|
29.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/30 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 905/2009
tat-28 ta’ Settembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 537/2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-prodott ta’ fermentazzjoni Aspergillus oryzae (NRRL 458) (Amaferm) bħala addittiv fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 13 (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Trouw Nutrition BV ppreżentat applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-prodott ta’ fermentazzjoni Aspergillus oryzae (NRRL 458) (Amaferm) (2) bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib. L-awtorizzazzjoni hija marbuta mad-detentur tal-awtorizzazzjoni. Id-detentur huwa Trouw Nutrition BV. |
|
(2) |
L-applikant jistqarr li ttrasferixxa l-awtorizzazzjoni biex iqiegħed dak l-addittiv fis-suq lil Biozyme Incorporated li issa huwa s-sid tad-drittijiet biex iqiegħad dak l-addittiv fis-suq. L-applikant bagħat dokumenti xierqa li jappoġġjaw il-pretensjonijiet tiegħu. |
|
(3) |
Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjoni hija purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel ġiet infurmata bl-applikazzjoni. |
|
(4) |
Biex Biozyme Incorporated titħalla tisfrutta d-drittijiet biex tqiegħed dak l-addittiv fis-suq, hemm bżonn bidla fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 537/2007 għalhekk għandu jiġi emendat skontu. |
|
(6) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju li matulu l-ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw kollha. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 537/2007, fil-kolonna 2, il-kelmiet “Trouw Nutrition BV” jinbidlu bil-kelmiet “Biozyme Incorporated”.
Artikolu 2
Il-ħażniet eżistenti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sal-1 ta’ April 2010.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni