % tal-emissjonijiet minn vjaġġi li jibdew jew jintemmu barra miż-ŻEE u 100 % tal-emissjonijiet li jseħħu bejn żewġ portijiet u meta l-bastimenti jkunu f’port taż-ŻEE. Meta jitqies dan il-kamp ta’ applikazzjoni, l-EU ETS kopriet 85 Mt CO2 mit-trasport marittimu fl-2023.

Din l-estensjoni tal-EU ETS tibni fuq id-dispożizzjonijiet fis-seħħ għal setturi oħra li tkopri kif ukoll ir-Regolament MRV Marittimu (ir-Regolament 2015/757 dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu) 98 . Fl-2024 u l-2025 (l-ewwel sentejn ta’ implimentazzjoni), l-EU ETS se tkopri l-emissjonijiet tas-CO2 minn bastimenti kbar li jidħlu fil-portijiet taż-ŻEE, irrispettivament mill-bandiera li jtajru. Dan se jiġi estiż għall-emissjonijiet ta’ CH4 (metan) u N2O (ossidu nitruż) mill-2026.

L-obbligu għas-settur marittimu li jċedi l-kwoti għall-emissjonijiet tagħhom taħt l-EU ETS se jiġi introdott gradwalment. Matul perjodu inizjali ta’ introduzzjoni gradwali, il-kumpaniji tat-tbaħħir se jkunu obbligati jċedu l-kwoti biss għal porzjon tal-emissjonijiet tagħhom, skont il-perjodu ta’ żmien li ġej:

-2025: għal 40 % tal-emissjonijiet tagħhom irrapportati fl-2024;

-2026: għal 70 % tal-emissjonijiet tagħhom irrapportati fl-2025;

-mill-2027 ’il quddiem: għal 100 % tal-emissjonijiet irrapportati tagħhom fl-2026 u fis-snin ta’ wara.

Sabiex tiġi żgurata l-integrità ambjentali tal-EU ETS, meta jiġu ċeduti inqas kwoti meta mqabbla mal-emissjonijiet ivverifikati mit-trasport marittimu fl-2024 u fl-2025, l-Istati Membri se jikkanċellaw l-għadd ta’ kwoti li jikkorrispondu għal dik id-differenza.

Ir-reviżjoni tar-Regolament MRV Marittimu u l-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti ġew finalizzati fl-2023. B’kollox, ġew adottati tmien atti ta’ implimentazzjoni u delegati 99 biex l-EU ETS għat-trasport marittimu ssir operattiva mill-2024. Il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, tgħin lill-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni permezz ta’ inizjattivi ta’ komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni, inkluż dokumenti ta’ gwida 100 .

L-inklużjoni tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu fl-EU ETS hija parti mill-istrateġija kumplessiva tal-UE għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur. Bħal fil-każ tal-leġiżlazzjoni kollha relatata mas-settur marittimu tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” 101 , din se tinċentiva l-effiċjenza enerġetika u soluzzjonijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, kif ukoll se tgħin biex titnaqqas id-differenza fil-prezz bejn il-fjuwils alternattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u l-fjuwils marittimi fossili tradizzjonali. Il-bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS se jissottomettu d-data dwar l-emissjonijiet għall-ewwel perjodu ta’ rapportar (2024) sal-31 ta’ Marzu 2025 u jċedu l-għadd korrispondenti ta’ kwoti tal-emissjonijiet sat-30 ta’ Settembru 2025. Bħal fil-każ ta’ setturi oħra tal-EU ETS, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri se jkunu primarjament responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sistema. Dan jinvolvi attivitajiet ta’ spezzjoni u infurzar kif ukoll approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ, sottomessi mill-bastimenti, ladarba vvalutati minn verifikaturi akkreditati.

Id-Direttiva dwar l-ETS tinkludi klawżola ta’ rapportar u rieżami għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-EU ETS għat-trasport marittimu, b’mod partikolari biex tiġi identifikata u indirizzata kwalunkwe mġiba evażiva fi stadju bikri, u biex jiġu vvalutati l-iżviluppi rilevanti fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, fejn l-UE qed tappoġġa l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu globali tal-ipprezzar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għat-trasport marittimu flimkien ma’ standard tal-fjuwil li jirregola t-tnaqqis gradwali tal-intensità tal-gassijiet serra tal-fjuwil marin. Barra minn hekk, fl-2026, il-Kummissjoni se tirrieżamina l-EU ETS għat-trasport marittimu u se tesplora estensjoni potenzjali tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għall-bastimenti ta’ inqas minn 5 000 tunnellaġġ gross iżda mhux inqas minn 400 tunnellaġġ gross.  

11. Qafas ta’ implimentazzjoni tal-EU ETS 

EU ETS li tiffunzjona bla xkiel u li hija ambjentalment kredibbli tiddependi minn qafas robust ta’ rekwiżiti ta’ monitoraġġ, rapportar, verifika u akkreditazzjoni. Dawn ir-rekwiżiti huma armonizzati fir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar u r-Regolament dwar l-Akkreditazzjoni u l-Verifika (ir-Regolament 2018/2067) 102 . Il-pajjiżi huma meħtieġa jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tagħhom ta’ dawn ir-Regolamenti u tad-Direttiva dwar l-ETS kull sena.

Dan il-kapitolu jiddependi mid-data dwar l-implimentazzjoni tal-EU ETS li l-pajjiżi jirrapportaw kull sena skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva dwar l-ETS (skadenza tat-30 ta’ Ġunju). Sal-25 ta’ Ottubru 2024, il-jum li fih ġie ffinalizzat dan ir-rapport, l-Italja kienet għadha ma ssottomettietx ir-rapport tagħha għall-2023. Fin-nuqqas tal-aktar data riċenti għall-Italja, dan il-kapitolu juża d-data rrapportata mill-Italja għall-2022 bħala indikatur biex jagħmel possibbli t-tqabbil minn sena għal sena. Għall-pajjiżi l-oħra kollha, tintuża d-data tal-2023.

Monitoraġġ u rapportar ta’ emissjonijiet

Is-sistema ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-EU ETS tiddependi minn approċċ modulari. Dan jagħti lill-operaturi grad għoli ta’ flessibbiltà, u b’hekk jiżgura kemm il-kosteffiċjenza kif ukoll l-affidabbiltà tad-data dwar l-emissjonijiet. L-operaturi jistgħu jużaw diversi approċċi ta’ monitoraġġ (“ibbażati fuq il-kalkolu” jew “ibbażati fuq il-kejl” u b’eċċezzjoni l-“approċċ ta’ riżerva”), inkluża taħlita ta’ metodi għal partijiet individwali ta’ installazzjoni. Għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, huma permessi biss approċċi bbażati fuq il-kalkolu, fejn il-konsum tal-fjuwil ikun il-parametru ċentrali tat-titjira.

Ir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar jirrikjedi li kemm l-installazzjonijiet kif ukoll l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jkollhom pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Dan ma jħallihomx jagħmlu għażla arbitrarja ta’ metodoloġiji ta’ monitoraġġ u varjazzjonijiet temporali. Fl-2023, ħames pajjiżi 103 (l-istess bħal fl-2022) komplew jippermettu lill-installazzjonijiet jużaw pjanijiet ta’ monitoraġġ simplifikati f’każijiet ta’ riskju baxx 104 . Għall-avjazzjoni, din id-dispożizzjoni ma għadha tintuża fl-ebda pajjiż għall-operaturi b’emissjonijiet baxxi.

Il-biċċa l-kbira tal-installazzjonijiet ikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti legali għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet. Il-biċċa l-kbira użaw il-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu 105 biex jikkalkulaw l-emissjonijiet tagħhom. 151 installazzjoni biss (1,8 %) fi 22 pajjiż irrapportaw li użaw sistemi ta’ kejl kontinwu tal-emissjonijiet (CEMS, continuous emissions measurement systems), 7 aktar mill-2022. Minn dawn, 94 installazzjoni użaw is-CEMS biex ikejlu l-emissjonijiet tas-CO2, 43 biex ikejlu l-N2O u 14 biex ikejlu ż-żewġ gassijiet. Is-CEMS jintużaw l-aktar fil-Ġermanja u fiċ-Ċekja. F’39 installazzjoni, l-emissjonijiet imkejla kien fihom ukoll CO2 bijoġeniku. Mill-installazzjonijiet li jużaw is-CEMS, 72 użaw il-metodoloġija għal aktar minn 95 % tal-emissjonijiet tagħhom, filwaqt li d-79 l-oħra użaw taħlita ta’ CEMS u metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu.

Kienu biss 10 pajjiżi li rrapportaw li użaw l-approċċ ta’ riżerva. Dan l-approċċ intuża għal 23 installazzjoni li jkopru madwar 2,6 Mt CO2eq (4 installazzjonijiet inqas mill-2022 iżda simili f’termini ta’ emissjonijiet). Installazzjoni waħda fin-Netherlands hija responsabbli għal 56 % tal-emissjonijiet kumplessivi rapportati bl-użu tal-metodoloġija ta’ riżerva minħabba l-istruttura kumplessa tagħha.

Il-biċċa l-kbira tal-installazzjonijiet issodisfaw ir-rekwiżiti tal-livelli minimi 106 tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar fl-2023. Kienu biss 98 installazzjoni tal-kategorija C (minn 96 fl-2022) ġew irrapportati li ddevjaw f’tal-inqas parametru wieħed mir-rekwiżit li jiġu applikati l-ogħla livell għall-flussi minn sorsi maġġuri. Dawn kienu jinsabu fi 17-il pajjiż differenti (l-istess bħal fl-2022) u kienu jirrappreżentaw 15,9 % tal-installazzjonijiet tal-kategorija C. Dawn id-devjazzjonijiet huma awtorizzati biss meta l-operatur juri li l-ilħuq tal-ogħla livell mhuwiex teknikament fattibbli jew inkella jġarrab kostijiet irraġonevoli. Ladarba dawn il-kundizzjonijiet ma jibqgħux japplikaw, l-operatur irid itejjeb is-sistema ta’ monitoraġġ kif xieraq.

Ir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar ġie emendat għall-ewwel darba f’Ottubru 2023 biex jimplimenta r-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS 107 . Emendi ewlenin relatati mar-regoli ta’ monitoraġġ u rapportar għall-ETS 2 il-ġdida (ara l-Kapitolu 2). Barra minn hekk, ir-regoli aġġornati jirriflettu l-obbligu li l-installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet tagħhom skont l-EU ETS mill-2024. L-emendi li jikkonċernaw l-installazzjonijiet u l-avjazzjoni ilhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024, filwaqt li r-regoli għall-ETS 2 daħlu fis-seħħ f’Lulju 2024.

It-tieni reviżjoni tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar ġiet adottata fid-29 ta’ Awwissu 2024 108 . Din tintroduċi rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar għall-effetti tal-avjazzjoni mhux tas-CO2 għal kull titjira u dwar kif għandha tiġi stabbilita klassifikazzjoni żero ta’ emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika (RFNBOs, renewable fuels of non-biological origin), fjuwils tal-karbonju riċiklat (RCFs, recycled carbon fuels) u fjuwils sintetiċi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju skont l-ETS. Id-dimostrazzjoni tal-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet hija kundizzjoni ewlenija għall-klassifikazzjoni żero tal-emissjonijiet. Ir-Regolament rivedut itejjeb ukoll ir-regoli eżistenti, inklużi dawk rigward il-monitoraġġ u r-rapportar dwar it-trasferiment tas-CO2 b’mezzi oħra għajr il-pipelines u dwar is-CO2 meqjus li huwa magħqud kimikament b’mod permanenti fi prodott. 

Saru wkoll emendi biex jirregolaw kif l-użu ta’ bażi tad-data stabbilita reċentement għall-UE kollha għall-bijofjuwils 109 jista’ jkun mod kif tintwera l-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet. Ġew introdotti rekwiżiti dettaljati addizzjonali ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar biex ikopru l-użu ta’ fjuwils alternattivi tal-avjazzjoni, l-armonizzazzjoni ta’ limiti ta’ emittenti żgħar u t-trattament tal-bijomassa/RFNBOs/RCF fl-avjazzjoni. It-tieni reviżjoni tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar tavvanza wkoll l-implimentazzjoni tal-ETS 2, filwaqt li tindirizza l-emendi pendenti mill-ewwel reviżjoni, biex tippromwovi aktar armonizzazzjoni, tnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi u għall-awtoritajiet nazzjonali u ttejjeb l-effiċjenza kumplessiva tas-sistema.

Ir-Regolament MRV Marittimu ġie rivedut fl-2023 110 biex iħejji għall-estensjoni tal-EU ETS għat-trasport marittimu, b’mod partikolari biex jinkludi l-emissjonijiet mhux tas-CO2 u regoli dettaljati għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS.

Verifika u Akkreditazzjoni

Il-verifikaturi tar-rapporti dwar l-emissjonijiet taħt l-EU ETS iridu jiġu akkreditati minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni f’konformità mar-Regolament dwar l-Akkreditazzjoni u l-Verifika u l-ISO 14065
(standard ISO internazzjonali). Il-verifikaturi akkreditati jistgħu joperaw b’rikonoxximent reċiproku fil-pajjiżi kollha tal-EU ETS, filwaqt li jieħdu vantaġġ sħiħ mis-suq uniku. Dan jiżgura wkoll disponibbiltà suffiċjenti tas-servizz madwar l-UE. Ħarsa ġenerali dettaljata lejn l-aspetti ta’ akkreditazzjoni u ta’ verifika fl-2023 hija inkluża fit-Tabella F fit-Taqsima IV tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja lil dan ir-rapport.

Fl-2023, kien hemm 105 verifikaturi akkreditati għall-installazzjonijiet u 20 għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Barra minn hekk, 28 pajjiż irrapportaw li mill-inqas verifikatur barrani wieħed kien attiv fit-territorju tagħhom fl-2023, u 6 pajjiżi rrapportaw li għandhom verifikaturi barranin biss. Dan juri li r-rikonoxximent reċiproku tal-verifikaturi fost il-pajjiżi għadu jaħdem b’suċċess.

Il-konformità tal-verifikaturi mar-Regolament dwar l-Akkreditazzjoni u r-Rapportar tinstab li hija għolja. Għall-2023, ma ġew irrappurtati l-ebda sospensjonijiet jew irtirar tal-akkreditazzjoni ta’ verifikatur. F’żewġ każijiet, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditazzjoni tal-verifikaturi tnaqqas (il-Finlandja u l-Polonja). B’paragun ma’ dan, għall-2022 ġew irrapportati tliet sospensjonijiet, irtirar tal-akkreditazzjoni wieħed u tnaqqis tal-kamp ta’ applikazzjoni wieħed.

B’mod parallel mar-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar, ir-Regolament dwar l-Akkreditazzjoni u l-Verifika ġie rivedut. Ir-reviżjoni ġiet adottata fit-13 ta’ Mejju 2024, qabel l-iskadenza tas-sottomissjoni għar-rapporti verifikati dwar id-data ta’ referenza sat-30 ta’ Mejju 2024. L-objettiv ta’ din l-emenda kien:

·Għall-allokazzjoni bla ħlas lill-installazzjonijiet tal-industrija: li jiġi speċifikat ir-rwol tal-verifikatur fil-kontroll tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza enerġetika bħala waħda mill-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti u fil-verifika ta’ jekk tapplikax xi deroga għal din il-kundizzjonalità skont l-Artikolu 22a tar-Regolament dwar l-Allokazzjoni bla Ħlas.

·Għall-ETS 2: li l-applikazzjoni tar-Regolament tiġi estiża għall-verifika għall-ETS 2 (eż. l-introduzzjoni ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġdid għall-akkreditazzjoni għall-ETS 2, regoli speċifiċi dwar meta jiġu rinunzjati ż-żjarat fuq il-post, ir-rwol tal-verifikatur fil-kontroll tal-għadd doppju bejn iż-żewġ sistemi).

·L-allinjament tar-Regolament dwar l-Akkreditazzjoni u l-Verifika mar-Regolament rivedut dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar għas-settur tal-avjazzjoni: li tiġi pprovduta ċarezza dwar ir-rwol tal-verifikatur fil-valutazzjoni tal-konformità mal-Artikoli 54 u 54a tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar, li jinkludu rekwiżiti speċifiċi dwar kif għandhom jiġu attribwiti l-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli u l-emissjonijiet tagħhom għat-titjiriet.

·Biex jittejbu r-rekwiżiti eżistenti fl-Akkreditazzjoni u l-Verifika, pereżempju billi l-verifikaturi jitħallew iwettqu żjarat virtwali fuq il-post għas-settur tal-avjazzjoni barra miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali.

Bħalissa għaddejja t-tieni reviżjoni tar-Regolament dwar l-Akkreditazzjoni u l-Verifika. Din se tkopri r-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni u ta’ verifika għall-effetti tal-avjazzjoni mhux tas-CO2, ir-rwol tal-verifikatur fil-verifika tal-kisba tal-istadji importanti u l-miri inklużi fil-pjanijiet tan-newtralità klimatika tal-installazzjonijiet u bidliet oħra introdotti fit-tieni reviżjoni tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar.

Dokumenti ta’ gwida

Il-Kummissjoni żviluppat dokumenti ta’ gwida 111 għall-monitoraġġ, ir-rapportar, il-verifika u l-akkreditazzjoni. L-għan huwa li jiġu provduti struzzjonijiet dettaljati, tekniki u l-aħjar prattiki lill-awtoritajiet kompetenti, lill-operaturi, lill-verifikaturi u lil partijiet ikkonċernati oħra dwar l-implimentazzjoni tal-EU ETS. Din il-gwida għandha rwol vitali fl-iżgurar tal-integrità, it-trasparenza, l-armonizzazzjoni u l-akkuratezza tad-data dwar l-emissjonijiet fl-EU ETS. Hekk kif il-metodoloġiji u t-teknoloġiji jevolvu, l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki u ta’ tekniki ġodda tgħin biex jitnaqqsu l-iżbalji u tappoġġa l-effettività kumplessiva tas-sistema fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Dawn id-dokumenti se jiġu aġġornati biex jirriflettu r-reviżjonijiet tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar u r-Regolament dwar l-Akkreditazzjoni u l-Verifika. Se tingħata prijorità lid-dokumenti ta’ gwida ġenerali għall-installazzjonijiet, għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll lill-gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-bijomassa u mal-fjuwils rinnovabbli.

Awtoritajiet nazzjonali kompetenti

Il-mod kif l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jorganizzaw ruħhom biex jimplimentaw l-EU ETS ivarja bejn il-pajjiżi. F’xi pajjiżi, huma involuti diversi awtoritajiet lokali, filwaqt li f’oħrajn l-implimentazzjoni hija aktar ċentralizzata. Il-pajjiżi jagħżlu dawn l-approċċi abbażi tal-kosteffettività u tal-effettività taż-żmien. Ħarsa ġenerali lejn il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li jimplimentaw l-EU ETS hija preżentata fit-Tabella G fit-Taqsima IV tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja lil dan ir-rapport.

Il-pajjiżi kollha rrapportaw li kellhom mill-inqas awtorità kompetenti ċentrali waħda involuta fl-implimentazzjoni tal-EU ETS fl-2023. F’14-il pajjiż, awtorità kompetenti ċentrali waħda biss kienet responsabbli għall-attivitajiet kollha tal-EU ETS. Meta diversi awtoritajiet kompetenti jkunu qed jimmaniġġjaw l-attivitajiet tal-EU ETS, il-pajjiżi rrapportaw li jużaw soluzzjoni u għodda differenti waħda jew aktar biex jikkoordinaw ix-xogħol bejn dawk l-awtoritajiet. Dawn is-soluzzjonijiet u l-għodod jinkludu awtorità kompetenti ċentrali li tkun responsabbli għax-xogħol ta’ monitoraġġ, rapportar, akkreditazzjoni u verifika (12-il pajjiż), li jkollha rwol ta’ koordinatur 112 (10 pajjiżi), awtorità kompetenti ċentrali li toħroġ struzzjonijiet vinkolanti u gwida lill-awtoritajiet lokali (5 pajjiżi), li tipprovdi taħriġ konġunt lill-awtoritajiet kompetenti (8 pajjiżi) u li regolarment tlaqqa’ gruppi ta’ ħidma jew laqgħat bejn l-awtoritajiet (13-il pajjiż).

Fl-2023, 16-il pajjiż ma imponewx tariffi amministrattivi fuq l-operaturi tal-installazzjonijiet għall-permessi u għall-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ (l-istess bħal fl-2022). Lanqas l-operaturi tal-inġenji tal-ajru fi 17-il pajjiż ma kellhom għalfejn iħallsu tariffi (l-istess bħal fl-2022). It-tariffi varjaw b’mod sinifikanti bejn il-pajjiżi u t-tipi ta’ servizzi – minn madwar EUR 19 sa EUR 8 442 għal permess u għal approvazzjoni ta’ pjan ta’ monitoraġġ għall-installazzjonijiet, u minn madwar EUR 2 sa EUR 4 100 għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Ħlief għaċ-Ċekja, il-pajjiżi rrapportaw ukoll li jimponu tariffi amministrattivi ta’ ammonti differenti għal bidliet sinifikanti fil-pjanijiet ta’ monitoraġġ. Ħarsa ġenerali lejn it-tariffi amministrattivi fl-EU ETS hija preżentata fit-Tabella H fit-Taqsima IV tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja lil dan ir-rapport.

Konformità mal-EU ETS

Il-konformità mal-EU ETS tiġi kkontrollata f’ċikli annwali. Għal kull sena tal-operat, operatur jeħtieġlu jissottometti rapport annwali dwar l-emissjonijiet sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. Ladarba rapport ivverifikat jiġi kontrollat minn awtorità kompetenti, operatur jeħtieġlu jċedi l-għadd ta’ kwoti ekwivalenti għall-emissjonijiet ivverifikati tiegħu sat-30 ta’ Settembru tal-istess sena 113 .

Għal kull tunnellata ta’ CO2 emessa li għaliha ma tkun ġiet ċeduta l-ebda kwota fil-ħin, id-Direttiva dwar l-ETS timponi penali ta’ EUR 100 114 . Dan minbarra l-kost taċ-ċediment tal-kwoti dovuti. Penali oħra jistgħu japplikaw ukoll għall-ksur tal-leġiżlazzjoni tal-EU ETS.

Ħarsa ġenerali dettaljata lejn il-konformità mal-EU ETS hija preżentata fit-Tabelli I-K fit-Taqsima IV tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja lil dan ir-rapport.

Fiċ-ċiklu ta’ konformità tal-2023, il-livell ta’ konformità mal-EU ETS baqa’ għoli ħafna. Fil-biċċa l-kbira tas-snin, l-operaturi responsabbli għal aktar minn 9 % tal-emissjonijiet mill-installazzjonijiet u mill-avjazzjoni ssodisfaw l-obbligi legali tagħhom fil-ħin. L-effiċjenza tas-sistema ta’ konformità tjiebet, b’użu usa’ ta’ rapportar elettroniku. Fl-2023, 12-il pajjiż użaw sistemi awtomatizzati tal-IT u mudelli elettroniċi għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ, għar-rapporti dwar l-emissjonijiet, għar-rapporti ta’ verifika u/jew għar-rapporti dwar it-titjib. Disa’ pajjiżi użaw ukoll sistemi awtomatizzati tal-IT biex jimmaniġġjaw il-fluss tax-xogħol għall-pjanijiet tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, ir-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività u skambji oħra ta’ informazzjoni dwar id-data tal-allokazzjoni.

Minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, 9 pajjiżi (6 fl-2022) ippermettew lill-verifikaturi jwettqu żjarat virtwali fuq il-post 115 . Għal 7 installazzjonijiet u 11-il operatur tal-inġenji tal-ajru, iż-żjarat virtwali fuq il-post ġew approvati mill-awtorità kompetenti rilevanti.

Il-kontrolli tal-konformità fuq ir-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet tal-installazzjonijiet ivarjaw bejn l-awtoritajiet kompetenti. Fl-2023, l-awtoritajiet kompetenti kollha kkontrollaw il-kompletezza tar-rapporti mill-installazzjonijiet, u l-biċċa l-kbira għamlu dan għar-rapporti mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru. L-eċċezzjonijiet kienu l-awtoritajiet kompetenti fil-Greċja u fil-Latvja (b’10 u 2 operaturi tal-inġenji tal-ajru, rispettivament), kif ukoll il-Liechtenstein u l-Irlanda ta’ Fuq minħabba li dawn iż-żewġ pajjiżi ma jamministraw l-ebda operatur tal-inġenji tal-ajru.

L-awtoritajiet kompetenti f’10 pajjiżi għamlu stimi konservattivi għal 47 installazzjoni (madwar 0,6 % tal-installazzjonijiet kollha, tnaqqis minn 0,7 % fl-2022). Minn 4,2 Mt CO2eq irrapportati mis-47 installazzjoni, 2,1 Mt ġew stmati b’mod konservattiv (meta mqabbla ma’ 1,0 Mt minn 2,4 Mt fl-2022 CO2eq irrapportati minn 61 installazzjoni).

Saru stimi konservattivi meta r-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet ma ġewx sottomessi fil-ħin, meta nħarġet opinjoni ta’ verifika negattiva, jew meta rapport dwar l-emissjonijiet ma kienx konformi mar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar 116 . Għal 15-il installazzjoni, l-emissjonijiet kollha ġew stmati b’mod konservattiv. Għal 10 installazzjonijiet, stima konservattiva kopriet biss parti mill-emissjonijiet. Ġie stmat li 17-il installazzjoni ma ġġeneraw l-ebda emissjonijiet u għall-5 installazzjonijiet li jifdal, il-proċess ta’ stima konservattiva kien għadu għaddej fiż-żmien meta dan ir-rapport kien qed jiġi finalizzat.

Ġew irrapportati stimi konservattivi għall-avjazzjoni minn tliet pajjiżi 117 (ħamsa fl-2022) li jikkonċernaw 22 operatur tal-inġenji tal-ajru (33 fl-2022) u 0,06 Mt CO2eq (0,31 Mt CO2eq fl-2022).

Il-kontrolli mill-awtoritajiet kompetenti jibqgħu importanti biex jissupplimentaw il-ħidma tal-verifikaturi. Minbarra l-kontroll tar-rapporti dwar l-emissjonijiet, 19-il pajjiż irrapportaw li kienu wettqu spezzjonijiet fuq il-post fl-installazzjonijiet (wieħed aktar mill-2022). Tliet pajjiżi 118 rrapportaw spezzjonijiet fuq il-post għall-avjazzjoni (l-istess bħal fl-2022).

Fl-2023, 38 installazzjoni f’10 pajjiżi 119 ġew immultati talli ma ċedewx biżżejjed kwoti tal-emissjonijiet biex ikopru l-emissjonijiet irrapportati tagħhom (emissjonijiet eċċessivi). Għall-avjazzjoni, ġew irrapportati penali għal emissjonijiet eċċessivi minn erba’ pajjiżi għal disa’ operaturi tal-inġenji tal-ajru. 14-il pajjiż 120 irrapportaw 75 ksur, li rriżultaw f’penali, twissijiet formali jew avviżi formali, inklużi xi wħud mill-każijiet ta’ emissjonijiet eċċessivi iżda mhux kollha. Ġew irrapportati total ta’ 43 multa (li nħarġu jew li għandhom jinħarġu pereżempju minħabba proċedimenti legali li għaddejjin), li jammontaw għal EUR 88,8 miljun. Dan kien jinkludi l-avjazzjoni, b’disa’ ksur f’erba’ pajjiżi, li wassal għal seba’ multi, għal total ta’ EUR 0,6 miljun. Il-biċċa l-kbira tal-multi jiġu minn penali għall-emissjonijiet eċċessivi.

L-aktar ksur komuni rrapportat għall-2023 kien nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ rapport dwar l-emissjonijiet (23 każ) jew rapport dwar il-livell ta’ attività (18-il każ) fi żmien xieraq, nuqqas ta’ notifika ta’ bidliet jew ta’ aġġornament tal-pjan ta’ monitoraġġ (7 każijiet) u l-operat mingħajr permess ta’ emissjoni (7 każijiet).

12. L-EU ETS fil-kuntest tal-governanza tal-klima u l-enerġija tal-UE 

L-EU ETS topera fil-kuntest usa’ tal-governanza tal-klima u l-enerġija tal-UE, inkluża d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika (id-Direttiva 2023/1791) 121 , li ġiet riformulata bħala parti mill-pakkett ta’ riformi “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. L-għan tad-Direttiva huwa li jinkiseb iffrankar tal-enerġija billi jiġu stabbiliti miri u obbligi għall-Istati Membri u għall-kumpaniji. Is-sinjal tal-prezz tal-karbonju tal-EU ETS huwa kunsiderazzjoni fl-għażla tal-miżuri u l-azzjonijiet ta’ politika għal dak il-għan. L-Artikolu 35(1) tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika jirrikjedi li r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju (dan ir-rapport) iqis l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

Id-Direttiva riveduta dwar l-Effiċjenza Enerġetika tintroduċi regoli ġodda biex jitnaqqas il-konsum finali tal-enerġija fil-livell tal-UE bi 11,7 % sal-2030, meta mqabbel mal-projezzjonijiet tax-xenarju ta’ referenza tal-UE għall-2020. L-Istati Membri kollha huma meħtieġa jikkontribwixxu biex tintlaħaq din il-mira. Għal dan il-għan, huma jistabbilixxu kontributi u trajettorji nazzjonali indikattivi fil-pjanijiet nazzjonali integrati aġġornati tagħhom għall-enerġija u l-klima (NECPs, national energy and climate plans) skont ir-Regolament dwar il-Governanza. L-Istati Membri ssottomettew l-abbozzi tal-NECPs aġġornati tagħhom fl-2023 u l-pjanijiet finali kienu mistennija sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-sinjal tal-prezz tal-karbonju tal-EU ETS jikkontribwixxi għall-evalwazzjoni tal-investimenti u tal-miżuri relatati mal-effiċjenza enerġetika fis-setturi koperti. L-Istati Membri jużaw ukoll id-dħul mill-irkanti mill-EU ETS sabiex jiffinanzjaw it-titjib fl-effiċjenza enerġetika. Fl-2023, 20 Stat Membru rrapportaw li nefqu EUR 2,3 biljun biex jiffinanzjaw proġetti relatati mal-effiċjenza enerġetika. Dawk kienu jinkludu investimenti fil-modernizzazzjoni termali ta’ bini pubbliku u privat, pariri dwar l-effiċjenza enerġetika, tidwil pubbliku effiċjenti, sistemi effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ inkluż tisħin distrettwali, kif ukoll riċerka u żvilupp, kollha bl-objettiv li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija.

13. Konnessjoni bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera

Mill-2020, l-EU ETS u l-ETS Żvizzera ġew konnessi bi ftehim internazzjonali bejn l-UE u l-Konfederazzjoni Żvizzera. Dan ifisser li l-kwoti maħruġa f’sistema waħda jistgħu jiġu ċeduti għall-emissjonijiet iġġenerati f’waħda miż-żewġ sistemi. Bl-aċċess għal suq akbar, l-operaturi jistgħu jagħmlu gwadann fil-kosteffiċjenza u għandhom aktar għażliet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Il-Ftehim ta’ Konnessjoni 122 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li bihom huma marbuta ż-żewġ sistemi. Jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet ta’ konnessjoni tal-Artikolu 25 tad-Direttiva dwar l-EU ETS jiġu rispettati.

L-inklużjoni tal-avjazzjoni fil-Ftehim ta’ Konnessjoni kienet rekwiżit kruċjali għall-UE. Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, l-Iżvizzera tapplika l-istess approċċ għar-regoli dwar il-kopertura, il-limitu massimu u l-allokazzjoni bħall-EU ETS. F’konformità mal-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Konnessjoni, dan se jkompli skont id-Direttiva riveduta dwar l-ETS.

It-titjiriet domestiċi Żvizzeri u t-titjiriet li jitilqu lejn ajruporti taż-ŻEE huma koperti mill-ETS Żvizzera, filwaqt li t-titjiriet li jitilqu miż-ŻEE lejn l-Iżvizzera jaqgħu taħt l-EU ETS. Dan l-arranġament iżid l-integrità ambjentali taż-żewġ sistemi. Kemm l-EU ETS kif ukoll l-ETS Żvizzera ilhom mill-Brexit japplikaw l-istess approċċ għat-titjiriet li jidħlu mir-Renju Unit u għat-titjiriet li jidħlu fih. Wara r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-EU ETS fl-2023, il-kamp ta’ applikazzjoni taż-żewġ sistemi ġie estiż biex ikopri t-titjiriet lejn/mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE.

It-tabelli L-M fit-Taqsima V tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja lil dan ir-rapport juru ċ-ċifri ewlenin għaż-żewġ sistemi fl-2023 – kwoti rkantati, allokazzjoni bla ħlas u emissjonijiet ivverifikati għall-installazzjonijiet u għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Meta jitqabblu, dawn juru li l-kompatibbiltà taż-żewġ sistemi ma hijiex kwistjoni ta’ daqs iżda ta’ rekwiżiti kwalitattivi, ta’ kundizzjonijiet ekwi u ta’ miżuri sabiex tiġi salvagwardjata l-integrità tas-suq.

F’konformità mal-Ftehim ta’ Konnessjoni, inħolqot konnessjoni diretta bejn ir-reġistri taż-żewġ sistemi biex tippermetti trasferimenti ta’ kwoti bejn iż-żewġ sistemi. Dan jippermetti lill-parteċipanti fis-suq jeżegwixxu t-tranżazzjonijiet bejn iż-żewġ sistemi daqslikieku kienu f’suq wieħed, u b’hekk itejbu l-likwidità fis-suq marbut. It-trasferimenti bejn is-sistemi (ir-reġistri) isiru kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, ħlief għal dati speċifiċi marbuta mal-btajjel bankarji.

It-tabella 9 u t-tabella 10 jippreżentaw l-effetti tal-konnessjoni bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera fl-2023. Dawn juru sa liema punt l-entitajiet regolati fiż-żewġ sistemi użaw kwoti maħruġa fis-sistema l-oħra għall-konformità.

B’kollox, l-entitajiet regolati fl-EU ETS (kemm l-installazzjonijiet kif ukoll l-operaturi tal-inġenji tal-ajru) użaw 1 140 848 kwota maħruġa fil-qafas tal-ETS Żvizzera għall-konformità fl-2023. Dan huwa kważi 170 000 kwota aktar mill-2022 u kważi 550 000 kwota aktar mill-2021, li jindika użu akbar tal-flessibbiltà provduta mill-konnessjoni bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera u għarfien u aċċettazzjoni dejjem akbar tal-konnessjoni.

Filwaqt li l-installazzjonijiet fl-EU ETS użaw inqas kwoti tal-avjazzjoni maħruġa taħt l-ETS Żvizzera milli fis-sena preċedenti (madwar 100 000 fl-2023 meta mqabbla ma’ 180 000 fl-2022), dan ġie parzjalment ikkumpensat minn żieda fl-użu tal-kwoti ġenerali tal-ETS Żvizzera (madwar 425 000 fl-2023 meta mqabbla ma’ 395 000 fl-2022).

L-għadd ta’ kwoti ġenerali tal-ETS Żvizzera użati għall-konformità mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru tal-UE fl-2023 żdied bi ftit għal madwar 50 000 (meta mqabbel ma’ 40 000 fl-2022). B’mod aktar impressjonanti, l-għadd ta’ kwoti tal-avjazzjoni tal-ETS Żvizzera użati għall-konformità mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-EU ETS żdied b’mod sinifikanti minn madwar 355 000 fl-2022 għal 560 000 fl-2023. F’termini relattivi, il-kwoti maħruġa taħt l-ETS Żvizzera ammontaw għal madwar 0,10 % tal-kwoti totali ċeduti fl-EU ETS fl-2023. Madankollu, dawn ammontaw għal sehem akbar ta’ 21,64 % tal-kwoti kollha tal-ETS Żvizzera allokati bla ħlas u rkantati dik is-sena.

Fl-ETS Żvizzera, l-installazzjonijiet użaw sehem ogħla mill-kwoti ġenerali tal-EU ETS għall-konformità fl-2023 (11,6 %) meta mqabbla mal-2022 (6,2 %). F’dawk is-sentejn, l-installazzjonijiet fl-ETS Żvizzera ma użawx il-kwoti tal-avjazzjoni tal-EU ETS għall-konformità.

It-tabella 11 taggrega l-volum ta’ kwoti (kemm ġenerali kif ukoll tal-avjazzjoni) ittrasferiti f’isem il-parteċipanti fis-suq bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera mill-2020. S’issa, l-2023 rat l-ogħla għadd ta’ trasferimenti totali aggregati. Il-bilanċ storiku kurrenti juri ħruġ ta’ 1 268 426 kwoti mill-EU ETS għall-ETS Żvizzera. Madankollu, ta’ min jinnota li ċ-ċifri jistgħu jinkludu trasferimenti mill-ġdid tal-istess kwoti.

Tabella 6. Unitajiet użati għall-konformità fir-Reġistru tal-UE fl-2023. Data estratta mir-Reġistru tal-UE fl-1 ta’ Ottubru 2024.

Installazzjonijiet

Allokazzjoni bla ħlas
u rkantar

Emissjonijiet verifikati

Unitajiet ċeduti

Kwoti tal-EU ETS

Kwoti tal-ETS Żvizzera

Ġenerali

Avjazzjoni

Ġenerali

Avjazzjoni

1 055 030 682

1 096 788 327

1 099 802 112

1 095 206 929

4 068 223

425 611

101 349

% tat-total

99,58

0,37

0,04

0,01

Operaturi tal-inġenji tal-ajru

Allokazzjoni bla ħlas (inkluża l-ETS Żvizzera)
u rkantar

Emissjonijiet verifikati (inkluż skont
l-ETS Żvizzera)

Unitajiet ċeduti

Kwoti tal-EU ETS

Kwoti tal-ETS Żvizzera

Ġenerali

Avjazzjoni

Ġenerali

Avjazzjoni

28 261 053

54 128 536

54 186 768

34 756 873

18 816 007

51 865

562 023

% tat-total

64,14

34,72

0,10

1,04

Tabella 10. Unitajiet użati għall-konformità fir-Reġistru Żvizzeru fl-2023. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jirreferu għal dawk amministrati mill-Iżvizzera.

Installazzjonijiet

Allokazzjoni bla ħlas
u rkantar

Emissjonijiet verifikati

Unitajiet ċeduti

Kwoti tal-EU ETS

Kwoti tal-ETS Żvizzera

Ġenerali

Avjazzjoni

Ġenerali

Avjazzjoni

4 177 117

3 912 485

3 904 451

452 906

0

3 419 042

32 503

% tat-total

11,60

-

87,57

0,83

Operaturi tal-inġenji tal-ajru

Allokazzjoni bla ħlas (inkluża l-EU ETS) u rkantar

Emissjonijiet verifikati (inkluż skont
l-EU ETS)

Unitajiet ċeduti

Kwoti tal-EU ETS

Kwoti tal-ETS Żvizzera

Ġenerali

Avjazzjoni

Ġenerali

Avjazzjoni

1 095 995

1 632 015

1 630 901

118 408

714 629

17 747

780 117

% tat-total

7,26

43,82

1,09

47,83

Tabella 11. Trasferimenti ta’ kwoti bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera (2020–2023).

Sena

2020

2021

2022

2023

Total

Trasferiment mill-EU ETS għall-ETS Żvizzera

475 679

1 051 360

1 714 499

2 603 612

5 845 150

Trasferiment mill-ETS Żvizzera għall-EU ETS

0

1 523 770

1 215 662

1 837 292

4 576 724

Bilanċ

1 268 426

14. Sommarju 

L-EU ETS fl-2023 kienet ikkaratterizzata minn tnaqqis storiku fl-emissjonijiet minn installazzjonijiet xprunati mis-settur tal-enerġija, fejn il-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli (primarjament mir-riħ u mix-xemx) żdiedet b’mod sostanzjali, u x-xejra tal-gass li jissostitwixxi l-faħam fil-ġenerazzjoni tal-enerġija reġgħet bdiet. B’dan l-iżvilupp, l-emissjonijiet tal-ETS mill-installazzjonijiet huma madwar 47,6 % taħt il-livelli tal-2005 u jinsabu fit-triq it-tajba biex jilħqu l-mira tal-2030 ta’ -62 %.

Tnaqqis aktar estensiv tal-emissjonijiet fl-EU ETS fl-2023 ġie ffaċilitat minn sinjal stabbli u robust tal-prezz tal-karbonju. Fil-valutazzjoni tal-ESMA, is-suq tal-karbonju tal-UE baqa’ stabbli fl-2023 u kompla jopera f’konformità mal-prinċipji fundamentali tas-suq. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-ESMA fl-2022 biex tissaħħaħ it-trasparenza tas-suq tal-karbonju issa jitqiesu bħala implimentati.

L-iżviluppi tal-emissjonijiet jikkonfermaw l-effettività u l-effiċjenza tal-EU ETS bħala waħda mill-inċentivi politiċi ewlenin għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija Ewropea. Id-dħul tal-EU ETS jibqa’ wkoll sors importanti ta’ finanzjament għal din it-trasformazzjoni, bi EUR 43,6 biljun miġbura fl-2023 u distribwiti primarjament lill-baġits nazzjonali, iżda wkoll lill-Fond għall-Innovazzjoni tal-ETS u l-Fond għall-Modernizzazzjoni tal-ETS, kif ukoll l-RRF għall-pjan REPowerEU. Id-dħul totali miġbur mill-EU ETS sal-lum jaqbeż il-EUR 200 biljun.

Huwa meħtieġ aktar sforz kemm biex jitnaqqsu l-emissjonijiet kif ukoll biex l-ekonomija tal-UE tiġi trasformata f’konformità mal-miri tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima u mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-EU ETS ġiet riveduta fl-2023 biex tappoġġa dan l-isforz. Il-limitu massimu fuq l-emissjonijiet ġie ristrett, filwaqt li l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema ġie estiż għas-sehem ġust tal-UE tal-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport marittimu. Barra minn hekk, is-sistema ssaħħet għall-avjazzjoni. Inħolqot sistema ġdida, l-ETS 2, biex tgħin tavvanza t-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-bini, mit-trasport bit-triq u minn setturi addizzjonali. Ir-reviżjoni hija kompletament fis-seħħ u l-Kummissjoni u l-Istati Membri qed ikomplu jaħdmu fuq l-implimentazzjoni tagħha.  

(1)

L-emissjonijiet tal-ETS mill-installazzjonijiet fis-setturi tal-enerġija u tal-industrija fl-2023, minbarra r-Renju Unit (inkluż biss is-settur tal-enerġija fl-Irlanda ta’ Fuq), meta mqabblin ma’ valur aġġustat tal-emissjonijiet tal-ETS tal-2005 li josservaw l-istess kamp ta’ applikazzjoni. Abbażi tal- ETS data viewer tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, estratt fl-20 ta’ Awwissu 2024.

(2)

Ara s-sit web tal-Kummissjoni Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u REPowerEU - Enerġija affordabbli, sigura u sostenibbli għall-Ewropa għal aktar informazzjoni.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ( ĠU L 243 , 9.7.2021)

(4)

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ( ĠU L 275 , 25.10.2003)

(5)

Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit.

(6)

Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 ( ĠU L 156 , 19.6.2018)

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2122 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 rigward l-aġġornament tal-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L, 2023/2122 , 18.10.2023). Ara l-verżjoni konsolidata .

(8)

Ara s-sit web tal-Kummissjoni ETS 2: il-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali għal aktar informazzjoni.

(9)

Ir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060 ( ĠU L 130 , 16.5.2023)

(10)

Ara s-sit web tal-Kummissjoni Fond Soċjali għall-Klima għal aktar informazzjoni.

(11)

Dawn l-10 Stati Membri huma l-Belġju, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Greċja, il-Finlandja, il-Kroazja, il-Litwanja, il-Latvja, ir-Rumanija u s-Slovakkja.

(12)

Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 ( ĠU L 198 , 22.6.2020)

(13)

Ara s-sit web tal-Kummissjoni Konsultazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont il-Fond Soċjali għall-Klima għal aktar informazzjoni. Il-konsultazzjoni għalqet fit-23 ta’ Awwissu 2024.

(14)

Mill-1 ta’ Jannar 2024, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS għall-avjazzjoni jestendi wkoll għall-emissjonijiet mill-biċċa l-kbira tat-titjiriet bejn iż-ŻEE u d-disa’ reġjuni ultraperiferiċi tal-UE kif ukoll titjiriet li jitilqu mir-reġjuni ultraperiferiċi lejn l-Iżvizzera u r-Renju Unit (ara l-Kapitolu 9). Il-kwantità totali ta’ kwoti għall-avjazzjoni tirrifletti l-kamp ta’ applikazzjoni estiż tal-EU ETS għall-avjazzjoni.

(15)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1575 tas-27 ta’ Lulju 2023 dwar il-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għall-2024 ( ĠU L 192 , 31.7.2023)

(16)

Fil-prattika, is-sehem eżatt ivarja billi l-volum tal-kwoti rkantati tnaqqas sabiex jikkontribwixxi għar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq, filwaqt li l-volum tal-kwoti allokati għall-allokazzjoni bla ħlas ma nbidilx.

(17)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità ( ĠU L 302 , 18.11.2010)

(18)

Ir-Regolament (UE) 2023/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2023 ( ĠU L 63 , 28.2.2023)

(19)

Aġġornament regolatorju, Ippubblikat il-kalendarju rivedut tal-irkant tal-2023 , DĠ Azzjoni Klimatika, 23.7.2023

(20)

EEX, Irkanti tal-EU ETS

(21)

  Rapporti dwar l-irkanti , DĠ Azzjoni Klimatika, 30.6.2024

(22)

 Ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tista’ sseħħ jekk l-attivitajiet regolati mill-ETS jiġu trasferiti lejn pajjiżi mhux tal-UE b’politiki dwar il-klima inqas ambizzjużi, li jwasslu għal żieda fl-emissjonijiet kumplessivi tal-gassijiet serra.

(23)

 Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/708 tal-15 ta’ Frar 2019 li tissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-determinazzjoni ta’ setturi u sottosetturi meqjusa li jinsabu f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu mill-2021 sal-2030 ( ĠU L 120 , 8.5.2019)

(24)

 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jiddetermina l-valuri riveduti tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 87 , 15.3.2021)

(25)

 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività ( ĠU L 282 , 4.11.2019)

(26)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-Ftehim Ewropew dwar il-Kummerċ Ħieles adottat ukoll Deċiżjonijiet għall-Iżlanda, għal-Liechtenstein u għan-Norveġja.

(27)

 L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-Ftehim Ewropew dwar il-Kummerċ Ħieles adottat ukoll Deċiżjonijiet għall-Iżlanda, għal-Liechtenstein u għan-Norveġja.

(28)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/873 tat-30 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/331 fir-rigward ta’ regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet, ( ĠU L, 2024/873 , 4.4.2024). Ara t- test konsolidat .

(29)

Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri ( ĠU L 130 , 16.5.2023)

(30)

Referenza tal-kuntratt CLIMA/A4/FWC/2023/0002/RICARDO

(31)

Din il-valutazzjoni mhux se tbiddel l-eżitu tal-valutazzjoni biex tiddetermina l-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-2021-2030 fil-livell tal-kodiċi NACE b’erba’ ċifri.

(32)

Il-valuri tal-intensità tal-emissjonijiet ittieħdu minn żewġ pubblikazzjonijiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (2023), rapport bit-titolu Greenhouse gas emission intensities of the steel, fertilisers, aluminium and cement industries in the EU and its main trading partners u dokument bit-titolu Estimation of the global average GHG emission intensity of hydrogen production . Dawn il-valuri għall-oġġetti tas-CBAM kemm għall-emissjonijiet diretti kif ukoll għal dawk indiretti mbagħad ġew immultiplikati bid-data tal-2019 mill-PRODCOM dwar il-volum tal-produzzjoni mibjugħ u diviżi bid-data tal-2019 mill-PRODCOM dwar il-valur tal-produzzjoni mibjugħ. Il-valur tal-intensità tal-gassijiet serra għall-idroġenu ġie kkalkolat abbażi tad-data tal-2021.
L-awtur ikkonferma li l-valur ma kienx mistenni jinbidel b’mod sinifikanti, għalhekk fil-valutazzjoni ġie preżunt li l-istess valur kien se japplika għall-2019.

(33)

Għall-valuri tal-produzzjoni, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ntużat id-data tal-2022 mill-PRODCOM.

(34)

 Se tkun meħtieġa aktar informazzjoni, pereżempju, dwar ix-xejriet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi u l-ipprezzar tas-CO2 applikat barra mill-pajjiż, qabel ma jkunu jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet aktar definittivi dwar l-istatus tar-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-oġġetti koperti mis-CBAM.

(35)

Il-valuri tal-indikaturi kkombinati fil-livell ta’ tmien ċifri huma aktar baxxi mill-valuri tas-CLI kkalkolati fil-livell ta’ erba’ ċifri peress li l-intensità tal-kummerċ hija relatata biss mal-esportazzjonijiet u d-data tal-valur miżjud gross (GVA, gross value added) hija sostitwita bil-valur tal-produzzjoni (li huwa aktar baxx meta mqabbel) u għalhekk il-valur ta’ limitu ta’ 0,2 li ġie applikat fil-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-2021–2030 biex jiġu determinati s-setturi jew is-sottosetturi f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju ma jistax jiġi applikat direttament għall-valuri tal-indikaturi kkombinati kkalkulati għall-oġġetti tas-CBAM fil-livell ta’ tmien ċifri.

(36)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Pubblikazzjoni tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fl-2023 għall-finijiet tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE, u( ĠU C, C/2024/3415 , 3.6.2024)

(37)

  Notifika tal-Ġermanja dwar kanċellazzjoni volontarja għall-impjanti magħluqa fl-2022 , DĠ Azzjoni Klimatika, 2.5.2024

(38)

Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji ( ĠU L 173 , 12.6.2014). Ara l-verżjoni konsolidata .

(39)

Ara l-lista tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli skont ir-Regolament dwar l-abbuż tas-suq fuq is-sit web tal-ESMA .

(40)

Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq ( ĠU L 173 , 12.6.2014). Ara l-verżjoni konsolidata .

(41)

Ir-Rapport tas-Suq tal-ESMA dwar is-Swieq tal-Karbonju tal-UE - 2024 ( ESMA50-43599798-10379 , 7.10.2024)

(42)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni ( ĠU L 177 , 2.7.2019). Ara l-verżjoni konsolidata .

(43)

Id-Direttiva (UE) 2024/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2024 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji ( ĠU L, 2024/790 , 8.3.2024). Ara l-verżjoni konsolidata .

(44)

Ir-Regolament (UE) 2024/791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji ( ĠU L, 2024/791 , 8.3.2024). Ara l-verżjoni konsolidata .

(45)

L-obbligu li jiġu pubblikati żewġ rapporti jikkonċerna biss iċ-ċentri tal-iskambju li joffru kemm futuri kif ukoll opzjonijiet. Iċ-ċentri tal-iskambju li joffru biss futuri se jkomplu jippubblikaw rapport wieħed biss.

(46)

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ( ĠU L 201 , 27.7.2012). Ara l-verżjoni konsolidata .

(47)

​​ Consultation Paper on the amendments to certain technical standards for commodity derivatives , ESMA, 24.05.2024

(48)

  Renewables take the lead in power generation in 2023 , DĠ Eurostat, 27.6.2024

(49)

  COM(2024) 404 final – Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija (skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika), 11.9.2024.

(50)

Tirreferi għall-produzzjoni netta tal-elettriku fl-EU27 u fin-Norveġja, kif irrappurtat mill-Eurostat.

(51)

E.Graham u N.Fulghum (2024), Wind and solar overtake EU fossil fuels in the first half of 2024 , 30.7.2024, EMBER

(52)

Din l-analiżi tiddependi mid-data dwar l-implimentazzjoni tal-EU ETS li l-pajjiżi jirrapportaw kull sena skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva dwar l-ETS (skadenza tat-30 ta’ Ġunju). Sal-25 ta’ Ottubru 2024, il-jum li fih ġie ffinalizzat dan ir-rapport, l-Italja kienet għadha ma ssottomettietx ir-rapport tagħha għall-2023. Fin-nuqqas tal-aktar data riċenti għall-Italja, dan il-kapitolu juża d-data rrapportata mill-Italja għall-2022 bħala indikatur biex jagħmel possibbli t-tqabbil minn sena għal sena. Għall-pajjiżi l-oħra kollha, tintuża d-data tal-2023.

(53)

L-emissjonijiet ugwali għal żero mill-bijomassa jammontaw għal 20,5 % apparti l-emissjonijiet tal-installazzjoni tal-ETS fl-2023.

(54)

Ir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija tal-2024 - ara n-nota f’qiegħ il-paġna 49.

(55)

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika ( ĠU L 328 , 21.12.2018)

(56)

  Użu tad-dħul mill-irkantar tal-ETS - Sena ta’ rapportar 2024 - GovReg , Reportnet3, Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

(57)

  Adottati: Mudelli ġodda għar-rapportar dwar il-klima tal-Istati Membri, DĠ Azzjoni Klimatika) , 7.5.2024

(58)

L-Istati Membri ġew imħeġġa jużaw mill-inqas 50 % tad-dħul miġbur sal-4 ta’ Ġunju 2023 biex jappoġġaw l-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni u fit-tranżizzjoni tal-enerġija. Għad-dħul miġbur mill-5 ta’ Ġunju 2023 ’il quddiem, japplika l-obbligu li jintuża 100 % (jew valur finanzjarju ekwivalenti) biex jiġu appoġġati d-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni tal-enerġija fis-setturi tal-ETS.

(59)

Xi pajjiżi li jikkofinanzjaw azzjonijiet bid-dħul tagħhom mill-ETS jirrapportaw il-valur sħiħ tal-azzjoni kofinanzjata; Għalhekk, is-somma tal-azzjonijiet tagħhom hija ogħla mid-dħul tagħhom. Il-valuri f’dan il-kapitolu ġew aġġustati għal dan, eż., jekk is-somma tal-azzjonijiet kienet id-doppju tad-dħul iġġenerat, ġie preżunt li nofs kull azzjoni u l-kumpens għall-kost indirett tal-karbonju tħallsu mid-dħul mill-irkant.

(60)

Climate and Energy in the EU, Use of ETS auctioning revenues, Good practices , l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent 11.10.2024

(61)

COM(2024) 498 - Rapport ta’ progress tal-2024 dwar l-azzjoni klimatika u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjah (għad irid jiġi pubblikat)

(62)

Linji gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2021 ( ĠU C 317 , 25.9.2020)

(63)

Barra minn hekk, il-Portugall adotta skema ta’ kostijiet indiretti fi tmiem l-2022.

(64)

Eskluż id-dħul mill-irkantar tal-kwoti tal-avjazzjoni.

(65)

Fil-każ tal-Greċja, saru pagamenti ta’ EUR 86,1 miljun fl-2023 għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2021, apparti l-għajnuna murija fit-tabella.

(66)

Fil-każ tal-Portugall, EUR 24,6 miljun ta’ għajnuna ġew żborżati lil 26 installazzjoni fl-2022 għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2022, apparti l-għajnuna murija fit-tabella.

(67)

Ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi joħloq flessibbiltà ta’ darba li biha l-Istati Membri jista’ jkollhom sa massimu ta’ 100 miljun kwota tal-ETS ikkanċellati kollettivament fl-2021–2030, sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-miri rispettivi tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont dan ir-Regolament. Il-flessibbiltà qiegħda għall-Istati Membri b’miri ferm ogħla mill-medja tal-UE u mill-potenzjal tagħhom li jagħmlu tnaqqis kosteffettiv, kif ukoll għall-Istati Membri li ma allokawx kwoti tal-EU ETS bla ħlas għal installazzjonijiet industrijali fl-2013 (disa’ pajjiżi b’kollox: l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands u l-Iżvezja. Kanċellazzjoni ssir mill-volum tal-irkantar tal-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar l-ETS. L-Istati Membri eliġibbli nnotifikaw l-użu ta’ 21 641 364 kwota skont il-flessibbiltà tar-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi fl-2021–2023.

(68)

 Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni ( COM/2022/416 final )

(69)

Il-proġetti se jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni ta’ 16-il Stat Membru (l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, iċ-Ċekja, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, in-Netherlands, il-Portugall, Spanja u l-Iżvezja), flimkien man-Norveġja.

(70)

  16-il għotja mill-Fond għall-Innovazzjoni tal-UE jingħataw lil proġetti madwar l-Ewropa , DĠ Azzjoni Klimatika, 6.6.2023

(71)

  Portafoll aġġornat ta’ proġetti ffirmati taħt il-Fond għall-Innovazzjoni

(72)

Il-premessa 20 tad-Direttiva 2009/29/KE, affermata mill-ġdid fil-premessa 14 tad-Direttiva (UE) 2018/410

(73)

Ir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP), ( ĠU L, 2024/795 , 29.2.2024)

(74)

Tliet proġetti minn Spanja, tnejn mill-Portugall u proġett fil-Finlandja u fin-Norveġja.

(75)

L-ewwel Stati Membri benefiċjarji kienu l-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja.

(76)

Il-Greċja, il-Portugall u s-Slovenja żdiedu mal-10 Stati Membri oriġinali fir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS.

(77)

L-Anness IIb tad-Direttiva dwar l-ETS – koeffiċjent tal-allokazzjoni tal-Fond għall-Modernizzazzjoni

(78)

  C(2024) 4190 final - id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12.06.2024 dwar l-iżborż tad-dħul mill-Fond għall-Modernizzazzjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE - L-ewwel ċiklu ta’ żborż biannwali tal-2024

(79)

Il-ħames deċiżjoni ta’ żborż taħt il-Fond għall-Modernizzazzjoni awtorizzat pagamenti lir-Rumanija (EUR 1,1 biljun), liċ-Ċekja (EUR 835 miljun), lill-Polonja (EUR 698 miljun), lill-Ungerija (EUR 77 miljun), lill-Bulgarija (EUR 65 miljun), lil-Litwanja (EUR 59 miljun), lill-Kroazja (EUR 52 miljun), lis-Slovakkja (EUR 35 miljun), lil-Latvja (EUR 27 miljun) u lill-Estonja (EUR 24 miljun).

(80)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1001 tad-9 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-operat tal-Fond għall-Modernizzazzjoni li jsostni investimenti għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija u għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika ta’ ċerti Stati Membri ( ĠU L 221 , 10.7.2020)

(81)

25 miljun kwota twarrbu għal użu possibbli skont l-Artikolu 10a(9) tad-Direttiva tal-ETS (il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Pubblikazzjoni tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fl-2021 għall-finijiet tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq skont l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE u tal-għadd ta’ kwoti mhux allokati matul il-perjodu 2013–2020 2022/C 195/02”, C/2022/2780 ( ĠU C 195 , 13.5.2022).

(82)

 Id-Deċiżjoni Nru 377/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2013 għal deroga temporanja mid-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 113, 25.4.2013)

(83)

Il-premessa 30 tad-Direttiva 958/2024/UE li tirrevedi d-Direttiva dwar l-ETS

(84)

Hija provduta deroga temporanja mill-EU ETS sal-2030 għall-emissjonijiet minn titjiriet bejn ajrudrom li jinsab f’reġjun ultraperiferiku fi Stat Membru u ajrudrom fl-istess Stat Membru.

(85)

  Allokazzjoni addizzjonali bla ħlas għat-titjiriet lejn ir-reġjuni ultraperiferiċi , Sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, Uffiċċju Federali għall-Ambjent, 31.8.2024

(86)

  European Aviation Overview 24-30 May , Eurocontrol, 1.6.2023

(87)

Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq ( ĠU L 130 , 16.5.2023)

(88)

Id-Deċiżjoni (UE) 2023/136 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tan-notifika ta’ kumpens fir-rigward ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bbażati fl-Unjoni ( ĠU L 19 , 20.1.2023)

(89)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/622 tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-lista ta’ Stati li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-emissjonijiet fl-2023 ( ĠU L, 2024/622 , 23.2.2024)

(90)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1879 tad-9 ta’ Lulju 2024 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kumpens għall-fini tal-CORSIA ( ĠU L, 2024/1879 , 10.7.2024)

(91)

  Pubblikazzjoni tad-data dwar l-emissjonijiet tal-2022 mill-avjazzjoni , DĠ Azzjoni Klimatika, 8.3.2024

(92)

  Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni , 20.4.2023

(93)

 Meta wieħed iqis il-kamp ta’ applikazzjoni aġġornat tal-avjazzjoni fl-EU ETS (mingħajr titjiriet deħlin mir-Renju Unit). Id-data mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrata mill-Iżvizzera hija inkluża fl-entrati tal-2020–2023 biss.

(94)

 Dawn in-numri ma jqisux l-għeluq tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru kollha u l-kwoti bla ħlas mir-riżerva speċjali għall-entranti ġodda u għall-operaturi li qegħdin jikbru malajr, u lanqas ir-redditi fl-2012 minħabba t-tibdil fil-kamp ta’ applikazzjoni. Sorsi: EUTL, DĠ Azzjoni Klimatika.

(95)

Meta jitqiesu n-numri miżmuma minħabba l-għeluq ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-allokazzjoni reali għall-2019 kienet tkun ta’ 4 miljuni inqas miċ-ċifra preżentata (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 8 fl-Avviż C/2020/8643, ĠU C 428, 11.12.2020). L-allokazzjoni għar-Renju Unit (4,31 miljun kwota tat-total għall-2019) ġiet sospiża fl-2019 minħabba l-miżuri ta’ salvagwardja adottati mill-Kummissjoni għall-ħarsien tal-integrità ambjentali tal-EU ETS f’każijiet li fihom id-dritt tal-UE ma jibqax japplika għal Stat Membru li joħroġ mill-UE. L-allokazzjoni kompliet fl-2020.

(96)

L-impatt kumplessiv tal-avjazzjoni globali fuq il-klima huwa konsiderevolment ogħla mill-komponent tas-CO2 waħdu. L-impatt globali tal-avjazzjoni huwa stmat li huwa darbtejn sa erba’ darbiet dak tal-emissjonijiet tas-CO2 meta jitqiesu l-effetti mhux tas-CO2. L-indirizzar ta’ dawn l-emissjonijiet huwa rilevanti peress li l-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC, Intergovernmental Panel on Climate Change) identifika l-avjazzjoni internazzjonali (u t-tbaħħir), fis-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tiegħu dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, bħala setturi b’għanijiet klimatiċi li ma jissodisfawx dak li jkun meħtieġ sabiex titnaqqas iż-żieda fit-temperatura globali f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi.

(97)

  Miftiehma regoli ġodda ta’ monitoraġġ għall-EU ETS, inkluż l-emissjonijiet ta’ gassijiet li mhumiex CO2 , DĠ Azzjoni Klimatika, 30.8.2024

(98)

 Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE ( ĠU L 123 , 19.5.2015)

(99)

 Dawn jinkludu r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2297, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2449, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2599, ir-Regolament Delegat (UE) 2023/2776, ir-Regolament Delegat (UE) 2023/2849, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2895, ir-Regolament Delegat (UE) 2023/2917, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/411. 

(100)

 Ara s-sit web tal-Kummissjoni  Innaqqsu l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport marittimu għal aktar informazzjoni.

(101)

 Minbarra l-estensjoni tal-EU ETS għat-trasport marittimu, dawn il-miżuri jinkludu inizjattiva biex tingħata spinta lid-domanda għal fjuwils alternattivi sostenibbli (l-inizjattiva FuelEU Maritime li temenda d-Direttiva 2009/16/KE), u r-reviżjoni tad-direttivi eżistenti dwar it-tassazzjoni fuq l-enerġija (id-Direttiva 2003/96/KE), l-infrastrutturi tal-fjuwils alternattivi (id-Direttiva 2014/94/UE), u l-enerġija rinnovabbli (id-Direttiva (UE) 2018/2001).

(102)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 334 , 31.12.2018). Ir-Regolament ġie emendat fl-2020 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/2084 u fl-2024 bir-Regolament (UE) 2024/1321. Ara t- test konsolidat .

(103)

Dawn l-Istati Membri kienu d-Danimarka, il-Finlandja, l-Ungerija, il-Litwanja, u n-Netherlands. Il-Kroazja ma għadhiex tirrapporta bl-użu ta’ rapportar simplifikat.

(104)

L-Artikolu 13 tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar

(105)

Ir-raġuni ewlenija għal dan hija li l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl tinvolvi riżorsi u għarfien prattiku sinifikanti, li ħafna operaturi iżgħar ma għandhomx.

(106)

Ir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar jeħtieġ li l-operaturi kollha jilħqu ċerti livelli minimi. Installazzjonijiet li jarmu aktar minn 50 kt ta’ CO2 huma meħtieġa jissodisfaw l-ogħla livell għal flussi minn sorsi maġġuri (jiġifieri kwalità tad-data aktar affidabbli, filwaqt li rekwiżiti inqas stretti japplikaw għal sorsi iżgħar għal raġunijiet ta’ kosteffiċjenza.

(107)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2122 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 rigward l-aġġornament tal-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L, 2023/2122 , 18.10.2023)

(108)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2018/2066 - ara n-nota f’qiegħ il-paġna 7.

(109)

Ara l- Bażi tad-Data tal-Unjoni għall-Bijofjuwils għal aktar informazzjoni.

(110)

Ir-Regolament 2015/757 - ara n-nota f’qiegħ il-paġna 98.

(111)

  Il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-EU ETS , DĠ Azzjoni Klimatika, 31.8.2024

(112)

Meta l-awtoritajiet reġjonali/lokali jkunu responsabbli mill-ħidma tal-MRV, l-awtorità kompetenti ċentrali tirrieżamina d-dokumenti rilevanti (bħall-pjanijiet ta’ monitoraġġ) sabiex timmonitorja l-kwalità tal-proċessi tal-MRV.

(113)

Fir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva dwar l-ETS, l-iskadenza għaċ-ċediment tal-kwoti tmexxiet mit-30 ta’ April għat-30 ta’ Settembru (applikabbli mill-2024 ’il quddiem).

(114)

Il-penali tiġi indiċizzata għall-inflazzjoni.

(115)

L-Artikolu 34a tar-Regolament dwar l-Akkreditazzjoni u l-Verifika jippermetti lill-verifikatur iwettaq żjara virtwali fuq il-post jekk sitwazzjoni ta’ force majeure tipprevjeni lill-verifikatur milli jmur fil-post. Dan huwa permess biss soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti u jekk ikunu ġew issodisfati ċerti kundizzjonijiet.

(116)

L-Artikolu 70 tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar

(117)

 Data rrapportata mill-Italja għall-2022 użata bħala indikatur - ara l-paġna 38 ta’ dan ir-rapport.

(118)

Żewġ pajjiżi oħra (il-Liechtenstein u l-Irlanda ta’ Fuq) ma jamministraw l-ebda operatur tal-inġenji tal-ajru.

(119)

 Data rrapportata mill-Italja għall-2022 użata bħala indikatur - ara l-paġna 38 ta’ dan ir-rapport.

(120)

L-14-il pajjiż huma ċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, Spanja u l-Iżvezja. Għall-Italja, id-data rrapportata għall-2022 intużat bħala indikatur. Id-data rrapportata mill-Italja għall-2022 użata bħala indikatur - ara l-paġna 38 ta’ dan ir-rapport.

(121)

Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (riformulazzjoni) ( ĠU L 231 , 20.9.2018)

(122)

 Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom ( ĠU L 322 , 7.12.2017).