Brussell, 24.1.2024

COM(2024) 38 final

ANNESS

ta' [...]

proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill


dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Partijiet tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika, dwar emendi għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat, fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non-refoulement













ANNESS

Artikolu 20 – Votazzjoni

Emenda nru 1: żid test ġdid fl-aħħar (b’tipa grassa + sottolinjata)

“1. Kull membru tal-Kumitat għandu jkollu vot wieħed. Meta d-delegazzjoni ta’ Parti tkun magħmula minn aktar minn rappreżentant wieħed, wieħed minnhom biss ikun intitolat li jieħu sehem fil-votazzjoni.

Fi kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tagħha, l-Unjoni Ewropea għandha teżerċita d-dritt tagħha li tivvota b’għadd ta’ voti ugwali għan-numru tal-Istati Membri tagħha li huma Parti għall-Konvenzjoni u li huma marbuta bl-eżerċitar tal-kompetenza tal-Unjoni. L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li mhumiex marbuta bil-kompetenza tal-Unjoni jistgħu jivvutaw separatament.

Meta l-Unjoni teżerċita d-dritt tagħha li tivvota, l-Istati Membri li huma Parti għall-Konvenzjoni u li huma marbuta bil-kompetenza tal-Unjoni fil-kwistjoni li għandha ssir votazzjoni dwarha, m’għandhomx jivvutaw. L-Unjoni m’għandhiex teżerċita d-dritt tagħha li tivvota f’każijiet fejn l-Istati Membri kollha tagħha li huma Parti għall-Konvenzjoni huma intitolati jeżerċitaw id-dritt tagħhom.” 

“2. Il-votazzjoni teħtieġ kworum”.

Emenda nru 2: żid test ġdid (b’tipa grassa + sottolinjata)

“3. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat jittieħdu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa. Meta l-Unjoni Ewropea tipparteċipa f’vot f’konformità mal-paragrafu 1, is-subparagrafi 2 u 3, maġġoranza ta’ żewġ terzi għandha tinkludi maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa mill-Partijiet l-oħra.”

“4. Il-kwistjonijiet proċedurali għandhom jiġu deċiżi b’maġġoranza tal-voti mitfugħa”.

Emenda nru 3: żid test ġdid fl-aħħar (b’tipa grassa + sottolinjata)

“5. Jekk tinqala’ xi mistoqsija dwar jekk kwistjoni hijiex proċedurali jew le, din m’għandhiex tiġi ttrattata bħala proċedurali sakemm il-Kumitat ma jiddeċidix hekk b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa f’konformità mal-paragrafu 3.” 

“6. Għall-finijiet ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, “voti mitfugħa” għandha tfisser il-voti tal-membri mitfugħa favur jew kontra. Il-membri li jastjenu għandhom jitqiesu li ma vvutawx”.

Artikolu 21 – Regoli speċifiċi għall-elezzjoni tal-membri tal-GREVIO

“1. L-Artikoli 16, 19 u 20 ta’ dawn ir-regoli ma japplikawx għall-elezzjoni tal-membri tal-GREVIO”.

[…]

Emenda nru 4: żid test ġdid (b’tipa grassa + sottolinjata)

“4. Deċiżjoni tal-Kumitat li jitlob l-irtirar ta’ kandidat wieħed jew aktar li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għas-sħubija fil-GREVIO kif stabbilit fl-Artikoli 2 sa 5 tar-regoli dwar il-proċedura tal-elezzjoni tal-membri tal-GREVIO teħtieġ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa, inkluża maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa minn rappreżentanti ta’ Partijiet minbarra l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “voti mitfugħa” għandha tfisser il-voti tal-membri mitfugħa favur jew kontra. Il-membri li jastjenu għandhom jitqiesu li ma vvutawx”.

[…]

Emenda nru 5: żid test ġdid (b’tipa grassa + sottolinjata)

“7. Kull membru tal-Kumitat għandu jkollu vot wieħed. Meta d-delegazzjoni ta’ Parti tkun magħmula minn aktar minn rappreżentant wieħed, wieħed minnhom biss ikun intitolat li jieħu sehem fil-votazzjoni”.

Artikolu 25 – Emendi għar-Regoli ta’ Proċedura

Emenda nru 6: żid test ġdid (b’tipa grassa + sottolinjata)

“Il-Kumitat jista’ jemenda r-Regoli ta’ Proċedura b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa, inkluża maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa minn rappreżentanti ta’ Partijiet minbarra l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 20, il-paragrafu 1, is-subparagrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw.”

Artikolu 2 – Kompożizzjoni

Emenda nru 7: ħassar it-test

1. Membri

a. Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 67 tal-Konvenzjoni, il-membri tal-Kumitat għandhom ikunu r-rappreżentanti tal-Partijiet għall-Konvenzjoni.

[…]

2. Parteċipanti

[…]

b. Dawn li ġejjin jistgħu jaħtru rappreżentanti biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat mingħajr id-dritt tal-vot jew il-ħlas tal-ispejjeż:

i) Stati li ffirmaw iżda li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni;

ii) Stati li rratifikaw jew issieħbu mal-Konvenzjoni iżda li għalihom għadha ma daħlitx fis-seħħ;

iii) L-Istati mistiedna jissieħbu mal-Konvenzjoni.

iv) L-Unjoni Ewropea.

[…]

**