Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2008 – Zirh International vs Mülhens

(Kawża C‑206/04 P-DEP)

“Intaxxar tal-ispejjeż”

Proċedura – Spejjeż – Intaxxar (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 73(b)) (ara l-punt 12)

Suġġett  

Artikolu 74 tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors għall-intaxxar tal-ispejjeż wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Marzu 2006.

Dispożittiv

L-ammont totali tal-ispejjeż li Mülhens GmbH & Co. KG għandha tħallas lura lil Zirh International Corp. huwa ta’ EUR 5126.95.