|
5.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/72 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vetturi kummerċjali [2019/1850]
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 03 – Data tad-dħul fis-seħħ: it-28 ta’ Mejju 2019
Werrej
Regolament
|
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Rekwiżiti |
|
6. |
Modifiki u l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura |
|
7. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
8. |
Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Produzzjoni mwaqqfa għal kollox |
|
10. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
|
11. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
Annessi
|
1. |
Dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE Parti 1 – Mudell tad-Dokument ta’ Informazzjoni Parti 2 – Komunikazzjoni |
|
2. |
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
|
3. |
Proċedura tat-test Appendiċi 1: Struzzjonijiet għall-irbit tal-vetturi mal-bank tat-test Appendiċi 2: Il-manikin li għandu jintuża biex jiġi vverifikat l-ispazju tas-sopravivenza |
|
4. |
Il-proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi motorizzati Appendiċi 1: Deskrizzjoni tal-magna tal-punt H tridimensjonali (il-magna 3D H) Appendiċi 2: Is-sistema ta’ referenza tridimensjonali |
|
5. |
Data ta’ referenza dwar il-pożizzjonijiet bilqiegħda |
1.
Kamp ta’ applikazzjoniDan ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategorija N (1) fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina.
2.
DefinizzjonijietGħall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
2.1.
“Approvazzjoni ta’ vettur a” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura f’każ ta’ impatt frontali jew f’każ li l-vettura tinqaleb.
2.2.
“Tip ta’ vettur a” tfisser kategorija ta’ vetturi motorizzati li ma jvarjawx fl-elementi essenzjali bħalma huma:
2.2.1.
Il-qisien, il-forom u l-materjali tal-komponenti tal-kabina tal-vettura; jew
2.2.2.
Il-mod kif inhi mwaħħla l-kabina mal-qafas tax-xażì;
2.3.
“Pjan trażversal i” tfisser pjan vertikali perpendikulari mal-pjan lonġitudinali tal-vettura;
2.4.
“Pjan lonġitudinal i” tfisser pjan parallel mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura;
2.5.
“Vettura bil-kabina fuq il-magn a” tfisser vettura li jkollha aktar minn nofs it-tul tal-magna wara l-aktar punt ’il quddiem tal-bażi tal-windskrin u l-buttun tar-rota tal-istering ikun fl-ewwel kwart tat-tul tal-vettura.
2.6.
“Punt R” tfisser il-punt ta’ referenza ta’ pożizzjoni bilqiegħda kif iddefinit fl-Anness 4, paragrafu 2.4.
2.7.
“Punt H” tfisser il-punt iddefinit fl-Anness 4, paragrafu 2.3.
2.8.
“Test A” tfisser test ta’ impatt frontali maħsub biex jevalwa r-reżistenza ta’ kabina f’aċċident ta’ impatt frontali.
2.9.
“Test B” tfisser test ta’ impatt fuq il-pilastri A tal-kabina, maħsub biex jevalwa r-reżistenza ta’ kabina f’aċċident li fih il-vettura tinqaleb 90° u b’impatt sussegwenti.
2.10.
“Test C” tfisser test tas-saħħa tas-saqaf tal-kabina maħsub biex jevalwa r-reżistenza ta’ kabina f’aċċident li fih il-vettura tinqaleb 180°.
2.11.
“Pilastru A” tfisser l-appoġġ ta’ quddiem nett u ta’ barra nett tas-saqaf.
2.12.
“Windskri n” tfisser il-ħġieġa ta’ quddiem tal-vettura li tinsab bejn il-pilastri A.
2.13.
“Vetturi tal-kategorija N1 derivati minn M 1 ” tfisser dawk il-vetturi ta’ kategorija N1 li, ’il quddiem mill-pilastri A, għandhom l-istess struttura u għamla ġenerali bħal ta’ vettura tal-kategorija M1 li diġà teżisti.
2.14.
“Kabina separat a” tfisser kabina mqabbda mal-qafas tal-vettura permezz ta’ rabtiet speċifiċi u li ma għandhiex parti komuni mal-parti għall-ġarr tal-merkanzija.
3.
Applikazzjoni għall-approvazzjoni
3.1.
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina tal-vettura għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.
3.2.
Għandu jkollha magħha tpinġijiet tal-vettura, li juru l-pożizzjoni tal-kabina fuq il-vettura u l-mod kif titwaħħal, u wkoll tpinġijiet dettaljati biżżejjed tal-istruttura tal-kabina. Għandhom jitressqu tliet kopji ta’ dawn it-tpinġijiet kollha. Fl-Anness 1, Parti 1 hemm mudell tad-dokument ta’ informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-kostruzzjoni.
4.
Approvazzjoni
4.1.
Jekk it-tip tal-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5 tiegħu, l-approvazzjoni għal dik it-tip ta’ vettura għandha tingħata.
4.2.
Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 03, li jikkorrispondu għas-serje 03 ta’ emendi) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar reċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru għal tip ta’ vettura oħra fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 2.2 hawn fuq.
4.3.
Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
4.4.
Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:
4.4.1.
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2) u
4.4.2.
in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku stipulat fil-paragrafu 4.4.1.
4.5.
Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar anness mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1’għandux għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.
4.6.
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.
4.7.
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura.
4.8.
L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.
5.
Rekwiżiti
5.1.
Rekwiżiti ġenerali
5.1.1.
Il-kabina tal-vettura għandha tkun iddiżinjata u mwaħħla mal-vettura b’tali mod li jiġi eliminat kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ korrimenti tal-okkupanti f’każ ta’ aċċident.
5.1.2.
Il-vetturi tal-kategoriji N1 u tal-kategoriji N2 b’massa grossa tal-vettura li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati għandhom jiġu soġġetti għat-testijiet A u C, kif deskritt fl-Anness 3, paragrafi 5 u 7.Madankollu, tip ta’ vettura li jissodisfa r-rekwiżiti dwar l-impatt frontali tar-Regolament Nru 12 jew tar-Regolament Nru 33 jew tar-Regolament Nru 94, u vetturi tal-kategorija N1 idderivati minn M1 approvati skont ir-Regolament Nru 94 jista’ jitqies li jkun issodisfa r-rekwiżiti dwar l-impatt frontali (it-test A).
It-Test C għandu jsir biss fuq vetturi li għandhom kabina separata.
5.1.3.
Il-vetturi tal-kategoriji N3 u vetturi tal-kategoriji N2 b’massa grossa tal-vettura li taqbeż is-7,5 tunnellati għandhom jiġu soġġetti għat-testijiet A u C, kif deskritt fl-Anness 3, paragrafi 5, 6, u 7.It-Test C għandu jsir biss fuq vetturi li għandhom kabina separata.
5.1.4.
It-test A (l-impatt frontali) għandu jsir biss fuq vetturi bil-kabina fuq il-magna.
5.1.5.
Jistgħu jintużaw kabina waħda jew żewġ inkella tliet kabini, skont kif jagħżel il-manifattur, biex tintwera l-konformità mal-paragrafi 5.1.2 jew 5.1.3 hawn fuq. Madankollu, iż-żewġ fażijiet tat-test C, jekk applikabbli, għandhom jitwettqu fuq l-istess kabina.
5.1.6.
L-ebda wieħed mit-testijiet A, B u C ma jeħtieġ li jsir jekk il-manifattur ikun jista’ juri, permezz ta’ simulazzjoni bil-kompjuter jew kalkoli tas-saħħa tal-partijiet komponenti tal-kabina jew b’mezzi oħra għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku, li l-kabina mhux se ssofri deformazzjoni perikoluża għall-okkupanti (penetrazzjoni fl-ispazju tas-sopravivenza) jekk tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tat-testijiet.
5.2.
L-ispazju tas-sopravivenza meħtieġ wara t-test jew it-testijiet
5.2.1.
Wara li jsirilha kull wieħed mit-testijiet imsemmija fil-paragrafi 5.1.2 jew 5.1.3, il-kabina tal-vettura għandu jkollha spazju tas-sopravivenza li jippermetti li l-manikin kif iddefinit fl-Anness 3, Appendiċi 2, joqgħod fuq is-sit, meta dan is-sit ikun f’pożizzjoni medjana, mingħajr kuntatt bejn il-manikin tat-test u l-partijiet mhux reżiljenti b’Shore-Hardness ta’ 50 jew aktar. Ma għandhomx jiġu kkunsidrati l-partijiet mhux reżistenti li jistgħu jitwarrbu minn ħdejn il-manikin tat-test mingħajr l-ebda għodda, b’forza ta’ inqas minn 100 N. Biex tiġi ffaċilitata l-installazzjoni, il-manikin jista’ jiddaħħal żarmat u jintrama fil-kabina. Għaldaqstant, is-sit għandu jiġi aġġustat għall-pożizzjoni l-aktar lura tiegħu u l-manikin għandu jintrama kompletament u jitqiegħed b’tali mod li l-punt H tiegħu jikkoinċidi mal-punt R. Imbagħad, is-sit għandu jitressaq ’il quddiem għall-pożizzjoni medjana tiegħu biex jiġi evalwat l-ispazju tas-sopravivenza. Bħala alternattiva għall-manikin tat-test definit fl-Anness 3, Appendiċi 2, jista’ jintuża manikin raġel ta’ ħamsin perċentil tat-tip Hybrid II jew III, bi strumenti tal-kejl jew mingħajrhom, kif deskritt fir-Regolament Nru 94.
5.2.2.
L-ispazju ddefinit b’dan il-mod għandu jiġi vverifikat għal kull sit ipprovdut mill-manifattur.
5.3.
Kundizzjonijiet oħrajn
5.3.1.
Matul it-testijiet, il-komponenti li bihom il-kabina titwaħħal mal-qafas tax-xażì, jistgħu jitgħawġu jew jinkisru, sakemm il-kabina tibqa’ mwaħħla mal-frejm tax-xażì permezz tal-fixtures normali tal-immuntar u ma tiċċaqlaqx, ma tersaqx u lanqas ma ddur madwar il-punti tal-irbit.
5.3.2.
L-ebda bieba ma għandha tinfetaħ matul it-testijiet, iżda l-bibien ma hemmx għalfejn ikunu jistgħu jinfetħu wara l-ittestjar.
6.
Modifiki u l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura
6.1.
Kull modifika għat-tip ta’ vettura għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip mbagħad tista’:
6.1.1.
Tqis li l-modifiki magħmula x’aktarx li ma jkollhomx effett negattiv kbir u li, fi kwalunkwe każ, il-vettura xorta tkun għadha konformi mar-rekwiżiti;
6.1.2.
Inkella tesiġi rapport tat-test ieħor mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.
6.2.
Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati t-tibdiliet, għandhom jiġu kkomunikati lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura indikata fil-paragrafu 4.3 hawn fuq.
6.3.
L-Awtorità Kompetenti li toħroġ estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni ta’ din ix-xorta u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
7.
Konformità tal-produzzjoniIl-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, (Skeda 1 E/ECE/TRANS/505/Rev.3), b’dawn ir-rekwiżiti:
7.1.
Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun immanifatturata b’mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ hawn fuq;
7.2.
L-Awtorità Kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tista’, fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-konformità tal-mezzi ta’ kontroll li huma applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ tali spezzjonijiet għandha tkun ta’ darba kull sentejn.
8.
Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
8.1.
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-tip tal-vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 7.1 ta’ hawn fuq ma jkunx rispettat.
8.2.
Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat fl-imgħoddi, din għandha tinnotifika lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament b’dan minnufih, permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
9.
Produzzjoni mwaqqfa għal kolloxJekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip ta’ vettura approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni dwar dan. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
10.
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
10.1.
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni KEE skont dan ir-Regolament kif emendat permezz tas-serje ta’ emendi 02.
10.2.
Mill-1 ta’ Ottubru 2002, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet KEE biss jekk ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat bis-serje 02 tal-emendi, jiġu sodisfatti.
10.3.
Mill-1 ta’ Ottubru 2006, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet li ma ngħatawx b’konformità mas-serje 02 tal-emendi ta’ dan ir-Regolament.
10.4.
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni KEE skont dan ir-Regolament kif emendat permezz tas-serje ta’ emendi 03.
10.5.
Minn 72 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjoni KEE skont dan ir-Regolament għat-tipi tal-kabini l-ġodda biss jekk ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat bis-serje ta’ emendi 03, jiġu ssodisfati.
10.6.
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni skont is-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament.
10.7.
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjonijiet għal dawk it-tipi ta’ vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi preċedenti matul il-perjodu ta’ 72 xahar ta’ wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03.
10.8.
L-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta tip ta’ approvazzjoni nazzjonali jew reġjonali ta’ tip ta’ vettura approvat skont is-serje ta’ emendi 03 ta’ dan ir-Regolament.
10.9.
Anki wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03 ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet tal-vetturi skont is-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom.
11.
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-TipIl-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi li jwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħrajn.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, paragrafu 2.
(2) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jidhru fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6 - http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
ANNESS 1
DOKUMENTAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE
PARTI 1
MUDELL TAD-DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI
Skont ir-Regolament Nru 29 dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-kabina
L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, trid tkun ipprovduta fi tliet kopji u trid tinkludi werrej. Kwalunkwe tpinġija trid tiġi fornuta fi skala xierqa u tkun dettaljata biżżejjed fuq daqs A4 jew f’folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom ikunu dettaljati biżżejjed.
|
1. |
Ġenerali … |
|
1.1. |
Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
1.2. |
It-tip: … |
|
1.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: … |
|
1.3.3. |
Fejn tinsab dik il-marka: … |
|
1.4. |
Il-kategorija tal-vettura (1): … |
|
1.5. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: … |
|
1.6. |
Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: … |
|
2. |
Karatteristiċi tal-Kostruzzjoni Ġenerali tal-Vettura … |
|
2.1. |
Ritratti u/jew tpinġijiet ta’ vettura rappreżentattiva: … |
|
2.2. |
Tpinġija dimensjonali tal-vettura sħiħa: … |
|
2.3. |
Għadd ta’ fusien u roti: … |
|
2.6. |
Pożizzjoni u arranġament tal-magna: … |
|
2.7. |
Kabina tas-sewqan (kabina fuq il-magna jew konfigurazzjoni tradizzjonali) (2) … |
|
2.8. |
Naħa tas-sewqan: … |
|
3. |
Mases u Dimensjonijiet (f’kg u mm) (fejn applikabbli, irreferi għat-tpinġija) … |
|
3.1. |
Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ddikjarata mill-manifattur: … |
|
3.2. |
Massa massima teknikament permissibbli għall-fus jew fusien ta’ quddiem tal-vettura: … |
|
4. |
Kabina … |
|
4.1. |
Tip ta’ Kabina (normali/sleeper/top-sleeper) (3): … |
|
4.2. |
Materjali użati u metodi ta’ kostruzzjoni: … |
|
4.3. |
Konfigurazzjoni u għadd ta’ bibien: … |
|
4.4. |
Tpinġijiet tal-latches tal-bibien u tal-komponenti li jżommuhom u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-bibien: … |
|
4.5. |
In-numru ta’ sits: … |
|
4.6. |
Punti R: … |
|
4.7. |
Deskrizzjoni dettaljata tal-kabina tat-tip ta’ vettura inklużi d-dimensjonijiet, il-konfigurazzjoni u l-materjali kostitwenti tagħha u l-irbit tagħha ma’ kwalunkwe qafas tax-xażì … |
|
4.8. |
Tpinġijiet tal-kabina u ta’ dawk il-partijiet tal-arranġament intern tagħha li jistgħu jinfluwenzaw l-ispazju residwu: … |
|
5. |
Stering … |
|
5.1. |
Dijagramma/i skematika/skematiċi tal-kontroll/i tal-istering: … |
|
5.2. |
Firxa u metodu ta’ aġġustament (jekk hemm), tal-kontroll tal-istering: … |
PARTI 2
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, paragrafu 2.
(2) Kabina fuq il-magna tfisser konfigurazzjoni li fiha aktar minn nofs it-tul tal-magna tkun tinsab wara l-aktar punt ’il quddiem tal-bażi tal-windskrin u l-buttun tar-rota tal-istering ikun fl-ewwel kwart tat-tul tal-vettura.
(3) Ħassar fejn mhux applikabbli (hemm każijiet fejn tkun applikabbli aktar minn entrata waħda u ma jkun meħtieġ li jitħassar xejn).
ANNESS 2
ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
MUDELL A
(Ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq li tkun imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali, ġie approvat fin-Netherlands (E 4), bin-numru 03249. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw ir-Regolament Nru 29 diġà inkluż fis-serje ta’ emendi 03 meta ngħatat l-approvazzjoni.
MUDELL B
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq li tkun imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 29 u Nru 24 (1) (Fil-każ tar-Regolament imsemmi l-aħħar, il-koeffiċjent tal-assorbiment ikkoreġut huwa 1,30 m-1). In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li fid-dati li fihom ingħataw dawn l-approvazzjonijiet, ir-Regolamenti Nru 29 u Nru 24 kienu jinkludu s-serje ta’ emendi 03.
(1) It-tieni numru ngħata biss bħala eżempju.
ANNESS 3
PROĊEDURA TAT-TEST
|
1. |
Bibien
Qabel it-testijiet, il-bibien tal-kabina għandhom jingħalqu iżda mhux jissakkru. |
|
2. |
Magna
Għat-test A, il-magna, jew mudell ekwivalenti għaliha fil-piż, fid-dimensjonijiet ufl-immuntar, għandha titwaħħal fil-vettura. |
|
3. |
Kabina
Il-kabina għandha tkun mgħammra bil-mekkaniżmu tal-istering, bl-istering, bil-panel tal-istrumenti u bis-sits tas-sewwieq u tal-passiġġieri. L-istering u l-pożizzjoni bilqiegħda għandhom jiġu aġġustati fil-pożizzjonijiet tagħhom għall-użu normali kif stipulat mill-manifattur. |
|
4. |
Ankraġġ tal-kabina
Għat-test A, il-kabina għandha tiġi mmuntata fuq vettura. Għat-testijiet В u C, il-kabina għandha, skont kif jagħżel il-manifattur, tiġi mmuntata fuq vettura jew fuq qafas separat. Il-vettura jew il-qafas għandhom jitwaħħlu kif previst fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness. |
|
5. |
Test tal-impatt frontali (test A) |
Grafika 1
Test tal-impatt frontali (test A)
|
5.1. |
L-impattur għandu jkun tal-azzar u l-massa tiegħu għandha tkun imqassma b’mod uniformi. il-massa tiegħu m’għandhiex tkun inqas minn 1 500 kg. Il-wiċċ tad-daqqa tal-impattur, rettangolari u ċatt, għandu jkun wiesgħa 2 500 mm u għoli 800 mm (ara b u h fil-figura 1). Ix-xfar tiegħu għandhom ikunu ttundjati għal raġġ tal-kurvatura ta’ 10 mm ±5 mm. |
|
5.2. |
L-assemblaġġ tal-impattur għandu jkun ta’ kostruzzjoni riġida. L-impattur għandu jkun imdendel liberament minn żewġ travi mwaħħla miegħu b’mod riġidu u bi spazju ta’ mhux inqas minn 1 000 mm ’il bogħod minn xulxin (ara f fil-figura 1). It-travi m’għandhomx ikunu inqas twal minn 3 500 mm mill-assi ta’ sospensjoni għaċ-ċentru ġeometriku tal-impattur (L fil-figura 1). |
|
5.3. |
L-impattur għandu jiġi ppożizzjonat b’tali mod li fil-pożizzjoni vertikali: |
|
5.3.1. |
il-wiċċ tad-daqqa tiegħu jkun qed imiss mal-parti ta’ quddiem nett tal-vettura; |
|
5.3.2. |
iċ-ċentru ta’ gravità tiegħu jkun c = 50 + +5/– 0 mm ’l isfel mill-punt R tas-sit tas-sewwieq; u |
|
5.3.3. |
iċ-ċentru ta’ gravità tiegħu jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. |
|
5.4. |
L-impattur għandu jaħbat mal-kabina minn quddiem fid-direzzjoni lejn in-naħa ta’ wara tal-kabina. Id-direzzjoni tal-impatt għandha tkun orizzontali u parallela mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. |
|
5.5. |
L-enerġija tal-impatt għandha tkun: |
|
5.5.1. |
29,4 kJ fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 u ta’ vetturi tal-kategorija N2 b’massa grossa tal-vettura li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati. |
|
5.5.2. |
55 kJ fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N3 u ta’ vetturi tal-kategorija N2 b’massa grossa tal-vettura li taqbeż is-7,5 tunnellati. |
|
6. |
Test tal-impatt tal-pilastru ta’ quddiem (Test B) |
Grafika 2
Test tal-impatt tal-pilastru ta’ quddiem (Test B)
|
6.1. |
L-impattur għandu jkun riġidu u l-massa tiegħu għandha tkun imqassma b’mod uniformi. il-massa tiegħu m’għandhiex tkun inqas minn 1 000 kg. L-impattur għandu jkollu għamla ta’ ċilindru b’dijametru d ta’ 600 ±50 mm u b’tul b ta’ mhux inqas minn 2 500 mm. Ix-xfar tiegħu għandhom ikunu ttundjati għal raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 1,5 mm. |
|
6.2. |
L-assemblaġġ tal-impattur għandu jkun ta’ kostruzzjoni riġida. L-impattur għandu jkun imdendel liberament minn żewġ travi mwaħħla miegħu b’mod riġidu u bi spazju ta’ mhux inqas minn f = 1 000 mm ’il bogħod minn xulxin. It-travi ma għandhomx ikunu inqas minn L = 3 500 mm mill-assi tas-sospensjoni saċ-ċentru ġeometriku tal-impattur. |
|
6.3. |
L-impattur għandu jiġi ppożizzjonat b’tali mod li meta jkun sospiż f’pożizzjoni vertikali: |
|
6.3.1. |
Il-wiċċ tad-daqqa tiegħu ikun qed imiss mal-parti ta’ quddiem nett tal-kabina; |
|
6.3.2. |
Il-linja lonġitudinali medjana tiegħu tkun orizzontali u perpendikulari mal-pjan medjan lonġitudinali vertikali tal-kabina; |
|
6.3.3. |
Iċ-ċentru ta’ gravità tiegħu jkun nofs triq bejn il-frejm ta’ isfel u ta’ fuq tal-windskrin, kif imkejjel tul il-windskrin u tul il-pjan medjan lonġitudinali vertikali tal-kabina; |
|
6.3.4. |
Iċ-ċentru ta’ gravità tiegħu jkun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-kabina; |
|
6.3.5. |
It-tul tiegħu jkun imqassam indaqs fuq il-wisa’ kollu tal-vettura u sovrapost fuq il-wisa’ kollu taż-żewġ pilastri A. |
|
6.4. |
L-impattur għandu jaħbat mal-kabina minn quddiem fid-direzzjoni lejn in-naħa ta’ wara tal-kabina. Id-direzzjoni tal-impatt għandha tkun orizzontali u parallela mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. |
|
6.5. |
L-enerġija tal-impatt għandha tkun 29,4 kJ. |
|
7. |
Test tas-saħħa tas-saqaf (Test С) |
Grafika 3
Test tas-saħħa tas-saqaf (Test C)
|
7.1. |
Għall-vetturi tal-kategorija N2 b’massa grossa tal-vettura li taqbeż is-7,5 tunnellati kif ukoll għal vetturi tal-kategorija N3, iż-żewġ testijiet kif deskritti fil-paragrafi 7.3 u 7.4 hawn taħt, f’dik l-ordni, għandhom isiru fuq l-istess kabina. |
|
7.2. |
Għall-vetturi tal-kategorija N2 b’massa grossa tal-vettura li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati kif ukoll għal vetturi tal-kategorija N1, għandu jsir biss it-test kif deskritt fil-paragrafu 7.4 hawn taħt. |
|
7.3. |
Il-pre-loading dinamiku tal-vetturi tal-kategorija N2 b’massa grossa tal-vettura li taqbeż is-7,5 tunnellati u tal-kategorija N3 (ara P1 fil-figura 3). |
|
7.3.1. |
L-impattur għandu jkun riġidu u l-massa tiegħu għandha tkun imqassma b’mod uniformi; il-massa tiegħu m’għandhiex tkun inqas minn 1 500 kg. |
|
7.3.2. |
Il-wiċċ tad-daqqa tal-impattur għandu jkun rettangolari u ċatt. Id-dimensjonijiet tiegħu għandhom ikunu kbar biżżejjed biex, meta jiġi ppożizzjonat skont il-paragrafu 7.3.3 hawn taħt, ma jkun hemm l-ebda kuntatt bejn il-kabina u x-xfar tal-impattur.
Jekk jintuża pendlu bħala impattur, dan għandu jkun imdendel liberament minn żewġ travi mwaħħla miegħu b’mod riġidu u bi spazju ta’ mhux inqas minn 1 000 mm ’il bogħod minn xulxin. Id-distanza taċ-ċentru ġeometriku tal-impattur mill-assi tas-sospensjoni ma għandhiex tkun inqas minn 3 500 mm. |
|
7.3.3. |
L-impattur u/jew il-kabina għandhom jiġu ppożizzjonati b’tali mod li, meta jseħħ l-impatt: |
|
7.3.3.1. |
Il-wiċċ tad-daqqa tal-impattur ikun f’angolu ta’ 20° mal-pjan medjan lonġitudinali tal-kabina. Jew l-impattur inkella l-kabina jistgħu jiġu inklinati; Jekk l-impattur ikun pendlu, il-kabina ma għandhiex tkun immejla u għandha tkun installata f’pożizzjoni orizzontali; |
|
7.3.3.2. |
Il-wiċċ tad-daqqa tal-impattur ikopri t-tul kollu tan-naħa ta’ fuq tal-kabina; |
|
7.3.3.3. |
Il-linja medjana lonġitudinali tal-impattur tkun orizzontali u parallela mal-pjan medjan lonġitudinali tal-kabina. |
|
7.3.4. |
L-impattur għandu jaħbat man-naħa ta’ fuq tal-kabina b’tali mod li meta jseħħ l-impatt, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.3.3 hawn fuq. Id-direzzjoni tal-impatt għandha tkun perpendikulari mas-superfiċje tal-impattur u perpendikulari mal-linja medjana lonġitudinali tal-kabina. L-impattur jew il-kabina jistgħu jkunu qed jiċċaqilqu, sakemm ir-rekwiżiti tal-ippożizzjonar jiġu ssodisfati fil-mument tal-impatt. |
|
7.3.5. |
L-enerġija tal-impatt ma għandhiex tkun inqas minn 17,6 kJ. |
|
7.4. |
It-test tas-saħħa tas-saqaf (ara P2 fil-figura 3) |
|
7.4.1. |
L-apparat tat-tagħbija għandu jkun tal-azzar u l-massa tiegħu għandha tkun imqassma b’mod uniformi. |
|
7.4.2. |
Il-wiċċ tat-tagħbija tal-apparat għandu jkun rettangolari u ċatt. Id-dimensjonijiet tiegħu għandhom ikunu kbar biżżejjed biex, meta jiġi ppożizzjonat skont il-paragrafu 7.4.4 hawn taħt, ma jkun hemm l-ebda kuntatt bejn il-kabina u x-xfar tal-apparat. |
|
7.4.3. |
Tista’ tiġi inkluża sistema ta’ bearings lineari bejn l-apparat u l-istruttura ta’ appoġġ tiegħu biex tippermetti li s-saqaf tal-kabina jagħmel moviment laterali ’l bogħod min-naħa li tkun ħadet id-daqqa fil-fażi tal-pre-loading tal-paragrafu 6.3, jekk applikabbli. |
|
7.4.4. |
L-apparat tat-tagħbija għandu jiġi ppożizzjonat b’tali mod li, matul it-test: |
|
7.4.4.1. |
Ikun parallel mal-pjan x-y tax-xażì; |
|
7.4.4.2. |
Jiċċaqlaq b’mod parallel mal-assi vertikali tax-xażì; |
|
7.4.4.3. |
Il-wiċċ tat-tagħbija tiegħu jkopri s-superfiċje kollha tas-saqaf tal-kabina. |
|
7.4.5. |
L-apparat tat-tagħbija għandu japplika tagħbija statika fuq is-saqaf tal-kabina, u din it-tagħbija għandha tikkorrispondi għall-massa massima awtorizzata għall-fus jew fusien ta’ quddiem tal-vettura, soġġetta għal massimu ta’ 98 kN. |
Appendiċi 1
STRUZZJONIJIET GĦALL-IRBIT TAL-VETTURI MAL-BANK TAT-TEST.
|
1. |
Struzzjonijiet ġenerali għall-irbit |
|
1.1. |
Għandhom jittieħdu miżuri biex il-vettura ma tersaqx b’mod apprezzabbli matul it-test. Għalhekk, għandu jiġi applikat il-hand-brake, il-magna għandha tkun ingranata u r-roti ta’ quddiem imblukkati bil-kunjardi. |
|
1.2. |
Ktajjen jew ħbula tal-ankraġġ
Il-ktajjen jew il-ħbula tal-ankraġġ għandhom ikunu tal-azzar u jkunu kapaċi jifilħu tagħbija ta’ trazzjoni ta’ mhux inqas minn 10 tunnellati. |
|
1.3. |
Imblukkar tal-qafas tax-xażì
Il-membri lonġitudinali tal-qafas tax-xażì għandhom jistrieħu fuq blokok tal-injam, blokok ta’ composite riġidu u/jew brackets aġġustabbli tal-metall fuq il-wisa’ kollu tagħhom u fuq tul ta’ mhux inqas minn 150 mm. It-truf ta’ quddiem tal-blokok ma jridux ikunu ’l quddiem mill-aktar punt fuq wara tal-kabina, u lanqas wara l-punt nofsani tal-bażi tar-roti (ara l-Figura 1 hawn taħt). Fuq talba tal-manifattur, il-qafas tax-xażì għandu jiġi ssettjat fl-attitudni li jkollu meta jkun mgħobbi. |
|
1.4. |
Irbit lonġitudinali |
Iċ-ċaqliq tal-qafas tax-xażì lejn in-naħa ta’ wara għandu jkun illimitat permezz ta’ ktajjen jew ħbula A marbuta man-naħa ta’ quddiem tal-qafas tax-xażì b’mod simetriku fil-konfront tal-assi lonġitudinali tiegħu, u l-punti l-irbit ma jistgħux ikunu inqas minn 600 mm minn xulxin. Il-ktajjen jew il-ħbula, meta jiġu ssikkati, għandhom jiffurmaw angolu ’l isfel ta’ mhux aktar minn 25° mal-orizzontal u l-projezzjoni tagħhom fuq pjan orizzontali għandha tifforma angolu ta’ mhux aktar minn 10° mal-assi lonġitudinali tal-vettura (ara l-Figura 1 ta’ hawn taħt). Il-ktajjen jew il-ħbula jistgħu jgħaddu minn fuq xulxin.
|
1.5. |
L-issikkar tal-ktajjen jew tal-ħbula u l-irbit fuq in-naħa ta’ wara
Għat-testijiet A u B, il-katina jew il-ħabel għandhom, għal-bidu, jitqiegħdu taħt tagħbija ta’ bejn wieħed u ieħor 1 kN. L-erba’ ktajjen jew ħbula A u B imbagħad għandhom jiġu ssikkati u l-katina jew il-ħabel C għandhom ikunu soġġetti għal stress tensili ta’ mhux inqas minn 10 kN. L-angolu tal-katina jew tal-ħabel C mal-orizzontal ma għandhiex taqbeż 15°. Għandha tiġi applikata forza ta’ mblukkar vertikali ta’ mhux inqas minn 500N fil-punt D bejn il-qafas tax-xażì u l-art (ara l-Figura 1 ta’ hawn taħt). Għat-test C, il-ktajjen jew il-ħbula B kif deskritt hawn fuq għandhom jiġu ssostitwiti bil-ktajjen jew il-ħbula E u F (ara l-Figura 2 ta’ hawn taħt). |
|
1.6. |
Immuntar ekwivalenti
Fuq talba tal-manifattur it-test jista’ jsir bil-kabina mmuntata fuq qafas speċjali, bil-kundizzjoni li dan il-metodu ta’ mmuntar jintwera li huwa ekwivalenti għall-immuntar fuq il-vettura. |
|
2. |
Impatt frontali |
|
2.1. |
Kabina mmuntata fuq il-vettura
It-Test A għandu jiġi applikat għal kabina mmuntata fuq il-vettura kif deskritt fil-paragrafu 1. |
|
2.1.1. |
Irbit laterali
Iċ-ċaqliq laterali għandu jkun limitat permezz ta’ ktajjen jew ħbula B marbuta mal-qafas tax-xażì b’mod simetriku f’relazzjoni mal-assi lonġitudinali tiegħu. Il-punti tal-irbit max-xażì għandhom ikunu mhux aktar minn 5 m u mhux inqas minn 3 m mill-tarf ta’ quddiem tal-vettura. Il-ktajjen jew il-ħbula, meta jiġu ssikkati, għandhom jiffurmaw angolu ’l isfel ta’ mhux aktar minn 20° mal-orizzontal u l-projezzjoni tagħhom fuq pjan orizzontali għandha tifforma angolu ta’ mhux inqas minn 25° u mhux aktar minn 45° mal-assi lonġitudinali tal-vettura (ara l-Figura 1 ta’ hawn taħt). |
|
2.2. |
Kabina mmuntata fuq qafas
Għandhom jittieħdu miżuri biex il-kabina ma tersaqx b’mod apprezzabbli matul it-test. |
|
3. |
Impatt tal-pilastri ta’ quddiem |
|
3.1. |
Kabina mmuntata fuq il-vettura.
It-Test B għandu jiġi applikat għal kabina mmuntata fuq il-vettura kif deskritt fil-paragrafu 1. |
|
3.1.1. |
Irbit laterali
Iċ-ċaqliq laterali għandu jkun limitat permezz ta’ ktajjen jew ħbula B marbuta mal-qafas tax-xażì b’mod simmetriku fil-konfront tal-assi lonġitudinali tiegħu. Il-punti tal-irbit max-xażì għandhom ikunu mhux aktar minn 5 m u mhux inqas minn 3 m mill-tarf ta’ quddiem tal-vettura. Il-ktajjen jew il-ħbula, meta jiġu ssikkati, għandhom jiffurmaw angolu ’l isfel ta’ mhux aktar minn 20° mal-orizzontal u l-projezzjoni tagħhom fuq pjan orizzontali għandha tifforma angolu ta’ mhux inqas minn 25° u mhux aktar minn 45 ° mal-assi lonġitudinali tal-vettura (ara l-Figura 1 ta’ hawn taħt). |
|
3.2. |
Kabina mmuntata fuq qafas
Għandhom jittieħdu miżuri biex il-kabina ma tersaqx b’mod apprezzabbli matul it-test. |
|
4. |
Saħħa tas-saqaf |
|
4.1. |
Kabina mmuntata fuq il-vettura
It-Test C għandu jiġi applikat għal kabina mmuntata fuq vettura kif deskritt fil-paragrafu 1. |
|
4.1.1. |
Imblukkar tal-qafas tax-xażì
Minkejja l-paragrafu 1.3 taħt iż-żewġ naħat tal-membri lonġitudinali tat-tarf ta’ quddiem tal-qafas tax-xażì għandu jitqiegħed appoġġ addizzjonali. |
|
4.1.2. |
Irbit laterali
Iċ-ċaqliq laterali għandu jkun limitat permezz ta’ ktajjen jew ħbula E u F marbuta mal-qafas tax-xażì b’mod simetriku f’relazzjoni mal-assi lonġitudinali tiegħu. Il-punti tal-irbit tal-ktajjen jew tal-ħbula E max-xażì għandhom ikunu mhux aktar minn 5 m u mhux inqas minn 3 m mill-tarf ta’ quddiem tal-vettura. Il-punti tal-irbit tal-ktajjen jew tal-ħbula F max-xażì għandhom ikunu bejn iċ-ċentru tal-fus ta’ quddiem u t-tarf ta’ quddiem tal-vettura. Il-ktajjen jew il-ħbula, meta jiġu ssikkati, għandhom jiffurmaw angolu ’l isfel ta’ mhux aktar minn 20 ° mal-orizzontal u l-projezzjoni tagħhom fuq pjan orizzontali għandha tifforma angolu ta’ mhux aktar minn 90°±5° mal-assi lonġitudinali tal-vettura (ara l-Figura 2 ta’ hawn taħt). |
|
4.2. |
Kabina mmuntata fuq qafas
Għandhom jittieħdu miżuri biex il-qafas ma jersaqx b’mod apprezzabbli matul it-test. |
Grafika 1
Test tal-impatt frontali u test tal-impatt tal-pilastru ta’ quddiem
Il-kabina hija mmuntata fuq il-vettura.
Grafika 2
Test tas-saħħa tas-saqaf
Il-kabina hija mmuntata fuq il-vettura.
Appendiċi 2
IL-MANIKIN LI GĦANDU JINTUŻA BIEX JIĠI VVERIFIKAT L-ISPAZJU TAS-SOPRAVIVENZA
|
Dimensjonijiet |
||
|
Isem |
Deskrizzjoni |
Dimensjonijiet f’mm |
|
AA |
Wisa’ tar-ras |
153 |
|
AB |
Għoli kkombinat tar-ras u tal-għonq |
244 |
|
D |
Distanza mil-ponta tar-ras sal-pern tal-ispalla |
359 |
|
E |
Fond tal-pexxul |
106 |
|
F |
Għoli mis-sit sal-ponta ta’ fuq tal-ispalla |
620 |
|
J |
Għoli tal-appoġġ għall-minkeb |
210 |
|
M |
Għoli tal-irkoppa |
546 |
|
O |
Il-fond tas-sider |
230 |
|
P |
Distanza mid-dahar tas-sit sal-irkoppa |
595 |
|
R |
Distanza mill-minkeb sal-ponta tas-suba’ |
490 |
|
S |
Tul tas-sieq |
266 |
|
T |
Tul tar-ras |
211 |
|
U |
Għoli mis-sit tal-punt ta’ fuq nett tar-ras |
900 |
|
V |
Wisa’ tal-ispallejn |
453 |
|
W |
Wisa’ tas-sieq |
77 |
|
a |
Distanza bejn il-punti tan-nofs tal-ġnub |
172 |
|
b |
Wisa’ tas-sider |
305 |
|
c |
Għoli tar-ras u tal-geddum |
221 |
|
d |
Ħxuna tad-driegħ |
94 |
|
e |
Distanza bejn il-linja ċentrali vertikali tat-torso u l-parti ta’ wara tar-ras |
102 |
|
f |
Distanza bejn il-pern tal-ispalla u l-pern tal-minkeb |
283 |
|
g |
Għoli tal-pern tal-irkoppa mill-art |
505 |
|
h |
Wisa’ tal-koxxa |
165 |
|
i |
Għoli tal-ħoġor (bilqiegħda) |
565 |
|
j |
Distanza mill-ogħla punt tar-ras sal-punt “H” |
819 |
|
k |
Distanza bejn il-pern tal-ġenb u l-pern tal-irkoppa |
426 |
|
m |
Għoli tal-pern tal-għaksa mill-art |
89 |
|
θ1 |
Rotazzjoni laterali tar-riġlejn |
20 ° |
|
θ2 |
Rotazzjoni ’l fuq tar-riġlejn |
45 ° |