4.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/3


Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

2009/C 181/03

Skont l-Artikolu 9(1)(a), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:

Paġna 91,

Għandu jiġi inserit it-test li ġej bejn in-Nota ta' Spjegazzjoni NM għall-intestatura 2202 10 00 u n-Nota ta' Spjegazzjoni NM għall-intestaturi 2202 90 91 sa 2202 90 99:

“2202 90 10:   Xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li ma fihomx prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404 jew xaħam miksub minn prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404

Din is-sottointestatura tinkludi preparazzjonijiet toniċi kif imfissrin fin-Nota ta' Spjegazzjoni NM għal dan il-Kapitolu, Ġenerali, it-tieni paragrafu. Dawk ix-xarbiet mhux alkoħoliċi, li ħafna drabi nirreferu għalihom bħala supplimenti tal-ikel jistgħu jkunu bbażati fuq estratti minn pjanti (li jinkludu ħxejjex aromatiċi) u fihom vitamini b'valur miżjud jew/u minerali. Ġeneralment dawk il-preparazzjonijiet għandhom iżommu dak li jkun f'saħħtu u jmantnu l-benessri, għalhekk huma differenti mill-ilma bit-togħma jew biz-zokkor u minn xarbiet mhux alkoħoliċi oħra li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2202 10 00, imsemmija fin-Noti ta' Spjegazzjoni SA 2202, paragrafu (A).”

Paġna 91,

It-tieni paragrafu li ġej se jiżdied man-Nota ta' Spjegazzjoni NM għas-sottointestaturi 2202 90 91 sa 2202 90 99 Oħrajn, li fihom, bil-piż, xaħam miksub mill-prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404:

“Ara n-Noti ta' Spjegazzjoni għas-sottointestatura 2202 90 10.”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 133, 30.5.2008, p. 1.