|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1707 |
20.6.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1707
tad-19 ta’ Ġunju 2024
li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “STERI-PEROX” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Jannar 2017, Veltek Associates Inc. Europe ressqet lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ familja ta’ prodotti bioloġiċi bl-isem ta’ “STERI-PEROX” tat-tip ta’ prodott 2, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, u pprovdiet konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti tan-Netherlands qablet li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-GQ029577-18 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali. |
|
(2) |
Il-“STERI-PEROX” fiha l-perossidu tal-idroġenu, bħala s-sustanza attiva, u dan qiegħed fil-lista tal-Unjoni tas-sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tip ta’ prodott 2. |
|
(3) |
Fis-27 ta’ Frar 2023, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija. |
|
(4) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2023, f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Aġenzija ppreżentat l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni (2), inkluż l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) ta’ “STERI-PEROX” u r-rapport finali tal-valutazzjoni dwar il-familja ta’ prodotti bijoċidali. |
|
(5) |
L-opinjoni kkonkludiet li “STERI-PEROX” huwa “familja ta’ prodotti bijoċidali” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(s) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li huwa eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament u li, soġġett għall-konformità mal-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali, jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) u (6) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Fl-20 ta’ Ottubru 2023, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għal “STERI-PEROX”. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0031643-0000 lil Veltek Associates Inc. Europe biex tqiegħed fis-suq u tuża l-familja ta’ prodotti bijoċidali “STERI-PEROX”, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbilit fl-Anness.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mill-10 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2034.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) L-opinjoni tal-ECHA tal-14 ta’ Settembru 2023 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ “STERI-PEROX” (ECHA/BPC/393/2023), https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.
ANNESS
SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT GĦAL FAMILJA TA’ PRODOTTI BIJOĊIDALI
STERI-PEROX®
Tip(i) ta’ prodott
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali
Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0031643-0000
Numru tal-assi R4BP EU-0031643-0000
Part I.
L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI
Chapter 1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Kunjom
|
Isem |
STERI-PEROX® |
1.2. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali |
1.3. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
Veltek Associates Inc. Europe |
|
Indirizz |
Rozengaard 1940 8212DT Lelystad NL |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0031643-0000 |
|
Numru tal-assi R4BP |
|
EU-0031643-0000 |
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
|
L-10 ta’ Lulju 2024 |
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
|
It-30 ta’ Ġunju 2034 |
1.4. Manifattur(i) tal-prodott
|
Isem tal-manifattur |
Veltek Associates, Inc. |
|
Indirizz tal-manifattur |
15 Lee Blvd. PA19355 Malvern L-Istati Uniti |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
15 Lee Blvd. PA 19355 Malvern L-Istati Uniti |
1.5. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
Perossidu tal-idroġenu |
|
Isem tal-manifattur |
Evonik Operations GmbH (Acting for Evonik Active Oxygens, LLC (US)) |
|
Indirizz tal-manifattur |
One Commerce Square 2005 Market Street Suite 3200 PA 19103 Philadelphia L-Istati Uniti |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Evonik Operations GmbH (Acting for Evonik Active Oxygens, LLC (US)) site 1 PeroxyChem Bayport Plant, 12000 Bay Area Blvd TX 77507 Passadena L-Istati Uniti |
Chapter 2. KOMPOŻIZZJONI TAL-FAMILJA TAL-PRODOTT U FORMULAZZJONI
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Perossidu tal-idroġenu |
|
sustanza attiva |
7722-84-1 |
231-765-0 |
6,4 - 6,4 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni
|
Tip(i) ta’ formulazzjoni |
AL Kwalunkwe likwidu ieħor XX Oħrajn: Imselħa lesta sabiex Tintuża |
Part II.
IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI META SPC(S)
Chapter 1. META SPC 1 INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Meta SPC 1 identifikatur
|
Identifikatur |
Meta SPC 1- Msielaħ |
1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni
|
Numru |
1-1 |
1.3. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali |
Chapter 2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Perossidu tal-idroġenu |
|
sustanza attiva |
7722-84-1 |
231-765-0 |
6,4 - 6,4 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1
|
Tip(i) ta’ formulazzjoni |
XX Oħrajn: Imselħa lesta sabiex Tintuża |
Chapter 3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H319: Jagħmel irritazzjoni serja għall-għajnejn. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P264: Aħsel wiċċek u idejk sew wara li tużah. P280: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn/protezzjoni għall-wiċċ. P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ. P337+P313: Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tippersisti: Ikkonsulta advice. |
Chapter 4. UŻU/I AWTORIZZAT(I) TAL-META SPC
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Table 1.
1.1 – Użu industrijali – Imsiħ - Għal ġewwa - Meta SPC 1
|
Tip ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: Bakterja Istadju iżvilupp: ebda data Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: Ħmejjer Istadju iżvilupp: ebda data |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Diżinfettant ta’ superfiċji inanimati mhux porużi u ibsin, materjali u tagħmir li ma jintużawx għal kuntatt dirett mal-ikel jew għalf. Mhux għall-użu f’żoni mediċi. Diżinfettant għall-użu f’faċilitajiet tal-manifattura li jinkludu żoni ta’ kmamar sterili li jinstabu f’faċilitajiet tal-manifattura ta’ farmaċewtiċi, bijofarmaċewtiċi, apparati u prodotti dijanjostiċi mediċi. |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: Imsiħ Deskrizzjoni dettaljata: - |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: Mselħa ta’ 30,5 cm x 30,5 cm wipe – 32,5 ml kull imselħa. 7,5 ml huma disponibbli liberalment għal kull imselħa. Mselħa 1 = 7,5 ml kull m2 Dilwizzjoni (%): Il-prodott huwa lest għall-użu. Numru u ħin tal-applikazzjoni: Frekwenza: 3 applikazzjonijiet kuljum. Ħin ta’ kuntatt: 10 minuti Temperatura tal-użu: temperatura tal-kamra |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
industrijali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
L-imselħa hija magħmula minn 100% filament kontinwu ta’ fibra tal-poliester. Id-daqsijiet tal-pakketti huma mogħtija fid-dettall hawn taħt: Sterili (irradjata bil-gamma) jew mhux sterili Msielaħ: 12 x 12-il punzier (30,5 cm x 30,5cm). 20 imselħa f’kull pakkett. 10 pakketti f’kull kaxxa. li jerġgħu jingħalqu (qaxxar u ssiġilla) boroż tal-polietilen ta’ densità baxxa (opak) 12 x 12-il punzier (30,5 cm x 30,5cm). Miselaħ individwali. 100 pakketti f’kull kaxxa. Boroż tal-polietilen ta’ densità baxxa (opak) |
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
Chapter 5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 1
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
Applika ’l bogħod mill-għajnejn u l-wiċċ. Naddaf minn qabel is-superfiċje qabel l-applikazzjoni.
Uża biss imsielaħ niedja. Neħħi mselħa waħda jew tnejn kull darba. Imsaħ l-oġġett sew billi tiżgura li jkun viżibbilment imxarrab. Ħalli s-superfiċje mxarrba għal 10 minuti (użi kontra batterji u ħmejjer). Armi l-imselħa wara l-użu. Agħlaq il-pakkett wara li tiftħu.
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
Matul l-applikazzjoni l-utent tal-prodott biss jista’ jkun fil-kamra.
Matul l-applikazzjoni u biex tkun tista’ terġa’ tidħol, il-livelli ta’ konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu fl-arja ma jistgħux jaqbżu l-limitu ta’ inalazzjoni AEC ta’ 1,25 mg/m3 (jew valur ta’ referenza nazzjonali rilevanti aktar baxx). Għandu jintuża sensur kalibrat biex jiġi stabbilit li l-livelli ta’ konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu fl-arja ma jinqabżux.
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal 5 minuti. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
JEKK JINBELA’: Laħlaħ ħalqek. Agħti lill-persuna esposta xi ħaġa x’tixrob jekk din tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda bl-ilma. Jekk iseħħu xi sintomi sejjaħ ĊENTRU TA’ AVVELIMENT jew tabib.
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Jekk iseħħu xi sintomi sejjaħ ĊENTRU TA’ AVVELIMENT jew tabib.
Evita d-dħul fil-kanali tad-drenaġġ u ilmijiet pubbliċi. Avża lill-awtoritajiet jekk il-prodott jidħol fid-drenaġġ jew ilmijiet pubbliċi.
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Rakkomandazzjoni dwar ir-rimi tal-iskart: Armi f’mod sikur skont ma jitolbu r-regolamenti lokali/nazzjonali. Ekoloġija - materjali tal-iskart: Evita r-rilaxx fl-ambjent.
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Żomm il-kontenitur magħluq sew. Żomm f’post frisk, b’ventilazzjoni tajba. Erġa’ ssiġilla l-pakkett bejn l-użi biex iżżomm l-imsielaħ umdi.
Aħżen fil-kontenitur oriġinali. Ipproteġi mill-ġlata. Taħżinx f’temperatura ogħla minn 40°C.
Żmien kemm idum tajjeb il-prodott = sentejn
Chapter 6. INFORMAZZJONI OĦRA
Chapter 7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1
7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
STERI-PEROX® 6% WIPE |
qasam tas-suq: UE |
|||
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0031643-0001 1-1 |
|||
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Perossidu tal-idroġenu |
|
sustanza attiva |
7722-84-1 |
231-765-0 |
6,4 |
Chapter 1. META SPC 2 INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Meta SPC 2 identifikatur
|
Identifikatur |
Meta SPC 2- Likwidu |
1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni
|
Numru |
1-2 |
1.3. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali |
Chapter 2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 2
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 2
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Perossidu tal-idroġenu |
|
sustanza attiva |
7722-84-1 |
231-765-0 |
6,4 - 6,4 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 2
|
Tip(i) ta’ formulazzjoni |
AL Kwalunkwe likwidu ieħor |
Chapter 3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 2
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H319: Jagħmel irritazzjoni serja għall-għajnejn. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P264: Aħsel wiċċek u idejk sew wara li tużah. P280: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn/protezzjoni għall-wiċċ. P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ. P337+P313: Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tippersisti: Ikkonsulta tabib għal parir. |
Chapter 4. UŻU/I AWTORIZZAT(I) TAL-META SPC
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Table 1.
2.1 - Użu industrijali – Sprej likwidu - Għal ġewwa - Meta SPC 2
|
Tip ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: Bakterja Istadju iżvilupp: ebda data Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: Ħmejjer Istadju iżvilupp: ebda data Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: fungi Istadju iżvilupp: ebda data |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Diżinfettant ta’ superfiċji inanimati mhux porużi u ibsin, materjali u tagħmir li ma jintużawx għal kuntatt dirett mal-ikel jew għalf. Mhux għall-użu f’żoni mediċi. Diżinfettant għall-użu f’faċilitajiet tal-manifattura li jinkludu żoni ta’ kmamar sterili li jinstabu f’faċilitajiet tal-manifattura ta’ farmaċewtiċi, bijofarmaċewtiċi, apparati u prodotti dijanjostiċi mediċi. |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: sprejjar Deskrizzjoni dettaljata: - |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: 60 ml tal-prodott kull m2 Dilwizzjoni (%): Il-prodott huwa lest għall-użu. Numru u ħin tal-applikazzjoni: Frekwenza: 3 applikazzjonijiet kuljum. Ħin ta’ kuntatt: 10 minuti (batterji, ħmejjer), 20 minuti (fungi) Temperatura tal-użu: temperatura tal-kamra |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
industrijali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Flixkun ta’ 473 ml (sterili biss). Flixkun ta’ 946 ml (sterili biss). L-aċċessorju tal-grillu tal-isprej huma pprovdut separatament. Materjali tal-imballaġġ: Fliexken Il-fliexken huma magħmula minn polietilen ta’ densità għolja (opak). Aċċessorju tal-isprejjar tal-idejn separat għandu tubu tat-tgħaddis tal-polipropilen. It-tapp tal-flixkun u s-siġill tal-induzzjoni huma tal-polipropilen. Il-fliexken huma pprovduti b’aċċessorju tal-isprejjar tal-polietilen separatament fil-boroż, l-isprejers mhumiex konnessi mal-fliexken u huma pprovduti separatament. Il-verżjonijiet sterili huma ppakkjati individwalment f’boroż doppji u l-boroż huma magħluqin b’siġill termali. Boroż kwadrupli huma disponibbli b’mod fakultattiv. Id-distributuri jiddistribwixxu kaxxi ssiġillati, mhux kontenituri individwali. |
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Naddaf minn qabel is-superfiċje qabel l-applikazzjoni. Neħħi l-grillu mit-tgeżwir u qabbdu mal-flixkun. Naddaf minn qabel is-superfiċje qabel l-applikazzjoni. Idderieġi l-isprej fuq is-superfiċje minn distanza ta’ 15-20 cm. Xarrab is-superfiċje sew bil-prodott u ħallih jieħu effett għal tal-inqas 10 minuti (uża kontra batterji, ħmejjer) u 20 minuti (uża kontra fungi). Ħalli s-superfiċje tinxef bl-arja, jew wara li jkun inkiseb il-ħin ta’ kuntatt meħtieġ, ixxotta b’biċċa jew imselħa sterilizzata, jekk meħtieġ.
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
4.2. Deskrizzjoni tal-użu
Table 2.
2.2 - Użu industrijali – Tixrib f’likwidu – Għal ġewwa – Meta SPC 2
|
Tip ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: Bakterja Istadju iżvilupp: ebda data Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: Ħmejjer Istadju iżvilupp: ebda data Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: fungi Istadju iżvilupp: ebda data Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: Spori batterjoloġċi Istadju iżvilupp: ebda data |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Diżinfettant ta’ superfiċji inanimati mhux porużi u ibsin, materjali u tagħmir li ma jintużawx għal kuntatt dirett mal-ikel jew għalf. Mhux għall-użu f’żoni mediċi. Diżinfettant għall-użu f’faċilitajiet tal-manifattura li jinkludu żoni ta’ kmamar sterili li jinstabu f’faċilitajiet tal-manifattura ta’ farmaċewtiċi, bijofarmaċewtiċi, apparati u prodotti dijanjostiċi mediċi. |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: Tixrib Deskrizzjoni dettaljata: - |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: - Dilwizzjoni (%): Il-prodott huwa lest għall-użu. Numru u ħin tal-applikazzjoni: Frekwenza: 3 applikazzjonijiet kuljum. Ħin ta’ kuntatt: 10 minuti (batterji, ħmejjer), 20 minuti (fungi), 60 minuta (spori) Temperatura tal-użu: temperatura tal-kamra |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
industrijali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Fliexken: Flixkun ta’ 473 ml (sterili biss) Flixkun ta’ 946 ml (sterili biss). Il-fliexken huma magħmula minn polietilen ta’ densità għolja (opak). It-tapp tal-flixkun u s-siġill tal-induzzjoni huma tal-polipropilen. Il-verżjonijiet sterili huma ppakkjati individwalment f’boroż doppji u l-boroż huma magħluqin b’siġill termali. Boroż kwadrupli huma disponibbli b’mod fakultattiv. 3,79 litru (sterili u mhux sterili) Kontenituri magħmulin minn polietilen ta’ densità għolja (opak) b’manku tal-ġarr iffurmat u żennuna tat-tferrigħ b’tapp żgħir bil-kamin ffurmata lejn it-tarf ta’ fuq. It-tapp bil-kamin tal-polipropilen b’kisi minn ġewwa jkopri l-fetħa tat-tferrigħ, is-siġill tal-induzzjoni huwa tal-polipropilen. It-tappijiet kollha tal-fliexken huma tappijiet bil-kamin u jistgħu jerġgħu jiġu applikati fuq il-flixkun. Id-distributuri jiddistribwixxu kaxxi ssiġillati, mhux kontenituri individwali. Il-verżjonijiet sterili huma ppakkjati individwalment f’boroż doppji u l-boroż huma magħluqin b’siġill termali. Boroż kwadrupli huma disponibbli b’mod fakultattiv. Tank: 200 litru (sterili biss) Polietilen ta’ densità għolja (opak). Iffurmat bl-infiħ, b’ras magħluqa. Ċirku ta’ fuq integrali ffurmat. F’boroż doppji u mgeżwer bi tgeżwir li jinxtorob biex jiġi magħluq sew. Għal distribuzzjoni sikura wara l-ftuħ, it-tank ta’ 200 litru għandu tapp bil-kamin tal-polipropilen immuntat fuq ta’ 5 ċentimetri li għandu tubu tat-tgħaddis unidirezzjonali mqabbad ma’ tubu tal-gomma Santoprene® 73A FDA ta’ 0,95 cm biex jitqabbad ma’ pompa tad-distribuzzjoni mingħajr kuntatt mal-prodott peristaltika tal-għażla tal-klijent - mhux fornut. Il-pompa u t-tubu jibqgħu mwaħħlin u lesti għad-distribuzzjoni waqt il-perjodu sħiħ ta’ użu. Mhemm l-ebda fitting biex terġa’ żżid materjal fit-tank. |
4.2.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Naddaf minn qabel is-superfiċje qabel l-applikazzjoni. Għaddas l-oġġett f’banju bil-prodott u ħallih fil-banju għal tal-inqas 10 minuti (uża kontra batterji, ħmejjer), 20 minuti (uża kontra fungi) jew 60 minuta (użu kontra spori). Wara li jinkiseb il-ħin ta’ kuntatt meħtieġ, ħalli s-superfiċje tinxef bl-arja, jew ixxuttaha b’biċċa jew imselħa sterilizzata, jekk meħtieġ. Uża l-banju għad-dippjar darba biss.
4.2.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
4.2.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
4.2.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
4.2.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
Chapter 5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 2
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
Uża ventilazzjoni adegwata u applika ’l bogħod mill-għajnejn u l-wiċċ.
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
Matul l-applikazzjoni l-utent tal-prodott biss jista’ jkun fil-kamra.
Matul l-applikazzjoni u biex tkun tista’ terġa’ tidħol, il-livelli ta’ konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu fl-arja ma jistgħux jaqbżu l-limitu ta’ inalazzjoni AEC ta’ 1,25 mg/m3 (jew valur ta’ referenza nazzjonali rilevanti aktar baxx). Għandu jintuża sensur kalibrat biex jiġi stabbilit li l-livelli ta’ konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu fl-arja ma jinqabżux.
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal 5 minuti. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
JEKK JINBELA’: Laħlaħ ħalqek. Agħti lill-persuna esposta xi ħaġa x’tixrob jekk din tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda bl-ilma. Jekk iseħħu xi sintomi sejjaħ ĊENTRU TA’ AVVELIMENT jew tabib.
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Jekk iseħħu xi sintomi sejjaħ ĊENTRU TA’ AVVELIMENT jew tabib.
Evita d-dħul fil-kanali tad-drenaġġ u ilmijiet pubbliċi. Avża lill-awtoritajiet jekk il-prodott jidħol fid-drenaġġ jew ilmijiet pubbliċi.
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Rakkomandazzjoni dwar ir-rimi tal-iskart: Armi f’mod sikur skont ma jitolbu r-regolamenti lokali/nazzjonali. Ekoloġija - materjali tal-iskart: Evita r-rilaxx fl-ambjent.
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Żomm il-kontenitur magħluq sew. Żomm f’post frisk, b’ventilazzjoni tajba. Erġa’ ssiġilla l-pakkett bejn l-użi biex iżżomm l-imsielaħ umdi. Għal-likwidu armi wara 60 ġurnata li tkun ftaħtu
Aħżen fil-kontenitur oriġinali. Ipproteġi mill-ġlata. Taħżinx f’temperatura ogħla minn 40°C.
Żmien kemm idum tajjeb il-prodott = sentejn
Chapter 6. INFORMAZZJONI OĦRA
Chapter 7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 2
7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
STERI-PEROX 6% |
qasam tas-suq: UE |
|||
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0031643-0002 1-2 |
|||
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Perossidu tal-idroġenu |
|
sustanza attiva |
7722-84-1 |
231-765-0 |
6,4 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1707/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)