|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1817 |
23.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1817
tas-23 ta’ Lulju 2026
li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006. |
|
(2) |
Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fil-Belarussja, jenħtieġ li żewġ persuni ġuridiċi jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-23 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/765/oj.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)”:
|
|
Ismijiet (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa) (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa) |
Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
|
“62. |
European Trading Company LLC |
OOO Европейская Трейдинговая Компания (ETK) |
Indirizz: Room 1, 2; 4a Tenishevoy st., Smolensk, 21400, Russia Tip ta' entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Russia Data tar-reġistrazzjoni: 9.10.2012 OGRN: 1126733000063 KPP: 673201001 INN: 6732050064 Post prinċipali tan-negozju: Russia Email: info@etkoil.ru Tel.: +7 (4812) 24 01 15 Sit web: https://www.etkoil.ru Entitajiet assoċjati: OJSC Naftan; OJSC Mozyr Oil Refinery; State Production Association Belorusneft; Belarusian Oil Company (BNK) |
European Trading Company (ETK) hija sussidjarja ta’ Belarusian Oil Company (BNK), l-esportatur ewlieni tal-Belarussja tal-petroleum. BNK hija proprjetà tal-akbar tliet intrapriżi tal-produzzjoni u tar-raffinar taż-żejt fir-Repubblika tal-Belarussja: Belorusneft, Naftan, u Mozyr Oil Refinery. Permezz tal-istruttura tas-sjieda tagħha, BNK hija kkontrollata mill-istat tal-Belarussja. Bħala sussidjarja ta’ BNK, ETK hija wkoll indirettament ikkontrollata minn dawn l-entitajiet u hija proprjetà tagħhom. Il-kumpanija nħolqot biex tbigħ prodotti tal-petroleum prodotti minn Naftan u Mozyr Oil Refinery fit-territorju tal-Federazzjoni Russa. ETK telenka lil BNK, lil Naftan, lil Belorusneft u lil Mozyr Oil Refinery bħala s-sħab tagħha. Għalhekk, ETK hija assoċjata ma’, il-proprjetà ta' u kkontrollata minn entitajiet responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili Belarussa u li jappoġġjaw lir-reġim ta’ Lukashenka. |
23.7.2026 |
|
63. |
OJSC Mozyr Oil Refinery OAO magħrufa wkoll bħala Mozyrskii Neftepererabatyvayushchii Zavod |
OAO Мозырский нефтеперерабатывающий завод |
Indirizz: Mikhalki v/c 18, Mozyr district, Gomel region, 247782, Republic of Belarus Tip ta' entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Miftuħa, Raffinerija taż-żejt Post tar-reġistrazzjoni: Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 26.12.1991 Numru tar-reġistrazzjoni: 400091131 Post prinċipali tan-negozju: Belarus Tel: +375 236 37-33-30 Email: office@mnpz.by Sit web: https://mnpz.by Entitajiet assoċjati: Belarus State Property Committee OJSC Naftan; State Production Association Belorusneft; OJSC Belarusian Oil Company (BNK) Belneftekhim; European Trading Company LLC (ETK) |
Mozyr Oil Refinery hija waħda miż-żewġ raffineriji taż-żejt fil-Belarussja. Hija parti mill-grupp Belneftekhim, li ilu sanzjonat mill-Unjoni mit-3 ta’ Awwissu 2023, u hija kważi kompletament proprjetà tal-istat tal-Belarussja u Slavneft. Ir-raffinerija għandha importanza sinifikanti għar-reġim ta’ Lukashenka. Mozyr Oil Refinery hija wkoll sid parzjali ta’ Belarusian Oil Company (BNK), l-esportatur ewlieni tal-Belarussja tal-petroleum, flimkien ma’ Belorusneft u Naftan. Għalhekk, Mozyr Oil Refinery hija kkontrollata u tibbenefika minn entitajiet li jappoġġaw ir-reġim ta’ Lukashenka u hija assoċjata magħhom. Minħabba l-importanza tagħha għall-ekonomija Belarussa, il-kumpanija qed tappoġġa wkoll ir-reġim ta’ Lukashenka u tibbenefika minnu. |
23.7.2026”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1817/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)