17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 286/100


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2012

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja

(2012/554/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (1),

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2011) 473 — C7-0259/2011) (2),

—

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010,

—

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3),

—

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra tal-Artikolu 314(10), u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0088/2012),

1.   

Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2010;

2.   

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.   

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)   ĠU L 64, 12.3.2010.

(2)   ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.

(3)   ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.

(4)   ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.

(5)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2012

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (1),

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2011) 473 — C7-0259/2011) (2),

—

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010,

—

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3),

—

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra tal-Artikolu 314(10), u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0088/2012),

1.   

Jenfasizza li r-rapport annwali tagħha tal-2010 l-Qorti tal-Awdituri kkonstatat li: “m’għandha l-ebda osservazzjoni x’tagħmel dwar il-Qorti tal-Ġustizzja.” (paragrafu 7.23);

2.   

Jilqa’ pożittivament il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri stimat li, abbażi tax-xogħol tal-awditjar tagħha, il-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 għan-nefqa amministrattiva u nefqa oħra tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali; ir-rata ta’ żball l-aktar probabbli hija valutata, fis-settur “nefqa amministrattiva” ġeneralment għal 0,4 % (paragrafi 7.9 u 7.10);

3.   

Iqis li fl-2010, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha approprjazzjonijiet għall-impenji li ammontaw għal total ta’ EUR 331 000 000 (EUR 318 000 000 fl-2009), u li r-rata ta’ implimentazzjoni ta’ dawn l-approprjazzjonijiet kienet 97,9 % (98,5 % fl-2009); jenfasizza li l-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa purament amministrattiv, u jonfoq 75 % għall-persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni u 25 % għall-bini, l-għamara, it-tagħmir u n-nefqiet varji għall-operat amministrattiv;

4.   

Ifakkar li fl-2009, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet sottoposta għal valutazzjoni bir-reqqa tas-sistemi ta’ kontroll u ta’ sorveljanza; jenfasizza li l-Qorti tal-Awdituri kkonstatat li s-sistemi ta’ kontroll u ta’ sorveljanza eżistenti ħadmu b’mod effikaċi biex jidentifikaw l-iżbalji u l-eċċezzjonijiet possibbli;

5.   

Ifakkar ukoll li l-Qorti tal-Awdituri osservat, fl-2009, li l-Qorti tal-Ġustizzja ma pprevedietx l-iskadenza ta’ kuntratt qafas; jinnota l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rapport annwali ta’ attività tagħha tal-2010 (6) dwar il-legalità tal-proċedura magħżula; josserva li t-tisħiħ tal-ġestjoni tal-data dwar il-kuntratti fis-sistema integrata ta’ ġestjoni SAP (strument ta’ ġestjoni baġitarja u finanzjarja) għandu jippermetti li tiġi evitat sitwazzjoni simili fil-ġejjieni;

6.   

Jinnota b’sodisfazzjon li d-direttorat tal-interpretazzjoni implimentat ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditur intern dwar il-ġestjoni tal-interpretazzjoni u tal-infiq relatat mal-interpreti esterni u li l-funzjonament tajjeb se jkun sottopost għal verifika ulterjuri;

7.   

Jieħu nota tal-fatt li d-Direttorat Ġenerali tal-Infrastruttura stabbilixxa pjan ta’ azzjoni fl-2009 biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-awditur intern dwar il-ġestjoni u l-konservazzjoni tal-opri tal-arti; jixtieq jinżamm infurmat bil-progress milħuq fir-rapport annwali ta’ attività 2011;

8.   

Jieħu nota tal-fatt li s-servizz kompetenti wettaq żewġ eżerċizzji ta’ awditjar interni dwar il-ġestjoni tal-likwidità, tal-kontijiet bankarji u tal-implimentazzjoni tal-pagamenti kif ukoll dwar il-gratifiki per diem; jixtieq jinżamm infurmat bl-istabbiliment tar-rakkomandazzjonijiet fil-qafas tar-rapport annwali ta’ attività;

9.   

Jifraħ li l-iżvilupp tal-applikazzjoni “e-Curia”, li tippermetti l-preżentazzjoni u n-notifika tal-atti proċedurali b’mezz elettroniku, jiġifieri li daħlet f’fażi ta’ prova fl-2010, ma’ żewġ Stati Membri; l-applikazzjoni “e-Curia” sejra tippermetti, maż-żmien, it-tneħħija ta’ parti kbira ta’ skambju ta’ korrispondenza, id-diġitalizzazzjoni tal-atti proċedurali deħlin u ħerġin u l-ottimizzazzjoni tal-flussi ta’ xogħol interni;

10.   

Jinnota b’sodisfazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat il-kwistjoni tal-interpretazzjoni fir-rapport annwali ta’ attività tagħha tal-2010 kif kien talab il-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (7) dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009 (paragrafu 14); jinnota żieda konsiderevoli fl-għadd ta’ seduti (+ 27 %), marbuta prinċipalment mat-tkabbir u mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona:

Għadd ta’ seduti  (8)

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

smigħ

350

411

366

369

517

454

520

laqgħat oħra

63

51

78

54

30

37

102

total ta’ seduti

413

462

444

423

547

491

622

11.   

Jenfasizza, fil-kuntest tal-ġestjoni u tar-reklutaġġ tal-interpreti, l-importanza tal-kooperazzjoni interistituzzjonali;

12.   

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Ġustizzja ressqet lill-awtoritajiet baġitarji, f’April 2011, pjan aġġornat ta’ investimenti immobiljari 2011-2013, immexxi minn żewġ objettivi prinċipali: minn naħa, li titlaqqa’ t-totalità tas-servizzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f’post uniku u, min-naħa l-oħra, li ssir sid il-bini; josserva li l-kost tal-kostruzzjoni huwa stmat madwar EUR 355 300 000 li minnu għad iridu jiġu kkonsolidati madwar EUR 40 000 000 fi tmiem l-2010;

13.   

Jinsab sodisfatt li l-istatistika ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-sena 2010 tidentifika, b’mod globali, produttività qawwija u titjib tal-effikaċja f’dak li għandu x’jaqsam maż-żmien tal-proċeduri: 16,1 xhur għar-rinviji għal deċiżjoni preliminari, 16,7 xhur għar-rikorsi diretti (meta mqabbla ma’ 17,1 xhur fl-2009), 14,3 xhur għall-appelli (meta mqabbla ma’ 15,4 xhur fl-2009);

14.   

Jawspika li jkun jista’ jara kontinwazzjoni ulterjuri tat-tendenza ta’ tnaqqis fit-tul ta’ żmien tal-proċeduri; iqis, f’dan ir-rigward, li r-riorganizzazzjoni interna u r-riassenjazzjoni tal-persunal speċjalizzat fil-qasam ta’ kompetenza tagħhom tista’ tkun ta’ benefiċċju għal dan l-objettiv;

15.   

Jinsab inkwetat biż-żieda qawwija tal-għadd ta’ kawżi ġodda (631 fl-2010) quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li, fl-istess ħin, l-għadd ta’ kawżi magħluqa baqa’ stabbli; jikkonstata wkoll li l-għadd ta’ kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tela’ għal 799 għas-sena inkwistjoni u dan minkejja li t-tul ta’ żmien medju tal-proċeduri jinsab fil-livell l-aktar baxx, jiġifieri 16,1 xhur għal kull proċedura:

Attivitajiet ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja  (9)

kawżi

2006

2007

2008

2009

2010

ġodda

537

581

593

562

631

magħluqa

546

570

567

588

574

pendenti

731

742

768

742

799

16.   

Josserva bi tħassib iż-żieda qawwija tal-għadd ta’ kawżi ġodda (636 fl-2010) quddiem it-Tribunal; jikkonstata li l-għadd ta’ kawżi magħluqa qiegħed kemxejn jonqos; madankollu, l-għadd ta’ kawżi pendenti quddiem it-Tribunal laħaq 1 300, u dan minkejja t-tnaqqis tat-tul ta’ żmien medju ta’ proċedura (27,2 xhur fl-2009; 24,7 xhur fl-2010);

Attivitajiet ġenerali tat-Tribunal  (10)

kawżi

2006

2007

2008

2009

2010

ġodda

432

522

629

568

636

magħluqa

436

397

605

555

527

pendenti

1 029

1 154

1 178

1 191

1 300

17.   

Jappoġġa, b’hekk, l-inizjattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja li ppreżentat, fl-aħħar ta’ Marzu 2011, liż-żewġ fergħat tal-awtorità leġiżlattiva, proposta ta’ riforma tal-Istatut tagħha (ir-riforma kienet tipprevedi partikolarment il-ħatra ta’ 12-il imħallef ieħor fit-Tribunal); din l-inizjattiva għandha titmexxa bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli ta’ implimentazzjoni; jittama li l-miżuri strutturali se jkunu jistgħu jiġu approvati fil-bidu tal-2012 fid-dawl tal-implimentazzjoni tagħhom malli jkun possibbli fl-istess sena;

18.   

Jispera li r-rapport annwali ta’ attività jipprovdi wkoll tabella eżawrjenti tar-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, imqassma skont il-kategorija, il-grad, is-sess, il-parteċipazzjoni fit-taħriġ professjonali u ċ-ċittadinanza; jifraħ diġà, madankollu, bin-natura eżawrjenti tal-informazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rapport annwali ta’ attività tagħha dwar il-ġestjoni tal-persunal tagħha, kif ukoll bit-tweġiba lill-mistoqsijiet supplimentari tal-Parlament rigward dan is-suġġett; jitlob li din l-informazzjoni, minn issa ‘l quddiem, tkun inkluża awtomatikament fir-rapport tagħha u li tinforma wkoll bir-riżultati tal-użu min-naħa tal-persunal tagħha kemm tat-telexogħol kif ukoll tal-ħinijiet flessibbli.


(1)   ĠU L 64, 12.3.2010.

(2)   ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.

(3)   ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.

(4)   ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.

(5)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  Rapport Annwali ta’ Attività 2010, p. 91.

(7)   ĠU L 250, 27.9.2011, p. 90.

(8)  Rapport Annwali ta’ Attività 2010, p. 54.

(9)  Rapport Annwali ta’ Attività 2010, p. 6.

(10)  Rapport Annwali ta’ Attività 2010, p. 8.