52009PC0513

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lis-Serbja {SEG(2009)1311} /* KUMM/2009/0513 finali - CNS 2009/0145 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 8.10.2009

KUMM(2009)513 finali

2009/0145 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lis-Serbja

{SEG(2009)1311}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

11 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-Kummissjoni tipproponi li tagħti għajnuna makrofinanzjarja lis-Serbja fl-għamla ta’ self bil-ħsieb li tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika tas-Serbja u tiffinanzja l-bilanċ tal-ħlasijiet estern u l-ħtiġijiet baġitarji tagħha identifikati mill-Fond Monetarju Internazzjonali. L-għajnuna proposta se tappoġġa l-programm ta’ stabbilizzazzjoni tal-awtoritajiet bil-ħsieb li tiżgura kontijiet fiskali u esterni sostenibbli. Din għandha tikkontribwixxi biex tgħin lis-Serbja tindirizza l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja globali. L-għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja proposta se tikkomplementa dik mogħtija mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) skont ir-reviżjoni tal-arranġament ta’ riżerva approvata mill-bord tal-IMF fil-15 ta’ Mejju 2009, kif ukoll dik mogħtija mill-Bank Dinji li għandha tkun fl-għamla ta’ self favur il-finanzi pubbliċi. L-għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja se tkun eċċezzjonali u limitata fiż-żmien, u se tkun tiddependi partikolarment fuq il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm attwali tal-IMF u fuq it-twettiq b’suċċess tal-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika li se jkunu marbuta ma’ din l-għajnuna. Fid-dawl tal-ħtiġijiet finanzjarji identifikati għall-2010, huwa importanti li l-għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lis-Serbja titħallas qabel tmiem l-2010. |

120 | Kuntest ġenerali Il-kriżi ekonomika globali bdiet taffettwa dejjem iżjed lis-Serbja minn nofs l-2008. It-tkabbir ekonomiku għas-sena 2008 sħiħa naqas għal madwar 5.4 % meta mqabbel mas-6.9 % tas-sena ta’ qabel. It-tnaqqis fir-rata tal-ekonomija dinjija wasslet fit-tnaqqis tal-kummerċ barrani tas-Serbja matul ir-raba’ trimestru tal-2008. Filwaqt li l-importazzjonijiet naqsu b’rata iktar mgħaġġla mill-esportazzjonijiet (11.7 % vs. 7.3 % sena b’sena, rispettivament), id-defiċit tal-kummerċ beda jitjieb. Matul ir-raba’ trimestru, id-defiċit tal-kont kurrenti naqas għal 13.8 % tal-PGD, meta mqabbel ma’ 18,8 % tat-trimestru ta’ qabel. Matul l-istess perjodu, il-flussi tal-kapital naqsu, partikolarment fir-rigward tas-self transkonfinali tal-intrapriżi. Kmieni fl-2009, l-indikaturi tal-previżjoni kkonfermaw li l-kriżi kienet qed tiggrava. Il-produzzjoni industrijali naqset bi 17.6 % sena b’sena fl-ewwel trimestru tal-2009 filwaqt li l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut naqas b'14 %. It-tnaqqis fl-attività ekonomika u t-tnaqqis fid-domanda domestika wassal għal iktar tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-oġġetti b’25.3 % sena b’sena fl-ewwel trimestru, u l-esportazzjonijiet naqsu b’22.4 %. B'konsegwenza ta’ dan it-tnaqqis ekonomiku, id-defiċit tal-kont kurrenti tjieb u naqas fl-ewwel trimestru tal-2009 għal 9.0 % tal-PGD meta mqabbel mat-13.8 % tal-PGD fit-trimestru ta' qabel. Il-perspettiva għas-sena kurrenti u lil hinn għadha tidher diffiċli. F’Marzu, l-IMF diġà kienet qed tistenna li t-tkabbir jonqos sostanzjalment, minn 5.4 % fl-2008 għal -2 % fl-2009. Madankollu, l-aħħar dejta turi li t-tnaqqis ekonomiku se jkun iktar gravi u li l-PGD jista’ jonqos b’bosta punti perċentwali fl-2009. F’Novembru 2008, l-awtoritajiet qablu mal-IMF dwar Arranġament Riżerva ġdid li ġie approvat mill-bord tal-IMF fil-15 ta’ Jannar 2009. Is-suppożizzjoni dakinhar kienet li dan l-arranġament ta’ EUR 400 miljun jibqa’ prekawzjonarju. Madankollu, kmieni fl-2009 sar ovvju li s-suppożizzjonijiet ekonomiċi sottostanti tal-programm kienu ottimisti żżejjed fid-dawl tal-impatt tal-kriżi fuq l-ekonomija reali tas-Serbja u fuq ir-rendiment fiskali u li l-pajjiż se jkun jeħtieġ għajnuna esterna addizzjonali. F’Marzu, l-awtoritajiet Serbi u l-istaff tal-IMF qablu li l-programm attwali SBA jiġi riformat u jbiddluh fi programm ta’ ħlas ta’ EUR 3 biljun. Il-Gvern qabel dwar ibbilanċjar mill-ġdid tal-baġit għall-2009 li sussegwentement ġie adottat mill-Parlament fid-29 ta’ April, u li kien jimmira għal defiċit fiskali ta’ 3 % tal-PGD għall-2009, minflok id-defiċit ta’ 6 % li kien stmat fin-nuqqas tal-miżuri ta’ bbilanċjar mill-ġdid. Ir-reviżjoni tal-programm ġiet approvata mill-Bord tal-IMF fil-15 ta’ Mejju 2009. L-aħħar indikazzjonijiet minn kmieni f’Lulju jissuġġerixxu li t-tnaqqis ekonomiku huwa aktar gravi minn dak previst fis-suppożizzjonijiet riveduti ta' Marzu, u l-prestazzjoni tad-dħul kienet ħażina ħafna fl-ewwel ħames xhur tas-sena. Billi d-defiċit pubbliku issa huwa mistenni jaqbeż il-mira prevista għall-programm għall-ewwel nofs tal-2009, din is-sitwazzjoni se teħtieġ iktar aġġustamenti fiskali fl-għamla ta’ tnaqqis addizzjonali fl-infiq u miżuri għaż-żieda tad-dħul. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Xejn |

140 | Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħrajn tal-Unjoni Il-proposta għandha l-għan li tappoġġa l-programm ta' stabbilizzazzjoni ekonomika tas-Serbja f'dan il-punt ekonomiku attwali. Tikkomplementa lil dawn it-tnejn: - il-Programm Ewropew tal-Irkurpu Ekonomiku miftiehem mill-Kunsill biex ikattar u jikkoordina l-politiki dwar ir-risponsi għall-kriżijiet tal-Istati Membri fl-UE; u - il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi kandidati u potenzjali, bil-għan li jappoġġa l-Istati Membri futuri fl-andament tal-proċess ta’ qabel l-adeżjoni; Partikolarment, il-kriterji ekonomiċi tal-adeżjoni ta’ Kopenħagen, notevolment it-twaqqif ta’ ekonomija tas-suq li taħdem, jirrikjedu lill-pajjiżi rilevanti li jkollhom stabbilità makroekonomika stabbilita. |

KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TAL-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

219 | Is-servizzi tal-Kummissjoni kienu f’kuntatt mal-awtoritajiet Serbi, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji tul it-tħejjija ta’ din il-proposta tal-Kummissjoni biex jiddiskutu l-bżonnijiet għall-għajnuna. Qabel ma ressqet il-proposta tagħha, il-Kummissjoni kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, li ma qajjem ebda oġġezzjoni għal din il-proposta. Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, is-servizzi tal-Kummissjoni se jinnegozjaw mal-awtoritajiet tas-Serbja, Memorandum ta' Fehim u Ftehim dwar is-Self sabiex jiġu stipulati fid-dettall il-modalitajiet tal-implimentazzjoni tal-għajnuna. |

Ġbir u użu tal-għarfien espert |

229 | Qed titħejja Valutazzjoni Operazzjonali li tivvaluta l-kwalità u l-affidabbiltà taċ-ċirkwiti finanzjarji pubbliċi u l-kontrolli amministrattivi tas-Serbja bl-appoġġ tal-konsulenti esterni maħtura mill-Kummissjoni. |

230 | Stima tal-impatt L-għajnuna makrofinanzjarja se jkollha impatt immedjat fuq il-bilanċ tal-ħlasijiet tas-Serbja u b’dan il-mod se tikkontribwixxi biex jittaffew il-pressjonijiet finanzjarji fuq l-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku tal-awtoritajiet u għall-finanzjament tad-defiċit tal-baġit. L-għajnuna makrofinanzjarja se tappoġġa iktar l-għanijiet ġenerali tal-programm ta’ stabbilizzazzjoni miftiehem mal-IMF, li jimmira partikolarment lejn it-titjib tas-sostenibbiltà fiskali tal-pajjiż fit-terminu l-qasir u l-medju. L-għajnuna teknika jew l-iffinanzjar tal-proġetti ma jkunux adatti għal dawn l-għanijiet makroekonomiċi. Meta jingħataw bħala appoġġ tal-bilanċ tal-ħlasijiet jew tal-baġit, kif propost fil-każ tas-Serbja, il-ħlasijiet jikkontribwixxu għall-bini ta’ riżervi fil-Bank Ċentrali kif previst fil-programm ta’ stabbilizzazzjoni makroekonomika u jistgħu wkoll jintużaw biex jiġi ffinanzjat id-defiċit baġitarju. L-għajnuna tal-KE se tgħin ukoll l-isforzi tal-awtoritajiet fl-implimentazzjoni tal-politiki immedjati u interim identifikati fis-Sħubija Ewropea bejn l-UE u s-Serbja. |

ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Sinteżi tal-azzjoni proposta Il-Komunità għandha tagħmel disponibbli lis-Serbja l-għajnuna makrofinanzjarja fl-għamla ta’ self. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tkun tista’ tissellef sa massimu ta’ EUR 200 miljun fis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji. L-għajnuna se tkun disponibbli f’żewġ partijiet. Il-maturità medja massima tas-self ma għandhiex taqbeż il-15-il sena. L-għajnuna se tkun ġestita mill-Kummissjoni li għandha tiftiehem mal-awtoritajiet il-kundizzjonijiet speċifiċi finanzjarji u tal-politika ekonomika marbuta mal-ħlas tal-partijiet tas-self. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u irregolaritajiet oħra, konsistenti mar-Regolamenti Finanzjarji, se jkunu kkunsidrati kif xieraq. L-għajnuna se tkun totalment konsistenti mal-miri makroekonomiċi diġà stabbiliti fid-dokumenti ta' politika ekonomika tas-Serbja, bħalma huwa l-Memorandum tal-Baġit tal-2009 u l-Memorandum tal-Politiki Ekonomiċi u Fiskali, miftiehma mal-IMF. Se tkun ukoll konsistenti mal-għanijiet politiċi fit-tul deskritti fis-Sħubija Ewropea bejn l-UE u s-Serbja adottata f'Diċembru 2007. Fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika marbuta mal-ħlas tal-partijiet tas-self, il-Kummissjoni biħsiebha tiffoka fuq għadd limitat ta’ oqsma, inkluż partikolarment il-ġestjoni tal-fondi pubbliċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li timmira politiki speċifiċi ta’ importanza partikolari, bħall-prijoritajiet identifikati fil-kuntest tas-Sħubija Ewropea bejn l-UE u s-Serbja u r-Rapport dwar il-Progress tal-2009 skedat għall-adozzjoni f’Ottubru 2009, jew il-miżuri meqjusa xierqa wara l-Valutazzjoni Operazzjonali msemmija fuq. |

310 | Bażi Legali L-Artikolu 308 tat-Trattat. |

329 | Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta hija fil-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

331 | L-ammont tal-għajnuna – massimu ta’ EUR 200 miljun – jikkorrispondi għall-bżonnijiet ta’ finanzjament tas-Serbja li jifdal għas-sena 2010 fil-kuntest tal-programm tal-IMF, wara li jitqiesu l-għajnuniet makroekonomiċi mogħtija mill-IMF u l-Bank Dinji, u minkejja l-appoġġ baġitarju tal-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni (IPA) li mistenni jiġi rilaxxat f’dik l-istess sena (EUR 50 miljun fl-2010, wara l-ewwel parti ta’ EUR 50 miljun fl-2009). Il-Kummissjoni qed tieħu fuqha livell għoli ta’ responsabbiltà minħabba li qed tqis dan il-mument eċċezzjonali attwali, hekk kif il-kriżi globali qed tiżvolġi u qed ikollha effett serju fuq l-ekonomija tas-Serbja. |

Għażla tal-istrumenti |

341 | L-istrumenti proposti: oħra. |

342 | Fin-nuqqas ta’ regolament ta’ qafas għall-istrument ta’ għajnuna makrofinanzjarja, deċiżjoni ad hoc tal-Kunsill skont l-Artikolu 308 tat-Trattat hija l-uniku strument ġuridiku disponibbli għal din l-għajnuna. |

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

401 | F'konformità mar-Regolament tal-Fond ta’ Garanzija[1], il-proviżjonament ta' self ta' EUR 200 miljun imħallsa fl-2010 jintervjeni fl-2012 u jammonta għal massimu ta' EUR 18-il miljun. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/estinzjoni |

533 | Il-proposta tistipula perjodu limitat ta’ disponibilità. |

E-11287 |

2009/0145 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lis-Serbja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[3],

Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

1. Ir-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Unjoni Ewropea qed jiżviluppaw fil-qafas tal-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u s-Sħubija Ewropea; Is-Serbja u l-Kummissjoni fid-29 ta’ April 2008 ffirmaw Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ u l-Kwistjonijiet Marbuta mal-Kummerċ.

2. Mit-tieni nofs tal-2008, l-ekonomija Serba ntlaqtet ħażin mill-kriżi finanzjarja internazzjonali, bi tnaqqis fil-produzzjoni, tnaqqis fid-dħul fiskali u bżonnijiet dejjem ikbar għall-finanzjament estern.

3. L-istabbilizzazzjoni u l-irkupru ekonomiku tas-Serbja huwa megħjun minn għajnuna finanzjarja tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF). F’Novembru 2008, l-awtoritajiet Serbi qablu inizjalment mal-IMF dwar Arranġament Riżerva ġdid li ġie approvat f’Jannar 2009.

4. Wara li s-sitwazzjoni ekonomika kompliet tmur għall-agħar u l-bżonn ta’ reviżjoni tas-suppożizzjonijiet ekonomiċi sottostanti tal-programm kif ukoll tal-bżonnijiet ogħla ta’ finanzjament estern, intlaħaq ftehim bejn is-Serbja u l-IMF f’Marzu tal-2009 biex l-Arranġament Riżerva jinbidel fi programm ta’ ħlas ta’ EUR 3 biljun, li ġie approvat fil-15 ta’ Mejju 2009 mill-Bord tal-IMF.

5. Fl-2009 u l-2010, il-Komunità biħsiebha tipprovdi għotjiet ta’ appoġġ baġitarju mill-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni li jammontaw għal total ta’ EUR 100 miljun.

6. Is-Serbja talbet għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja addizzjonali fid-dawl tal-fatt li s-sitwazzjoni u l-perspettiva ekonomiċi qegħdin imorru għall-agħar.

7. Billi jkun għad fadal distakk ta’ finanzjament fil-bilanċ tal-ħlasijiet fl-2010, l-għajnuna makrofinanzjarja titqies bħala rispons xieraq għat-talba tas-Serbja fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali b’appoġġ għall-istabbilizzazzjoni ekonomika flimkien mal-programm attwali tal-IMF. L-għajnuna finanzjarja preżenti hija wkoll mistennija tgħin biex jittaffew il-bżonnijiet baġitarji ta’ finanzjament.

8. Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Komunità marbuta ma' din l-għajnuna finanzjarja, huwa meħtieġ illi jkun hemm provdut għal miżuri xierqa mis-Serbja relatati mal-prevenzjoni ta', u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet oħra marbuta ma' din l-għajnuna, kif ukoll għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni u verifiki mill-Qorti tal-Awdituri.

9. Il-ħruġ tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja huwa bla ħsara għas-setgħat tal-awtorità baġitarja.

10. Din l-għajnuna għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.

11. Għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, it-Trattat ma jipprovdix għal poteri għajr dawk fl-Artikolu 308,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

12. Il-Komunità għandha tagħmel disponibbli għas-Serbja, għajnuna makrofinanzjarja fl-għamla ta’ faċilità ta’ self b’ammont prinċipali massimu ta’ EUR 200 miljun u maturità medja massima ta’ 15-il sena bil-ħsieb li tgħin l-istabbilizzazzjoni ekonomika tas-Serbja u ttaffi l-bilanċ tal-ħlasijiet u l-bżonnijiet baġitarji tagħha kif identifikati fil-programm attwali tal-IMF.

13. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissellef ir-riżorsi meħtieġa f’isem il-Komunità Ewropea.

14. Ir-rilaxx tal-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandu jiġi amministrat mill-Kummissjoni b'mod konsistenti mal-ftehimiet milħuqa bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u s-Serbja.

15. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tkun disponibbli għal sentejn li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta' Ftehim imsemmi fl-Artikolu 2(1). Madankollu, jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, tista' tiddeċiedi illi testendi l-perjodu ta' disponibbilità b'massimu ta' sena.

Artikolu 2

16. Il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa illi tiftiehem mal-Awtoritajiet tas-Serbja, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika marbuta ma' din l-għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja, li għandhom jiġi stabbiliti f'Memorandum ta' Ftehim. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet milħuqa bejn l-IMF u s-Serbja. It-termini finanzjarji dettaljati tal-għajnuna għandhom jiġu stipulati fi Ftehim tas-Self li għandu jintlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tas-Serbja.

17. Matul l-implimentazzjoni tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-validità tal-arranġamenti finanzjarji tas-Serbja, tal-proċeduri amministrattivi, u tal-mekkaniżmi interni u esterni ta' kontroll li huma rilevanti għal din l-għajnuna.

18. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’perjodi regolari li l-politika ekonomika tas-Serbja hija konformi mal-għanijiet ta’ dik l-għajnuna Komunitarja u li l-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika miftiehma jkunu qed jitħarsu b’mod sodisfaċenti. B’dan il-mod, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-Istituzzjonijiet ta’ Bretton Woods, u, fejn meħtieġ, mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.

Artikolu 3

19. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lis-Serbja f’żewġ pagamenti ta' self, soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2. Id-daqs tal-istrumenti tas-self se jiġi stipulat fil-Memorandum ta’ Ftehim.

20. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-pagamenti soġġett għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika miftiehma fil-Memorandum ta’ Ftehim. Il-ħlas tat-tieni pagament ma għandux isir qabel tliet xhur mir-rilaxx tal-ewwel pagament.

21. II-fondi Komunitarji għandhom jitħallsu lill-Bank Nazzjonali tas-Serbja. Soġġetti għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-Memorandum ta’ Ftehim, inkluż konferma tal-bżonnijiet ta’ finanzjament baġitarju li fadal, il-kontrovalur tagħhom f’valuta lokali jista’ jiġi ttrasferit lit-Teżor tas-Serbja bħala l-benefiċjarju aħħari.

Artikolu 4

22. L-operazzjonijiet ta' self u tislif li hemm referenza għalihom f’din id-Deċiżjoni għandhom isiru f’euro bl-istess data tal-valur u ma għandhomx jinvolvu l-Komunità fit-trasformazzjoni tal-maturitajiet, fi kwalunkwe riskju fil-kambju jew fir-rata tal-imgħax, jew fi kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor.

23. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa, jekk is-Serbja tkun tixtieq, biex tiżgura li fit-termini u l-kundizzjonijiet tas-self tkun inkuża klawżola għall-ħlas qabel iż-żmien u li jkollha klawżola korrispondenti fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet tas-self.

24. Fuq talba tas-Serbja, u fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax tas-self, il-Kummissjoni tista' tirrifinanzja s-self kollu inizjali jew parti minnu jew tirristruttura l-kundizzjonijiet finanzjarji korrispondenti. L-attivitajiet ta' rifinanzjar jew ristrutturar għandhom isiru skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u ma għandux ikollhom l-effett li jestendu l-maturità medja tas-self ikkonċernat jew li jżidu l-ammont tal-kapital li jkun hemm pendenti fid-data li jsir ir-rifinanzjar jew ir-ristrutturar.

25. L-ispejjeż kollha imġarrba mill-Komunità li huma relatati mal-operazzjonijiet ta' self u tislif taħt din id-Deċiżjoni għandhom jiġu mġarrba mis-Serbja.

26. Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandu jinżamm infurmat bl-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 5

L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tiġi implimentata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[4] u r-regoli tal-implimentazzjoni tiegħu[5]. Partikolarment, il-Memorandum ta’ Ftehim u l-Ftehimiet ta’ Self li għandu jsir qbil dwarhom mal-awtoritajiet tas-Serbja, għandhom jipprevedu miżuri xierqa mis-Serbja marbuta mal-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra, frodi, korruzzjoni u irregolaritajiet oħra li jinfluwenzaw l-għajnuna. Għandhom jipprovdu wkoll għal kontrolli mill-Kummissjoni, inkluż mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), bid-dritt li jsiru kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, u għal verifiki mill-Qorti tal-Awdituri, fejn xieraq, li jitwettqu fuq il-post.

Artikolu 6

Sal- 31 ta’ Awwissu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena preċedenti. Ir-rapport għandu jindika l-konnessjoni bejn il-kundizzjonijiet politiċi kif stipulati f’Memorandum ta’ Ftehim skont l-Artikolu 2(1), il-prestazzjoni ekonomika u fiskali kontinwa tas-Serbja, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tirrilaxxa l-pagament tal-għajnuna.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmula fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President […]

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Għajnuna makrofinanzjarja lis-Serbja

2. IL-QAFAS TAL-ABM / ABB

Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernat/i u l-attività/l-attivitajiet assoċjata/i:

Titolu 01 – Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 03- Affarijiet ekonomiċi u finanzjari

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ assistenza teknika u amministrattiva (ex-linji BA)), inklużi l-intestaturi tagħhom:

01 04 0114 Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija

3.2. Tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

Bidu fl-2010, tentattivament il-ħlasijiet kollha jsiru fis-sena 2010 f’żewġ biċċiet (it-tieni u r-raba' trimestru). Madankollu, ma jistax jiġi eskluż dewmien li jtawwal l-operazzjoni.

3.3. Il-karatteristiċi tal-baġit:

Il-linja tal-baġit | It-tip ta’ nfiq | Ġdida | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

01.04.01.14 | Obbligatorju | Iddifferenzjat | LE | LE | LE | Nru 4 |

Għajnuna fl-għamla ta’ self

01 04 01 14 - Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija

Il-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni għandu jiġi allokat skont ir-Regolament tal-Fond kif emendat. B’konformità ma’ dan ir-Regolament, is-self mhuwiex aktar allokat għall-ammont sħiħ fil-waqt tad-deċiżjoni imma bbażat fuq l-ammont pendenti fit-tmiem ta’ sena. L-ammont ta' proviżjoni huwa kkalkolat fil-bidu tas-sena "n" bħala d-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-attivi netti tal-Fond fi tmiem is-sena “n-1”. Dan l-ammont ta’ proviżjoni huwa introdott fis-sena "n" għall-baġit preliminari "n+1" u effettivament imħallas fi tranżazzjoni waħda fil-bidu tas-sena "n+1" mill-"proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija" (linja tal-baġit 01 04 01 14).

Konsegwentement, 9 % (massimu ta’ EUR 18-il miljun) tal-ammont imħallas effettivament se jkun meqjus fl-ammont fil-mira fi tmiem is-sena “n-1” għall-kalkolu tal-proviżjoni tal-Fond.

01 04 01 04 – Garanzija tal-KE għas-self Komunitarju mogħti għall-għajnuna makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi.

L-entrata baġitarja (“p.m.”) li tirrifletti l-garanzija baġitarja għas-self (EUR 200 miljun) se tiġi attivata biss fil-każ ta’ sejħa effettiva fuq il-garanzija. Normalment, ma jkunx mistenni li tintuża l-garanzija baġitarja.

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Ir-riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ)

f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip ta’ nfiq | It-Taqsima nru | 2009 | 2010 | Total |

L-infiq operattiv[6] |

L-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) | 8.1. | a | 0 | 0 |

L-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ) | b | 0 | 0 |

Nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta' referenza[7] |

L-għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4. | c | 0 | 0 |

L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

L-approprjazzjonijiet tal-impenn | a+c | 0 | 0 |

L-approprjazzjonijiet tal-ħlas | b+c | 0 | 0 |

L-infiq amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza[8] |

Ir-riżorsi umani u l-infiq li għandu x’jaqsam magħhom (AMD) | 8.2.5. | d | 0 | 0 |

L-ispejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | 0 | 0 |

L-ispiża finanzjarja totali indikattiva tal-intervent |

AI TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0 | 0 |

TOTAL tal-AĦ, inklużi l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0 | 0 |

4.1.2. Il-kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli mal-programm finanzjarju attwali.

( Il-proposta se tkun teħtieġ l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Jista' jkun li l-proposta tkun teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[9] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa dan li ġej:

4.2. Ir-Riżorsi Umani tal-FTE (inklużi l-uffiċjali, u l-persunal temporanju u estern) – ara d-dettalji fil-punt 8.2.1.

Ir-rekwiżiti annwali | 2009 | 2010 |

L-għadd totali tar-riżorsi umani | 1/3 | 1/3 |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1. Ħtieġa li għandha tintlaħaq fi żmien qasir jew fit-tul

L-ekonomija Serba ntlaqtet sewwa mill-kriżi ekonomika u finanzjarja globali. It-tkabbir ekonomiku beda jiddeċellera fit-tieni nofs tal-2008 u l-produzzjoni mistennija tonqos bi 2 % fl-2009. Minkejja li d-defiċit tal-kont kurrenti qed jonqos, it-total tal-ħtiġijiet ta’ finzjament estern għadu għoli minħabba żieda fl-obbligi tal-ħlas lura tad-dejn fit-terminu l-qasir. Il-Fond Monetarju Internazzjonali identifika distakk finanzjarju estern li għandu jimtela mill-IMF, il-Bank Dinji u d-donaturi uffiċjali ta’ EUR 2.4 biljun fl-2009 u EUR 1.1 biljun fl-2010. Filwaqt li l-programm, bis-suppożizzjonijiet attwali, huwa mistenni li jiġi ffinanzjat kompletament fl-2009 u l-2011, jibqa’ distakk ta’ finanzjament fl-2010 wara l-appoġġ tal-IMF u l-Bank Dinji, li huwa stmat mill-IMF għal madwar EUR 200 miljun, li għandu jiġi kopert mill-Komunità Ewropea.

5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità tirrifletti l-importanza strateġika tal-pajjiż bħal pajjiż kandidat potenzjali għall-adeżjoni mal-UE. L-għajnuna makrofinanzjarja hija strument xieraq biex tikkomplementa l-għajnuna Komunitarja eżistenti u tikkontribwixxi għal programm ta' stabilizzazzjoni ekonomika ffinanzjat kompletament u appoġġat mill-IMF. Għalhekk, jistgħu jiġu stabbiliti sinerġiji importanti fir-rigward tal-impatt tagħha fuq ir-riforma u l-istabbilizzazzjoni ekonomika.

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi tal-proposta relatati fil-kuntest tal-qafas ABM

Fl-Attività “Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Internazzjonali" tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, l-Għan tal-“għoti tal-għajnuna makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi fir-riżoluzzjoni tal-kriżijiet fil-bilanċ tal-ħlasijiet tagħhom u r-ristawr tas-sostenibbiltà tad-dejn estern tagħhom” huwa marbut mal-għan ġenerali “tal-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE”.

L-indikaturi relatati huma: “riżervi uffiċjali f’xhur ta’ importazzjonijiet ta’ oġġetti u servizzi" (riżultat mistenni: “stabbilizzazzjoni jew żieda"); u “dejn estern bħala perċentwal tal-PGD" (riżultat mistenni: livell meqjus sostenibbli fit-tmiem tal-programm attwali).

5.4. Il-Metodu tal-Implimentazzjoni (indikattiv)

X Ġestjoni ċċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lil:

( l-Aġenziji eżekuttivi

( l-entitajiet imwaqqfin mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( l-entitajiet nazzjonali tas-settur pubbliku/l-entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Ġestjoni konġunta jew iddeċentralizzata

( mal-Istati Membri

( ma’ Pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Suġġerimenti rilevanti:

6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI

6.1. Is-sistema tal-monitoraġġ

Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni se jsiru abbazi ta’ miżuri ta’ politika makroekonomika u strutturali li għandhom jiġu miftiehma mal-awtoritajiet Serbi f’Memorandum ta’ Ftehim. L-awtoritajiet se jkollhom jirrapportaw dwar dawk il-miżuri lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Belgrad se tipprovdi wkoll rappurtar dwar kwistjonijiet rilevanti għall-monitoraġġ tal-għajnuna. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-IMF u l-Bank Dinji għall-benefiċċju tal-għarfien espert tagħhom.

6.2. L-evalwazzjoni

6.2.1. L-evalwazzjoni minn qabel

Saret evalwazzjoni ex-ante mis-servizzi tal-Kummissjoni (Unità D1 tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji).

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi):

Fl-2008, saret evalwazzjoni ex-post f’operazzjoni preċedenti ta’ għajnuna makrofinanzjarja favur is-Serbja. Saru wkoll evalwazzjonijiet ex-post f’pajjiżi oħra tal-Balkani tal-Punent (l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina u l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) u f’żewġ stati indipendenti ġodda tal-Ex Unjoni Sovjetika (l-Armenja u t-Taġikistan). Ir-riżultati ta’ dawk l-evalwazzjonijiet jipprovdu xi tagħlimiet utli għall-operazzjoni attwali favur is-Serbja.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Huwa ppjanat li ssir evalwazzjoni ex-post indipendenti tal-għajnuna lis-Serbja fil-programm multiannwali tal-evalwazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.

7. IL-MIżURI KONTRA L-FRODI

Is-servizzi tal-Kummissjoni ħolqu programm kontinwu ta’ Valutazzjonijiet Operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u proċeduri amministrattivi fil-pajjiżi terzi kollha li jibbenefikaw mill-għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Fis-Serbja, is-servizzi tal-Kummissjoni evalwaw fl-2004, bl-appoġġ tal-esperti esterni bil-mandat rekwiżit, l-affidabbiltà taċ-ċirkwiti finanzjari u l-proċeduri amministrattivi li huma rilevanti għal dan it-tip ta’ għajnuna, u kkonkludew li l-ambjent fiduċjarju eżistenti huwa fil-biċċa l-kbira sodisfaċenti. Fl-istess ħin, l-evalwazzjoni identifikat għadd ta’ oqsma fejn għad jista’ jkun hemm it-titjib, partikolarment fil-qasam tal-kontrolli interni. Ġiet ikkummissjonata Valutazzjoni Operazzjonali mill-Kummissjoni Ewropea u bħalissa din qiegħda ssir. Ir-riżultati se jintużaw bħala gwida għad-definizzjoni tal-miżuri politiċi speċifiċi li se jkunu marbuta mar-rilaxx tal-għajnuna, bil-ħsieb li tissaħħaħ l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fis-Serbja.

Il-bażi ġuridika proposta għall-għajnuna makrofinanzjarja lis-Serbja tinkludi dispożizzjoni dwar il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi. Dawn il-miżuri se jiġu elaborati aktar f’Memorandum ta’ Ftehim u ftehim dwar is-self. Huwa maħsub li għadd ta’ kundizzjonijiet politiċi speċifiċi se jkunu marbuta mal-għajnuna, prinċipalment fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, bil-ħsieb li tissaħħaħ l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-għajnuna. L-għajnuna makrofinanzjarja se tkun suġġetta għall-proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar fir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta skont l-ispiża finanzjarja tagħhom

L-approprjazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Is-Sena 2009 | Sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[10] (XX 01 01) | A*/AD | 1/3 | 1/3 |

B*, C*/AST |

Il-persunal iffinanzjat[11] permezz tal-Artikolu XX 01 02 |

Persunal ieħor iffinanzjati [12]permezz tal- Art. XX 01 04/05 |

TOTAL | 1/3 | 1/3 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet imnissla mill-azzjoni

Fost oħrajn, it-tħejjija/negozjazzjoni ta’ memoranda ta’ ftehim u ftehim dwar is-self, koordinazzjoni mal-awtoritajiet u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, monitoraġġ tal-politiki ekonomiċi u strutturali tal-pajjiż benefiċjarju, twettiq ta’ missjonijiet ta’ analiżi u tħejjija ta' rapporti tal-persunal tal-Kummissjoni, tħejjija ta' proċeduri tal-Kummissjoni marbuta mal-ġestjoni tal-għajnuna

8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutarji)

X Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jittawlu

( Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li se jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fis-servizz ta’ ġestjoni (tqassim intern mill-ġdid)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqa oħra Amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 - Nefqa għall-ġestjoni amministrattiva)

f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja 01 03 02 Assistenza makrofinanzjarja | Is-sena n | Sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 u ta' wara | TOTAL |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros 1) Valutazzjoni Operazzjonali 2) Valutazzjoni ex-post | 0.050 | 0.250 |

It-total tal-għajnuna teknika u amministrattiva | 0.050 | 0.250 |

8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Is-sena n | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 u ta' wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.030 | 0.030 |

Persunal iffinanzjat bl-Art. XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal kuntrattwali, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u tal-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.030 | 0.030 |

Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji |

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk ikun meħtieġ |

MHUX APPLIKABBLI |

Kalkolu – Impjegati ffinanzjati skont l-Artikolu XX 01 02 |

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk ikun meħtieġ |

MHUX APPLIKABBLI |

8.2.6. Nefqa oħra amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta' referenza f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) |

Is-Sena 2009 | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 u ta' wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.020 | 0.010 | 0.030 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[14] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi tal-informazzjoni |

2 It-total ta’ nfiq ieħor tal-ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta’ natura amminstrattiva (speċifika billi tindika l-linja baġitarja) |

It-total tal-infiq amministrattiv, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.020 | 0.010 | 0.030 |

Kalkolu - Nefqa oħra amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta' referenza |

Tliet missjonijiet tal-istaff għal persuna waħda jew tnejn |

[1] L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (Verżjoni kkodifikata). Il-proviżjonament jiġi approprjat mil-linja baġitarja “proviżjoni tal-Fond ta’ Garanzija” (linja baġitarja 01 04 01 14).

[2] ĠU C […], […], p. […].

[3] ĠU C […], […], p. […].

[4] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[5] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

[6] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[7] Nefqa fl-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[8] In-nefqa fil-Kapitolu xx 01 għajr għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[9] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[10] L-ispiża ta' dawn MHIJIEX koperta bl-ammont ta' referenza

[11] L-ispiża ta' dawn MHIJIEX koperta bl-ammont ta' referenza

[12] L-ispiża ta' dawn hija inkluża fl-ammont ta' referenza

[13] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i konċernata/i.

[14] Speċifika t-tip ta' kumitat u liema grupp jagħmel parti minnu.