<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-91/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0091</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:898">EU:C:2021:898</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20211109">9.11.2021</DATE> – Kawża C‑91/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bundesrepublik Deutschland (Żamma tal-unità tal-familja)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20211109">9 ta’ Novembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika komuni fil-qasam tal-ażil u ta’ protezzjoni sussidjarja</KEYWORD><KEYWORD>Standards dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jissodisfaw iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr Stat sabiex ikunu jistgħu jgawdu minn protezzjoni internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/95/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 3 u 23</KEYWORD><KEYWORD>Standards iktar favorevoli li jistgħu jinżammu jew jiġu adottati mill-Istati Membri sabiex jestendu l-benefiċċju tad-dritt għall-ażil jew tal‑protezzjoni sussidjarja għall-membri tal-familja tal-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Għoti, b’mod idderivat, tal-istatus ta’ refuġjat ta’ ġenitur lill-wild minuri tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Żamma tal-unità tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>L-aħjar interessi tat-tfal</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑91/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191218">18 ta’ Diċembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20200224">24 ta’ Frar 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">LW</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesrepublik Deutschland,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, L. Bay Larsen, Viċi President, K. Jürimäe, C. Lycourgos, E. Regan, N. Jääskinen u J. Passer, Presidenti ta’ Awla, M. Ilešič (Relatur), J. C. Bonichot, A. Kumin u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,</P><P>Reġistratur: D. Dittert, Kap ta’ Diviżjoni,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20210222">22 ta’ Frar 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal LW, minn F. Schleicher, Rechtsanwalt,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u R. Kanitz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn M. Jacobs u M. Van Regemorter, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Wils u A. Azema, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20210512">12 ta’ Mejju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 337, p. 9</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn LW u l-Bundesrepublik Deutschland (ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja) dwar deċiżjoni tal-Bundesamt für Migration und Flüchtlinge (l-Uffiċċju Federali tal-Migrazzjoni u r-Refuġjati, il-Ġermanja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Uffiċċju<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) li tirrifjutalu l-benefiċċju tad-dritt għall-ażil.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(A)(2) tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, iffirmata f’Genève fit‑<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Ġabra ta’ Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 189, p. 150, Nru 2545 (1954)) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Konvenzjoni ta’ Genève<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-finijiet ta’ din il-konvenzjoni, it-terminu ‛refuġjat’ għandu japplika għal kwalunkwe persuna:</P><P>[…]</P></ALINEA><ALINEA>2. Li, […] billi tibża’ b’mod iġġustifikat li tiġi ppersegwitata minħabba r-razza tagħha, ir-reliġjon tagħha, in-nazzjonalità tagħha, is-sħubija tagħha f’ċertu grupp soċjali jew l-opinjonijiet politiċi tagħha, tinsab barra mill-pajjiż li għandha n-nazzjonalità tiegħu u li ma tistax jew, minħabba din il-biża’, ma tridx titlob il-protezzjoni ta’ dan il-pajjiż; jew li, jekk ma għandhiex nazzjonalità u tinsab barra mill-pajjiż li fih kellha r-residenza abitwali tagħha wara avvenimenti bħal dawn, ma tistax jew, minħabba l-biża’ msemmija, ma tridx tirritorna hemmhekk.</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ persuna li għandha iktar minn nazzjonalità waħda, l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>tal-pajjiż li għandha n-nazzjonalità tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tirreferi għal kull wieħed mill-pajjiżi li din il-persuna għandha n-nazzjonalità<?PAGE NO="3"?> tiegħu. Ma għandhiex titqies li ġiet imċaħħda mill-protezzjoni tal-pajjiż li għandha n-nazzjonalità tiegħu kull persuna li, mingħajr raġuni valida fondata fuq biża’ ġġustifikata, ma tkunx talbet il-protezzjoni lil wieħed mill-pajjiżi li għandha n-nazzjonalità tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2011/95 għamlet ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>riformulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> tad-Direttiva tal‑Kunsill 2004/83/KE tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar livelli stabbiliti minimi għall‑kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 12, 14, 16, 18, 19, 36 u 38 tad-Direttiva 2011/95 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>(4)</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u l-Protokoll jipprovdu l-pedament tar-reġim legali internazzjonali għall-protezzjoni ta’ refuġjati.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>L-għan ewlieni ta’ din id-Direttiva huwa, minn naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta’ persuni ġenwinament fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, biex jiżgura li livell minimu ta’ benefiċċju huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandu jkollhom il-poter li jdaħħlu jew iżommu aktar dispożizzjonijiet favorevoli mill-istandards stabbiliti f’din id-Direttiva għal ċittadini nazzjonali tal-pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jitolbu l-protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru, fejn din it-talba hija mifhuma li hija fuq il-bażi li l-persuna interessata hija jew refuġjat skont it-tifsira tal-Artikolu 1(A) tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, jew persuna li hija eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-ażil għal applikanti u għall-membri tal-familja li jakkompanjawhom u sabiex tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, 7, 11, 14, 15, 16, 18, 21, 24, 34 u 35 ta’ dik il-Karta u għandha għalhekk tiġi implimentata kif meħtieġ.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>L-’aħjar interessi tat-tfal’, għandhom ikunu kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti […] dwar id-Drittijiet tat-Tfal [, konkluża fi New York fl‑<DATE ISO="19891120">20 ta’ Novembru 1989</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Ġabra ta’ Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 1577, p. 3)]. Fl-evalwazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, l-Istati Membri għandhom partikolarment jikkunsidraw b’mod xieraq il-prinċipju tal-unità tal-familja […]</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="4"?><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Hu meħtieġ li wieħed iwessa’ l-kunċett ta’ membri tal-familja, sabiex [tittieħed] inkunsiderazzjoni […] l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(36)</NO.P><TXT>Membri tal-familja sempliċement minħabba r-relazzjoni tagħhom mar-refuġjat, normalment ikunu vulnerabbli għal atti ta’ persekuzzjoni f’manjiera li tista’ tkun il-bażi ta’ status ta’ refuġjat.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(38)</NO.P><TXT>Meta jiddeċiedu dwar il-jedd għall-benefiċċji inklużi f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw b’mod dovut l-aħjar interessi tat-tfal, kif ukoll iċ-ċirkostanzi partikolari tad-dipendenza fuq il-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali ta’ qraba viċini li diġà huma preżenti fl-Istat Membru u li mhumiex membri tal-familja ta’ dak il-benefiċjarju. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn persuna relatata mill-qrib mal-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali tkun minuri miżżewġa iżda mhux akkumpanjata mill-konjuġi tagħha, l-aħjar interessi tal-minuri jistgħu jitqiesu bħala dawk tal-familja oriġinali tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>‘refuġjat’, ifisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz li, minħabba f’biża’ ġustifikat li jiġi persegwitat għar-raġunijiet ta’ razziżmu, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija ta’ grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta’ nazzjonalità u ma jistax, jew minħabba dan il-biża’, ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż, jew persuna mingħajr stat, li, minħabba li qiegħda barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta’ qabel għall-istess raġunijiet kif imsemmija hawn fuq, ma tistax jew, minħabba f’dan il-biża’, ma tixtieqx tirritorna lejha, u li l-Artikolu 12 ma japplikax għaliha;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>membri tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> ifisser, safejn il-familja tkun diġa’ eżistiet fil-pajjiż tal-oriġini, il-membri tal-familja li ġejjin tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li huma preżenti fl-istess Stat Membru rigward l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-konjuġi tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali jew is-sieħeb/sieħba tiegħu f’relazzjoni stabbli […],</P></ITEM><ITEM><P>it-tfal minuri tal-koppji msemmija fl-ewwel inċiż jew il-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali, fuq kundizzjoni li mhumiex miżżewġin u indipendentement mill-fatt jekk twildux fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ jew ġew adottati kif definit skont liġi nazzjonali,</P></ITEM><ITEM><P>il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat […];</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(k)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>minuri<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna bla stat taħt l-età ta’ 18‑il sena;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(n)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>pajjiż ta’ oriġini<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> ifisser il-pajjiż jew pajjiżi ta’ nazzjonalità jew, għal persuni mingħajr stat, ta’ residenza abitwali ta’ qabel<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Standards stabbiliti aktar favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-Istati Membri jistgħu jdaħħlu jew jżommu standards aktar favorevoli biex jistabbilixxu min jikkwalifika bħala [min jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’] refuġjat jew bħala persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u biex jistabbilixxu l-kontenut ta’ protezzjoni internazzjonali, safejn dawk l-istandards stabbiliti huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/95, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Eżami ta’ fatti u ċirkostanzi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprevedi, fil-paragrafu (3)(e) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>3. L-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali trid titwettaq fuq bażi individwali u tinkludi kunsiderazzjoni ta’:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>jekk l-applikant ikun mistenni b’mod raġonevoli li japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ pajjiż ieħor fejn ikun jista’ jiddikjara ċ-ċittadinanza.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Esklużjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Persuna li tkun ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għandha tiġi eskluża milli tkun refuġjat, jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>hija taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 D tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, li tirrigwarda l-protezzjoni jew l-għajnuna minn organi jew aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti apparti l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati [(UNHCR)]. Meta din il-protezzjoni jew għajnuna tkun waqfet għal xi raġuni, mingħajr ma l-pożizzjoni ta’ dawn il-persuni tkun miftiehma definittivament bi qbil mar-riżoluzzjonijiet rilevanti adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, dawk il-persuni għandhom <HT TYPE="ITALIC">ipso facto</HT> jkunu intitolati għall-benefiċċji ta’ din id-Direttiva;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>hija tkun rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li fih hija tkun ħadet ir-residenza tagħha bħala li għandha d-drittijiet u l-obbligi li huma marbuta mal-pussess tan-nazzjonalità ta’ dak il-pajjiż, jew drittijiet u obbligi ekwivalenti.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Persuna li tkun ċittadina nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għandha tiġi eskluża milli tkun refuġjat meta jkun hemm raġunijiet serji biex jitqies li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>hija kkommettiet delitt kontra l-paċi, delitt ta’ gwerra, jew delitt kontra l-umanità, kif definit fl-istrumenti internazzjonali mfassla biex jagħmlu provvediment rigward dawn id-delitti;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>hija kkommettiet delitt serju mhux politiku barra mill-pajjiż tar-refuġju qabel id-dħul tagħha bħala refuġjat; jiġifieri qabel il-mument tal-ħruġ ta’ permess ta’ residenza fuq il-bażi tal-għoti ta’ stat ta’ refuġjat; partikolarment azzjonijiet krudili, anke jekk kommessi b’għan allegatament politiku, jistgħu jiġu klassifikati bħala delitti serji mhux politiċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>hija tkun instabet ħatja ta’ atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti kif stabbilit fil-Preambolu u l-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 2 japplika għal persuni li jxewxu jew inkella jipparteċipaw fit-twettiq tad-delitti jew atti msemmija fih<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Żamma ta’ unità tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità tal-familja tista’ tinżamm.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membru għandhom jiżguraw li membri tal-familja tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali, li ma jikkwalifikawx individwalment [li ma jissodisfawx individwalment il-kundizzjonijiet meħtieġa] għal tali protezzjoni, huma intitolati li jitolbu l-benefiċċji msemmija fl-Artikoli 24 sa 35, bi qbil mal-proċeduri nazzjonali safejn huwa kompatibbli mal-istatus legali personali tal-membru tal-familja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Paragrafi 1 u 2 mhumiex applikabbli fejn il-membru tal-familja huwa jew jista’ jiġi eskluż minn protezzjoni internazzjonali skont il-Kapitoli III u V.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw, inaqqsu jew jirtiraw il-benefiċċji msemmija fihom għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali jew ordni pubbliku.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan l-Artikolu japplika wkoll għal qraba oħra qrib li għexu flimkien bħala parti mill-familja fil-mument meta telqu mill-pajjiż ta’ oriġini, u li kienu dipendenti għal kollox jew prinċipalment fuq il-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali f’dak il-ħin.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-Asylgesetz (il-Liġi dwar id-Dritt għall-Ażil), tas‑<DATE ISO="19920626">26 ta’ Ġunju 1992</DATE> (BGBl. 1992 I, p. 1126), kif ippubblikata fit‑<DATE ISO="20080902">2 ta’ Settembru 2008</DATE> (BGBl. 2008 I, p. 1798), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>AsylG<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Barrani huwa refuġjat fit-tifsira tal-Konvenzjoni ta’ [Genève] meta huwa</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>jibża’ b’mod iġġustifikat li jiġi ppersegwitat minħabba r-razza tiegħu, ir‑reliġjon tiegħu, in-nazzjonalità tiegħu, l-opinjonijiet politiċi tiegħu jew is‑sħubija tiegħu f’ċertu grupp soċjali u, għal din ir-raġuni,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>jinsab barra mill-pajjiż (pajjiż ta’ oriġini),</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li għandu n-nazzjonalità tiegħu u ma jistax jew, minħabba din il-biża’, ma jridx jitlob il-protezzjoni ta’ dan il-pajjiż,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 26(2) tal-AsylG jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Il-wild mhux miżżewweġ ta’ benefiċjarju tad-dritt għall-ażil, li jkun minuri fil‑mument li japplika għall-ażil, ikun, fuq talba tiegħu, irrikonoxxut bħala benefiċjarju tad-dritt għall-ażil meta r-rikonoxximent taċ-ċittadin barrani bħala benefiċjarju tad-dritt għal-ażil ma jkunx għadu jista’ jiġi kkontestat, u meta dan ma jkunx jista’ jiġi rrevokat u lanqas irtirat iktar.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 26(4) tal-AsylG jeskludi mill-benefiċċju ta’ dan l-artikolu b’mod partikolari l-persuni li jaqgħu taħt raġuni għall-esklużjoni prevista fl‑Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2011/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 26(5) tal-AsylG jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw b’analoġija għall-membri tal-familja, kif imsemmija fil-paragrafi 1 sa 3, tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali. Il‑kunċetti ta’ ‘status ta’ refuġjat’ jew ta’ protezzjoni sussidjarja jieħdu post dak ta’ ‘benefiċjarju tad-dritt għall-ażil’ […]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali twieldet fil-Ġermanja fl‑2017 minn omm Tuneżina u minn missier Sirjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali għandha n-nazzjonalità Tuneżina. Ma huwiex stabbilit jekk hija għandhiex ukoll in-nazzjonalità Sirjana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Ottubru 2015, l-Uffiċċju ta l-istatus ta’ refuġjat lill-missier tar‑rikorrenti fil-kawża prinċipali. L-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn omm ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li twieldet fil-Libja u li kienet iddikjarat li kellha hemmhekk ir-residenza abitwali tagħha sat-tluq tagħha minn dan l-Istat, ma rnexxietx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20170915">15 ta’ Settembru 2017</DATE>, l-Uffiċċju ċaħad l-applikazzjoni għall-ażil ippreżentata f’isem ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali wara t-twelid tagħha bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>manifestament infondata<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas‑<DATE ISO="20190117">17 ta’ Jannar 2019</DATE>, il-Verwaltungsgericht Cottbus (il‑Qorti Amministrattiva ta’ Cottbus, il-Ġermanja) annullat din id-deċiżjoni sa fejn din kienet ċaħdet l-applikazzjoni għall-ażil tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>manifestament infondata<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, pjuttost milli bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>infondata<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, u ċaħdet il-kumplament tar-rikors. Dik il-qorti qieset li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat, peress li hija ma kellha l-ebda raġuni sabiex tibża’ minn persekuzzjonijiet fit‑Tuneżija, il-pajjiż jew wieħed mill-pajjiżi li tagħhom hija ċittadina. Barra minn hekk, l-imsemmija qorti ddeċidiet li din ir-rikorrenti lanqas ma setgħet tislet, skont l-Artikolu 26(2) u (5) tal-AsylG, dritt għall-protezzjoni tal-familja mill-istatus ta’ refuġjat li ngħata lil missierha fil-Ġermanja. Fil-fatt, l-istess qorti qieset li jkun kuntrarju għall-prinċipju tas-sussidjarjetà tal-protezzjoni internazzjonali li l-benefiċċju tal-protezzjoni internazzjonali jiġi estiż għall-persuni li, bħala ċittadini ta’ Stat li huwa f’pożizzjoni li jagħtihom protezzjoni, huma esklużi mill-kategorija tal-persuni li għandhom bżonn protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentat rikors għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> kontra dik is‑sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan l-appell, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ssostni li għandhom jingħataw lill-ulied minuri ta’ ġenituri li għandhom nazzjonalitajiet differenti l‑istatus ta’ refuġjat għall-protezzjoni tal-familja skont id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 26(2) u tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 26(5) tal-AsylG, inkluż fil-każ fejn dan l-istatus ingħata lil wieħed biss minn dawn il-ġenituri. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà tal-protezzjoni internazzjonali tar-refuġjati ma jipprekludix dan. L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/95 jippermetti lil Stat Membru, fil-każijiet li tkun ingħatat protezzjoni internazzjonali lill-membru ta’ familja, li jestendi l-benefiċċju ta’ din il-protezzjoni lil membri oħra ta’ din il-familja, sakemm dawn ma jkunux jaqgħu taħt xi raġuni għall-esklużjoni elenkati fl-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva u s-sitwazzjoni tagħhom tkun tippreżenta, minħabba l-ħtieġa taż-żamma tal-unità tal-familja, rabta mal-għan tal-protezzjoni internazzjonali. Fil-kuntest ta’ din il-leġiżlazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tal-minuri u għall-interessi tal-wild.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma tistax titlob l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat abbażi ta’ dritt li huwa tagħha stess. Fil-fatt, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(A)(2) tal-Konvenzjoni ta’ Genève, li jesprimi l-prinċipju tas-sussidjarjetà tal-protezzjoni internazzjonali tar-refuġjati, isegwi li l-persuni li għandhom żewġ nazzjonalitajiet jew iktar ma jistgħux jingħataw l-istatus ta’ refuġjat meta huma jistgħu japprofittaw ruħhom mill-protezzjoni ta’ wieħed mill-pajjiżi li tagħhom huma għandhom in-nazzjonalità. Huwa f’dan is-sens li għandu jiġi interpretat ukoll l-Artikolu 2(d) u (n) tad-Direttiva 2011/95. Hija biss il-persuna li hija mingħajr protezzjoni, għaliex ma tibbenefikax minn protezzjoni effettiva mill-pajjiż ta’ oriġini, fis-sens tal-Artikolu 2(n) ta’ din id-direttiva, li tkun refuġjata, fis-sens tal-Artikolu 2(d) tal-imsemmija direttiva. Issa, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tista’ tibbenefika minn protezzjoni effettiva fit-Tuneżija, pajjiż li tiegħu hija għandha n-nazzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tissodisfa l-kundizzjonijiet, previsti fid-dritt Ġermaniż, sabiex tingħata l-istatus ta’ refuġjat bħala wild minuri mhux miżżewweġ ta’ ġenitur li ngħata dan l-istatus. Fil-fatt, skont id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 26(2) u tal-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Artikolu 26(5) tal-AsylG, hemm lok li jingħata l-istatus ta’ refuġjat, b’mod idderivat u għall-finijiet tal-protezzjoni tal-familja fil-kuntest tal-ażil, ukoll lil wild li twieled fil-Ġermanja u li għandu, mill-ġenitur l-ieħor tiegħu, in-nazzjonalità ta’ pajjiż terz li fit-territorju tiegħu huwa ma jkunx ippersegwitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi madankollu jekk tali interpretazzjoni tad-dritt Ġermaniż hijiex kompatibbli mad-Direttiva 2011/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva [2011/95] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li jiġi rrikonoxxut l-istatus ta’ refuġjat lil wild minuri mhux miżżewweġ, liema status huwa dderivat minn persuna li ngħatat l-istatus ta’ refuġjat (hekk imsejħa protezzjoni tal-familja ta’ refuġjat), inkluż fil-każ fejn il-wild inkwistjoni jiġi rrikonoxxut – permezz tal-ġenitur l-ieħor – li fi kwalunkwe każ għandu wkoll in-nazzjonalità ta’ pajjiż ieħor, li ma huwiex identiku għall-pajjiż ta’ oriġini tar-refuġjat u li l-wild jista’ jinvoka l-protezzjoni tiegħu?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(2) tad-Direttiva [2011/95] għandu jiġi interpretat fis-sens li r-restrizzjoni li permezz tagħha l-membri tal-familja ma jistgħux jitolbu l-benefiċċji previsti fl-Artikoli 24 sa 35 ta’ din id-direttiva ħlief sa fejn dan ikun kompatibbli mal-istatus ġuridiku personali tal-membru tal-familja, tipprojbixxi li jiġi rrikonoxxut lill-wild minuri, fil-kundizzjonijiet deskritti fl-ewwel domanda, l-istatus ta’ refuġjat li huwa dderivat mill-persuna rrikonoxxuta bħala refuġjat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Huwa rilevanti, sabiex tingħata risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda, li jkun magħruf jekk huwiex possibbli u raġonevoli, għall-wild u għall-ġenituri tiegħu, li jirrisjedu fil-pajjiż fejn il-wild u ommu għandhom in-nazzjonalità, fejn jistgħu jitolbu protezzjoni li ma hijiex identika għal dik tal-pajjiż ta’ oriġini tar-refuġjat (missier), jew huwa suffiċjenti li l-unità tal-familja tista’ tinżamm fit-territorju Ġermaniż abbażi ta’ regoli fil-qasam tar-residenza?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar‑rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3 u l-Artikolu 23(2) tad‑Direttiva 2011/95 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru, skont dispożizzjonijiet nazzjonali iktar favorevoli, jagħti, b’mod idderivat u għall-finijiet taż-żamma tal-unità tal-familja, l-istatus ta’ refuġjat lill‑wild minuri mhux miżżewweġ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li lilu dan l-istatus ikun ġie rrikonoxxut skont is-sistema stabbilita minn din id-direttiva, inkluż fil‑każ li dan il-wild twieled fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u għandu, mill‑ġenitur l-ieħor tiegħu, in-nazzjonalità ta’ pajjiż terz ieħor li fit-territorju tiegħu ma hemmx riskju li jiġi ppersegwitat. F’dan il-kuntest, dik il-qorti tistaqsi wkoll jekk, sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwiex rilevanti li jsir magħruf jekk huwiex possibbli u raġonevolment aċċettabbli, għall-wild u għall‑ġenituri tiegħu, li jistabbilixxu ruħhom fit-territorju ta’ dan il-pajjiż terz tal‑aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal‑Ġustizzja jsegwi li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/95 għandha ssir fid-dawl tal-istruttura ġenerali u tal-iskop tagħha, b’osservanza tal-Konvenzjoni ta’ Genève u tat-trattati rilevanti l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 78(1) TFUE. Din l-interpretazzjoni għandha ssir ukoll, bħalma jsegwi mill-premessa 16 ta’ din id-direttiva, b’osservanza tad-drittijiet irrikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210113">13 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Bundesrepublik Deutschland (Status ta’ refuġjat ta’ persuna mingħajr Stat ta’ oriġini Palestinjana)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑507/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:3">EU:C:2021:3</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domandi magħmula, fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li wild li jinsab f’sitwazzjoni bħal dik invokata fil-punt 26 ta’ din is-sentenza ma jissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex jingħata, individwalment, l-istatus ta’ refuġjat skont is-sistema stabbilita mid-Direttiva 2011/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2011/95, ir-refuġjat huwa, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz li, minħabba f’biża’ ġustifikat li jiġi persegwitat għar-raġunijiet ta’ razziżmu, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija ta’ grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta’ nazzjonalità u ma jistax, jew minħabba dan il-biża’, ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn din id-definizzjoni jirriżulta li l-kwalità ta’ refuġjat teħtieġ li jiġu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet, li huma intrinsikament marbuta u li jirrigwardaw, minn naħa, il-biża’ ta’ persekuzzjoni u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ protezzjoni kontra atti ta’ persekuzzjoni mill-pajjiż terz li tiegħu l-persuna kkonċernata għandha n-nazzjonalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210120">20 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Secretary of State for the Home Department</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:36">EU:C:2021:36</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-imsemmija definizzjoni tirriproduċi, essenzjalment, dik li tinsab fl-Artikolu 1(A)(2) tal-Konvenzjoni ta’ Genève. Issa, din tal-aħħar tippreċiża li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>[f]il-każ ta’ persuna li għandha iktar minn nazzjonalità waħda, l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>tal-pajjiż li għandha n-nazzjonalità tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> tirreferi għal kull wieħed mill-pajjiżi li din il-persuna għandha n-nazzjonalità tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>[m]a għandhiex titqies li ġiet imċaħħda mill-protezzjoni tal-pajjiż li għandha n-nazzjonalità tiegħu kull persuna li, mingħajr raġuni valida fondata fuq biża’ ġġustifikata, ma tkunx talbet il-protezzjoni lil wieħed mill-pajjiżi li għandha n-nazzjonalità tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għalkemm din il-preċiżazzjoni, li tikkostitwixxi espressjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà tal-protezzjoni internazzjonali, ma hijiex espressament integrata fid-Direttiva 2011/95, madankollu mill-Artikolu 2(n) tagħha jirriżulta li kull wieħed mill-pajjiżi li applikant għandu, skont il-każ, in-nazzjonalità tiegħu, għandu jitqies bħala l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>pajjiż ta’ oriġini<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> għall-finijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, minn qari flimkien tal-Artikolu 2(d) u tal-Artikolu 2(n) tad‑Direttiva 2011/95 jirriżulta li applikant li għandu n-nazzjonalità ta’ diversi pajjiżi terzi huwa kkunsidrat bħala mċaħħad mill-protezzjoni biss jekk ma jistax jew, minħabba l-biża’ ta’ persekuzzjoni, ma jixtieq jitlob il-protezzjoni tal-ebda wieħed minn dawn il-pajjiżi. Dan il-qari huwa barra minn hekk ikkonfermat mill‑Artikolu 4(3)(e) ta’ din id-direttiva, skont liema hemm, fost l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni waqt l-evalwazzjoni individwali ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, il-fatt li huwa raġonevoli li wieħed jaħseb li l-applikant jista’ jinvoka l-protezzjoni ta’ pajjiż ieħor li tiegħu huwa jista’ jinvoka ċ-ċittadinanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, il-qorti tar-rinviju tirrileva li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali tista’ tibbenefika minn protezzjoni effettiva fit-Tuneżija, pajjiż terz li tiegħu hija għandha, minn ommha, in-nazzjonalità tiegħu. Dik il-qorti tenfasizza, f’dan ir-rigward, li ma hemm ebda element li jippermetti li wieħed jaħseb li r-Repubblika tat-Tuneżija ma hijiex disposta jew f’pożizzjoni li tagħti lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali l-protezzjoni neċessarja kontra persekuzzjonijiet u kontra refoulement lejn is-Sirja, pajjiż ta’ oriġini ta’ missierha li l-awtoritajiet Ġermaniżi tawh l-istatus ta’ refuġjat, jew lejn pajjiż terz ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, skont is-sistema stabbilita mid‑Direttiva 2011/95, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ma tistax tintlaqa’, individwalment, għas-sempliċi raġuni li membru tal-familja tal-applikant itenni biża’ fondata ta’ persekuzzjoni jew riskju reali ta’ dannu serju, meta jiġi stabbilit li, minkejja r-rabta tiegħu ma’ dan il-membru tal-familja u l-vulnerabbiltà partikolari li, kif tenfasizza l-premessa 36 ta’ din id-direttiva, tirriżulta minn dan bħala regola ġenerali, l-applikant ma huwiex huwa nnifsu espost għal theddid ta’ persekuzzjoni jew għal dannu gravi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Ahmedbekova</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑652/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:801">EU:C:2018:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li d-Direttiva 2011/95 ma tipprevedix l-estensjoni, b’mod idderivat, tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja lill-membri tal-familja ta’ persuna li tkun ingħatat dan l-istatus, li, individwalment, ma jissodisfawx<?PAGE NO="11"?> il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dan l-istatus. Fil-fatt, mill-Artikolu 23 ta’ din id-direttiva jirriżulta li din sempliċement timponi fuq l-Istati Membri li jorganizzaw id-dritt nazzjonali tagħhom b’mod li tali membri tal-familja jkunu jistgħu jitolbu, konformement mal-proċeduri nazzjonali u sa fejn dan huwa kompatibbli mal-istatus ġuridiku personali ta’ dawn il-membri tal-familja, ċerti vantaġġi, li jinkludu b’mod partikolari l-għoti ta’ permess ta’ residenza, l-aċċess għall-impjieg jew l-aċċess għall-edukazzjoni u li għandhom l-għan li jżommu l-unità tal-familja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Ahmedbekova</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑652/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:801">EU:C:2018:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn qari flimkien tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2011/95, li jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>membri tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> għall-bżonnijiet ta’ din id-direttiva, u tal-Artikolu 23(2) tagħha jirriżulta li l-obbligu għall-Istati Membri li jipprevedu l-aċċess għal dawn il-vantaġġi ma jestendix għat-tfal ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali li twieldu fl-Istat Membru ospitanti ta’ familja li kienet stabbilita fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, sabiex jiġi ddeterminat jekk Stat Membru jistax madankollu jagħti, b’mod idderivat u għall-finijiet taż-żamma tal-unità tal-familja, l-istatus ta’ refuġjat lil wild li jinsab f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitfakkar li l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/95 jippermetti lill-Istati Membri jadottaw jew iżommu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>standards aktar favorevoli biex jistabbilixxu min jikkwalifika bħala [min jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’] refuġjat jew bħala persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u biex jistabbilixxu l-kontenut ta’ protezzjoni internazzjonali, safejn dawk l-istandards stabbiliti huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li minn din il-formulazzjoni, moqrija flimkien mal-premessa 14 tad-Direttiva 2011/95, isegwi li r-regoli iktar favorevoli previsti fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jistgħu b’mod partikolari jikkonsistu f’attenwazzjoni tal-kundizzjonijiet li għalihom huwa suġġett l-għoti, lil ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat, tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Ahmedbekova</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑652/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:801">EU:C:2018:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-preċiżazzjoni li tinsab f’dan l-Artikolu 3, skont liema kull regola iktar favorevoli għandha tkun kompatibbli mad-Direttiva 2011/95, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan ifisser li din ir-regola ma għandhiex tippreġudika l-istruttura ġenerali jew l-għanijiet ta’ din id-direttiva. Huma partikolarment ipprojbiti regoli intiżi sabiex jiġi irrikonoxxut l-istatus ta’ refuġjat jew l-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat li jkunu jinsabu f’sitwazzjonijiet nieqsa minn kull rabta mal-loġika ta’ protezzjoni internazzjonali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Ahmedbekova</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑652/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:801">EU:C:2018:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, ir-rikonoxximent awtomatiku, skont id-dritt nazzjonali, tal-istatus ta’ refuġjat lil membri tal-familja ta’ persuna li tkun ingħatat dan l-istatus skont is-sistema stabbilita mid-Direttiva 2011/95, ma huwiex, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, nieqes minn kull rabta mal-loġika ta’ protezzjoni internazzjonali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Ahmedbekova</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑652/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:801">EU:C:2018:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, billi enfasizzaw fl-att finali tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Plenipotenzjarji dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-Persuni Mingħajr Stat tal‑<DATE ISO="19510725">25 ta’ Lulju 1951</DATE>, li fasslet it-test tal-Konvenzjoni ta’ Genève, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>l-unità tal-familja […] hija dritt essenzjali tar-refuġjat<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] u billi rrakkomandaw lill-Istati firmatarji <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tal-familja tar-refuġjat u b’mod partikolari sabiex […] [t]iġi<?PAGE NO="12"?> żgurata ż-żamma tal-unità tal-familja tar-refuġjat<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, l-abbozzaturi ta’ din il-konvenzjoni stabbilixxew rabta mill-qrib bejn tali miżuri u l-loġika ta’ protezzjoni internazzjonali. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ din ir-rabta ġiet ikkonfermata diversi drabi mill-korpi tal-UNHCR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, id-Direttiva 2011/95 stess tirrikonoxxi l-eżistenza tal-imsemmija rabta billi tippreskrivi, f’termini ġenerali, fl-Artikolu 23(1) tagħha, l-obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw iż-żamma tal-unità tal-familja tal-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-estensjoni awtomatika, b’mod idderivat, tal-istatus ta’ refuġjat għall-wild minuri ta’ persuna li lilha ngħata dan l-istatus, irrispettivament mill-fatt jekk dan il-wild jissodisfax jew le individwalment il‑kundizzjonijiet għall-għoti tal-imsemmi status u inkluż meta l-imsemmi wild twieled fl-Istat Membru ospitanti, prevista mid-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali li, kif tesponi l-qorti tar-rinviju, tfittex l-għan tal‑protezzjoni tal-familja u taż-żamma tal-unità tal-familja tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għandha rabta mal-loġika ta’ protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet li fihom tali estensjoni awtomatika, b’mod idderivat u għall-finijiet taż-żamma tal-unità tal‑familja, tal-istatus ta’ refuġjat għall-wild minuri ta’ persuna li lilha ngħata dan l-istatus tkun, minkejja l-eżistenza ta’ din ir-rabta, inkompatibbli mad‑Direttiva 2011/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, fid-dawl tal-għan tar-raġunijiet għall-esklużjoni previsti fid‑Direttiva 2011/95, li huwa li tiġi ppreżervata l-kredibbiltà tas-sistema ta’ protezzjoni stabbilita minnha b’osservanza tal-Konvenzjoni ta’ Genève, ir-riżerva li tinsab fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva tipprekludi li Stat Membru jadotta jew iżomm dispożizzjonijiet li jagħtu l-istatus ta’ refuġjat previst minnha lil persuna li hija eskluża minn dan taħt l-Artikolu 12(2) tal-imsemmija direttiva (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>B u D</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/09 u C‑101/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:661">EU:C:2010:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0115">115</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, kif tenfasizza l-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 26(4) tal-AsylG jeskludi tali persuni mill-benefiċċju tal-estensjoni tal-istatus ta’ refuġjat li jirriżulta minn applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-paragrafi 2 u 5 ta’ dan l‑Artikolu 26.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2011/95 jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq jeskludi li vantaġġi mogħtija lill-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali jiġu estiżi għal membru tal-familja ta’ dan il-benefiċjarju meta dan ikun inkompatibbli mal-istatus ġuridiku personali tal-membru tal-familja kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Mill-oriġini ta’ din id-dispożizzjoni u mill-portata tar-riżerva li hija tipprevedi jirriżulta li din tal-aħħar tapplika wkoll fil-każ fejn Stat Membru jiddeċiedi li ma hemmx lok li jillimita ruħu għall-estensjoni tal-vantaġġi, iżda jixtieq, skont l‑Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, jadotta regoli iktar favorevoli li abbażi tagħhom l‑istatus mogħti lil benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali huwa awtomatikament estiż għall-membri tal-familja tiegħu indipendentement mill-fatt jekk jissodisfawx individwalment jew le l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dan l‑istatus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li r-riżerva li issa tinsab fl-Artikolu 23(2) tad‑Direttiva 2011/95 kienet ġiet proposta mill-Parlament Ewropew matul il‑proċedura leġiżlattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2004/83, li d‑Direttiva 2011/95 tikkostitwixxi r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>riformulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> tagħha u li l-Artikolu 23 tagħha jikkorrispondi fil-parti l-kbira għall-istess artikolu ta’ din id-direttiva tal‑aħħar. Din il-proposta kienet relatata mal-proposta tal-Kummissjoni tal‑Komunitajiet Ewropej li kienet tipprevedi l-obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>li l-membri tal-familja<?PAGE NO="13"?> tagħhom li jakkompanjaw lill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali jkunu jistgħu jitolbu l-istess status bħalhom<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Filwaqt li ppropona l-estensjoni ta’ dan l-obbligu sabiex jiġu inklużi l-membri tal-familja li jingħaqdu mal-applikanti sussegwentement, il-Parlament kien qies li kien xieraq li tiġi introdotta din ir-riżerva sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-membri tal-familja <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>jistgħu jkollhom bi dritt tagħhom status ġuridiku differenti minn dak tal-[applikant], li jista’ ma jkunx kompatibbli mal-protezzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ara r-rapport tal-Parlament Ewropew tat‑<DATE ISO="20021008">8 ta’ Ottubru 2002</DATE> dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istandards minimi relatati mal-kundizzjonijiet li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-persuni mingħajr stat għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jitolbu l-istatus ta’ refuġjat jew ta’ persuna li, għal raġunijiet oħra, teħtieġ protezzjoni internazzjonali, u relatati mal-kontenut ta’ dawn l-istatus, COM(2001)510, A 5‑0333/2002 final, modifika 22 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="051E" PAGE.FIRST="325" DATE.PUB="2002">ĠU 2002, C 51 E, p. 325</REF.DOC.OJ>)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni finalment ma adottax l-imsemmi obbligu. Madankollu, huwa żamm ir-riżerva ta’ kompatibbiltà u llimita ruħu li jippreskrivi, fl-Artikolu 23(1) u (2) tad-Direttivi 2004/83 u 2011/95, lill-Istati Membri li jiżguraw li l-unità tal-familja tkun tista’ tinżamm u li l-membri tal-familja tal-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali li, individwalment, ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex jiksbu din il-protezzjoni jkunu jistgħu jitolbu ċerti vantaġġi, konformement mal-proċeduri nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-oriġini ta’ dan l-Artikolu 23 jirriżulta li Stat Membru li, fl-eżerċizzju tal-fakultà mogħtija fl-Artikolu 3 ta’ dawn id-direttivi, jixtieq jadotta jew iżomm fis-seħħ regoli iktar favorevoli, skont liema l-istatus mogħti lil tali benefiċjarju huwa awtomatikament estiż għall-membri tal-familja tiegħu indipendentement mill-fatt jekk jissodisfawx individwalment jew le l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dan l-istatus, għandu, fl-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli, jiżgura l-osservanza tar-riżerva stabbilita fl-imsemmi Artikolu 23(2).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-portata ta’ din ir-riżerva, din għandha tiġi ddeterminata fid-dawl tal-għan tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/95 li tiġi żgurata ż-żamma tal-unità tal-familja tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u tal-kuntest speċifiku li fih taqa’ tali riżerva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitqies li jkun b’mod partikolari inkompatibbli mal-istatus ġuridiku personali tal-wild tal-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali li, individwalment, ma jissodisfax il-kundizzjonijiet neċessarji għall-kisba ta’ din il-protezzjoni li jiġu estiżi lilu l-vantaġġi msemmija fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2011/95 jew l-istatus mogħti lil dan il-benefiċjarju, meta dan il-wild ikollu n-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti jew nazzjonalità oħra li tagħtih, fid-dawl tal-elementi kollha li jikkaratterizzaw l-istatus ġuridiku personali tiegħu, dritt għal trattament aħjar f’dan l-Istat Membru minn dak li jirriżulta minn tali estensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tar-riżerva li tinsab fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2011/95 tieħu inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ l-aħjar interessi tat-tfal, li fid-dawl tagħhom din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata u applikata. Il-premessa 16 ta’ din id-direttiva tenfasizza espressament li din tirrispetta d-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta u li hija tfittex li tippromwovi l-applikazzjoni, b’mod partikolari, tad-dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja, iggarantit mill-Artikolu 7 tagħha, u d-drittijiet tat-tfal, irrikonoxxuti mill-Artikolu 24 tal-Karta, li fosthom hemm, fil-paragrafu 2 ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, l-obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-interessi superjuri tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Bundesrepublik Deutschland (Membru tal-familja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑768/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:709">EU:C:2021:709</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>L-imsemmija interpretazzjoni tikkorrispondi, barra minn hekk, għal dik proposta mill-UNHCR, li d-dokumenti tiegħu jgawdu minn rilevanza partikolari fir-rigward tar-rwol mogħti lilu mill-Konvenzjoni ta’ Genève (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190523">23 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bilali</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑720/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:448">EU:C:2019:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-kummenti annotati tiegħu dwar id-Direttiva 2004/83 dwar l-Artikolu 23(1) u (2) tagħha, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>[l-UNHCR] iqis li l-membri tal-istess familja għandhom jingħataw l-istess status bħall-applikant prinċipali (status idderivat)<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] u jirrileva dan li ġej: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>[I]l-prinċipju tal-unità tal-familja jirriżulta mill-Att finali tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1951 tal-Plenipotenzjarji dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-Persuni Mingħajr Stat kif ukoll mid-dritt fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. Il-parti l-kbira tal-Istati Membri tal-[Unjoni Ewropea] jipprevedu status idderivat għall-membri tal-familja tar-refuġjati. L-esperjenza [tal-UNHCR] turi wkoll li huwa ġeneralment l-iktar mod prattiku li wieħed jipproċedi. Madankollu jeżistu sitwazzjonijiet fejn dan il-prinċipju ta’ status idderivat ma għandux jiġi segwit, jiġifieri meta l-membri tal-familja jixtiequ japplikaw għall-ażil b’mod individwali jew meta l-għoti tal-istatus idderivat ikun inkompatibbli mal-istatus personali tagħhom, pereżempju minħabba li huma ċittadini tal-pajjiż ospitanti jew minħabba li n-nazzjonalità tagħhom tagħtihom dritt għal trattament aħjar<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, bla ħsara għall-verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, ma jidhirx li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, minħabba n-nazzjonalità Tuneżina tagħha jew element ieħor li jikkaratterizza l-istatus ġuridiku personali tagħha, għandha dritt għal trattament aħjar fil-Ġermanja minn dak li jirriżulta mill-estensjoni, b’mod idderivat, tal-istatus ta’ refuġjat mogħti lil missierha, previst mid-dispożizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li l-kompatibbiltà mad-Direttiva 2011/95, u b’mod partikolari mar-riżerva li tinsab fl-Artikolu 23(2) tagħha, ta’ dispożizzjoni nazzjonali iktar favorevoli, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jew tal-applikazzjoni tagħha għal sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ma tiddependix mill-kwistjoni dwar jekk huwiex possibbli u raġonevolment aċċettabbli, għaliha u għall-ġenituri tagħha, li jistabbilixxu ruħhom fit-Tuneżija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fil-fatt, bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 93 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-raġuni għall-Artikolu 23 ta’ din id-direttiva hija li jippermetti lill-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali jgawdi d-drittijiet li tagħtih din il-protezzjoni filwaqt li tinżamm l-unità tal-familja tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti. L-eżistenza ta’ possibbiltà għall-familja tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li tistabbilixxi ruħha fit-Tuneżija ma tistax, konsegwentement, tiġġustifika li r-riżerva li tinsab fil-paragrafu 2 ta’ din id-dispożizzjoni tinftiehem bħala li teskludi l-għoti lil din tal-aħħar tal-istatus ta’ refuġjat, peress li tali interpretazzjoni tkun timplika li missierha jirrinunzja għad-dritt għall-ażil mogħti lilu fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tippermetti l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat lil membri tal-familja ta’ persuna li lilha ngħata dan l-istatus, filwaqt li tali possibbiltà ta’ stabbiliment ta’ din il-familja f’pajjiż terz teżisti, ma hijiex ta’ natura li tqiegħed inkwistjoni l-konstatazzjoni magħmula fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, li tali leġiżlazzjoni ma hijiex nieqsa minn kull rabta mal-loġika ta’ protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 3 u l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2011/95 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru, bis-saħħa ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali iktar favorevoli, jagħti,<?PAGE NO="15"?> b’mod idderivat u għall‑finijiet taż-żamma tal-unità tal-familja, l-istatus ta’ refuġjat lill-wild minuri ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li lilu ġie rrikonoxxut dan l-istatus b’applikazzjoni tas‑sistema stabbilita minn din id-direttiva, inkluż fil-każ fejn dan il-wild twieled fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u għandu, mill-ġenitur l-ieħor tiegħu, in‑nazzjonalità ta’ pajjiż terz ieħor li fih ma hemmx riskju li jiġi ppersegwitat, bil‑kundizzjoni li dan il-wild ma jaqax taħt raġuni għall-esklużjoni msemmija fl‑Artikolu 12(2) tal-imsemmija direttiva u li dan ma jkollux, permezz tan‑nazzjonalità tiegħu jew element ieħor li jikkaratterizza l-istatus ġuridiku personali tiegħu, dritt għal trattament aħjar fl-imsemmi Stat Membru minn dak li jirriżulta mill-għoti tal-istatus ta’ refuġjat. Ma hijiex rilevanti f’dan ir-rigward il‑kwistjoni dwar jekk huwiex possibbli u raġonevolment aċċettabbli, għall‑imsemmi wild u l-ġenituri tiegħu, li jistabbilixxu ruħhom f’dan il-pajjiż terz ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in‑natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal‑osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3 u tal-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar standards għall‑kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall‑kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru, bis-saħħa ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali iktar favorevoli, jagħti, b’mod idderivat u għall-finijiet taż-żamma tal-unità tal-familja, l-istatus ta’ refuġjat lill-wild minuri ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li lilu ġie rrikonoxxut dan l-istatus b’applikazzjoni tas-sistema stabbilita minn din id-direttiva, inkluż fil-każ fejn dan il-wild twieled fit-territorju ta’ dan l‑Istat Membru u għandu, mill-ġenitur l-ieħor tiegħu, in-nazzjonalità ta’ pajjiż terz ieħor li fih ma hemmx riskju li jiġi ppersegwitat, bil-kundizzjoni li dan il-wild ma jaqax taħt raġuni għall-esklużjoni msemmija fl-Artikolu 12(2) tal-imsemmija direttiva u li dan ma jkollux, permezz tan-nazzjonalità tiegħu jew element ieħor li jikkaratterizza l-istatus ġuridiku personali tiegħu, dritt għal trattament aħjar fl-imsemmi Stat Membru minn dak li jirriżulta mill‑għoti tal-istatus ta’ refuġjat. Ma hijiex rilevanti f’dan ir-rigward il‑kwistjoni dwar jekk huwiex possibbli u raġonevolment aċċettabbli, għall‑imsemmi wild u l-ġenituri tiegħu, li jistabbilixxu ruħhom f’dan il-pajjiż terz ieħor.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>