|
13.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 328/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 91/2007
tas-6 ta' Lulju 2007
li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-qafas għall-ħolqien ta' l-ajru uniku Ewropew (2), ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (3), ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (4) u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabblità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru (5) kienu inkorporati fil-Ftehim b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2006 (6) tat-2 ta' Ġunju 2006, b' addattamenti speċifiċi għal kull pajjiż, |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 1794/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta' ħlasijiet għas-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 66wc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:
|
“66wd. |
32006 R 1794: Ir-Regolament (KE) Nru 1794/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta' ħlasijiet għas-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru (ĠU L 341, 7.12.2006, p. 3).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1794/2006 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 266, 11.10.2007, p. 14.
(3) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.
(4) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.
(5) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
(6) ĠU L 245, 7.9.2006, p. 18.
(7) ĠU L 341, 7.12.2006, p. 3.
(*1) Ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.