European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/185

1.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĦUNT TAŻ-ŻEE Nru 171/2021

tal-11 ta’ Ġunju 2021

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/185]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/32 tat-28 ta’ Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għat-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni għall-aktar servizzi rappreżentattivi marbuta ma' kont tal-ħlas (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/33 tat-28 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format ta’ preżentazzjoni standardizzat tad-dikjarazzjoni tat-tariffi u s-simbolu komuni tagħha skont id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 221, 31.8.2018, p. 3, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/34 tat-28 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format ta’ preżentazzjoni standardizzat tad-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi u s-simbolu komuni skont id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 221, 31.8.2018, p. 3, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Id-Direttiva 2014/92/UE fiha dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet tal-konsumaturi legalment residenti fl-Unjoni, inklużi l-persuni li jfittxu l-ażil. Il-politika tal-immigrazzjoni mhijiex parti mill-Ftehim dwar iż-ŻEE u l-Ftehim ma japplikax għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

(6)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 16ee (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1423) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“16f.

32014 L 0092: Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini Stat Membru/Stati Membri u awtoritajiet kompetenti għandhom jinftiehmu li qed jinkludu, apparti s-sens tagħhom fid-Direttiva, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

(b)

Ir-referenzi għas-setgħat tal-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fid-Direttiva jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti fil-punt 31g ta’ dan l-Anness u f’konformità miegħu, għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

(c)

Ir-referenzi għad-dritt tal-Unjoni fl-Artikoli 2(2), 4(2), 5(3), 13(2) u 21(2) għandhom jinftiehmu li jirreferu għall-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(d)

Fl-Artikolu 3, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

il-paragrafu 3 ma japplikax;

(ii)

fil-paragrafu 5, il-kliem ‘l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4’ għandu jinqara ‘Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 171/2021 tal-11 ta’ Ġunju 2021.’

(e)

Fl-Artikolu 15, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘jew minħabba kwalunkwe raġuni oħra kif imsemmi fl-Artikolu 21 tal-Karta’ ma għandhomx japplikaw.

(f)

Fl-Artikoli 16(2), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘it-Trattati’ għandu jinqara ‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’.

(g)

Fl-Artikolu 27(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTAm il-kliem ‘it-18 ta’ Setteembru 2018’ għandu jinqara ‘it-18 ta’ Settembru 2022’.

(h)

Fil-punti minn (b) sa (d) tal-Artikolu 29(2), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘id-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 3(4)’ għandu jinqara ‘id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 171/2021 tal-11 ta’ Ġunju 2021’.

16fa.

32018 R 0032: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/32 tat-28 ta’ Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għat-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni għall-aktar servizzi rappreżentattivi marbuta ma’ kont tal-ħlas (ĠU L 6, 11.1.2018, p. 3).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Dan li ġej għandu jiżdied fl-Anness:

‘L-IŻLANDA

Iżlandiż

Terminu

Definizzjoni

Rekstur reiknings

Reikningsveitandi rekur reikninginn til þess að viðskiptavinur geti haft af honum afnot.

Útvegun debetkorts

Reikningsveitandi útvegar greiðslukort sem tengist reikningi viðskiptavinar.

Fjárhæð hverrar færslu sem gerð er með kortinu er tekin beint og að fullu af reikningi viðskiptavinar.

Útvegun kreditkorts

Reikningsveitandi útvegar greiðslukort sem tengist greiðslureikningi viðskiptavinar.

Heildarfjárhæð færslu sem gerð er með kortinu á tilteknu samþykktu tímabili er dregin annaðhvort að fullu eða að hluta af greiðslureikningi viðskiptavinar á ákveðnum degi.

Það ræðst af lánasamningi milli reikningsveitanda og viðskiptavinar hvort viðskiptavinurinn greiðir vexti fyrir lántökuna.

Yfirdráttur

Reikningsveitandi og viðskiptavinur koma sér saman um það fyrirfram að viðskiptavinur geti fengið lánað fé þegar engin innstæða er eftir inn á reikningnum.

Í samkomulaginu er ákveðið hver hámarksfjárhæðin er sem hægt er að taka að láni og hvort gjöld og vextir verða innheimt af viðskiptavininum.

Millifærsla

Reikningsveitandi millifærir peninga samkvæmt fyrirmælum viðskiptavinar af reikningi viðskiptavinar inn á annan reikning.

Reglulegar millifærslur

Reikningsveitandi millifærir reglulega samkvæmt fyrirmælum viðskiptavinar fasta fjárupphæð af reikningi viðskiptavinar inn á annan reikning.

Beingreiðsla

Viðskiptavinur heimilar einhverjum öðrum (viðtakanda) að beina því til reikningsveitanda að millifæra fé af reikningi viðskiptavinar til viðtakandans.

Reikningsveitandi millifærir þá fé til viðtakandans á þeim degi eða dögum sem viðskiptavinur og viðtakandi hafa sammælst um.

Fjárhæðin getur verið breytileg.

Úttekt reiðufjár

Viðskiptavinur tekur reiðufé út af reikningi sínum.


IL-LIECHTENSTEIN

Il-Ġermaniż

Terminu

Definizzjoni

Kontoführung

Der Kontoanbieter führt das Konto, das durch den Kunden genutzt wird.

Bereitstellung einer Debitkarte

Der Kontoanbieter stellt eine Zahlungs-karte bereit, die mit dem Konto des Kun-den verbunden ist. Der Betrag jeder Transaktion, welche durch die Verwen-dung der Karte ausgelöst wurde, wird direkt und in voller Höhe dem Konto des Kunden belastet.

Bereitstellung einer Kreditkarte

Der Kontoanbieter stellt eine Zahlungs-karte bereit, die mit dem Konto des Kun-den verbunden ist. Der Gesamtbetrag der Transaktionen, welche durch die Ver-wendung der Karte innerhalb eines ver-einbarten Zeitraums ausgelöst wurde, wird zu einem bestimmten Termin in voller Höhe oder teilweise dem Zah-lungskonto des Kunden belastet. In einer Kreditvereinbarung zwischen dem An-bieter und dem Kunden wird festgelegt, ob dem Kunden für die Inanspruchnahme des Kredits Zinsen berechnet werden.

Eingeräumte Kreditlimite

Der Kontoanbieter und der Kunde ver-einbaren im Voraus, dass der Kunde sein Konto belasten kann, auch wenn kein Guthaben mehr auf dem Konto ist. In der Vereinbarung wird festgelegt, in welcher Höhe maximal das Konto in diesem Fall noch belastet werden kann und ob dem Kunden Entgelte und Zinsen berechnet werden.

Überweisung

Der Kontoanbieter führt auf Anweisung des Kunden Geldüberweisungen von dem Konto des Kunden auf ein anderes Konto durch.

Dauerauftrag

Der Kontoanbieter überweist auf Anwei-sung des Kunden regelmässig einen festen Geldbetrag vom Konto des Kunden auf ein anderes Konto.

Lastschrift

Der Kunde ermächtigt eine andere Person (Empfänger) den Kontoanbieter anzuwei-sen, Geld vom Konto des Kunden auf das Konto des Empfängers zu übertragen. Der Kontoanbieter überträgt dann zu ei-nem oder mehreren von Kunde und Emp-fänger vereinbarten Termin(en) Geld von dem Konto des Kunden auf das Konto des Empfängers. Der Betrag kann unter-schiedlich hoch sein.

Bargeldauszahlung

Der Kunde hebt Bargeld von seinem Konto ab.


IN-NORVEĠJA

Norveġiż

Terminu

Definizzjoni

Forvaltning av konto

Kontotilbyderen sørger for driften av kontoen som kunden benytter.

Utstedelse av debetkort

Kontotilbyderen utsteder et betalingskort som er knyttet til kundens konto. For hver transaksjon som gjennomføres med kortet, trekkes det fulle beløpet direkte fra kundens konto.

Utstedelse av kredittkort

Kontotilbyderen utsteder et betalingskort som er knyttet til kundens betalingskonto. Det fulle beløpet for de transaksjonene som er gjennomført med kortet gjennom en avtalt periode, trekkes enten helt eller delvis fra kundens betalingskonto på en dato som er avtalt på forhånd. En kredittavtale mellom kontotilbyderen og kunden avgjør om kunden vil bli pålagt renter for denne kreditten.

Kredittmulighet

Kontotilbyderen og kunden inngår på forhånd en avtale om at kunden kan låne penger når det ikke er penger igjen på kontoen. Avtalen fastsetter et maksimumsbeløp som kan lånes, og om kunden vil bli pålagt gebyrer og renter.

Kontobetalinger

På kundens anmodning overfører kontotilbyderen penger fra kundens konto til en annen konto.

Faste betalingsoppdrag

På kundens anmodning overfører kontotilbyderen regelmessig et bestemt beløp fra kundens konto til en annen konto.

Direktebelastning

Kunden tillater at en annen (mottakeren) kan be kontotilbyderen om å overføre penger fra kundens konto til denne mottakeren. Kontotilbyderen overfører deretter penger til mottakeren på den datoen eller de datoene som kunden og mottakeren har avtalt. Beløpet kan variere.

Uttak av kontanter

Kunden tar ut penger fra sin konto.’

16fb.

32018 R 0033: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/33 tat-28 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format ta’ preżentazzjoni standardizzat tad-dikjarazzjoni tat-tariffi u s-simbolu komuni tagħha skont id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 11.1.2018, p. 26), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 221, 31.8.2018, p. 3.

16fc.

32018 R 0034: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/34 tat-28 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format ta’ preżentazzjoni standardizzat tad-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi u s-simbolu komuni skont id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 11.1.2018, p. 37), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 221, 31.8.2018, p. 3.”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2014/92/UE, ir-Regolament Delegat (UE) 2018/32 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/33, kif rettifikat permezz tal-ĠU L 221, 31.8.2018, p. 3, u (UE) 2018/34, kif rettifikat permezz tal-ĠU L 221, 31.8.2018, p. 3, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Ġunju 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)   ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214.

(2)   ĠU L 6, 11.1.2018, p. 3.

(3)   ĠU L 6, 11.1.2018, p. 26.

(4)   ĠU L 6, 11.1.2018, p. 37.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/185/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)