9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPOL RD CONGO/1/2010

tat-8 ta’ Ottubru 2010

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-EUPOL RD Congo

(2010/609/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/576/PESK tat-23 ta’ Settembru 2010 dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

1.

F’konformità mal-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/576/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-EUPOL RD Congo, inkluża b’mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

2.

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tal-Kap Supretendent Jean-Paul RIKIR bħala l-Kap tal-Missjoni b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2010,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kap Supretendent Jean-Paul RIKIR huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika sat-tmiem tal-mandat tal-EUPOL RD Congo.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.

Ghall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 254, 29.9.2010, p. 33.