18.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/78


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/244

tal-11 ta’ Frar 2021

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [“Cornouaille” (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Cornouaille”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/1999 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2703/2000 (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Cornouaille” (DOP), hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/1999 tad-19 ta’ Frar 1999 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet tal-oriġini protetti għall-prodotti u l-oġġetti tal-ikel agrikoli (ĠU L 46, 20.2.1999, p. 13).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2703/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 li jemenda oġġetti fl-ispeċifikazzjonijiet għal numru ta’ ismijiet elenkati fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 311, 12.12.2000, p. 25).

(4)   ĠU C 331, 7.10.2020, p. 17.