22007D0115

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2007 tat- 28 ta' Settembru 2007 li jemenda l-Anness XI (Servizzi tat-Telekomunikazzjoni) u Protokoll 37 għall-Ftehim taż-ŻEE

Official Journal L 047 , 21/02/2008 P. 0036 - 0037


Deċiżjoni tal-kumitat konġunt taż-ŻEE

Nru 115/2007

tat- 28 ta' Settembru 2007

li jemenda l-Anness XI (Servizzi tat-Telekomunikazzjoni) u Protokoll 37 għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 u 101 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 22/2007 tas- 27 ta' April 2007 [1].

(2) Il-Protokoll 37 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2004 tas- 6 ta' Frar 2004 [2].

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/215/KE tal- 15 ta' Marzu 2006 dwar it-twaqqif ta' grupp ta' esperti ta' livell għoli biex jagħtu pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta' l-istrateġija i2010 [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Sabiex il-Ftehim jaħdem sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi estiż biex jinkludi l-grupp ta' esperti ta' livell għoli mwaqqaf bid-Deċiżjoni 2006/215/KE, u l-Anness XI għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta' assoċjazzjoni ma' dan il-Grupp.

(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/752/KE ta' l- 24 ta' Ottubru 2005 li jwaqqaf grupp ta' esperti dwar il-kummerċ elettroniku [4] ġie inkorporat fl-Anness XI tal-Ftehim bid-Deċiżjoni Nru 120/2006.

(6) Sabiex il-Ftehim jaħdem sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi estiż biex jinkludi l-grupp ta' esperti dwar il-kummerċ elettroniku mwaqqaf bid-Deċiżjoni 2005/752/KE, u l-Anness XI għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta' assoċjazzjoni ma' dan il-grupp,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 5n (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/752/KE):

"5o. 32006 D 0215: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/215/KE tal- 15 ta' Marzu 2006 dwar it-twaqqif ta' grupp ta' esperti ta' livell għoli biex jagħtu pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta' l-istrateġija i2010 (ĠU L 80, 17.3.2006, p. 74).

Proċeduri għall-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja skond l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

Kull Stat EFTA jista, skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/215/KE, jaħtar persuna biex tipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-Grupp ta' Livell Għoli i2010.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha, fiż-żmien dovut, tgħarraf lill-parteċipanti bid-dati tal-laqgħat tal-Grupp u tittrasmettilhom id-dokumentazzjoni relevanti."

2. Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 5n (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/752/KE):

"Proċeduri għall-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja skond l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

Kull Stat ta' EFTA jista', skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/752/KE, jaħtar persuna biex tipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-grupp ta' esperti dwar il-kummerċ elettroniku.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha, fiż-żmien dovut, tgħarraf lill-parteċipanti bid-dati tal-laqgħat tal-grupp u tittrasmettilhom id-dokumentazzjoni relevanti."

Artikolu 2

Il-punti li ġejjin għandhom ikunu inseriti fil-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) għall-Ftehim:

"18. Il-grupp ta' esperti dwar il-kummerċ elettroniku (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/752/KE).

19. Il-Grupp ta' Livell Għoli i2010 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/215/KE)."

Artikolu 3

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/215/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid- 29 ta' Settembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [*****].

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Settembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur Jóhannesson

[1] ĠU L 209, 9.8.2007, p. 40.

[2] ĠU L 116, 22.4.2004, p. 58.

[3] ĠU L 80, 17.3.2006, p. 74.

[4] ĠU L 282, 26.10.2005, p. 20.

[*****] Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------