European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1968

16.7.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1968

tal-15 ta’ Lulju 2024

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 (1).

(2)

Fit-28 ta’ Lulju 2023, fid-dawl tas-sitwazzjoni politika, ekonomika, umanitarja u ta’ sigurtà li qed tkompli tiddeterjora fil-Haiti, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1574 (2), li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 u stabbiliet qafas ġdid ta’ miżuri restrittivi addizzjonali.

(3)

Abbażi ta’ rieżami tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 2a(1) u l-Artikolu 3a(1) u (2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319, u fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Haiti, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġġeddu sad-29 ta’ Lulju 2025.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 8(2), id-data “29 ta’ Lulju 2024” hija sostitwita bid-data “29 ta’ Lulju 2025”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

NAGY I.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 tal-25 ta’ Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1574 tat-28 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (ĠU L 192, 31.7.2023, p. 21).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1968/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)