|
21.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 47/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 115/2007
tat-28 ta' Settembru 2007
li jemenda l-Anness XI (Servizzi tat-Telekomunikazzjoni) u Protokoll 37 għall-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 u 101 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 22/2007 tas-27 ta' April 2007 (1). |
|
(2) |
Il-Protokoll 37 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2004 tas-6 ta' Frar 2004 (2). |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/215/KE tal-15 ta' Marzu 2006 dwar it-twaqqif ta' grupp ta' esperti ta' livell għoli biex jagħtu pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta' l-istrateġija i2010 (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Sabiex il-Ftehim jaħdem sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi estiż biex jinkludi l-grupp ta' esperti ta' livell għoli mwaqqaf bid-Deċiżjoni 2006/215/KE, u l-Anness XI għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta' assoċjazzjoni ma' dan il-Grupp. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/752/KE ta' l-24 ta' Ottubru 2005 li jwaqqaf grupp ta' esperti dwar il-kummerċ elettroniku (4) ġie inkorporat fl-Anness XI tal-Ftehim bid-Deċiżjoni Nru 120/2006. |
|
(6) |
Sabiex il-Ftehim jaħdem sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi estiż biex jinkludi l-grupp ta' esperti dwar il-kummerċ elettroniku mwaqqaf bid-Deċiżjoni 2005/752/KE, u l-Anness XI għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta' assoċjazzjoni ma' dan il-grupp, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 5n (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/752/KE):
|
|
2. |
Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 5n (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/752/KE): “Proċeduri għall-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja skond l-Artikolu 101 tal-Ftehim: Kull Stat ta' EFTA jista', skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/752/KE, jaħtar persuna biex tipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-grupp ta' esperti dwar il-kummerċ elettroniku. Il-Kummissjoni Ewropea għandha, fiż-żmien dovut, tgħarraf lill-parteċipanti bid-dati tal-laqgħat tal-grupp u tittrasmettilhom id-dokumentazzjoni relevanti.” |
Artikolu 2
Il-punti li ġejjin għandhom ikunu inseriti fil-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) għall-Ftehim:
|
“18. |
Il-grupp ta' esperti dwar il-kummerċ elettroniku (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/752/KE). |
|
19. |
Il-Grupp ta' Livell Għoli i2010 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/215/KE).” |
Artikolu 3
It-testi tad-Deċiżjoni 2006/215/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 28 ta' Settembru 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 209, 9.8.2007, p. 40.
(2) ĠU L 116, 22.4.2004, p. 58.
(3) ĠU L 80, 17.3.2006, p. 74.
(4) ĠU L 282, 26.10.2005, p. 20.
(*1) Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.