<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑101/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0101</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:296">EU:C:2014:296</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET JÄÄSKINEN — KAWŻA C‑101/13</P><P>U</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Jääskinen</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑101/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">U</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stadt Karlsruhe</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Passaporti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2252/2004</KEYWORD><KEYWORD>Standards minimi ta’ sigurtà ta’ passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Effett legali tar-riferiment għall-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (passaporti li jistgħu jinqraw minn magna)</KEYWORD><KEYWORD>Identifikatur primarju, identifikatur sekondarju u elementi fakultattivi ta’ data bijografika</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li l-kunjom mat-twelid tad-detentur għandu jidher fuq il-paġna tad-data bijografika tal-passaport, fil-kamp irriżervat għall-identifikatur primarju, anki jekk legalment ma jkunx jagħmel parti mill-isem tal-persuna kkonċernata</KEYWORD><KEYWORD>Tniżżil ta’ abbrevjazzjoni mhux tradotta fil-kamp irriżervat għall-identifikatur primarju</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja), li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha quddiemha, tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn ċittadin Ġermaniż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>U<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> u Stadt Karlsruhe (il-Ġermanja) minħabba li din tal-aħħar irrifjutat li timmodifika l-mod kif il-kunjom mat-twelid tiegħu qed jiġi ppreżentat fil-passaport Ġermaniż tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża applikabbli tipprevedi li l-passaport ikun jinkludi, b’mod partikolari, fejn għandha x’taqsam id-deskrizzjoni tad-detentur tiegħu, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>kunjom u l-isem mat-twelid<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>ismijiet<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> u t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>titolu ta’ Doctor<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> tiegħu. F’dan il-każ, minn dan kollu jirriżulta li l-kunjom mat-twelid tar-rikorrent fil-kawża prinċipali jidher fuq il-passaport tiegħu, biswit kunjomu, minkejja li skont il-qorti <HT TYPE="ITALIC">a quo</HT>, il-kunjom mat-twelid ma jagħmilx legalment parti mill-isem.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-<DATE ISO="20041213">13 ta’ Diċembru 2004</DATE>, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153M" PAGE.FIRST="375" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 153M, p. 375</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="142" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 142, p. 1</REF.DOC.OJ> u r-rettifika fi <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="188" PAGE.FIRST="127" DATE.PUB="2009">ĠU L 188, p. 127</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Regolament Nru 2252/2004<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>). L-imsemmi<?PAGE NO="2"?> regolament jirreferi għad-Dokument Nru 9303 (dokumenti tal-ivvjaġġar li jistgħu jinqraw minn magna) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), b’mod iktar preċiż għall-Parti 1 tiegħu li tirrigwarda l-passaporti li jistgħu jinqraw minn magna (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Dan huwa l-Volum I [<HT TYPE="ITALIC">Passeports avec données lisibles à la machine stockées en format de reconnaissance optique de caractères</HT> (Passaporti b’data li jistgħu jinqraw minn magna maħżuna f’format fejn il-karattri jiġu rikonoxxuti mil-lat ottiku)], is-sitt edizzjoni (2006), tal-imsemmija Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO. L-imsemmi dokument huwa disponibbli mis-sit web ta’ din l-organizzazzjoni (http://www.icao.int), b’mod partikolari, fir-rigward tal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, bl-Ispanjol, bl-Ingliż u bil-Franċiż.</P></NOTE>, li tistabbilixxi kif għandha tkun il-preżentazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Hija qed tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi, b’mod partikolari, il-kwistjoni jekk u kif il-kunjom mat-twelid li ma għadux jagħmel parti minn isem ta’ persuna jista’ jiġi inkluż fil-passaport bħala identifikatur primarju (kamp 06 tal-passaport), bħala identifikatur sekondarju (kamp 07) jew bħala informazzjoni supplimentari (kamp 13), fid-dawl anki tad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) u tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 2252/2004 jaġġorna Riżoluzzjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, tas-<DATE ISO="20001017">17 ta’ Ottubru 2000</DATE>, li permezz tagħha ġew introdotti standards minimi ta’ sigurtà għall-passaporti. L-imsemmi regolament għandu l-għan li jinkisbu standards ta’ sigurtà armonizzati u msaħħa għall-passaporti u għad-dokumenti tal-ivvjaġġar biex ikun hemm protezzjoni kontra l-falsifikazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Premessa 2.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-premessi 8 u 9 jipprovdu dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>(8)</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-data personali [bijografika] li trid tiġi proċessata fil-kuntest ta’ passaporti u dokumenti ta’ l-ivvjaġġar, id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data tapplika.Għandu jiġi żgurat li l-ebda informazzjoni ulterjuri ma għandha tiġi maħżuna fil-passaport sakemm mhux prevista f’dan ir-Regolament, l-anness tiegħu jew sakemm ma tkunx imsemmija fid-dokument ta’ l-ivvjaġġar rilevanti.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq biex jintlaħaq l-għan bażiku li jiġu introdotti standards komuni ta’ sigurtà u identifikaturi bijometriċi interoperabbli li jiġu stabbiliti regoli għall-Istati Membri kollha li jagħtu effett lill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-<DATE ISO="19850614">14 ta’ Ġunju 1985</DATE>. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet li huma mfittxija, skond it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tat-Trattat.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Anness għal dan ir-regolament għandu l-għan, min-naħa tiegħu, li jistabbilixxi l-livell minimu ta’ sigurtà li l-passaporti u d-dokumenti tal-ivvjaġġar tal-Istati Membri huma meħtieġa li jipprovdu. Id-disposizzjonijiet f’dan l-anness għandhom x’jaqsmu primarjament mal-paġna tad-data bijografika tal-passaport<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>L-ewwel paragrafu tal-introduzzjoni tal-Anness.</P></NOTE>. L-Anness jagħmel il-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO applikabbli kif ġej<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>L-ewwel paragrafu tal-punt 2 tal-Anness u l-premessa 3 tar-Regolament Nru 2252/2004. Ara wkoll l-aħħar paragrafu tal-punt 5 tal-Anness: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>It-tqassim tal-paġna tad-data bijografika għandu isegwi l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fil-Parti 1 tad-Dokument [Nru 9303 tal-ICAO] […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></NOTE>.</TXT><?PAGE NO="3"?><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-passaport jew id-dokument ta’ l-ivvjaġġar għandu jkollu paġna ta’ data bijografika li tista’ tinqara minn magna, li għandha tkun konformi mall-Parti 1 [tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO] u l-mod ta’ kif jinħarġu għandu jkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet għall-passaporti li jistgħu jinqraw minn magna stabbiliti hemmhekk.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO jikkonċerna l-passaporti li jistgħu jinqraw minn magna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Fuq is-sit web tagħha (www.icao.int), l-ICAO tiġi ddefinita bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>istituzzjoni speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Uniti, maħluqa fl-1944 permezz tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta’ Chicago). Flimkien mal-191 Stat firmatarju tal-Konvenzjoni u mal-organizzazzjonijiet dinjija tas-settur ajrunawtiku, l-ICAO taħdem biex jiġu stabbiliti standards u prattiki internazzjonali rakkomandati (Standards and Recommended Practices — SARP) li l-Istati jistgħu mbagħad jużaw sabiex ifasslu l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar l-avjazzjoni ċivili tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></NOTE>. Hija tinkludi erba’ sezzjonijiet, fejn l-aħħar waħda, is-Sezzjoni IV, fiha l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għal dawn il-passaporti. Is-Sezzjoni IV essenzjalment tipprevedi dan li ġej.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ir-<HT TYPE="ITALIC">recto</HT> tal-paġna tal-informazzjoni ta’ passaport li jista’ jinqara minn magna hija maqsuma f’Żoni I sa V, li flimkien jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/><HT TYPE="ITALIC">żona ta’ spezzjoni viżiva</HT><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] u f’Żona VII li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/><HT TYPE="ITALIC">żona li tinqara minn magna</HT><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara l-punti 5.2, 6.1 u 6.2 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 flimkien mal-Appendiċijiet 1 u 2 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO.</P></NOTE>. Iż-Żona II tinkludi xi data bijografika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Il-<HT TYPE="ITALIC">verso</HT> tal-paġna tal-informazzjoni jew paġna qrib ta’ dan il-passaport tikkostitwixxi Żona VI, li tista’ tinkludi elementi fakultattivi ta’ data.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>isem<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jitniżżel fil-passaport, fil-paġna tad-data bijografika, fil-kampijiet 06 u 07 taż-Żona II.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-kamp 06 huwa maħsub għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>identifikatur primarju<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, filwaqt li l-kamp 07 huwa maħsuba għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>identifikatur sekondarju<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fil-kamp 13 jistgħu jiġu inklużi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[e]lementi fakultattivi ta’ data bijografika, bħal pereżempju n-numru tal-identità personali jew il-marki tas-swaba’, fid-diskrezzjoni tal-Istat li joħroġ il-passaport jew tal-organizzazzjoni li toħroġ il-passaport<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Il-punt 8.6 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Ġermaniża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni dwar l-isem</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-kunjom mat-twelid (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Geburtsname<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), jiġifieri l-isem li jkun tniżżel fiċ-ċertifikat tat-twelid ta’ persuna, huwa l-kunjom tal-ġenituri jew ta’ wieħed mill-ġenituri.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-kunjom (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Familienname<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) huwa jew il-kunjom mat-twelid jew il-kunjom li jkun inkiseb wara li jkun inbidel l-isem.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kunjom jista’ jitbiddel jew wara żwieġ bl-applikazzjoni tal-Kodiċi Ċivili (Bürgerliches Gesetzbuch, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>BGB<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Artikolu 1355(1) tal-BGB.</P></NOTE>, jew wara talba biex jitbiddel l-isem li titressaq abbażi tal-Liġi, tal-<DATE ISO="19380105">5 ta’ Jannar 1938</DATE>, dwar it-tibdil tal-isem (Namensänderungsgesetz)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Gesetz über die Änderung von Familiennamen und Vornamen.</P></NOTE>. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, ħlief indikazzjoni speċifika, il-kunjom mat-twelid ma jibqax legalment jagħmel iktar parti mill-isem wara l-bidla<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Artikolu 1355(4) tal-BGB. Il-kunjom mat-twelid (Geburtsname) però jista’ jitbiddel biss f’każ ta’ adozzjoni.</P></NOTE>, b’differenza għal dak li tipprevedi l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fi Stati Membri oħrajn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs ippreżentati fit-<DATE ISO="20030522">22 ta’ Mejju 2003</DATE> fil-Kawża Garcia Avello (C‑148/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:311">EU:C:2003:311</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Mill-formulazzjoni tad-domandi preliminari jirriżulta li din il-kawża tirrigwarda dan il-każ tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi osservat li d-dritt Ġermaniż jeżiġi li kwalunkwe persuna jkollha kunjom u mill-inqas isem (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Vorname<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), skont il-punt 1 tal-Artikolu 21(1) tal-Liġi, tad-<DATE ISO="20070219">19 ta’ Frar 2007</DATE>, dwar l-istat ċivili (Personenstandsgesetz)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>BGBl. I, p. 122.</P></NOTE>. Barra minn hekk, it-titoli nobiljari jagħmlu parti mill-isem abbażi tad-dritt kostituzzjonali tar-Repubblika ta’ Weimar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-konklużjoni tal-Avukat Ġenerali Sharpston ippreżentati fl-<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE> fil-Kawża Sayn‑Wittgenstein (C‑208/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:608">EU:C:2010:608</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, titolu akkademiku, bħal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Doktor<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, ma jagħmilx proprjament parti mill-isem, imma huwa element anċillari li jiġi rreġistrat fl-istat ċivili u jissemma fil-passaport biswit il-kunjom. Id-dritt tal-isem huwa protett abbażi tal-Artikolu 12 tal-BGB.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni dwar il-passaport</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1) tal-Liġi dwar il-passaporti (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Passgesetz<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), tad-<DATE ISO="19860419">19 ta’ April 1986</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>BGBl. 1986 I, p. 537, emendata l-aħħar bil-Liġi, tat-<DATE ISO="20090730">30 ta’ Lulju 2009</DATE>, dwar il-prosekuzzjoni tal-preparazzjoni tal-atti serji ta’ vjolenza li jheddu lill-Istat (BGBl. 2009 I, p. 2437) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Liġi dwar il-passaporti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>).</P></NOTE>, jirriżulta li l-Ġermaniżi li jidħlu fi jew joħorġu mit-territorju kopert minn din il-liġi għandhom l-obbligi li jkollhom fuqhom passaport validu u li jidentifikaw irwieħhom b’dan il-mezz.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 4(1) tal-Liġi dwar il-passaporti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>l-passaport għandu jkun fih, biswit ir-ritratt li jidentifika lid-detentur tiegħu, il-firma tad-detentur, isem l-awtorità li tkun ħarġitu, id-data ta’ meta jkun inħareġ il-passaport u d-data ta’ meta jiskadi, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-persuna tad-detentur li ġejja biss:</TXT><P><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kunjom u l-isem mat-twelid,</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ismijiet,</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>It-titolu ta’ Doctor,</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-isem reliġjuż, l-isem artistiku. […]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></P></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skont il-punt 6 tal-Anness 11 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Liġi dwar il-passaporti (Passverordnung), tad-<DATE ISO="20071019">19 ta’ Ottubru 2007</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>BGBl. 2007 I, p. 2386, emendata l-aħħar bir-Regolament tal-<DATE ISO="20101025">25 ta’ Ottubru 2010</DATE>, li jemenda r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Liġi dwar il-passaporti, ir-Regolament dwar id-dħul tad-data tal-passaporti u r-Regolament dwar it-tranżmissjoni u dispożizzjonijiet oħrajn (BGBl. 2010 I, p. 1440).</P></NOTE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>meta jkun hemm kunjom mat-twelid, għandu titħallilu mill-inqas linja sħiħa. Din il-linja għandha tibda wara l-ħames karattri tipografiċi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>GEB.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>geb.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/><QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Dik l-espressjoni li tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>twieled jew twieldet<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> bil-Ġermaniż ma tissemmiex fil-lingwi l-oħra.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, ir-rikorrent U. qed jitlob li jiġi mmodifikat il-mod kif jiġi ppreżentat kunjomu mat-twelid fil-passaport Ġermaniż tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Fuq it-talba tal-qorti tar-rinviju, isem ir-rikorrent ġie anonimizzat mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja matul il-proċedura bil-miktub billi ntużat l-ittra <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>U<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Madankollu, għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet, se jintużaw abbrevjazzjonijiet speċifiċi sabiex tkun tista’ tinftiehem aħjar id-distinzjoni bejn il-kunjom attwali (F.), l-ismijiet (S. P.) u l-kunjom mat-twelid (E.) tar-rikorrent fil-kawża prinċipali.</P></NOTE>. Kunjomu huwa F. u ismijietu huma S. P.. Huwa għandu t-titolu ta’ Doctor. Il-kunjom mat-twelid tiegħu huwa E. u ma jagħmilx parti minn ismu. Fil-kamp deskritt b’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Name/Surname/Nom<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> tal-passaport tiegħu hemm imniżżel dan li ġej, fuq żewġ linji:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>DR F.</P><P>GEB. E.<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jikkunsidra li ismu qed jiġi ppreżentat b’mod żbaljat fil-passaport tiegħu, u li dan qed iwassal għal malintiżi meta jkollu jsiefer minħabba raġunijiet professjonali. Huwa qed jallega li l-inklużjoni, fil-passaport tiegħu, fil-kamp użat għall-kunjom, ta’ kunjomu mat-twelid ippreċedut bl-abbrevjazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>GEB<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, li ma tagħmilx parti minn ismu, qed ikollha bħala konsegwenza li, fir-relazzjonijiet kummerċjali tiegħu ma’ persuni privati u meta jinħarġulu l-viżi, huwa ġie msejjaħ, pereżempju, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Mr. Geb E.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Mr. E. F.<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>DR F. GEB E.<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> jew anki <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>S. E. Dr F.<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, huwa talab li d-data fil-passaport tiegħu tiġi mmodifikata sabiex l-indikazzjoni allegatament żbaljata titneħħa u jidher mingħajr ambigwità, anki fir-rigward ta’ persuni mhux Ġermaniżi, li ismu huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Dr F.<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Madankollu, huwa ma jgħidx kif dan jista’ jsir, jekk hux billi jitneħħa kunjomu mat-twelid, billi jinħoloq kamp korrispondenti (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Geburtsname/Birthname/Nom de naissance<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>) jew bi kwalunkwe mod ieħor. B’hekk, huwa ma huwiex qed jitlob li kunjomu mat-twelid ma jibqax imniżżel fil-passaport tiegħu imma biss li l-indikazzjoni żbaljata tal-passaport titneħħa.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgerichtshof Baden‑Württemberg iddeċidiet, b’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, li waslet għand il-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>1)</NO.P><TXT>Skont l-Anness tar-[Regolament Nru 2252/2004], il-mod ta’ ħruġ tal-paġna tad-data personali [bijografika], li tista’ tinqara minn magna, tal-passaporti maħruġa [redatti] mill-Istati Membri għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet obbligatorji kollha previsti fil-Parti 1 […] tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk il-Liġi dwar l-ismijiet ta’ Stat Membru tipprovdi li l-isem ta’ persuna huwa kompost minn isimha [ismijietha] u mill-kunjom tal-familja [kunjom] tagħha, l-Istat Membru inkwistjoni huwa awtorizzat, skont l-Anness tar-Regolament Nru 2252/2004, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 8.6 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 […] tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO, li jinkludi wkoll l-isem [il-kunjom] tat-twelid bħala l-identifikatur primarju fil-Kamp 6 tal-paġna tad-data personali [bijografika], li tista’ tinqara minn magna, tal-passaport?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk il-Liġi dwar l-ismijiet ta’ Stat Membru tipprovdi li l-isem ta’ persuna huwa kompost minn isimha [ismijietha] u mill-kunjom tal-familja [kunjom] tagħha, l-Istat Membru inkwistjoni huwa awtorizzat, skont l-Anness tar-Regolament Nru 2252/2004, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet [tal-punt 8.6] tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 […] tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO, li jinkludi wkoll l-isem [il-kunjom] tat-twelid bħala l-identifikatur sekondarju fil-Kamp 7 tal-paġna tad-data personali [bijografika], li tista’ tinqara minn magna, tal-passaport?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ li d-domandi 2 jew 3 jingħataw risposta fl-affermattiv: jekk il-Liġi dwar l-ismijiet ta’ Stat Membru tipprovdi li l-isem ta’ persuna għandu jkun kompost minn isimha [ismijietha] u mill-kunjom tal-familja [kunjom] tagħha, l-Istat Membru inkwistjoni huwa obbligat, fid-dawl tal-protezzjoni tal-isem tal-persuna ggarantita mill-Artikolu 7 tal-Karta u mill-Artikolu 8 tal-KEDB, jindika, fid-deskrizzjoni tal-kamp ta’ data rilevanti tal-paġna tad-data personali [bijografika], li tista’ tinqara minn magna, tal-passaport li fih ikun inkluż l-isem [il-kunjom] tat-twelid, li l-isem [il-kunjom] tat-twelid għandu jiġi wkoll inkluż fl-imsemmi kamp?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Fil-każ li d-domanda 4 tingħata risposta negattiva: Stat Membru, li l-Liġi dwar l-ismijiet tiegħu tipprovdi li l-isem tal-persuna huwa kompost minn isimha [ismijietha] u mill-kunjom tal-familja [kunjom] tiegħu u li d-dritt nazzjonali tiegħu dwar il-passaporti jipprovdi, minn naħa, li d-deskrizzjonijiet tal-kampijiet ta’ data li jinsabu fil-paġna tad-data personali [bijografika], li tista’ tinqara minn pagna [magna], tal-passaport għandhom jiġu pprovduti wkoll bl-Ingliż u bil-Franċiż u, min-naħa l-oħra, li l-isem [il-kunjom] tat-twelid għandu wkoll jiġi inkluż fil-Kamp 6 tal-imsemmija paġna, f’linja separata, ippreċedut bl-abbrevjazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>geb.<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>geboren<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> (twieldet/twieled), għandu l-obbligu li jipprovdi traduzzjoni tal-imsemmija abbrevjazzjoni wkoll bl-Ingliż u bil-Franċiż, fid-dawl tal-protezzjoni tal-isem tal-persuna ggarantita mill-Artikolu 7 tal-Karta u mill-Artikolu 8 tal-KEDB?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Jekk il-Liġi dwar l-ismijiet ta’ Stat Membru tipprovdi li l-isem ta’ persuna huwa kompost minn isimha u mill-kunjom tal-familja [kunjom] tagħha, l-Istat Membru inkwistjoni huwa intitolat, skont l-Anness tar-Regolament Nru 2252/2004, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 8.6 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 […] tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO, jinkludi l-isem [il-kunjom] tat-twelid bħala data personali [bijografika] fakultattiva fil-Kamp 13 tal-paġna tad-data personali [bijografika], li tista’ tinqara minn magna, tal-passaport?<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni Ewropea lkoll ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub, u kienu wkoll irrappreżentati waqt is-seduta tal-<DATE ISO="20140115">15 ta’ Jannar 2014</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Qabelxejn għandu jiġi kkonstatat li l-isem ta’ persuna huwa element kostitwenti tal-identità u tal-ħajja privata tagħha li l-protezzjoni tagħhom hija stabbilita mill-Artikolu 7 tal-Karta u mill-Artikolu 8 tal-KEDB. Fil-fatt, anki jekk l-imsemmi Artikolu 8 ma jsemmihx b’mod espliċitu l-isem ta’ persuna jikkonċerna xejn inqas mill-ħajja privata u tal-familja tagħha bħala mezz ta’ identifikazzjoni personali u ta’ rabta ma’ familja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Sayn‑Wittgenstein (C‑208/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:806">EU:C:2010:806</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52); Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenzi Burghartz vs L‑Isvizzera, tat-<DATE ISO="19940222">22 ta’ Frar 1994</DATE> (Serje A Nru 280‑B, p. 28, punt 24) u Stjerna vs Il‑Finlandja, tal-<DATE ISO="19941125">25 ta’ Novembru 1994</DATE> (Serje A Nru 299‑B, p. 60, punt 37).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>B’hekk, li l-kunjom mat-twelid jissemma f’kuntest partikolari għandu jkun oġġettivament iġġustifikat skont l-Artikolu 8 tal-Karta, li jistabbilixxi dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali, li jidhirli li huwa l-każ jekk dan jirriżulta li jkun neċessarju għall-identifikazzjoni ta’ individwu. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li fil-Ġermanja ma teżisti l-ebda sistema sħiħa ta’ identifikazzjoni tal-persuni bbażata fuq numru tas-sigurtà soċjali jew fuq numru ta’ identifikatur personali, u l-kunjom mat-twelid huwa l-uniku element <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>permanenti<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> tal-isem li permezz tiegħu tista’ ssir distinzjoni bejn il-persuni li jkollhom l-istess ismijiet u li jkunu twieldu fl-istess jum, fl-istess belt jew fl-istess muniċipalità.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni speċifika dwar liema tipi ta’ data bijografika jistgħu jiġi inklużi fil-passaport, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-Kawża Schwarz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Fir-rigward tal-ġustifikazzjoni, ara s-sentenza Schwarz (C‑291/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:670">EU:C:2013:670</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 31 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>, intalbet tagħti deċiżjoni dwar il-validità tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2252/2004 fir-rigward tal-inklużjoni tad-data bijometrika fil-passaport, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ ma hemmx għalfejn tiġi eżaminata b’mod iktar dettaljat il-kwistjoni iktar ġenerali dwar jekk il-Karta tawtorizzax jew le li l-kunjom mat-twelid ta’ persuna jissemma fil-passaport tagħha meta dan ma jagħmilx parti minn isem il-persuna skont ir-regoli tad-dritt applikabbli. Għandu jiġi osservat, però, li hemm il-possibbiltà li l-inklużjoni tal-kunjom mat-twelid ikun kuntrarju għall-għan li jkollha l-persuna kkonċernata jiġifieri li tneħħi l-isem preċedenti tagħha u, jekk ikun il-każ, ikabbar ir-riskju ta’ diskriminazzjoni indiretta minħabba n-nazzjonalità jew l-oriġini etnika.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiġi ppreċiżat li dan il-każ huwa differenti minn ċertu numru ta’ kawżi reċenti oħrajn li kienu jikkonċernaw l-ismijiet tal-persuni li l-Qorti tal-Ġustizzja ħadet konjizzjoni tagħhom, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet transkonfinali bħal Garcia Avello<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza Garcia Avello (C‑148/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:539">EU:C:2003:539</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, Grunkin u Paul<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza Grunkin u Paul (C‑353/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:559">EU:C:2008:559</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, Sayn‑Wittgenstein<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza Sayn‑Wittgenstein (C‑208/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:806">EU:C:2010:806</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> kif ukoll Runevič‑Vardyn u Wardyn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza Runevič‑Vardyn u Wardyn (C‑391/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:291">EU:C:2011:291</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dawn il-kawżi li jqajmu kwistjonijiet ġenerali marbuta mal-moviment liberu tal-persuni jew maċ-ċittadinanza Ewropea, ma jirrispondux direttament id-domandi magħmula f’din il-kawża. Madankollu, il-problemi li U. qed jallega li qed jiffaċċa jistgħu jinqalgħu fi ħdan l-Unjoni Ewropea, sa fejn dan juża l-passaport tiegħu bħala dokument tal-ivvjaġġar għall-Istati Membri li ma jagħmlux parti miż-żona ta’ Schengen.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>It-tielet nett, f’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja qed tintalab tippreċiża jekk u, jekk ikun il-każ, b’liema modi informazzjoni meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża, jiġifieri l-kunjom mat-twelid, tista’ tiġi inkluża fil-passaport, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2252/2004 u tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO, li jagħmel riferiment għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li U. ma huwiex jopponi li kunjomu mat-twelid jissemma fil-passapport imma qed jitlob biss li l-informazzjoni tal-passaport tkun ċara u mingħajr ambigwità.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi f’dan il-każ, fid-dawl ta’ dokument adottat minn organizzazzjoni internazzjonali li sar applikabbli fl-Unjoni permezz ta’ riferiment fir-Regolament Nru 2252/2004. Issa, id-dokumenti adottati mill-ICAO, bħall-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO, għandhom l-għan li jistandardizzaw, sa ċertu punt, il-prattiki nazzjonali. Dan il-kuntest partikolari ma għandux jintesa meta jkun qed jiġi interpretat dan id-dokument.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, għandha tiġi osservata anki d-distinzjoni bejn il-passaporti u l-karti tal-identità, b’tal-ewwel ikunu suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b’differenza għal tal-aħħar. Fil-fatt, filwaqt li kemm il-karti tal-identità kif ukoll il-passaporti kienu suġġetti għal riżoluzzjonijiet tal-Kunsill, ġew adotti dispożizzjonijiet vinkolanti biss fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">passaporti</HT>, fil-kuntest tar-Regolament Nru 2252/2004. Il-<HT TYPE="ITALIC">karti tal-identità</HT> huma koperti biss minn riżoluzzjoni tal-2006 li kienet adottata mir-rappreżentanti tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara d-Dokument tal-Kunsill Nru 15356/06 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>Draft Resolution of the Representatives of the Governments of the Member States meeting within the Council on common minimum security standards for Member States’ national identity cards<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> (disponibbli biss bl-Ingliż fuq is-sit web tal-Kunsill), adottat waqt l-2768 laqgħa tal-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>Ġustizzja u Affarijiet Interni<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> tal-<DATE ISO="20061204">4 ta’ Diċembru 2006</DATE>.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra,<?PAGE NO="8"?> it-tieni sentenza tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament Nru 2252/2004 tipprovdi espressament li r-Regolament ma huwiex applikabbli għalihom. Dan jispjega d-differenzi fil-preżentazzjoni tal-kunjom mat-twelid li jistgħu jiġu osservati, fuq il-livell tal-Istati Membri, fil-passaporti u fil-karti tal-identità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Għal preżentazzjoni globali tad-dokumenti tal-ivvjaġġar aċċettati fi ħdan l-Unjoni (b’mod partikolari l-passaporti u l-karti tal-identità), ara s-sit web http://prado.consilium.europa.eu/</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi osservat li t-tielet u s-sitt domandi għandhom, fil-fatt, natura ipotetika, sa fejn huma jirreferu għal għażliet leġiżlattivi li l-leġiżlatur Ġermaniż ma adottax. Madankollu, jista’ jkun utli għall-qorti tar-rinviju li tingħata risposta għal dawn id-domandi f’każ li hija jkollha bżonn ta’ interpretazzjoni tar-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni għall-finijiet ta’ interpretazzjoni konformi tal-Liġi dwar il-passaporti. Għal din ir-raġuni, nikkunsidra lil dawn id-domandi bħala ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-effett legali tar-riferiment mir-Regolament Nru 2252/2004 għall-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq essenzjalment tkun taf jekk, skont l-Anness fir-Regolament Nru 2252/2004, il-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara parzjalment minn magna, ta’ passaporti redatti mill-Istati Membri għandhiex tkun konformi u għandhiex tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet obbligatorji kollha previsti fil-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju ġustament tosserva li r-Regolament Nru 2252/2004 qabelxejn għandu bħala l-għan li jsaħħaħ is-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar fl-Unjoni, billi jintroduċi d-data bijometrika (preżentazzjoni bijometrika tar-ritratt tal-wiċċ u tal-marki tas-swaba’). Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li abbażi tad-diċitura tal-Anness għal dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-ispeċfikazzjonijiet kollha tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Nikkunsidra li mill-imsemmi anness jirriżulta li l-paġna tad-data bijografika li tista’ tinqara minn magna għandha tkun konformi mal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO. Barra minn hekk, il-mod li bih l-isem jiġi riprodott għandu importanza deċiżiva sabiex tiġi stabbilita l-identità ta’ persuna, li huwa l-għan prinċipali tal-passaport, u jikkundizzjona s-sigurtà tad-dokument. Ma’ dan jiżdied l-aspett marbut mal-armonizzazzjoni tal-passaporti fir-relazzjonijiet internazzjonali, li għandu importanza partikolari mil-lat tas-sigurtà. B’hekk il-kunjom u l-isem bħala elementi ta’ mudell standard ta’ passaport ilhom jissemmew f’riżoluzzjonijiet differenti sa mill-1981<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ir-Riżoluzzjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, tat-<DATE ISO="19810623">23 ta’ Ġunju 1981</DATE>, dwar l-introduzzjoni ta’ mudell standard ta’ passaport fl-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="241" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1981">ĠU C 241, p. 1</REF.DOC.OJ>), diġà kienet iddefiniet il-kunjom u l-isem bħala elementi ta’ mudell standard ta’ passaport, l-istess bħar-riżoluzzjonijiet supplimentari tat-<DATE ISO="19820630">30 ta’ Ġunju 1982</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="179" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1982">ĠU C 179, p. 1</REF.DOC.OJ>), tal-<DATE ISO="19860714">14 ta’ Lulju 1986</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="185" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1986">ĠU C 185, p. 1</REF.DOC.OJ>), tal-<DATE ISO="19950710">10 ta’ Lulju 1995</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="200" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1995">ĠU C 200, p. 1</REF.DOC.OJ>), u tas-<DATE ISO="20001017">17 ta’ Ottubru 2000</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="310" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2000">ĠU C 310, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Ċertament, huwa minnu li fuq il-livell internazzjonali, il-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO ma hijiex rakkomandazzjoni nieqsa minn natura mandatorja. Madankollu, mill-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 2252/2004, moqri flimkien mal-Anness għall-istess regolament, jirriżulta li l-Unjoni għamlet tagħha dawn ir-rakkomandazzjonijiet u adottatahom fid-dritt sekondarju bħala dispożizzjonijiet vinkolanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara anki l-premessa 3 tar-Regolament Nru 2252/2004.</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, il-leġiżlatur tal-Unjoni pprova jikseb iktar uniformità, li jiġi spjegat bl-għanijiet li għandu r-Regolament fil-kuntest tal-istabbiliment tas-suq intern u tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Dan l-għan tal-uniformità huwa rifless ukoll fil-fatt li l-istrument magħżul huwa regolament u mhux, pereżempju, direttiva jew rakkomandazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ispeċifikazzjonijiet għall-passaporti li jistgħu jinqraw minn magna inklużi fil-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO jikkostitwixxu parti vinkolanti tar-Regolament Nru 2252/2004 u b’hekk huma regoli li huma obbligatorji abbażi tad-dritt tal-Unjoni, mingħajr madankollu ma jagħmlu parti minnu. Każ bħal dan fejn id-dritt tal-Unjoni jagħti effett legali vinkolanti lid-dispożizzjonijiet ta’ atti tad-dritt internazzjonali jew ta’ standards internazzjonali jew Ewropej ma huwiex uniku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-pożizzjoni li ħadt fil-Kawża McB. (C‑400/10 PPU, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:544">EU:C:2010:544</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40) dwar ir-relazzjoni bejn regolament u konvenzjoni internazzjonali, li skont id-dritt tal-Unjoni hija applikabbli bejn l-Istati Membri mingħajr madankollu ma tagħmel parti minnu. Fir-rigward tal-qasam marittimu, ara, pereżempju d-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20010404">4 ta’ April 2001</DATE>, dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="136" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2001">ĠU L 136, p. 17</REF.DOC.OJ>), li tirrigwarda l-Konvenzjoni STWC u l-Kodiċi STWC, li ġie integrat biss permezz ta’ riferiment (ara l-premessi 9, 11, 21 u 24). Ara wkoll A. Rosas, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>The Status in EU Law of International Agreements Concluded by EU Member States<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, Fordham International Law Journal, 5(34), 2011, p. 1304 sa 1345, b’mod partikolari p. 1327.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Konsegwentement, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju fis-sens li, skont l-Anness fir-Regolament Nru 2252/2004, il-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara minn magna, tal-passaporti redatti mill-Istati Membri, għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli abbażi tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-possibbiltà li Stat Membru jipprevedi li l-kunjom mat-twelid jitniżżel fil-kamp 06 (identifikatur primarju) jew fil-kamp 07 (identifikatur sekondarju) tal-passaport</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Bit-tieni u bit-tielet domandi tagħha, li għandhom jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk il-kunjom mat-twelid tar-rikorrent jistax jitniżżel fil-kamp 06 tal-paġna tad-data bijografika tal-passaport bħala identifikatur primarju (domanda 2) jew fil-kamp 07 bħala identifikatur sekondarju (domanda 3), fil-każ li l-kunjom mat-twelid ma jkunx jagħmel parti mill-isem legali tal-persuna kkonċernata abbażi tad-dritt nazzjonali applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO jistabbilixxi kuntest standardizzat għall-elementi li għandhom jiġu aċċettati f’passaport kif ukoll il-mod kif għandhom jiġu ppreżentati.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-isem tal-persuna jitniżżel fil-kampijiet 06 u 07. Il-kontenut tal-kamp 06 (identifikatur primarju)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Fir-rigward tal-kamp 06: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/><HT TYPE="ITALIC">Komponent(i) prinċipali ta’ isem id-detentur</HT>, kif ġie deskritt iktar ’il fuq. Fil-każijiet fejn il-komponent jew il-komponenti prinċipali ta’ isem id-detentur (pereżempju, jekk ikun magħmul minn kunjomijiet kompożiti) ma jkunux jistgħu jitniżżlu b’mod sħiħ jew fl-istess ordni, minħabba nuqqas ta’ spazju fil-kampijiet 06 u/jew 07 jew minħabba l-użanza nazzjonali, għandhom jitniżżlu l-iktar komponent jew komponenti importanti (li jiġu ddeterminati mill-Istat jew mill-organizzazzjoni) tal-identifikatur primarju<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (enfasi miżjuda). Ara l-punt 8.6 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO.</P></NOTE> u tal-kamp 07 (identifikatur sekondarju)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Fir-rigward tal-kamp 07: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/><HT TYPE="ITALIC">Komponent(i) sekondarju/i ta’ isem id-detentur</HT>, kif ġie deskritt iktar ’il fuq. L-iktar komponent jew komponenti importanti tal-identifikatur sekondarju tad-detentur għandhom jitniżżlu b’mod sħiħ, sakemm jimtela l-ispazju kollu tal-kamp. Il-komponenti l-oħra jistgħu jiġu rrappreżentati b’inizjali, jekk ikun il-każ […]<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (enfasi miżjuda). Ara l-punt 8.6 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO.</P></NOTE> ġew deskritti fl-imsemmi dokument.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, biħsiebni nieħu eżempju konkret bħala punt ta’ tluq għar-raġunament tiegħi: fil-każ ta’ persuna li jisimha Anna Maria Eriksson, b’hekk il-kamp 06 jkun fih il-kunjom (Eriksson) u l-kamp 07 l-ismijiet (Anna Maria). Madankollu, għandu jiġi osservat li l-imsemmi dokument jinkludi eżempji oħrajn li jirriflettu l-għadd ta’ ismijiet li jistgħu jeżistu fil-191 Stat tal-ICAO u li għandhom jitniżżlu fil-passaporti skont l-istruzzjonijiet ta’ dan id-dokument<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Punti 12.10.2 sa 12.10.4 u l-Appendiċi 5 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO. Minbarra l-ismijiet li mill-perspettiva Ewropea l-istruttura tagħhom tinftiehem faċilment (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>Anna Maria Eriksson<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> imniżżel fil-passaport bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>ERIKSSON, ANNA MARIA<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>), il-punti 12.10.2 sa 12.10.4 jsemmu wkoll eżempji inqas użwali mill-perspettiva Ewropea, bħal isem mingħajr identifikatur sekondarju (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>Arkfreith<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, imniżżel fil-passaport bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>ARKFREITH<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>), jew isem b’identifikatur sekondarju twil ħafna (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>Nilavadhanananda Chayapa Dejthamrong Krasuang<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, imniżżel fil-passaport bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>NILAVADHANANANDA, CHAYAPA DEJTHAMRONG KRASUANG<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>) jew ukoll isem fejn l-identifikatur primarju huwa twil ħafna (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>Dingo Potoroo Bennelong Wooloomooloo Warrandyte Warnambool<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, imniżżel fil-passaport bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>BENNELONG WOOLOOMOOLOO WARRANDYTE WARNAMBOOL, DINGO POTOROO<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>). Fir-rigward ta’ dawn l-aħħar żewġ eżempji, naħseb li jekk xi darba, f’dawn l-ismijiet, f’nofs l-isem titniżżel abbrevjazzjoni meħuda mil-lingwa tal-oriġini, hemm ir-riskju li f’ċerti sitwazzjonijiet din tinftiehem ħażin.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO telenka f’tabella<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Punt 8.6 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO.</P></NOTE> l-elementi tad-data għaż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>żona ta’ spezzjoni viżiva<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> tal-paġna tal-informazzjoni tal-passaport li jista’ jinqara minn magna. Din it-tabella fiha d-dispożizzjonijiet marbuta mal-isem li huma inklużi taħt l-intestaturi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>06/07/II<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>06/II<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>07/II<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>. Jekk ikun possibbli, l-isem għandu jiġi diviż f’żewġ partijiet, bl-ewwel parti tkun tirrappreżenta l-parti tal-isem li l-Istat li joħroġ il-passaport jiddefinixxi bħala identifikatur primarju (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>pereżempju l-kunjom, il-kunjom ta’ xbubit mara flimkien mal-kunjom ta’ miżżewġa, il-kunjom patronimiku<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]), filwaqt li t-tieni tkun tirrappreżenta l-elementi l-oħra tal-isem li l-Istat li joħorġ il-passaport jikkunsidra bħala l-identifikatur sekondarju (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>pereżempju l-ismijiet u l-inizjali<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]). L-identifikatur primarju huwa magħmul mill-elementi dominanti tal-isem. Din il-parti tal-isem għandha tintiżżel fil-kamp 06. L-identifikatur sekondarju huwa magħmul mill-elementi l-oħra tal-isem u għandu jitniżżel fil-kamp 07<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Madankollu, Stat jista’, jekk ikun irid, juża l-kampijiet 06 u 07 bħala kamp wieħed.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ir-Regolament Nru 2252/2004 u l-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO għandhom tabilħaqq l-għan li joħolqu ċerta uniformità fil‑preżentazzjoni fil-qasam tal-ismijiet, billi s-sistema tvarja ħafna minn pajjiż għall-ieħor. Fil-fatt, passaport għandu bħala funzjoni essenzjali li jippermetti lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi oħrajn jidentifikaw ċittadin barrani, minkejja li ta’ spiss dan jintuża anki bħala dokument ta’ identifikazzjoni fuq il-livell nazzjonali. Din l-identifikazzjoni tista’ tkun essenzjali għal diversi raġunijiet, b’mod partikolari fil-każ ta’ naturalizzazzjoni, ta’ immigrazzjoni jew ta’ talba għal ażil<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>L-assenza ta’ preċiżjoni fir-rigward tal-mezzi ta’ identifikazzjoni tista’ twassal għal inċertezza legali, li min-naħa tagħha tista’ taffettwa d-drittijiet tal-individwi. Pereżempju, fil-Finlandja, in-naturalizzazzjoni tkun impossibbli jekk l-identità tal-applikant ma tkunx ċerta. Dan ikun il-każ jekk ikun hemm kontradizzjonijiet fid-dokumenti rilevanti bħaċ-ċertifikat tat-twelid u l-passaport jew dokumenti oħrajn tal-ivvjaġġar prodotti, ħlief jekk ikun hemm dokumenti li permezz tagħhom tkun tista’ tiġi spjegata din l-inkoerenza jew jekk il-problema tkun dovuta għal differenzi fil-kitba jew għal problemi ta’ traskrizzjoni mil-lingwa tal-oriġini.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Huwa possibbli li Stat Membru jipprevedi li l-kunjom mat-twelid jibqa’ legalment jagħmel parti mill-isem, anki wara li jinkiseb isem ieħor wara żwieġ jew wara tibdil fl-isem. Madankollu, skont il-qorti ta-rinviju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma hijiex qiegħda f’din is-sitwazzjoni. Għaldaqstant, Stat Membru li ma jkunx adotta dispożizzjonjiet f’dan is-sens ma jistax isemmi l-kunjom mat-twelid fil-kamp 06, biswit il-kunjom u, fil-fehma tiegħi, lanqas fil-kamp 07. Fil-fatt, jekk l-Istat għandu ċertu marġni ta’ diskrezzjoni għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-elementi tal-isem legali bejn identifikatur primarju u identifikaturi sekondarji, madankollu ma għandux is-setgħa li juri bħala identifikatur primarju jew fost l-identifikaturi sekondarji elementi li ma jagħmlux parti mill-isem legali abbażi tal-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu. Dan jikkonċerna, jekk ikun il-każ, kemm il-kunjom mat-twelid kif ukoll l-abbrevjazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>GEB.<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, li skont ir-regoli tad-dritt Ġermaniż attwalment jitniżżlu fil-kamp irriżervat għall-identifikatur primarju.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mid-dispożizzjonijiet marbuta mal-inklużjoni tat-titoli akkademiċi u ta’ informazzjoni oħra paragunabbli previsti mill-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO. Fil-fatt, l-unika eċċezzjoni aċċettata hija dik fejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/><HT TYPE="ITALIC">prefiss jew suffiss ikun ikkunsidrat mill-Istat ikkonċernat bħala li jagħmel legalment parti mill-isem</HT><QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara l-punt 11.3 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>Huwa rrakomandat li fiż-[żona ta’ spezzjoni viżiva] ma jiġux inklużi prefissi jew suffissi bħal titoli, kwalifiki professjonali jew akkademiċi, onorifiċenzi, premijiet mogħtija jew status ereditarju. Madankollu, jekk prefiss jew suffiss ikun ikkunsidrat mill-Istat li joħroġ il-passaport jew mill-organizzazzjoni li toħroġ il-passaport bħala li jagħmel legalment parti mill-isem, dan ikun jista’ jitnżżel fiż-[żona ta’ spezzjoni viżiva]. […]<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></NOTE> (enfasi miżjuda).</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li r-Regolament Nru 2252/2004 ma jimpedixxix li Stat Membru jaċċetta diversi kunċetti ta’ isem legali, billi jagħmel, pereżempju, differenza bejn l-isem fis-sens tad-dritt ċivili u l-isem fis-sens tad-dritt amministrattiv. Dan jista’ jkabbar il-marġni ta’ diskrezzjoni tiegħu fir-rigward tal‑għażla tal-identifikatur primarju. Madankollu, ma jidhirlix li dan huwa l-każ fir-rigward tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>B’hekk, fir-rigward tal-kamp 06, il-kwistjoni tal-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tad-determinazzjoni tal-identifikatur primarju tqum meta jkun hemm kunjom li jkun magħmul minn diversi kelmiet b’tali mod li ma joqgħodx fl-ispazju previst għal dan il-kamp fil-passaport.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dan il-kuntest għandu jissemma l-fatt li għan-nisa miżżewġin jitniżżel kunjom xbubithom peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti li jżommu kunjom xbubithom u li jżidu miegħu l-kunjom tar-raġel tagħhom, sabiex b’hekk jifformaw kunjom kompożitu jew tipprevedi li l-kunjom ta’ mara miżżewġa jkun jikkonsisti, mil-lat legali, f’kunjom xbubitha u fil-kunjom ta’ miżżewġa. Min-naħa l-oħra, dan l-approċċ ma jistax jiġġustifika l-inklużjoni ta’ element li ma jagħmilx legalment parti mill-isem.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kamp 07, dan huwa, fil-fehma tiegħi, ukoll irriżervat għall-elementi li jagħmlu parti mill-isem legali u b’mod partikolari għall-ismijiet jew, fil-każ ta’ ismijiet twal ħafna, għall-inizjali tagħhom, kif jingħad espressament fil-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li approċċ restrittiv fir-rigward tal-elementi li jistgħu jiġu inklużi fil-kampijiet 06 u 07 huwa wkoll iġġustifikat mill-fatt li l-kontenut ta’ dawn iż-żewġ kampijiet għandu jiġi riprodott, bla ħsara għal traskrizzjoni li ssegwi r-regoli standardizzati fid-dokument stess, fiż-żona li tista’tinqara minn magna tal-parti ta’ isfel tal-paġna tal-passaport. Jidhrli li l-leġiżlazzjoni Ġermaniża tipprevedi kontenut differenti għall-kampijiet 06 u 07, minn naħa, u għaż-żona li tista’ tinqara minn magna, min-naħa l-oħra, u dan b’mod li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara l-Artikolu 4(1) u (2) tal-Liġi dwar il-passaporti.</P></NOTE>.</TXT><P>Konklużjoni intermedja</P></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għaldaqstant nipproponi li għat-tieni u għat-tielet domandi jingħataw risposta fis-sens li l-Anness għar-Regolament Nru 2252/2004, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-punt 8.6 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO, għandu jiġi interpretat fis-sens li meta d-dritt ta’ Stat Membru jipprevedi li l-isem ta’ persuna jkun magħmul minn ismijietha u minn kunjomha, dan l-Istat Membru ma jkunx awtorizzat li jipprevedi li jitniżżel il-kunjom mat-twelid, la bħala identifikatur primarju fil-kamp 06 u lanqas bħala identifikatur sekondarju fil-kamp 07 tal-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara minn magna, tal-passaport.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Minħabba f’hekk, għandu jiġi osservat li r-raba’ domanda saret mill-qorti tar-rinviju biss f’każ li t-tieni jew it-tielet domanda tkun ingħatat risposta fl‑affermattiv. Billi dan ma kienx il-każ, ma hemmx għalfejn tingħata risposta lil din id-domanda.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-ħames domanda saret mill-qorti tar-rinviju biss f’każ li r-raba’ domanda tkun ingħatat risposta fin-negattiv. Peress li qed nipproponi li r-raba’ domanda ma tingħatax risposta, lanqas ma hemm għalfejn tingħata risposta lil din id-domanda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-possibbiltà li Stat Membru jipprevedi li l-kunjom mat-twelid jitniżżel fil-kamp 13 tal-passaport</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Bis-sitt domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk, meta d-dritt tal-isem ta’ Stat Membru jipprevedi li l-isem ta’ persuna jkun magħmul minn isimha u minn kunjomha, il-kunjom mat-twelid tar-rikorrent ikunx jista’ jitniżżel fil-kamp 13 tal-paġna tad-data bijografika tal-passaport bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>element fakultattiv tad-data bijografika<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Il-kontenut tal-kamp 13 huwa fformulat kif ġej: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>Elementi fakultattivi ta’ data bijografika, pereżempju n-numru tal-identità personali jew il-marki tas-swaba’, fid-diskrezzjoni tal-Istat li joħroġ il-passaport jew tal-organizzazzjoni li toħroġ il-passaport<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> […] [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ara l-punt 8.6 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ġustament tosserva li din id-domanda preliminari għandha tinftiehem bħala li tfisser li l-qorti tar-rinviju hija interessata fir-risposta biss jekk il-kunjom mat-twelid ma jagħmilx parti mill-isem sħiħ tal-persuna kkonċernata u b’hekk ma jistax jitniżżel fil-kamp 07 bħala element tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>identifikatur sekondarju<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Il-Gvern Ġermaniż jikkunsidra li din id-domanda għandha natura ipotetika minħabba li fid-dritt nazzjonali ma huwiex previst li l-kunjom mat-twelid jitniżżel fil-kamp 13 tal-paġna tad-data bijografika. Madankollu, kif ingħad iktar ’il fuq, ir-risposta għal din id-domanda tista’ tkun utli għall-qorti tar-rinviju għall-finijiet ta’ interpretazzjoni konformi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Mill-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO jirriżulta li l-kontenut tal-kamp 13 jitħalla fil-parti l-kbira għad-diskrezzjoni tal-Istat li joħroġ il-passaport<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Semmejt eżempju ta’ użu ta’ din il-possibbiltà fi Stat Membru fil-konklużjonijiet li jiena ppreżentajt fis-<DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE> fil-Kawża Runevič‑Vardyn u Wardyn (C‑391/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:784">EU:C:2010:784</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52).</P></NOTE>, bla ħsara għall-premessi 8 u 9 tar-Regolament Nru 2252/2004 li jilllimitaw l-informazzjoni li tista’ tiġi inkluża fil-passaport. Fost l-eżempji msemmija mil-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO hemm essenzjalment elementi ta’ data li jaqgħu taħt interess ġenerali imperattiv, sabiex jiġi identifikat individwu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenzi Schwarz (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:670">EU:C:2013:670</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u Runevič‑Vardyn u Wardyn (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:291">EU:C:2011:291</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 91).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>L-istess bħall-Kummissjoni, nikkunsidra li l-kunjom mat-twelid, li ma jagħmilx parti mill-isem sħiħ ta’ persuna, jista’, jekk ikun hemm interess ġenerali imperattiv, jitniżżel bħala element fakultattiv tad-data bijografika fil-kamp 13 tal-paġna tad-data bijografika tal-passaport, filwaqt li għandu jiġi ppreċiżat li l-imsemmi kamp għandu jiġi identifikat b’deskrizzjoni f’diversi lingwi.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Kif diġà ġie spjegajt iktar ’il fuq, fid-dawl tal-possibbiltajiet ta’ tibdil tal-isem li għandhom iċ-ċittadini Ġermaniżi u fl-assenza ta’ sistema sħiħa ta’ identifikazzjoni tal-persuni, dan l-interess ġenerali imperattiv jista’ jkun dak li tkun tista’ tiġi kkonsultata database (pereżempju, fajl tad-djun mhux imħallsa jew il-kondotta) billi jintuża l-kunjom mat-twelid bħala kriterju ta’ tfittxija, fid-dawl tal-istabbiltà relattiva tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara l-punt 14 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tat-tieni sentenza tal-premessa 8 tar-Regolament Nru 2252/2004 flimkien mal-interess li l-passaport jista’ jinftiehem kullimkien fid-dinja, kwalunkwe possibbiltà li l-kunjom mat-twelid jitniżżel fil-kamp 13 għandha tkun konformi mar-rekwiżiti formali marbuta mad-deskrizzjoni u mal-multilingwiżmu skont il-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO. Issa, dan id-dokument tal-aħħar jeżiġi li l-kampijiet maħsuba għall-elementi obbligatorji tad-data fiż-żona ta’ spezzjoni viżiva għandhom jiġu identifikati b’deskrizzjoni bil-Franċiż, bl-Ingliż jew bl-Ispanjol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara l-punt 8.4 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif diġà ġie osservat fil-punt 26 ta’ dawn il-konklużjonijiet, huwa ammissibbli li l-kunjom mat-twelid jitniżżel fil-kamp 13 sakemm dan ikun iġġustifikat abbażi tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Sentenza Schwarz (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:670">EU:C:2013:670</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 31 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>. Madankollu, f’dan il-każ, l-intestatura tal-kamp għandha tispjega bil-Franċiż, bl-Ingliż jew bl-Ispanjol li l-imsemmi kamp fih il-kunjom mat-twelid tad-detentur. L-ispjegazzjoni ma tistax tidher fil-kamp innifsu għaliex dan jista’ jagħti lok għal konfużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Konsegwentement, nipproponi li s-sitt domanda preliminari tingħata risposta fis-sens li peress li l-kunjom mat-twelid ma għandux jitniżżel fil-kampijiet 06 u 07 tal-passaport, l-Istat Membru madankollu għandu l-possibbiltà li jipprevedi li l-kunjom mat-twelid jitniżżel bħala data bijografika fakultattiva fil-kamp 13 tal-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara minn magna tal-passaport, sakemm ikun hemm interess ġenerali imperattiv u li l-possibbiltà li jitniżżel dan l-isem tiġi spjegata b’mod espliċitu permezz ta’ deskrizzjoni bil-Franċiż, bl-Ingliż jew bl-Ispanjol, fl-intestatura tal-kamp 13.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għal finijiet ta’ kompletezza, għandu jiġi osservat li barra mill-paġna maħsuba għad-data bijografika, hemm post ieħor fejn din l-informazzjoni tista’ titniżżel, jekk dan ikun iġġustifikat. Fil-fatt, il-<HT TYPE="ITALIC">verso</HT> tal-<HT TYPE="ITALIC">paġna tad-data bijografika</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">paġna</HT> qrib issawwar iż-Żona VI bil-kamp 20 previst għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>elementi fakultattivi ta’ data supplimentari<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], li tipprovdi post adegwat fejn jitniżżel, jekk ikun il-każ, il-kunjom mat-twelid akkumpanjat minn deskrizzjoni ta’ dan l-element f’diversi lingwi. Il-kunjom mat-twelid għalhekk jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>element ta’ data fakultattiva supplimentari<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Punt 5.2 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>Il-<HT TYPE="ITALIC">verso</HT> tal-paġna tal-informazzjoni tal-[passaport li jista’ jinqara minn magna] jew paġna qribha: Żona VI — Elementi fakultattivi ta’ data<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] u l-Iskema 1 tal-Appendiċi 1 tas-Sezzjoni IV.</P></NOTE>. Madankollu, f’dan il-każ ma saret l-ebda domanda preliminari dwar dan.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) kif ġej:</TXT><P><CONSID><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-<DATE ISO="20041213">13 ta’ Diċembru 2004</DATE>, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri, u l-anness tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara minn magna, tal-passaporti redatti mill-Istati Membri, għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli abbażi tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili l-OACI (passaporti li jistgħu jinqraw minn magna).</TXT></NP></CONSID><CONSID><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>L-Anness għar-Regolament Nru 2252/2004, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-punt 8.6 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 tad-Dokument Nru 9303 tal-ICAO (passaporti li jistgħu jinqraw minn magna) għandu jiġi interpretat fis-sens li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>meta d-dritt ta’ Stat Membru jipprevedi li l-isem ta’ persuna jkun magħmul minn ismijietha u minn kunjomha, dan l-Istat Membru ma jkunx awtorizzat li jipprevedi wkoll li jitniżżel il-kunjom mat-twelid, la bħala identifikatur primarju fil-kamp 06 u lanqas bħala identifikatur sekondarju fil-kamp 07 tal-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara minn magna, tal-passaport.</P></ITEM><ITEM><P>peress li l-kunjom mat-twelid ma għandux jitniżżel fil-kampijiet 06 u 07 tal-passaport, l-Istat Membru madankollu għandu l-possibbiltà li jipprevedi li l-kunjom mat-twelid jitniżżel bħala data bijografika fakultattiva fil-kamp 13 tal-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara minn magna, tal-passaport, sakemm ikun hemm interess ġenerali imperattiv u li l-possibbiltà li jitniżżel dan l-isem tiġi spjegata b’mod espliċitu permezz ta’ deskrizzjoni bil-Franċiż, bl-Ingliż jew bl-Ispanjol, fl-intestatura tal-kamp 13.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></CONSID></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>