Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas ta’ tfassil ta’ pjanijiet ta’ emerġenza esterni għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra mill-istabbilimenti li jaqgħu taħt l‑Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il‑kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 2, p. 410)
Dispożittiv
1) Billi ma fassalx, fit-terminu previst, pjan ta’ emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 9 tad‑Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il‑kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, il‑Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l‑Artikolu 11(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.
2) Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.