|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/651 |
14.3.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 386/2021
tal-10 ta’ Diċembru 2021
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2024/651]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/356 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFTs) li għandhom jiġu rrapportati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/357 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-aċċess għal dettalji ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFT) miżmuma f’repożitorji tat-tranżazzjonijiet (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/358 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-ġbir, il-verifika, l-aggregazzjoni, il-paragun u l-pubblikazzjoni ta’ data dwar tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFT) minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/359 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u l-estensjoni tar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (4) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/360 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (5) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/363 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti dwar id-dettalji ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 rigward l-użu ta’ kodiċi ta’ rapportar fir-rapportar tal-kuntratti tad-derivati (6) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/364 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jistipula l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni u l-estensjoni tar-reġistrazzjoni għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/365 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar sanzjonijiet, miżuri u investigazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(9) |
Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 31bcb (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012):
|
|
2. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bh (ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2019/356, (UE) 2019/357, (UE) 2019/358, (UE) 2019/359, (UE) 2019/360 u r-regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/363, (UE) 2019/364, (UE) 2019/365 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 385/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021 (9), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Rolf Einar FIFE
(2) ĠU L 81, 22.3.2019, p. 22.
(3) ĠU L 81, 22.3.2019, p. 30.
(4) ĠU L 81, 22.3.2019, p. 45.
(5) ĠU L 81, 22.3.2019, p. 58.
(6) ĠU L 81, 22.3.2019, p. 85.
(7) ĠU L 81, 22.3.2019, p. 125.
(8) ĠU L 81, 22.3.2019, p. 128.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(9) ĠU L, 2024/650, 14.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/650/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/651/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)