|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6325 |
3.12.2025 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030
(C/2025/6325)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
COM(2025) 122 final
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE)
Emenda 1
Premessa 19
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Sabiex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom tal-prodotti tad-difiża mill-EDTIB u biex jitħaffef l-aġġustament tagħha għall-bidla strutturali u b’hekk tissaħħaħ l-effiċjenza tal-assistenza finanzjarja mogħtija, huwa importanti li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet minimi relatati mal-valur iġġenerat fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-kuntratti ta’ akkwist komuni jkun fihom rekwiżit li l-kostijiet tal-komponenti li joriġinaw fl-Unjoni , fl-Istati taż-ŻEE-EFTA jew fl-Ukrajna ma jkunux inqas minn 65 % tal-kostijiet stmati tal-prodott finali. |
Sabiex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom tal-prodotti tad-difiża mill-EDTIB u biex jitħaffef l-aġġustament tagħha għall-bidla strutturali u b’hekk tissaħħaħ l-effiċjenza tal-assistenza finanzjarja mogħtija, huwa importanti li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet minimi relatati mal-valur iġġenerat fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-kuntratti ta’ akkwist komuni jkun fihom rekwiżit li l-kostijiet tal-komponenti li joriġinaw fl-Unjoni jew fl-Ukrajna ma jkunux inqas minn 70 % tal-kostijiet stmati tal-prodott finali. |
Raġuni
L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jsaħħaħ l-Industrija Ewropea tad-Difiża u jgħin ukoll biex jappoġġja lill-Ukrajna. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri tal-UE u l-Ukrajna biss għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-valur Ewropew ta’ kuntratt ta’ akkwist komuni.
Emenda 2
Premessa 22
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istati Membri li jixtiequ jiksbu assistenza finanzjarja skont l-istrument SAFE jenħtieġ li jissottomettu talba lill-Kummissjoni akkumpanjata minn pjan ta’ investiment għall-industrija tad-difiża Ewropea. Biex tiġi ffaċilitata t-tħejjija tal-pjanijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jinvolvu ruħhom fi skambji bil-ħsieb li jidentifikaw allokazzjonijiet tentattivi tal-ammonti ta’ self. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta t-talbiet kollha sottomessi mill-Istati Membri. Meta tivvaluta l-pjanijiet nazzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni titlob l-għarfien espert tal-EDA jew tal-Istat Maġġur tal-UE, fejn xieraq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni talloka l-ammonti ta’ self lill-Istati Membri kkonċernati billi tapplika l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, b’mod partikolari jekk is-somma tal-ammonti ta’ self mitluba taqbeż l-ammont massimu totali ta’ assistenza finanzjarja disponibbli skont l-istrument SAFE. Is-self jenħtieġ li jiġi allokat fost l-Istati Membri li japplikaw f’konformità mal-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza. Jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ investiment għall-industrija tad-difiża Ewropea jiddeskrivu miżuri li jsaħħu r-reżiljenza tas-settur industrijali Ewropew tad-difiża, b’mod partikolari billi jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs, tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u tal-atturi l-ġodda tad-difiża għas-suq tad-difiża. |
L-Istati Membri li jixtiequ jiksbu assistenza finanzjarja skont l-istrument SAFE jenħtieġ li jissottomettu talba lill-Kummissjoni akkumpanjata minn pjan ta’ investiment għall-industrija tad-difiża Ewropea. Biex tiġi ffaċilitata t-tħejjija tal-pjanijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jinvolvu ruħhom fi skambji bil-ħsieb li jidentifikaw allokazzjonijiet tentattivi tal-ammonti ta’ self. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta t-talbiet kollha sottomessi mill-Istati Membri. Meta tivvaluta l-pjanijiet nazzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni titlob l-għarfien espert tal-EDA jew tal-Istat Maġġur tal-UE, fejn xieraq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni talloka l-ammonti ta’ self lill-Istati Membri kkonċernati billi tapplika l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, b’mod partikolari jekk is-somma tal-ammonti ta’ self mitluba taqbeż l-ammont massimu totali ta’ assistenza finanzjarja disponibbli skont l-istrument SAFE. Jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ investiment għall-industrija tad-difiża Ewropea jiddeskrivu miżuri li jsaħħu r-reżiljenza tas-settur industrijali Ewropew tad-difiża, b’mod partikolari billi jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs, tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u tal-atturi l-ġodda tad-difiża għas-suq tad-difiża. Sabiex tiġi żgurata l-inklużjoni tal-SMEs u d-distribuzzjoni wiesgħa tal-fondi għall-ekosistema industrijali tal-EDTIB, l-Istrument SAFE jenħtieġ li jipprijoritizza proġetti li jinvolvu mill-inqas żewġ SMEs mill-Istati Membri. |
Raġuni
Tneħħija tat-test żejjed.
Emenda 3
Premessa 25
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-akkwisti komuni jenħtieġ li jinvolvu mill-inqas żewġ pajjiżi parteċipanti li huma Stati Membri , Stati taż-ŻEE-EFTA jew l-Ukrajna, li minnhom mill-inqas wieħed jenħtieġ li jkun Stat Membru li jibbenefika minn appoġġ fil-forma ta’ self skont l-istrument SAFE . Barra minn hekk, il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati l-oħra u l-kandidati potenzjali, u l-pajjiżi terzi l-oħra li magħhom l-Unjoni daħlet fi Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża (NBI) jenħtieġ li jitħallew jipparteċipaw f’akkwisti komuni magħmula ma’ Stat Membru appoġġat bl-assistenza finanzjarja skont l-istrument SAFE. L-inklużjoni tal-Istati taż-ŻEE-EFTA u tal-Ukrajna fost il-pajjiżi li jistgħu jiffurmaw l-għadd minimu meħtieġ għal akkwist komuni hija ġġustifikata rispettivament mis-sħubija mill-qrib ta’ dawk il-pajjiżi mal-Unjoni fil-produzzjoni industrijali tad-difiża u mill-fatt li l-Ukrajna qed tiffaċċja direttament il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja li għadha għaddejja. L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jappoġġaw lill-Ukrajna bit-tagħmir akkwistat bl-assistenza finanzjarja tal-istrument SAFE. Il-parteċipazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi terzi f’akkwisti komuni mogħtija lill-EDTIB jew lill-Bażi Industrijali tad-Difiża u t-Teknoloġija tal-Ukrajna jew tal-Istati taż-ŻEE-EFTA jenħtieġ li żżid il-livell ta’ aggregazzjoni tad-domanda meħtieġ biex tinkiseb espansjoni tal-kapaċità industrijali u jingħata appoġġ għall-interoperabbiltà tas-sistemi u l-prodotti varati mill-eqreb sħab tal-Unjoni f’dan il-qasam filwaqt li potenzjalment tippermetti lill-Istati Membri li jipparteċipaw f’dawn l-akkwisti jiksbu prezzijiet aħjar. |
L-akkwisti komuni jenħtieġ li jinvolvu mill-inqas żewġ pajjiżi parteċipanti li huma Stati Membri. Barra minn hekk, l-Istati taż-ŻEE-EFTA, l-Ukrajna, il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati l-oħra u l-kandidati potenzjali, u l-pajjiżi terzi l-oħra li magħhom l-Unjoni daħlet fi Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża (NBI) jenħtieġ li jitħallew jipparteċipaw f’akkwisti komuni magħmula ma’ Stat Membru appoġġat bl-assistenza finanzjarja skont l-istrument SAFE. L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jappoġġaw lill-Ukrajna bit-tagħmir akkwistat bl-assistenza finanzjarja tal-istrument SAFE. |
Raġuni
Dan l-istrument tal-UE għandu l-għan li jiżgura l-prontezza tad-difiża tal-UE sal-2030 billi jsaħħaħ il-katina tal-provvista tad-difiża tal-UE u li jinċentiva l-akkwist komuni tal-UE dwar id-difiża. Biex dan ikun effettiv, għandhom jipparteċipaw mill-inqas żewġ Stati Membri tal-UE, u mhux wieħed biss. Id-dimensjoni tal-UE għandha tkun ċara.
Emenda 4
Premessa 27
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Għal dak l-għan, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-għoti tal-kuntratti bbażati fuq akkwisti komuni li jinvolvu mill-inqas Stat Membru wieħed appoġġat mill-assistenza finanzjarja skont l-istrument SAFE. Għalhekk, l-Istati Membri li jwettqu akkwisti komuni bl-użu tal-assistenza pprovduta skont l-istrument SAFE jenħtieġ li jitqiesu li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ urġenza li tirriżulta minn kriżi, li tiġġustifika l-użu ta’ proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar kuntratt kif previst fid-Direttiva 2009/81/KE. Barra minn hekk, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tas-sigurtà tal-Istati Membri li jipparteċipaw f’akkwisti komuni appoġġati mill-istrument SAFE, huwa meħtieġ ukoll li tiġi prevista l-possibbiltà li ftehim qafas jew kuntratt qafas eżistenti jinfetaħ għall-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri li oriġinarjament ma kinux partijiet f’dak il-ftehim, minkejja li dan tal-aħħar ma jkunx inizjalment ippreveda tali possibbiltà, bil-kundizzjoni li jinkiseb il-kunsens minn qabel tal-impriża li kkonkludiet il-ftehim qafas. |
Għal dak l-għan, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-għoti tal-kuntratti bbażati fuq akkwisti komuni li jinvolvu mill-inqas żewġ Stati Membri appoġġati mill-assistenza finanzjarja skont l-istrument SAFE. Għalhekk, l-Istati Membri li jwettqu akkwisti komuni bl-użu tal-assistenza pprovduta skont l-istrument SAFE jenħtieġ li jitqiesu li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ urġenza li tirriżulta minn kriżi, li tiġġustifika l-użu ta’ proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar kuntratt kif previst fid-Direttiva 2009/81/KE. Barra minn hekk, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tas-sigurtà tal-Istati Membri li jipparteċipaw f’akkwisti komuni appoġġati mill-istrument SAFE, huwa meħtieġ ukoll li tiġi prevista l-possibbiltà li ftehim qafas jew kuntratt qafas eżistenti jinfetaħ għall-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri li oriġinarjament ma kinux partijiet f’dak il-ftehim, minkejja li dan tal-aħħar ma jkunx inizjalment ippreveda tali possibbiltà, bil-kundizzjoni li jinkiseb il-kunsens minn qabel tal-impriża li kkonkludiet il-ftehim qafas. |
Raġuni
Ara r-raġuni preċedenti.
Emenda 5
Artikolu 2(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
“akkwist komuni” tfisser il-proċedura tal-akkwist ta’ prodotti tad-difiża jew ta’ prodotti oħra għal skopijiet tad-difiża u l-kuntratti li jirriżultaw, imwettqa minn imqar Stat Membru wieħed li jirċievi assistenza finanzjarja skont dan l-istrument u Stat Membru ieħor wieħed jew Membru wieħed tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (“Stati taż-ŻEE-EFTA”) jew l-Ukrajna . Barra minn hekk, l-akkwist komuni jista’ jinkludi lil pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, u lil pajjiżi terzi oħra li magħhom l-Unjoni daħlet fi Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża (Strument Mhux Vinkolanti, NBI). |
“akkwist komuni” tfisser il-proċedura tal-akkwist ta’ prodotti tad-difiża jew ta’ prodotti oħra għal skopijiet tad-difiża u l-kuntratti li jirriżultaw, imwettqa minn imqar Stat Membru wieħed li jirċievi assistenza finanzjarja skont dan l-istrument u Stat Membru ieħor wieħed. Barra minn hekk, l-akkwist komuni jista’ jinkludi membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (“Stati taż-ŻEE-EFTA”), l-Ukrajna, lil pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, u lil pajjiżi terzi oħra li magħhom l-Unjoni daħlet fi Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża (Strument Mhux Vinkolanti, NBI). |
Raġuni
L-akkwist komuni għandu jinvolvi mill-inqas żewġ Stati Membri tal-UE biex ikollhom valur miżjud tal-UE u jibbenefikaw minn dan is-self tal-UE.
Emenda 6
Artikolu 4(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
B’deroga mill-paragrafu 1, l-akkwisti mwettqa minn Stat Membru wieħed jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ skont l-istrument SAFE wara 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Meta Stat Membru jinkludi akkwist bħal dan fil-pjan imsemmi fl-Artikolu 7(2), dan għandu jieħu b’mod attiv il-passi kollha meħtieġa biex iwessa’ l-benefiċċju tal-kuntratt ikkonċernat għal imqar Stat Membru ieħor wieħed jew Stat taż-ŻEE-EFTA wieħed jew l-Ukrajna, flimkien ma’ kwalunkwe pajjiż aderenti, pajjiż kandidat, kandidat potenzjali, jew pajjiż terz ieħor interessat li miegħu l-Unjoni għamlet Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża. Il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 16(2) sa (12) għandhom japplikaw mutatis mutandis. |
|
Raġuni
Ara r-raġuni preċedenti.
Emenda 7
Artikolu 8(4)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Meta jadotta Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtiġijiet eżistenti u mistennija ta’ finanzjament tal-Istat Membru rikjedenti, kif ukoll talbiet għal assistenza finanzjarja skont dan ir-Regolament diġà sottomessi jew ippjanati li jiġu sottomessi minn Stati Membri oħra, filwaqt li tapplika l-prinċipji tat-trattament ugwali, tas-solidarjetà, tal-proporzjonalità u tat-trasparenza. |
|
Emenda 8
Artikolu 16(7) u (8)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi tal-kuntratturi u tas-sottokuntratturi involuti fl-akkwist komuni li jintużaw għall-finijiet tal-akkwist komuni għandhom ikunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru , ta’ Stat taż-ŻEE-EFTA, jew tal-Ukrajna. Meta l-kuntratturi jew is-sottokuntratturi involuti fl-akkwist komuni ma jkollhomx alternattivi disponibbli faċilment jew infrastruttura, faċilitajiet, assi u riżorsi rilevanti fit-territorju ta’ Stat Membru , ta’ Stat taż-ŻEE-EFTA, jew tal-Ukrajna, dawn jistgħu jużaw l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi tagħhom li jinsabu jew jinżammu barra minn dawk it-territorji, diment li dan l-użu ma jkunx imur kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. |
L-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi tal-kuntratturi u tas-sottokuntratturi involuti fl-akkwist komuni li jintużaw għall-finijiet tal-akkwist komuni għandhom ikunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru jew tal-Ukrajna. Meta l-kuntratturi jew is-sottokuntratturi involuti fl-akkwist komuni ma jkollhomx alternattivi disponibbli faċilment jew infrastruttura, faċilitajiet, assi u riżorsi rilevanti fit-territorju ta’ Stat Membru jew tal-Ukrajna, dawn jistgħu jużaw l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi tagħhom li jinsabu jew jinżammu barra minn dawk it-territorji, diment li dan l-użu ma jkunx imur kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. |
|
Il-kost tal-komponenti li joriġinaw fl-Unjoni , fl-Istati taż-ŻEE-EFTA jew fl-Ukrajna ma għandux ikun inqas minn 65 % tal-kost stmat tal-prodott finali. L-ebda komponent ma għandu jinkiseb mingħand pajjiż terz ieħor li jmur kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha. |
Il-kost tal-komponenti li joriġinaw fl-Unjoni jew fl-Ukrajna ma għandux ikun inqas minn 70 % tal-kost stmat tal-komponenti tal-prodott finali. L-ebda komponent ma għandu jinkiseb mingħand pajjiż terz ieħor li jmur kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha. |
Raġuni
L-istrument SAFE l-ewwel u qabel kollox għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-katina tal-provvista tad-difiża tal-UE u jgħin lill-Ukrajna, u mhux jiffinanzja l-industrija tad-difiża mhux tal-UE.
Emenda 9
Artikolu 18 ġdid
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Kriterji ta’ esklużjoni |
||
|
|
Għandhom jiġu esklużi mill-proċess ta’ applikazzjoni stati li ma jirrispettawx l-istat tad-dritt tal-UE – Stati Membri li għalihom inbdiet proċedura tal-Artikolu 7 tat-TUE u stati mhux tal-UE inklużi pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali li: |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
Għall-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, ir-rapporti annwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tkabbir u l-istat tad-dritt jipprovdu indikazzjonijiet tajbin dwar is-sitwazzjoni attwali ta’ dawn il-kwistjonijiet. |
Raġuni
Il-baġit tal-UE m’għandux jappoġġja l-industriji tad-difiża f’pajjiżi li ma jirrispettawx l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-UE, peress li dawn il-pajjiżi potenzjalment jirrappreżentaw theddida għas-sigurtà tal-UE fil-futur.
COM(2025) 188 final
Proposta għal Regolament fir-rigward tal-inċentivar ta’ investimenti relatati mad-difiża fil-baġit tal-UE
Emenda 10
Premessa 13
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Ir-Regolament (UE) 2023/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jappoġġa l-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP) ġie adottat biex jappoġġa finanzjarjament it-tisħiħ urġenti tar-rispons u l-kapaċità tal-EDTIB li tiżgura d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ munizzjon mill-art għall-art u tal-artillerija kif ukoll missili. Jenħtieġ li t-trasferimenti volontarji ta’ riżorsi allokati lill-Istati Membri f’ġestjoni kondiviża għall-istrument ASAP kif ukoll kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali mill-Istati Membri jew minn partijiet ikkonċernati rilevanti oħra jikkontribwixxu biex jiġi segwit l-appoġġ għaż-żieda tal-kapaċitajiet tal-manifattura tal-Unjoni lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2025. Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (UE) 2023/1525 jiġi emendat biex jintroduċi din il-possibbiltà. Peress li dak ir-Regolament wera li huwa utli biex jiġu żviluppati kapaċitajiet ġodda ta’ produzzjoni ta’ trab/propellant, splussivi, bumbardamenti, kapaċità ta’ ttestjar, u missili fl-Unjoni kollha, jixraq li jiġi żgurat li l-applikazzjoni tiegħu tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2026. |
|
Raġuni
L-użu tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni għall-produzzjoni tal-munizzjon għadu kontroversjali u mhuwiex konformi mal-pożizzjoni tal-KtR adottata f’RESOL-VII/006.
Emenda 11
Premessa 15 ġdida
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
L-appoġġ għall-industrija tad-difiża huwa possibbli taħt il-politika ta’ koeżjoni, dment li jallinja mal-missjoni ewlenija tagħha ta’ żvilupp soċjoekonomiku u territorjali u jikkonforma mal-għan ġenerali tagħha – previst fit-TFUE – li jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti; |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KTR)
|
1. |
jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura l-prontezza tad-difiża tal-UE sal-2030 permezz ta’ ktajjen tal-provvista tad-difiża Ewropej imsaħħa, aktar investiment mill-Istati Membri, u akkwist komuni biex jitrawmu l-interoperabbiltà u l-ekonomiji ta’ skala, u jħeġġeġ il-kollaborazzjoni mal-Istati Membri biex jitneħħew l-ostakli regolatorji intra-UE, bħal-liċenzji u ċ-ċertifikazzjoni, biex jinħoloq suq tad-difiża aktar integrat u jiġu appoġġjati l-promoturi tal-industrija, u fuq kollox l-SMEs, speċjalment kumpaniji żgħar iżda bi prestazzjoni għolja ħafna u kumpaniji niċċa intelliġenti; |
|
2. |
jilqa’ f’dan il-kuntest il-pubblikazzjoni tal-pakkett Omnibus dwar il-Prontezza tad-Difiża li l-għan tiegħu huwa li jitneħħew l-ostakli regolatorji u jappella għall-adozzjoni rapida tiegħu sabiex tingħata spinta lill-ħolqien ta’ suq uniku tad-difiża tal-UE. Semplifikazzjoni sostanzjali fil-proċessi u t-tneħħija tal-piżijiet regolatorji u amministrattivi fis-setturi kollha huma meħtieġa biex titħaffef iż-żieda tal-industrija tad-difiża Ewropea, waqt li jitqiesu wkoll l-ispeċifiċitajiet tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; |
|
3. |
ifakkar li ġie stabbilit il-Grupp ta’ Ħidma tal-KtR dwar id-Difiża u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet l-oħra jipparteċipaw f’dan il-Grupp ta’ Ħidma. B’mod aktar ġenerali, jenfasizza l-importanza tal-kollaborazzjoni u l-bini ta’ alleanzi, inkluż u b’mod partikolari man-Network Ewropew ta’ Reġjuni Relatati mad-Difiża; |
|
4. |
jappoġġja baġit tad-difiża tal-UE b’saħħtu, ibbażat fuq riżorsi addizzjonali, flimkien ma’ suq tad-difiża tal-UE integrat u koordinazzjoni aħjar tal-ordnijiet nazzjonali; jinnota li l-politika ta’ koeżjoni tista’ tappoġġja l-industrija tad-difiża jekk tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ impjiegi u t-tkabbir ekonomiku reġjonali, f’konformità mal-missjoni ewlenija tagħha, u jappella għal tisħiħ ulterjuri tas-sinerġiji bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-objettivi tad-difiża; |
|
5. |
jenfasizza, madankollu, li l-possibbiltà li l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni jiġu ttrasferiti, anke jekk b’mod volontarju, biex jiżdiedu l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-munizzjon skont l-ASAP għandha tiġi rrifjutata, peress li din tista’ twassal għal sitwazzjoni fejn ikun hemm disponibbiltà żbilanċjata esaġerata ta’ riżorsi taħt il-politika ta’ koeżjoni, li tħalli lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u lill-benefiċjarji mingħajr il-fondi meħtieġa biex jissodisfaw l-impenji u l-objettivi fit-tul tagħhom; |
|
6. |
jistqarr ukoll li meta jinbena suq tad-difiża tal-UE b’saħħtu, jeħtieġ assolutament li jiġu ppreservati l-koeżjoni reġjonali u l-istabbiltà lokali tat-territorji li jospitaw promoturi tad-difiża nazzjonali u raggruppamenti reġjonali; |
|
7. |
jitlob li l-isforzi ta’ difiża tal-UE jitfasslu biex jikkomplementaw u jsaħħu l-istrutturi u l-kapaċitajiet tan-NATO, biex b’hekk jissaħħu l-koerenza u l-interoperabbiltà ġenerali fid-dawl tat-theddid għas-sigurtà li qed jevolvi, waqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet u l-istrutturi tan-NATO; |
|
8. |
jinsisti fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-assi attwali tagħna tal-industrija tad-difiża, b’mod partikolari r-raggruppamenti reġjonali eżistenti tagħna, u li tingħata ħajja ġdida lir-raggruppamenti reġjonali fil-fruntieri tagħna, f’konformità mal-prijoritajiet u l-lakuni fil-kapaċitajiet elenkati fil-White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030; |
|
9. |
jenfasizza r-rwol importanti tar-reġjuni biex joħolqu raggruppamenti reġjonali tad-difiża u raggruppamenti relatati mad-difiża, u li b’dan il-mod iressqu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti f’kuntatt mal-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej, b’mod partikolari fir-rigward tal-prijoritajiet, il-ħtiġijiet u l-isfidi futuri; |
|
10. |
jenfasizza l-importanza li tiġi estiża l-ekosistema industrijali tad-difiża tal-UE, b’enfasi partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-kumpaniji start-up, u li tiġi appoġġjata l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom biex tiġi żgurata l-kompetittività tal-ktajjen tal-provvista tad-difiża Ewropej. Ifakkar f’dan ir-rigward fir-rwol importanti li r-reġjuni u l-bliet jista’ jkollhom fl-appoġġ lill-kumpaniji biex jiżviluppaw it-teknoloġiji tagħhom u fl-internazzjonalizzazzjoni u l-aċċess għas-suq tagħhom, kif ukoll fit-trawwim tal-kollaborazzjoni bejn ir-reġjuni Ewropej u l-ġenerazzjoni ta’ sinerġiji tal-għarfien u l-ħiliet; |
|
11. |
jemmen li għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni tal-fruntieri esterni, u jappoġġja l-estensjoni ta’ inizjattivi – bħat-Tarka tal-Fruntiera tal-Lvant – li jipproteġu l-fruntieri tal-UE; jappella wkoll biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-reġjuni tal-fruntiera f’riskju ta’ aggressjoni jirċievu appoġġ speċifiku, inkluż b’mod partikolari strumenti ta’ finanzjament speċifiċi, biex iżidu l-preparatezza tagħhom u jadattaw l-infrastrutturi u l-politiki soċjoekonomiċi tagħhom; |
|
12. |
jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tisħiħ tal-preparatezza ċivili u tar-reżiljenza tal-UE għat-theddid ibridu. Il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn barranin, l-attakki ċibernetiċi u pressjonijiet ekonomiċi huma eżempji ta’ sfidi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali qed jaffaċċjaw bħalissa, speċjalment dawk li jinsabu fil-fruntiera tal-Lvant tal-UE. Peress li huma qrib il-popolazzjoni lokali, huma qed isiru atturi ewlenin biex, fost affarijiet oħra, jiġġieldu d-diżinformazzjoni u jedukaw lill-pubbliku dwar il-protezzjoni ċivili u d-difiża ċivili; għalhekk jenfasizza l-importanza li jiġi involut ukoll il-livell reġjonali fl-iżvilupp tal-ippjanar tad-difiża ċivili nazzjonali; |
|
13. |
jisħaq fuq l-importanza li jiġu appoġġjati t-teknoloġiji b’użu doppju fl-investiment fid-difiża sabiex jissaħħaħ is-settur tad-difiża, jinħolqu benefiċċji konsegwenzjali għas-setturi ċivili, tiġi promossa l-kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku, il-kumpaniji tat-teknoloġija u ċ-ċentri ta’ riċerka, isir l-aħjar użu mill-iżviluppi ta’ tfixkil tal-kumpaniji start-up, u tiġi permessa l-innovazzjoni f’reġjuni mingħajr industriji tradizzjonali tad-difiża; fl-istess ħin, il-Kumitat jenfasizza l-importanza li jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki bejn ir-reġjuni fl-użu kkombinat ta’ għodod differenti tal-politika ta’ koeżjoni fil-qasam tat-teknoloġiji doppji, sabiex tingħata spinta lill-iżvilupp soċjoekonomiku u territorjali; |
Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE)
|
14. |
isostni li l-EUR 150 biljun f’self li sar possibbli mill-baġit tal-UE biex tissaħħaħ l-industrija tad-difiża tal-UE jrid ikun ta’ benefiċċju l-ewwel u qabel kollox għall-Istati Membri tal-UE u l-Ukrajna, u li din l-għodda finanzjarja tal-UE trid tinkludi mill-inqas żewġ Stati Membri; |
|
15. |
jitlob ukoll li l-preferenza Ewropea tkun aktar prominenti fil-kriterji SAFE, b’rekwiżit li l-kost tal-komponenti li joriġinaw fl-UE jirrappreżenta tal-anqas 70 % tal-kost tal-prodott finali u li l-awtorità tad-disinn tkun lokalizzata fl-UE, biex jiġu rispettati l-ispirtu tal-istrument SAFE u l-objettiv finali tal-pakkett tal-UE dwar il-prontezza tad-difiża tal-UE li jimmobilizza sa EUR 800 biljun għad-difiża tal-UE; |
|
16. |
jitlob ukoll li l-infrastrutturi, il-faċilitajiet u r-riżorsi tal-kuntratturi u s-sottokuntratturi jkunu jinsabu fl-UE jew fl-Ukrajna, u li jiġu kkunsidrati territorji oħra biss meta ma jkun hemm l-ebda alternattiva oħra u wara valutazzjoni mill-Kummissjoni; |
|
17. |
jenfasizza li l-finanzjament tal-UE jrid ikun kundizzjonali fuq ir-rispett sħiħ tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-benefiċjarji ta’ pajjiżi terzi; |
|
18. |
jappella għal ċarezza dwar kif il-Kummissjoni se tittratta s-sottoskrizzjoni żejda, b’tali mod li tipprijoritizza proġetti li jsaħħu l-prontezza tad-difiża tal-UE. Għandhom jitqiesu l-komponenti li joriġinaw mill-UE, il-postijiet tal-kuntratturi, l-involviment tal-SMEs, u l-appoġġ għar-raggruppamenti reġjonali tad-difiża, bil-għan li jiġi żgurat li l-ekonomiji lokali ma jiġux destabbilizzati u li l-assi industrijali eżistenti jiġu ppreservati; |
Akkomodazzjoni ta’ żieda fin-nefqa għad-difiża fi ħdan il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST)
|
19. |
jinnota li ħafna Stati Membri jiffaċċjaw restrizzjonijiet fiskali u ma jistgħux jidħlu għal aktar dejn mingħajr ma jipperikolaw is-sostenibbiltà, li jirrikjedi applikazzjoni divrenzjata tal-klawżola liberatorja u jixħet dubju fuq l-effettività tagħha, peress li s’issa 16-il pajjiż biss attiva din il-klawżola; |
|
20. |
jinsab imħasseb li l-perjodu ta’ żmien użat – perkors ta’ erba’ snin – huwa qasir wisq biex jgħin lill-Istati Membri jintegraw in-nefqa fid-difiża b’mod strutturali fil-baġits tagħhom u jevitaw ’l hekk imsejjaħ preċipizju fiskali; |
|
21. |
jitlob perjodu ta’ żmien maqsum fi tnejn (sal-2032) sabiex jgħin lill-Istati Membri jintegraw id-difiża fil-baġit normali tagħhom u biex tiġi pprovduta l-prevedibbiltà meħtieġa għall-industrija tad-difiża tal-UE. Dawn l-erba’ snin addizzjonali għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex b’mod gradwali jintegraw in-nefqa fid-difiża fil-baġit nazzjonali tagħhom; |
|
22. |
jinnota li kemm is-SAFE kif ukoll l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja jiddependu mill-inċentivar tad-dejn nazzjonali biex tiġi ffinanzjata s-sigurtà tagħna, u dan kollu jista’ jaggrava d-disparitajiet reġjonali u tkompli tifframmenta s-suq Ewropew tad-difiża. F’dan ir-rigward, l-UE jeħtiġilha tiżviluppa strument finanzjarju Ewropew biex tagħti spinta lill-investiment u l-kapaċitajiet fis-sigurtà u d-difiża fuq perjodu qasir ta’ żmien permezz ta’ dejn komuni Ewropew; |
|
23. |
isostni li l-UE jeħtiġilha tirrifletti wkoll fuq id-difiża u s-sigurtà tagħha għal perjodu aktar fit-tul, b’orizzont ta’ żmien sal-2050, u jqis li mhuwiex sostenibbli li niddependu mid-dejn biex niffinanzjaw strutturalment is-sigurtà tagħna; jissuġġerixxi għalhekk l-istabbiliment ta’ sistema ġdida ta’ riżorsi proprji ġenwini biex tiggarantixxi l-kapaċità tal-UE li tirrispondi b’mod effettiv għall-isfidi tas-sigurtà fil-futur. |
Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2025.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Kata TÜTTŐ
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6325/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)