|
13.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 150/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8286 — RHI/Magnesita Refratários)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 150/05)
|
1. |
Fil-5 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u skont referenza għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża RHI AG (l-Awstrija) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-impriża Magnesita Refratários S.A. Kollha kemm hi (il-Brażil) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal RHI AG: il-provvista ta’ prodotti reżistenti għas-sħana, sistemi u servizzi, l-estrazzjoni tal-materja prima fiż-ŻEE u madwar id-dinja, — għal Magnesita Refratários S.A.: il-provvista ta’ prodotti reżistenti għas-sħana, sistemi u servizzi, l-estrazzjoni tal-materja prima fiż-ŻEE u madwar id-dinja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulna l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8286 — RHI/Magnesita Refratários, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).