<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑433/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013TJ0433</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:255">EU:T:2015:255</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20150505">5.5.2015</DATE> — KAWŻA T‑433/13</P><P>PETROPARS IRAN <HT TYPE="ITALIC">ET</HT> vs IL-KUNSILL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20150505">5 ta’ Mejju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Politika barranija u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Żball ta’ evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni ta’ illegalità</KEYWORD><KEYWORD>Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għall-proprjetà</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-saħħa pubblika, tas-sigurtà u tal-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ prekawzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑433/13,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Petropars Iran Co</HT>., stabbilita f’Kish Island (l-Iran),</P><P><HT TYPE="BOLD">Petropars Oilfields Services Co</HT>., stabbilita f’Kish Island,</P><P><HT TYPE="BOLD">Petropars Aria Kish Operation and Management Co</HT>., stabbilita f’Teheran (l‑Iran),</P><P><HT TYPE="BOLD">Petropars Resources Engineering Kish Co</HT>., stabbilita f’Teheran,</P><P>irrappreżentati minn S. Zaiwalla, P. Reddy, Z. Burbeza, solicitors, R. Blakeley, G. Beck, barristers, u M. Brindle, QC,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn V. Piessevaux u M. Bishop, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett, minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-<DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2013">ĠU L 156, p. 10</REF.DOC.OJ>), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas‑<DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2013">ĠU L 156, p. 3</REF.DOC.OJ>), u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, Nru 2010/413, tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2010">ĠU L 195, p. 39</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-<DATE ISO="20120323">23 ta’ Marzu 2012</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="088" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 88, p. 1</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Jaeger, President, M. van der Woude (Relatur) u E. Buttigieg, Imħallfin,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: C. Kristensen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Petropars Iran Co. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>PPI<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), Petropars Oilfields Services Co. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>POSCO<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), Petropars Aria Kish Operation and Management Co. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>POMC<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u Petropars Resources Engineering Kish Co. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>PRE<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), huma kumpanniji Iranjani li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fis-setturi taż-żejt, tal-gass u tal-petrokimika.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din il-kawża taqa’ fil-kuntest ta’ miżuri restrittivi stabbiliti bil-għan li ssir pressjoni fuq ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran sabiex jintemmu l-attivitajiet nukleari li jippreżentaw riskju ta’ proliferazzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi nukleari.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20100609">9 ta’ Ġunju 2010</DATE>, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kunsill tas-Sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) adotta r-Riżoluzzjoni 1929 (2010) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>UNSCR 1929 (2010)<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), maħsuba sabiex testendi l-portata tal-miżuri restrittivi stabbiliti bir-Riżoluzzjonijiet 1737 (2006), 1747 (2007), u 1803 (2008) u sabiex tistabbilixxi miżuri restrittivi addizzjonali kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20100617">17 ta’ Ġunju 2010</DATE>, il-Kunsill Ewropew enfasizza t-tħassib iktar u iktar profond tiegħu dwar il-programm nukleari tal-Iran u s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-adozzjoni tal-UNSCR 1929 (2010). Il-Kunsill Ewropew, filwaqt li fakkar id-dikjarazzjoni tiegħu tal-<DATE ISO="20091211">11 ta’ Diċembru 2009</DATE>, stieden lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropa sabiex jadotta l-miżuri li jimplementaw dawk li jinsabu fil-UNSCR 1929 (2010) kif ukoll il-miżuri li jakkumpanjawhom, bil-ħsieb li jiġi indirizzat, permezz ta’ negozjati, it-tħassib pendenti kollu rigward l-iżvilupp mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran ta’ teknoloġiji sensittivi b’appoġġ għall-programmi nukleari u dak missilistiku tiegħu. Dawn il-miżuri għandhom jiffukaw fuq is-settur tal-kummerċ, is-settur finanzjarju, is-settur tat-trasport tal-Iran u s-setturi prinċipali fl-industrija taż-żejt u l-gass, kif ukoll deżinjazzjonijiet addizzjonali, b’mod partikolari l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2010">ĠU L 195, p. 39</REF.DOC.OJ>), li l-Anness II tagħha jelenka l-persuni u l-entitajiet — minbarra dawk indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit permezz tar-Riżoluzzjoni 1737 (2006), imsemmija fl-Anness I — li l-assi tagħhom huma ffriżati. Il-premessa 22 tal-imsemmija deċiżjoni tagħmel riferiment għall-UNSCR 1929 (2010) u ssemmi li din ir-riżoluzzjoni tirrileva r-rabta potenzjali bejn id-dħul tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran mis-settur tagħha tal-enerġija u l-finanzjament tal-attivitajiet nukleari tagħha li jagħtu lok għal riskju ta’ proliferazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120123">23 ta’ Jannar 2012</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/35/PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="019" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2012">ĠU L 19, p. 22</REF.DOC.OJ>). Skont il-premessa 13 ta’ din id-deċiżjoni, ir-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi għandhom jiġu applikati għal iktar persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran u li jippermettulu jkompli b’attivitajiet nukleari li jippreżentaw riskju ta’ proliferazzjoni jew l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ konsenja ta’ armi nukleari, b’mod partikolari l-persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju, loġistiku jew materjali lill-Gvern tal-Iran.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(7)(a)(ii) tad-Deċiżjoni 2012/35 żied il-punt li ġej mal-Artikolu 20(1) tad-Deċiżjoni 2010/413, li jipprevedi l-iffriżar ta’ fondi li huma l-proprjetà tal-persuni u l-entitajiet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>c)</NO.P><TXT>persuni jew entitajiet oħra mhumiex koperti mill-Anness I li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran, u persuni u entitajiet assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness II.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Konsegwentement, fit-<DATE ISO="20120323">23 ta’ Marzu 2012</DATE>, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="088" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 88, p. 1</REF.DOC.OJ>). Sabiex jiġi implementat l-Artikolu 1(7)(a)(ii) tad-Deċiżjoni 2012/35, l-Artikolu 23(2) ta’ dan ir-regolament jipprevedi l-iffriżar ta’ fondi tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi elenkati fl-Anness IX tiegħu, li ġew identifikati li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>d)</NO.P><TXT>huma persuni, entitajiet jew korpi oħrajn li jipprovdu appoġġ, bħal appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju, lill-Gvern tal-Iran, u lill-persuni, u entitajiet assoċjati magħhom.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20121015">15 ta’ Ottubru 2012</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/635/PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="282" PAGE.FIRST="58" DATE.PUB="2012">ĠU L 282, p. 58</REF.DOC.OJ>). Skont il-premessa 16 ta’ din id-deċiżjoni, għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet oħra fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, b’mod partikolari l-entitajiet tal-Istat tal-Iran li huma involuti fis-settur taż-żejt u tal-gass, minħabba li dawn jipprovdu sors ta’ dħul sostanzjali għall-Gvern tal-Iran.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(8)(a) tad-Deċiżjoni 2012/635 emenda l-Artikolu20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413, li jipprevedi konsegwentement li dawn għandhom ikunu suġġetti għal miżuri restrittivi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>c)</NO.P><TXT>persuni jew entitajiet oħra mhux koperti mill-Anness I li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran u entitajiet ta’ proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew li huwa assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness II.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2012/635 inkluda, fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, l-ismijiet tal-entità bl-isem National Iranian Oil Co. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>NIOC<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), peress li din l-entità, li hija proprjetà tal-Istat tal-Iran u amministrata minnu, kienet tipprovdi riżorsi finanzjarji lill-Gvern tal-Iran, kif ukoll tal-entità bl-isem Naftiran Intertrade Co. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>NICO<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), entità li hija proprjetà sa 100 % ta’ NIOC, u tal-entità bl-isem Petropars Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>PPL<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), sussidjarja ta’ NICO.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Konsegwentement, fl-istess ġurnata, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 945/2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="282" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2012">ĠU L 282, p. 16</REF.DOC.OJ>). L-Artikolu 1 tal-imsemmi regolament ta’ implementazzjoni inkluda l-ismijiet tal-entitajiet bl-isem NIOC, NICO u PPL fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012 rispettivament għall-istess raġunijiet bħal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni 2012/635.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20121221">21 ta’ Diċembru 2012</DATE>, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1263/2012, li jemenda r-Regolament Nru 267/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="356" PAGE.FIRST="34" DATE.PUB="2012">ĠU L 356, p. 34</REF.DOC.OJ>). L-Artikolu 1(11) ta’ dan ir-regolament emenda l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012, li jipprevedi ukoll l-iffirżar tal-fondi tal-persuni, l-entitajiet u l-organi elenkati fl-Anness IX tiegħu, li ġew irrikonoxxuti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>d)</NO.P><TXT>li huma persuni, entitajiet jew korpi oħrajn li jipprovdu appoġġ, bħal appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju, lill-Gvern tal-Iran, u l-entitajiet li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, u persuni, u entitajiet assoċjati magħhom.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/270/PESK. li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2013">ĠU L 156, p. 10</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>). L-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni inkluda l-ismijiet tar-rikorrenti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, li tinkludi l-lista tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[p]ersuni u [ta’] entitajiet involuti f’attivitajiet nukleari jew relatati ma’ [missili] ballistiċi u persuni u [ta’] entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern [Iranjan]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Konsegwentement, fl-istess ġurnata, il-Kunsill adotta r-Regolament li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 522/2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2013">ĠU L 156, p. 3</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ir-regolament ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>). L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament inkluda l-ismijiet tar-rikorrenti fit-tabella tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, li tinkludi l-lista tal-ismijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>[p]ersuni u [tal-] entitajiet involuti f’attivitajiet nukleari jew relatati ma’ [missili] ballistiċi u [tal-] persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern [Iranjan]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>PPI ġiet inkluża fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 kif ukoll fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012 (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>listi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) permezz tad-deċiżjoni u tar-regolament ikkontestati (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>atti kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) peress li din kienet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>sussidjarja tal-entità bl-isem Petropars Ltd<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Fir-rigward tat-tliet rikorrenti l-oħra, il-Kunsill adotta r-raġunijiet li ġejjin: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>sussidjarja tal-entità bl-isem [PPI]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-atti kkontestati ġew ikkomunikati lir-rikorrenti bl-ittri tal-<DATE ISO="20130610">10 ta’ Ġunju 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>B’ittra tas-<DATE ISO="20130807">7 ta’ Awwissu 2013</DATE>, ir-rikorrenti kkontestaw il-miżuri restrittivi adottati fil-konfront tagħhom u talbu lill-Kunsill li jispeċifika l-bażi legali tal-inklużjoni rispettiva tagħhom, li jippreżenta r-raġunijiet li ġġustifikaw din l-inklużjoni, li jipprovdi kopji tal-informazzjoni u l-provi kollha li huwa bbaża ruħu fuqhom sabiex jadotta l-atti kkontestati kif ukoll tad-dokumenti kollha li jinsabu fil-fajl tiegħu. Barra minn hekk, huwa enfasizzat f’din l-ittra li l-imsemmija atti ġew innotifikati biss lil PPI.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130812">12 ta’ Awwissu 2013</DATE>, il-Kunsill ikkonferma li kien irċieva l-ittra tar-rikorrenti tas-<DATE ISO="20130807">7 ta’ Awwissu 2013</DATE> u indika li din l-ittra kienet qiegħda tiġi eżaminata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20130820">20 ta’ Awwissu 2013</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress illi kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali u l-Imħallef Relatur ġie assenjat lis-Seba’ Awla, din il-kawża ġiet għalhekk assenjata lil din l-Awla.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla l-atti kkontestati, sa fejn dawn jikkonċernahom;</P></ITEM><ITEM><P>tiddikjara l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413 u l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 inapplikabbli fil-konfront tagħhom;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara r-rikors infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li żewġ membri tal-Awla ma setgħux jassumu posthom, il-President tal-Qorti Ġenerali ħatar, skont l-Artikolu 32(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, imħallef ieħor sabiex jikkompleta l-Awla.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali għad-deżinjazzjoni tar-rikorrenti. It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni. It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413 u tal-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 jekk dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedu s-sussidjarji ta’ entitajiet inklużi. Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tal-proprjetà, tad-dritt għall-eżerċizzju ta’ attività kummerċjali, tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-ambjent kif ukoll tal-valuri umanitarji tal-Unjoni Ewropea u, fi kwalunkwe każ, tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ prekawzjoni. Il-ħames motiv, invokat sussidjarjament, huwa bbażat fuq l-assenza ta’ notifika fir-rigward ta’ żewġ rikorrenti u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, ir-rikorrenti rrinunzjaw milli jinvokaw it-tielet motiv tagħhom, u ta’ dan ittieħed nota fil-proċess verbali tal-imsemmija seduta. Peress li t-tielet motiv huwa l-uniku motiv imqajjem fir-rikors insostenn tat-tieni kap tat-talbiet, dan tal-aħħar għandu għalhekk jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq l-assenza ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ bażi legali għad-deżinjazzjoni tar-rikorrenti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li l-inklużjoni ta’ isimhom fil-listi ma għandha l-ebda bażi legali. Fl-opinjoni tagħhom, il-fatt li tkun sussidjarja ta’ entità inkluża ma jifformax parti mill-kriterji previsti fl-Artikolu 20(1) tad-Deċiżjoni 2010/413 u lanqas fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-replika tagħhom, ir-rikorrenti jenfasizzaw, qabel xejn, li kien biss fir-risposta li l-Kunsill iġġustifika l-inklużjoni ta’ isimhom fil-listi abbażi tal-fatt li huma kienu proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn NIOC.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrenti jsostnu li l-fatt li tkun sussidjarja ta’ entità ddeżinjata bħala li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan ma jikkostitwixxix raġuni li tippermetti l-inklużjoni ta’ isimhom fil-listi, peress li dan ma jfissirx li din is-sussidjarja hija proprjetà ta’ jew hija kkontrollata minn din l-entità.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-aħħar, ir-rikorrenti jenfasizzaw li l-Kunsill jista’ jinkludi fil-listi l-isem ta’ entità li hija proprjetà jew ikkontrollata minn entità oħra biss jekk din tal-aħħar hija stess inkluża abbażi ta’ kriterju legali marbut mal-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi. Issa, f’dan il-każ, l-ismijiet ta’ PPL u ta’ PPI ma ġewx inklużi fil-listi abbażi ta’ tali kriterju.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li, l-kwistjoni mqajma fil-kuntest tal-ewwel motiv hija dik dwar jekk l-atti kkontestati jippermettux lir-rikorrenti jidentifikaw il-kriterju li jikkostitwixxi l-bażi legali li abbażi tagħha huma ġew inklużi fil-listi. Għaldaqstant, din il-kwistjoni għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-ġurisprudenza marbuta mal-obbligu ta’ motivazzjoni impost fuq il-Kunsill meta dan jadotta miżuri restrittivi. Għalhekk, l-argumenti marbuta mal-legalità fil-mertu tal-atti kkontestati, b’mod partikolari dawk marbuta mal-assenza ta’ kontroll eżerċitat minn PPI fuq is-sussidjarji tagħha u mal-privatizzazzjoni ta’ PPL, ser jiġu eżaminati mat-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward ta’ att li jikkawża preġudizzju, li jikkostitwixxi korollarju għall-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża, għandu l-għan, minn naħa, li jipprovdi lill-persuna kkonċernata indikazzjoni suffiċjenti sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit jekk l-att huwiex fondat jew jekk huwiex eventwalment ivvizzjat b’difett li jippermetti l-kontestazzjoni tal-validità tiegħu quddiem il-qorti tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jippermetti lil din tal-aħħar teżerċita l-istħarriġ tagħha tal-legalità ta’ dak l-att (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, Il-Kunsill vs Bamba, C‑417/11 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-motivazzjoni rikjesta mill-Artikolu 296 TFUE għandha turi b’mod ċar u mingħajr ekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, awtur tal-att, b’tali mod li tippermetti lill-individwi kkonċernati li jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżuri adottati u lill-qorti kompetenti li teżerċita l-istħarriġ tagħha (sentenza Il-Kunsill vs Bamba, punt 32 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50). Għaldaqstant, bħala regola ġenerali, il-motivazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-persuna kkonċernata fl-istess ħin bħall-att li jikkawżalha preġudizzju, u l-assenza ta’ motivazzjoni ma tistax tiġi rregolarizzata mill-fatt li l-persuna kkonċernata ssir taf il-motivi tal-att matul il-proċedura quddiem il-qorti tal-Unjoni (sentenza tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Organisation des Modjahedines du peuple d’Iran vs Il-Kunsill, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>OMPI I<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, T‑228/02, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:384">EU:T:2006:384</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 139).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Sussegwentement, f’dak li jirrigwarda l-miżuri restrittivi adottati fil-qafas tal-politika barranija u tas-sigurtà komuni, hemm lok li jiġi enfasizzat li, sa fejn il-persuna kkonċernata ma għandhiex dritt li tinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni inizjali ta’ inklużjoni, l-osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni hija iktar importanti, għaliex hija tikkostitwixxi l-unika garanzija li tippermetti lill-persuna kkonċernata, speċjalment wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, li tagħmel użu effettiv mir-rimedji għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tikkontesta l-legalità tal-imsemmija deċiżjoni (sentenzi Il-Kunsill vs Bamba, punt 32 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51, u OMPI I, punt 33 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:384">EU:T:2006:384</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 140).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-motivazzjoni ta’ att tal-Kunsill li jimponi miżura restrittiva ma għandhiex sempliċiment tidentifika l-bażi legali ta’ din il-miżura, iżda wkoll ir-raġunijiet speċifiċi u konkreti li abbażi tagħhom il-Kunsill ikkunsidra, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, li l-persuna kkonċernata għandha tiġi ssuġġettata għal tali miżura (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi OMPI I, punt 33 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:384">EU:T:2006:384</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 146; u tal-<DATE ISO="20091014">14 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, T‑390/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:401">EU:T:2009:401</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 83, u Il-Kunsill vs Bamba, punt 32 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, il-motivazzjoni għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għall-kuntest li fih ġie adottat. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari tal-kontenut tal-att, tan-natura tal-motivi invokati u tal-interess li jista’ jkollhom id-destinatarji jew persuni oħra kkonċernati direttament jew individwalment mill-att li jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex mitlub li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti kollha, sa fejn in-natura suffiċjenti ta’ motivazzjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl mhux biss tal-formulazzjoni tagħha, iżda anki fid-dawl tal-kuntest tagħha u tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat. B’mod partikolari, att li jikkawża preġudizzju jkun motivat b’mod suffiċjenti jekk jiġi adottat f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata, li permezz tiegħu tkun tista’ tifhem il-portata tal-miżura meħuda fir-rigward tagħha (sentenza Il-Kunsill vs Bamba, punt 32 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 53 u 54; OMPI I, punt 33 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:384">EU:T:2006:384</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 141, u Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, punt 35 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:401">EU:T:2009:401</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 82).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jeħtieġ li jitfakkar li l-isem ta’ PPI ġie inkluż fil-listi minħabba li din kienet sussidjarja tal-entità ddeżinjata PPL, filwaqt li t-tliet rikorrenti l-oħra ġew iddeżinjati, minħabba li kienu sussidjarji ta’ PPI.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li din il-motivazzjoni ma tindikax b’mod espliċitu l-bażi legali tal-atti kkontestati. Madankollu, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 36 iktar ’il fuq, ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat skont iċ-ċirkustanzi tal-każ. Għaldaqstant hemm lok li jiġu eżaminati l-motivi tal-atti kkontestati fid-dawl tal-kliem tagħhom, iżda wkoll tal-kuntest li fih l-imsemmija atti ġew adottati kif ukoll tal-motivi invokati fil-konfront ta’ NIOC u ta’ entitajiet oħra li jiffurmaw parti mill-grupp ikkontrollat minn din il-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, jeħtieġ li jitfakkar li l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413 u l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 jipprevedu l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi tal-entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern Iranjan. Id-dispożizzjonijiet surreferiti jipprevedu wkoll<?PAGE NO="7"?> l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fil-konfront tal-entitajiet li huma proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn entità li tipprovdi appoġġ lill-imsemmi Gvern. Kif jenfasizzaw ir-rikorrenti, għalhekk entità tista’ tiġi inkluża fil-listi abbażi ta’ dan l-aħħar imsemmi kriterju biss jekk il-kumpannija parent tagħha li tkun il-proprjetarja tagħha jew li tikkontrollaha tkun tipprovdi tali appoġġ, fatt li ma huwiex ikkontestat mill-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jeħtieġ li jiġi rrilevat li l-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fil-motivazzjoni tal-inklużjoni tal-isem ta’ kull waħda mir-rikorrenti jippermettu lil dawn tal-aħħar li jifhmu li l-Kunsill kien iddeċieda li jinkludi isimhom fil-listi mhux abbażi ta’ kriterju ta’ inklużjoni li jindirizza l-entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern Iranjan, iżda abbażi ta’ kriterju ta’ inklużjoni maħsub għall-entitajiet li huma proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn entità li tipprovdi appoġġ lill-imsemmi Gvern. Fil-fatt, din il-kelma neċessarjament tagħmel riferiment għall-eżistenza ta’ kontroll minn kumpannija parent li jista’ jirriżulta, b’mod partikolari, mill-eżistenza ta’ rabtiet kapitalistiċi bejn din tal-aħħar u s-sussidjarja inkwistjoni. Billi ssemmi li r-rikorrenti huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>sussidjarji<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, il-motivazzjoni tindika għaldaqstant b’mod ċar l-eżistenza ta’ proprjetà jew ta’ kontroll fis-sens tad-Deċiżjoni 20110/413 u tar-Regolament Nru 267/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, ċertament, l-atti kkontestati ma jindikawx b’mod espliċitu liema entità, li isimha ġie inkluż fil-listi minħabba appoġġ ipprovdut lill-Gvern Iranjan, hija proprjetarja jew tikkontrolla lir-rikorrenti. Fil-fatt, PPI, il-kumpannija parent tat-tliet rikorrenti l-oħra, ma ġietx inkluża fil-listi peress li hija tipprovdi appoġġ lill-imsemmi Gvern, iżda peress li hija kienet sussidjarja ta’ PPL, li isimha kien inkluż fil-listi minħabba li hija kienet sussidjarja ta’ NICO.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, fid-dawl tal-kuntest li fih saru l-atti kkontestati u, b’mod partikolari, tal-inklużjoni tal-isem ta’ NIOC fil-listi kif ukoll ta’ dik tal-ismijiet tal-entitajiet l-oħra li huma proprjetà jew huma kkontrollati minn din l-entità, hemm lok li jiġi kkunsidrat li r-rikorrenti jistgħu raġonevolment jidentifikaw lil NIOC bħala kumpannija parent li hija l-proprjetarja tagħhom jew li tikkontrollahom u, għaldaqstant, il-bażi legali tal-inklużjoni tagħhom, mingħajr ma jirċievu iktar spjegazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, jeħtieġ li jiġi rrilevat li l-listi li fihom ġew inklużi r-rikorrenti, riprodotti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 u fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, isemmu l-ismijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>[p]ersuni u [ta’] entitajiet involuti f’attivitajiet nukleari jew relatati ma’ [missili] ballistiċi u persuni u [ta’] entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern [Iranjan]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Fost dawn tal-aħħar hemm, mhux biss l-isem ta’ NIOC, li l-inklużjoni tagħha hija ġġustifikata mill-fatt li l-imsemmija kumpannija tipprovdi riżorsi finanzjarji lill-imsemmi Gvern, iżda wkoll l-ismijiet ta’ numru kbir ta’ entitajiet li din il-kumpannija hija proprjetarja tagħhom b’mod dirett jew indirett. NIOC għaldaqstant hija fil-quċċata ta’ grupp kbir ta’ kumpanniji u l-katina taż-żamma li torbot lil din il-kumpannija mar-rikorrenti tista’ faċilment tiġi identifikata fid-dawl tal-motivi ta’ inklużjoni tal-entitajiet differenti li jiffurmaw parti minn dan il-grupp.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-inklużjoni fil-listi tal-isem ta’ PPL, identifikata bħala l-kumpannija parent ta’ PPI, minħabba l-fatt li kienet sussidjarja ta’ NICO, li isimha wkoll kien inkluż fil-listi peress li din tal-aħħar kienet sussidjarja ta’ NIOC, kienet tippermetti lil PPI kif ukoll lill-erba’ rikorrenti l-oħra li jifhmu li huma kienu indirizzati mill-miżuri restrittivi minħabba l-fatt li huma kienu indirettament proprjetà ta’, jew ikkontrollati minn NIOC, l-unika entità fi ħdan il-grupp li isimha ġie inkluż fil-listi minħabba l-provvista ta’ appoġġ lill-Gvern Iranjan, kif previst mill-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413 kif ukoll mill-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012. Għaldaqstant, eżaminata fid-dawl ta’ dawn il-listi, il-motivazzjoni tal-atti kkontestati tippermetti lir-rikorrenti li jidentifikaw il-kriterju previst fid-dispożizzjonijiet surreferiti li ntuża bħala bażi legali għall-inklużjoni ta’ isimhom fil-listi.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hemm lok li jiġi kkunsidrat li, peress li jiffurmaw parti mill-grupp ikkontrollat minn NIOC, ir-rikorrenti kellu jkollhom konoxxenza tal-miżuri restrittivi adottati fil-konfront ta’ entitajiet oħra li jifformaw parti minn dan il-grupp u setgħu għaldaqstant jifhmu li, bħal dawn l-entitajiet l-oħra, l-inklużjoni ta’ isimhom fil-listi kienet iġġustifikata fid-dawl tar-rabtiet ta’ żamma u ta’ kontroll li jeżistu bejniethom u NIOC.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, mill-kontenut tar-rikors jirriżulta li, waqt l-adozzjoni tal-atti kkontestati, ir-rikorrenti kellhom l-informazzjoni neċessarja sabiex jifhmu r-raġunijiet għall-inklużjoni ta’ isimhom fil-listi u, għaldaqstant, li jidentifikaw il-bażi legali għal din l-inklużjoni. Fil-fatt, fir-rikors ġiet riprodotta skema li tindika b’mod ċar il-kriterju li jiġġustifika l-inklużjoni ta’ NIOC, jiġifieri l-kriterju ta’ inklużjoni li jikkonċerna l-entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern Iranjan, kif ukoll il-katina taż-żamma li torbot lil din tal-aħħar ma’ kull waħda mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, jeħtieġ li jiġi konkluż li, minkejja li suċċinta u li ma tispeċifikax l-elementi rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ dritt, il-motivazzjoni tal-atti kkontestati madankollu tippermetti lir-rikorrenti li jidentifikaw il-kriterju previst fl-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413 kif ukoll fl-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 li serva bħala bażi legali għall-inklużjoni ta’ isimhom fil-listi. Fil-fatt, minn naħa, l-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jindika b’mod ċar li l-inklużjoni tar-rikorrenti hija bbażata fuq il-kriterju ta’ inklużjoni li jikkonċerna l-entitajiet miżmuma jew ikkontrollati minn entità li tipprovdi appoġġ lill-imsemmi Gvern, u, min-naħa l-oħra, il-kuntest li fih l-atti kkontestati ġew adottati jippermetti li tiġi identifikata l-entità inkwistjoni li, skont il-Kunsill, iżżommhom jew tikkontrollahom, jiġifieri NIOC, li l-inklużjoni ta’ isimha, magħrufa mir-rikorrenti, kienet ibbażata fuq il-kriterju ta’ inklużjoni li jikkonċerna l-entitajiet li jipprovdu appoġġ lil dan il-Gvern, kif previst mid-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dak li ntqal, jeħtieġ li l-ewwel motiv jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li l-Kunsill wettaq żball ta’ evalwazzjoni billi kkunsidra li l-kriterju ta’ inklużjoni previst fl-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2010/413 kif ukoll l-Artikolu 23(3)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 kien issodisfatt.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li POSCO, POMC u PRE ma huma miżmuma b’titolu ta’ proprjetà biss sa 97 %, sa 48 % u sa 49 % rispettivament minn PPI, b’tali mod li ma jistax jiġi preżunt li POSCO, POMC u PRE huma proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn PPI.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jenfasizzaw li minn Marzu 2012, PPL ma għadhiex tinżamm minn NIOC jew minn NICO, peress li l-kapital azzjonarju kollu ta’ din l-ewwel kumpannija ġie ttrasferit lejn il-fondi tal-pensjoni nazzjonali Iranjana u lejn l-organu ta’ sigurtà soċjali. Għaldaqstant, huma jikkunsidraw li ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala miżmuma jew ikkontrollati minn NIOC fil-mument tal-inklużjoni ta’ isimhom fil-listi fin-nuqqas ta’ provi oħra mressqa mill-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Preliminarjament, hemm lok li jiġi enfasizzat li r-rikorrenti jsemmu fil-qasir ħafna fir-rikors li PPL, il-kumpannija parent ta’ PPI, hija indipendenti mill-entitajiet li jinsabu ’il fuq minnha, jiġifieri NICO u NIOC, mingħajr ma jipprovdu ebda preċiżjoni f’dan ir-rigward. Kien biss fir-replika li r-rikorrenti bbażaw ruħhom fuq dan it-trasferiment ta’ proprjetà sabiex juru li ma kinux iktar jinżammu minn NIOC waqt l-inklużjoni ta’ isimhom fil-listi.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-kontroreplika, il-Kunsill isostni li l-argument tar-rikorrenti li PPL ma kienx għadu jifforma parti mill-grupp ikkontrollat minn NIOC jikkontradixxi l-kontenut tar-rikors.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jitfakkar li mid-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 44(1)(ċ) u tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura jirriżulta li r-rikors għandu jindika s-suġġett tal-kawża u għandu jkollu sunt tal-motivi mressqa u li ma huwiex permess li jitressqu motivi ġodda fil-mori tal-kawża sakemm dawn il-motivi ma jkunux ibbażati fuq elementi ta’ liġi u ta’ fatt li joħorġu matul il-proċedura. Madankollu, motiv li jikkostitwixxi ripetizzjoni ta’ motiv imsemmi preċedentement, direttament jew impliċitament, fir-rikors promotur u li jkollu rabta mill-qrib miegħu għandu jiġi ddikjarat ammissibbli (sentenza tal-<DATE ISO="19900920">20 ta’ Settembru 1990</DATE>, Hanning vs Il-Parlament, T-37/89, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1990:49">EU:T:1990:49</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38). Rekwiżiti simili huma meħtieġa meta lment jiġi invokat insostenn ta’ motiv (ara, pereżempju, is-sentenza tal-<DATE ISO="19980514">14 ta’ Mejju 1998</DATE>, Mo Och Domsjö vs Il-Kummissjoni, T‑352/94, Ġabra <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:103">EU:T:1998:103</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 333).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-argument żviluppat mir-rikorrenti fir-replika, li jikkontesta ż-żamma ta’ PPL minn NICO, ma huwa bbażat fuq l-ebda element ġdid li ġie rrilevat matul il-proċedura. Barra minn hekk, dan l-argument ma jistax jiġi kkunsidrat bħala żvilupp ta’ lment imsemmi preċedentement fir-rikors sa fejn dan bl-ebda mod ma jikkorrispondi mal-fatti ppreżentati mir-rikorrenti waqt il-preżentata tar-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, fir-rikors, ir-rikorrenti irriproduċew skema tal-istruttura ġerarkika tal-grupp ta’ kontroll minn NIOC li skontha din tal-aħħar kienet iżżomm integralment il-kapital azzjonarju ta’ NICO, li min-naħa tagħha, kienet iżżomm 100 % tal-kapital azzjonarju ta’ PPL, li kienet iżżomm il-kapital azzjonarju kollu ta’ PPI, li kienet iżżomm il-kapital azzjonarju tar-rikorrenti l-oħra, li jammonta għal 97 % fil-każ ta’ POSCO, għal 48 % fil-każ ta’ POMC u għal 49 % fil-każ ta’ PRE. Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-katina ta’ żamma kif deskritta ma tippreżenta l-ebda punt ta’ ksur fir-rabtiet ta’ żamma li jgħaqqdu lir-rikorrenti ma’ NIOC.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti, fl-ebda mument ma jsemmu fir-rikors li r-rabtiet eżistenti bejniethom u NIOC inkisru f’Marzu 2012, iżda jsostnu biss li dawn ir-rabtiet huma wisq fil-bogħod sabiex jissodisfaw il-kriterju ta’ inklużjoni previst fl-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2010/413 u fl-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rikors, meta r-rikorrenti jsemmu li l-isem ta’ PPL ġie inkluż fil-listi minħabba li kienet sussidjarja ta’ NICO, ma tressaq l-ebda argument sabiex jiġi kkontestat dan il-motiv. Għall-kuntrarju, ir-rikorrenti jibbażaw ruħhom fuq dan il-fatt sabiex isostnu l-argument tagħhom li huma ma setgħux jiġu kkunsidrati bħala entitajiet marbuta ma’ entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan, peress li l-isem tal-kumpannija parent rispettiva tagħhom ma kienx inkluż fil-listi minħabba l-provvista ta’ tali appoġġ, iżda bħala entità li tinżamm jew li hija kkontrollata minn entità li tipprovdi dan l-appoġġ.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li tinċaħad bħala infondata l-allegazzjoni li PPL ma tifformax iktar parti mill-grupp ikkontrollat minn NIOC minn Marzu 2012 u li tiġi eżaminata l-fondatezza tal-atti kkontestati unikament fir-rigward tal-katina ta’ żamma kif deskritta fil-punt 56 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Prinċipalment, jeħtieġ li jitfakkar li l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea teżiġi b’mod partikolari li, bħala parti mill-istħarriġ tal-legalità tal-motivi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni li jiġi inkluż jew li jinżamm l-isem ta’ persuna speċifika fil-listi, il-qorti tal-Unjoni għandha tiżgura ruħha li din id-deċiżjoni tkun bbażata fuq bażi fattwali suffiċjentement solida. Dan jimplika verifika tal-fatti allegati fl-espożizzjoni tal-motivi li huma l-bażi tal-imsemmija deċiżjoni, b’mod li l-istħarriġ ġudizzjarju ma jkunx limitat għall-evalwazzjoni tal-verosimiljanzja b’mod astratt tal-motivi invokati, iżda jirrigwarda l-punt jekk dawn il-motivi, jew, għall-inqas wieħed minnhom ikkunsidrat bħala suffiċjenti fih innifsu sabiex isostni din l-istess deċiżjoni, humiex sostnuti (sentenza tat-<DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Kadi II<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 119).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Hija l-awtorità kompetenti tal-Unjoni li għandha, fil-każ ta’ kontestazzjoni, tistabbilixxi l-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuna kkonċernata, u mhux din tal-aħħar li tipproduċi l-prova negattiva tal-assenza ta’ fondatezza tal-imsemmija motivi. Huwa importanti madankollu li l-informazzjoni jew<?PAGE NO="10"?> l-elementi prodotti jsostnu r-raġunijiet meqjusa kontra l-persuna kkonċernata. Jekk dawn l-elementi ma jippermettux li tiġi kkonstatata l-fondatezza ta’ motiv, il-qorti tal-Unjoni għandha tiċħdu bħala appoġġ għad-deċiżjoni ta’ inklużjoni jew ta’ żamma tal-inklużjoni inkwistjoni (sentenza Kadi II, punt 60 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 121 sa 123).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Sussegwentement, skont il-ġurisprudenza, meta l-fondi ta’ entità rikonoxxuta bħala li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan jiġu ffriżati, ikun hemm riskju kunsiderevoli li din tal-aħħar teżerċita pressjoni fuq l-entitajiet li huma proprjetà tagħha jew li hija tikkontrolla jew li jappartjenu lilha, sabiex tevita l-effett tal-miżuri li jindirizzaw lilha. Konsegwentement, l-iffriżar tal-fondi ta’ dawn l-entitajiet impost mill-Kunsill permezz tal-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2010/413 u mill-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012, huwa neċessarju u xieraq sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-miżuri adottati u sabiex jiġi ggarantit li dawn il-miżuri ma jkunux evitati (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="20120313">13 ta’ Marzu 2012</DATE>, Melli Bank vs Il-Kunsill, C‑380/09 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:137">EU:C:2012:137</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 39 u 58).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għaldaqstant, waqt l-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, il-Kunsill għandu jwettaq evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi tal-każ sabiex jiddetermina liema entitajiet għandhom il-kwalità ta’ entitajiet miżmuma jew ikkontrollati. Għall-kuntrarju, in-natura tal-attività tal-entità kkonċernata u l-assenza eventwali ta’ rabta bejn din l-attività u l-provvista ta’ appoġġ lill-Gvern Iranjan ma humiex kriterji rilevanti f’dan il-kuntest, peress li l-adozzjoni ta’ miżura ta’ ffriżar tal-fondi li tikkonċerna l-entità miżmuma jew ikkontrollata ma hijiex immotivata mill-fatt li hija tipprovdi hija stess direttament appoġġ lill-imsemmi Gvern (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Melli Bank vs Il-Kunsill, punt 62 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:137">EU:C:2012:137</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 40 sa 42).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fl-aħħar, dejjem skont il-ġurisprudenza, meta l-kapital azzjonarju ta’ entità jkun miżmum integralment minn entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan, il-kriterju ta’ inklużjoni previst fl-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 22010/413 kif ukoll l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 ikun issodisfatt (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Melli Bank vs Il-Kunsill, punt 62 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:137">EU:C:2012:137</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 79).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kunsill ikkunsidra li, peress li NIOC kienet iżżomm 100 % tal-kapital azzjonarju ta’ NICO, li kienet iżżomm min-naħa tagħha 100 % tal-kapital azzjonarju ta’ PPL, li kienet iżżomm min-naħa tagħha l-kapital azzjonarju kollu ta’ PPI, li kienet iżżomm il-kapital azzjonarju tar-rikorrenti l-oħra, fil-perċentwal ta’ 97 % fil-każ ta’ POSCO, 48 % fil-każ ta’ POMC u 49 % fil-każ ta’ PRE, kull waħda mir-rikorrenti kellha tiġi kkunsidrata bħala miżmuma jew ikkontrollata minn NIOC fis-sens tal-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2010/413 u tal-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Għalhekk, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk, fid-dawl ta’ din il-katina taż-żamma, u għal kull waħda mir-rikorrenti, il-Kunsill wettaqx żball ta’ evalwazzjoni meta kkunsidra li l-kriterju ta’ inklużjoni li jirrigwarda l-entitajiet miżmuma minn entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan kien issodisfatt.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward ta’ PPI, li hija sussidjarja ta’ NIOC, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-Kunsill ma wettaqx żball ta’ evalwazzjoni meta inkluda l-isem ta’ din l-entità fil-listi.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 64 iktar ’il fuq, iż-żamma integrali tal-kapital azzjonarju ta’ entità minn entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan timplika, waħidha, li l-kriterju ta’ inklużjoni previst fl-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2010/413 kif ukoll fl-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 huwa ssodisfatt. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, li fih hemm inkluża wkoll il-kwistjoni tar-rapporti bejn sussidjarja u l-kumpannija parent tagħha, il-preżenza ta’ kumpanniji intermedjarji bejn dawn iż-żewġ kumpanniji bl-ebda mod ma taffettwa l-applikazzjoni tal-preżunzjoni konfutabbli li l-kumpannija parent inkwistjoni teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha. Fil-fatt huwa kkunsidrat li tali influwenza tista’ tiġi eżerċitata indirettament, permezz tal-kumpanniji intermedjarji (ara, f’dan<?PAGE NO="11"?> is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20110120">20 ta’ Jannar 2011</DATE>, General Química <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, C‑90/09 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:21">EU:C:2011:21</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 88, u tas-<DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, Shell Petroleum <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, T‑343/06, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:478">EU:T:2012:478</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi kkunsidrat li, meta l-kapital azzjonarju ta’ entità ikun miżmum indirettament minn entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan, il-kriterju ta’ inklużjoni previst fl-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2010/413 kif ukoll fl-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 ikun issodisfatt u dan, indipendentement mill-preżenza u min-numru ta’ kumpanniji intermedjarji bejn din il-kumpannija parent u l-entità miżmuma, sa fejn kull waħda minn dawn l-entitajiet b’hekk preżenti fil-katina taż-żamma tkun miżmuma integralment mill-kumpannija parent diretta u rispettiva tagħha. Fil-fatt, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-entità parent iżżomm kontroll uniku u esklużiv fuq is-sussidjarji kollha tagħha u hija għalhekk f’pożizzjoni, permezz ta’ kumpanniji intermedjarji, li teżerċita pressjoni fuq l-entità li hija żżomm indirettament sabiex tevita l-effett tal-miżuri li jirrigwardawha, li jiġġustifika b’hekk l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fil-konfront ta’ din l-entità miżuma indirettament.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jeħtieġ li jiġi konkluż li l-inklużjoni fil-listi tal-isem ta’ PPI, li l-kapital azzjonarju tagħha kien miżmum 100 % minn PPL, li l-kapital azzjonarju tagħha kien miżmum integralment minn NICO, li l-kapital azzjonarju tagħha kien miżmum 100 % minn NIOC, kienet iġġustifikata fid-dawl tal-kriterju li jirrigwarda l-entitajiet miżmuma jew ikkontrollati minn entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward ta’ POSCO, hemm lok li jitfakkar li kważi l-kapital kollu, jiġifieri 97 %, tal-kapital azzjonarju ta’ din l-entità kien miżmum minn PPI.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni jirriżulta li kumpannija parent hija f’pożizzjoni li teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha meta hija jkollha l-kapital kollu jew anki kważi kollu ta’ din is-sussidjarja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE>, Arkema vs Il-Kummissjoni, T‑168/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:367">EU:T:2009:367</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 71).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi kkunsidrat li, meta t-totalità jew kważi totalità tal-kapital azzjonarju ta’ entità ikun miżmum minn entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan, il-kriterju ta’ inklużjoni previst fl-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413 u fl-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 ikun issodisfatt.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minħabba l-preżenza ta’ tliet kumpanniji intermedjarji bejn NIOC u POSCO u l-fatt li PPI ma hijiex il-proprjetarja esklużiva ta’ POSCO, il-Kunsill ma wettaqx żball ta’ evalwazzjoni billi adotta miżuri restrittivi fil-konfront ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif indikat fil-punti 68 u 69 iktar ’il fuq, in-numru ta’ kumpanniji intermedjarji ma għandux effett fuq il-kapaċità ta’ kumpannija parent li tinfluwenza b’mod rilevanti l-aġir tas-sussidjarja tagħha meta l-kapital azzjonarju ta’ din tal-aħħar kif ukoll dak ta’ kull waħda mill-kumpanniji interposti jkun miżmum integralment mill-imsemmija kumpannija parent. L-istess konklużjoni hija applikabbli meta ż-żamma tal-kapital tas-sussidjarja u tal-imsemmija kumpanniji tkun kawżi totali, bħal f’dan il-każ fejn, permezz ta’ PPI, NIOC kienet iżżomm 97 % tal-kapital azzjonarju ta’ POSCO. Fil-fatt, jista’ raġonevolment jiġi kkunsidrat li, minħabba l-eżistenza ta’ rabtiet ta’ żamma esklużivi jew kważi esklużivi bejn NIOC u PPI, din tal-aħħar tibqa’ suġġetta għal kontroll esklużiv u uniku ta’ din il-kumpannija parent.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi konkluż li l-Kunsill ma wettaqx żball ta’ evalwazzjoni meta kkunsidra li POSCO kienet miżmuma minn NIOC u li jiġi miċħud it-tieni motiv bħala infondat fir-rigward ta’ din ir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward ta’ POMC u ta’ PRE, il-Kunsill isostni li, skont il-ġurisprudenza marbuta mad-dritt tal-kompetizzjoni, il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti ta’ kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha japplika wkoll meta żewġ kumpanniji jkunu f’sitwazzjoni<?PAGE NO="12"?> analoga għal dik li fiha kumpannija żżomm il-kapital azzjonarju kollu tas-sussidjarja tagħha. F’dan il-każ, peress li l-kapital azzjonarju ta’ POMC huwa miżmum konġuntement minn PPI u minn Global O &amp; M Company, sal-perċentwal ta’ 48 % u 47 % rispettivament, u li PRE hija impriża komuni li l-kapital azzjonarju tagħha kien miżmum minn PPI u minn Telford International sal-perċentwal ta’ 49 % u ta’ 47 % rispettivament, il-Kunsill ikkunsidra li l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 64 hija rilevanti u li POMC u PRE għandhom għaldaqstant jiġu kkunsidrati bħala kkontrollati indirettament minn NIOC permezz, b’mod partikolari, ta’ PPI.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, waqt is-seduta, il-Kunsill sostna li, peress li PPI kienet iżżomm perċentwal fil-kapital azzjonarju ta’ POMC ogħla minn dak miżmum minn Global O &amp; M Company u perċentwal fil-kapital azzjonarju ta’ PRE ogħla minn dak miżmum minn Telford International, seta’ jiġi preżunt li din l-entità kellha l-aħħar kelma u setgħet timponi d-deċiżjonijiet tagħha fuq POMC u fuq PRE.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali madankollu tikkunsidra li, f’dan il-każ, fir-rigward ta’ POMC u ta’ PRE, il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti fuqhom mill-kumpannija parent tagħhom ma tistax tapplika.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Fil-fatt, qabel xejn, fir-rigward tal-argument marbut maż-żamma konġunta tal-kapitali azzjonarji ta’ POMC u ta’ PRE, jeħtieġ li jiġi nnutat li, b’mod kuntrarju għal PPI, Global O &amp; M Company u Telford International ma ġewx suġġetti għal miżuri restrittivi. Issa, f’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex fl-interess ta’ dawn l-aħħar żewġ kumpanniji li jgħinu lil PPI teżerċita pressjoni fuq is-sussidjarja komuni tagħhom sabiex jiġi evitat l-effett tal-miżuri restrittivi li jikkonċernaw biss lil din tal-aħħar. Għaldaqstant, ma jistax jiġi kkunsidrat li s-sitwazzjoni hija analoga għal dik li fiha entità waħda tkun iżżomm il-kapital azzjonarju kollu tas-sussidjarja tagħha peress li, f’dan il-każ, l-eżistenza ta’ kontroll konġunt jista’ jipprekludi lil PPI u, konsegwentement lil NIOC, milli teżerċita pressjoni fuq POMC u PRE sabiex tevita l-effett tal-miżuri restrittivi li jikkonċernawha.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Sussegwentement, hemm lok li jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, iż-żamma ta’ 60% tal-kapital azzjonarju ta’ entità ma timplikax, waħidha, li l-kriterju ta’ inklużjoni previst fl-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2010/413 u fl-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 huwa ssodisfatt [sentenza tas-<DATE ISO="20130906">6 ta’ Settembru 2013</DATE>, Persia International Bank vs Il-Kunsill, T‑493/10, Ġabra (Estratti), <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:398">EU:T:2013:398</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 106]. <HT TYPE="ITALIC">A fortiori</HT>, f’dan il-każ, iż-żamma fil-perċentwali ta’ 48 % u ta’ 49 % rispettivament tal-kapital azzjonarju ta’ POMC u ta’ PRE ma hijiex suffiċjenti sabiex waħidha tippermetti, fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 64 iktar ’il fuq, li tiġi ġġustifikata l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi li jikkonċernaw lil dawn l-entitajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Fl-assenza taż-żamma minn PPI tat-totalità jew tal-kawżi totalità tal-kapital azzjonarju ta’ POMC u ta’ PRE, jeħtieġ għaldaqstant li jiġi eżaminat jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, jeżistix riskju kunsiderevoli li dawn l-aħħar imsemmija żewġ kumpanniji jaslu sabiex jevitaw l-effett tal-miżuri restrittivi li jikkonċernaw lil NIOC.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-Kunsill ma jipproduċi l-ebda prova li tippermetti lill-Qorti Ġenerali tikkunsidra li PPI kienet f’pożizzjoni li teżerċita kontroll fuq POMC jew fuq PRE. Fil-fatt, minkejja li l-parti miżmuma minn PPI fil-kapital azzjonarju ta’ dawn tal-aħħar hija ftit ogħla minn dik miżmuma mill-azzjonisti prinċipali l-oħra ta’ dawn l-entitajiet, din tal-aħħar tibqa’ parti f’minoranza. Għaldaqstant ma jistax jiġi preżunt li PPI kellha s-setgħa li tinnomina iktar min-nofs tal-membri tal-bord tad-diretturi ta’ POMC u nofs il-membri tal-bord tad-diretturi ta’ PRE li fiha, b’xi mod ieħor, l-aħħar kelma fi ħdan il-bordijiet ta’ diretturi ta’ dawn l-entitajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi konkluż li l-Kunsill wettaq żball ta’ evalwazzjoni meta kkunsidra li POMC u PRE kienu miżmuma jew ikkontrollati minn NIOC.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, jeħtieġ li jinċaħad it-tieni motiv bħala infondat fir-rigward ta’ PPI u ta’ POSCO u li dan jintlaqa’ fir-rigward ta’ POMC u ta’ PRE. Konsegwentement, hemm lok li jiġu annullati l-atti kkontestati sa fejn dawn jikkonċernaw lil dawn iż-żewġ rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà, tad-dritt li tiġi eżerċitata attività kummerċjali, tal-prinċipju ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ protezzjoni tal-ambjent kif ukoll tal-valuri umanitarji tal-Unjoni u, fi kwalunkwe każ, tal-prinċipji ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ proporzjonalità u ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ prekawzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li l-atti kkontestati jikkostitwixxu ksur tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Qabel xejn, ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li l-atti kkontestati jiksru d-dritt tagħhom għall-proprjetà u d-dritt tagħhom li jeżerċitaw attività kummerċjali u huma sproporzjonati inkwantu l-għan segwit.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrenti jsostnu li l-atti kkontestati jistgħu jikkawżaw danni kunsiderevoli lill-ambjent kif ukoll lis-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u ta-ċittadini Iranjani, inklużi t-tfal. Fil-fatt, huma jikkonfermaw li, minħabba s-sanzjonijiet, huma mhux ser ikunu f’pożizzjoni li jikkompletaw il-fażi 19 tal-proġett ta’ esplojtazzjoni ta’ South Pars li t-twettiq tiegħu huwa essenzjali sabiex jiġi evitat nuqqas ta’ gass fl-Iran matul ix-xitwa. Barra minn hekk, fir-replika, huma jispeċifikaw li l-biċċa l-kbira tal-materjal u tas-servizzi tekniċi użati joriġinaw minn pajjiżi membri tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-impossibbiltà li jinkiseb materjal iġġiegħel lir-Repubblika Iżlamika tal-Iran sabiex tirrikorri għal kombustibbli oħra ta’ tisħin iktar dannużi għall-ambjent u li jżidu r-riskji għas-saħħa u għas-sigurtà tal-persuni ħajjin u li jaħdmu madwar proġetti ta’ esplojtazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn ir-riskji, ir-rikorrenti jqisu li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ prekawzjoni. Dan tal-aħħar kellu fil-fatt jieħu inkunsiderazzjoni l-effetti tal-iffriżar tal-assi tagħhom qabel ma jadotta l-atti kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Fl-aħħar, ir-rikorrenti jsostnu li l-miżuri adottati mill-Kunsill huma sproporzjonati inkwantu l-oġġettiv iddikjarat tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis li hemm lok li jinċaħdu l-argumenti kollha mressqa mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tad-dritt tal-proprjetà u tad-dritt tar-rikorrenti li jeżerċitaw attività kummerċjali, jeħtieġ li jiġi osservat, qabel xejn, li l-imsemmija drittijiet jiffurmaw parti mid-drittijiet fundamentali sanċiti rispettivament fl-Artikolu 17 u fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li l-qorti tal-Unjoni għandha tiżgura r-rispett lejhom. Madankollu, hemm lok li jitfakkar li d-drittijiet fundamentali ma humiex prerogattivi assoluti u li l-eżerċizzju tagħhom jista’ jkun is-suġġett ta’ restrizzjonijiet iġġustifikati mill-għanijiet ta’ interess ġenerali mħaddna mill-Unjoni (sentenza tas-<DATE ISO="20111116">16 ta’ Novembru 2011</DATE>, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, C‑548/09 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:735">EU:C:2011:735</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 113).</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Sussegwentement, skont il-ġurisprudenza, il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jeżiġi li l-atti tal-Unjoni ma jeċċedux il-limiti ta’ dak li huwa meħtieġ u neċessarju għat-twettiq tal-għanijiet leġittimi li jridu jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, peress li meta jkun hemm possibbiltà ta’ għażla bejn diversi miżuri xierqa, għandha tintgħażel l-inqas waħda restrittiva, u li l-inkonvenjenzi li jinħolqu ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet previsti (sentenza tat-<DATE ISO="19871118">18 ta’ Novembru 1987</DATE>, Maizena <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, 137/85, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:493">EU:C:1987:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-dritt tar-rikorrenti li jeżerċitaw attività ekonomika kif ukoll id-dritt tagħhom għall-proprjetà huma ristretti b’mod kunsiderevoli, mill-fatt tal-adozzjoni tal-atti kkontestati, peress li ma għandhomx id-disponibbiltà tal-fondi tagħhom li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni, ħlief permezz ta’<?PAGE NO="14"?> awtorizzazzjonijiet partikolari, u peress li l-ebda minn dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi ma jistgħu jitpoġġew għad-dispożizzjoni tagħhom, direttament jew indirettament skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 267/2012. Madankollu, fid-dawl tal-importanza bażilari taż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali, il-Kunsill seta’ jikkunsidra, ġustament, li l-ksur tad-drittijiet suesposti li jirriżulta mill-inklużjoni fil-listi tal-entitajiet miżmuma minn entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern Iranjan kienu adegwati u neċessarji sabiex issir pressjoni fuq l-imsemmi Gvern sabiex jiġu kostrett iwaqqaf l-attivitajiet tiegħu ta’ proliferazzjoni nukleari (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Melli Bank vs Il-Kunsill, punt 62 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:137">EU:C:2012:137</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Għaldaqstant, tali ksur ma jistax jiġi kkunsidrat, fid-dawl tal-għanijiet segwiti, bħala intervent sproporzjonat u intollerabbli li jippreġudika s-sustanza tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt li tiġi eżerċitata attività kummerċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, punt 92 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:735">EU:C:2011:735</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 114 u 115).</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Barra minn hekk, b’mod kuntrarju għal dak li jikkonfermaw ir-rikorrenti, l-iffriżar tal-fondi tagħhom ma jistax jiġi kklassifikat bħala sporporzjonat minħabba allegat ksur tad-dritt tagħhom li jippreżentaw l-argumenti tagħhom quddiem il-Kunsill. Fil-fatt, kif ser jiġi konkluż fil-kuntest tal-ħames motiv (ara l-punti 123 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq), ir-rikorrenti kellhom l-okkażjoni li jsostnu l-opinjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jeħtieġ li jinċaħdu bħala infondati, l-argumenti bbażati fuq il-ksur tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt li tiġi eżerċitata attività kummerċjali u fuq in-natura sproporzjonata tal-miżuri inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tar-riskji ta’ danni għall-ambjent kif ukoll għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u ċ-ċittadini Iranjani, qabel xejn, jeħtieġ li jiġi nnutat li l-impossibbiltà li jinkiseb materjal u servizzi tekniċi bażiċi minn impriżi stabbiliti fi ħdan l-Unjoni, vantata bħala l-kawża ta’ dawn ir-riskji, bl-ebda mod ma tirriżulta mill-miżuri restrittivi li jikkonċernaw lir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-argument tar-rikorrenti, kif ukoll mid-dokumenti annessi mar-replika li ġew riprodotti insostenn ta’ dan l-argument, jirriżulta li r-riskji ta’ nuqqas ta’ gass jew dawk marbuta mal-użu ta’ kombustibbli oħra ta’ tisħin ma humiex il-konsegwenza ta’ diffikultajiet finanzjarji possibbli li jolqtu lir-rikorrenti wara l-iffriżar tal-fondi tagħhom u li jipprekluduhom milli jakkwistaw il-materjal neċessarju sabiex jeżegwixxu l-attivitajiet tagħhom, iżda jirriżultaw minn restrizzjonijiet imposti mill-Unjoni fir-rigward tal-provvista lil entitajiet Iranjani ta’ beni jew ta’ teknoloġiji essenzjali kif ukoll ta’ servizzi tekniċi inkonnessjoni ma’ dawn il-beni maħsuba għall-industrija tal-gass fl-Iran.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Issa, kif jirrileva l-Kunsill, dawn ir-restrizzjonijiet, previsti b’mod partikolari fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2010/412 kif ukoll fl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament Nru 267/2012, jirrigwardaw kull entità Iranjana u jistgħu b’hekk jaffettwaw lir-rikorrenti, indipendentement mill-inklużjoni ta’ isimhom fil-lista. Barra minn hekk, il-legalità tal-imsemmija dispożizzjonijiet ma tistax tiġi kkontestata fil-kuntest ta’ dan ir-rikors peress li dawn tal-aħħar ma jikkostitwixxux il-bażi legali tal-atti kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm lok li jiġi konkluż li l-allegazzjoni li l-atti kkontestati joħolqu riskju għall-ambjent kif ukoll għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u taċ-ċittadini Iranjani ma hijiex fondata.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, jeħtieġ li jitfakkar li dan il-prinċipju jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li jobbliga lill-awtoritajiet ikkonċernati li jadottaw, fil-kuntest preċiż tal-eżerċizzju tal-kompetenzi lilhom attribwiti mil-leġiżlazzjoni rilevanti, miżuri adegwati bil-għan li jiġu evitati ċerti riskji potenzjali għas-saħħa pubblika, is-sigurtà u l-ambjent, billi jagħtu preċedenza lir-rekwiżiti marbuta mal-protezzjoni ta’ dawn l-interessi fuq l-interessi ekonomiċi (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="20021126">26 ta’ Novembru 2002</DATE>, Artegodan <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, T‑74/00, T‑76/00, T‑83/00 sa T‑85/00, T‑132/00, T‑137/00 u T‑141/00, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:283">EU:T:2002:283</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 183 u 184, u tal-<DATE ISO="20031021">21 ta’ Ottubru 2003</DATE>, Solvay Pharmaceuticals vs Il-Kunsill, T‑392/02, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:277">EU:T:2003:277</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 121 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, kif jirriżulta mill-punti 98 sa 101 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti ma stabbilixxewx l-eżistenza ta’ riskji possibbli għas-saħħa, is-sigurtà jew l-ambjent li setgħu jirriżultaw mill-iffriżar tal-fondi. Għaldaqstant, ma jistax jiġi allegat li l-Kunsill ma pprevediex l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni waqt l-adozzjoni tal-atti kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, hemm lok li r-raba’ motiv jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq l-assenza ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ notifika fir-rigward ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ tnejn mir-rikorrenti u fuq ksur tal-obbligu ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ motivazzjoni, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jqisu li l-Kunsill wettaq diversi istanzi ta’ ksur tad-drittijiet proċedurali, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fir-rigward tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill ma nnotifikax l-atti kkontestati individwalment lil POMC u lil PRE.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill ma mmotivax id-deċiżjoni tiegħu li jimponi miżuri restrittivi li jirrigwardawhom u għaldaqstant ma informahomx bil-bażi għall-inklużjoni ta’ isimhom fil-listi. Fir-risposta, huma jispeċifikaw li l-motiv li huma miżmuma jew ikkontrollati minn NIOC ma jikkorrispondix mal-motivazzjoni ddikjarata fl-atti kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti jikkonfermaw li l-Kunsill ma pprovdilhomx, minkejja t-talba tagħhom, l-informazzjoni u l-provi li fuqhom huwa bbaża ruħu waqt l-adozzjoni tal-atti kkontestati. Huma jikkunsidraw li huma ma setgħux jippreżentaw l-argumenti tagħhom u li jikkontestaw b’mod sodisfaċenti l-inklużjoni ta’ isimhom fil-listi.</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Preliminarjament, hemm lok li jiġi rrilevat li r-rikorrenti talbu lill-Qorti Ġenerali li teżamina l-argumenti tal-proċedura mqajma fil-kuntest tal-ħames motiv unikament sa fejn ġiet mitluba ċ-ċaħda tal-ewwel erba’ motivi. Peress li, fir-rigward ta’ POMC u ta’ PRE, inltaqa’ t-tieni motiv, jeħtieġ għaldaqstant li jiġi eżaminat il-ħames motiv unikament sa fejn dan jikkonċerna lil PPI u lil POSCO (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>ewwel żewġ rikorrenti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>). Għaldaqstant, l-argument marbut mal-assenza ta’ notifika tal-atti kkontestati lil POMC u lil PRE ma huwiex ser jiġi eżaminat fil-kuntest ta’ dan il-ħames motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Prinċipalment, qabel xejn, fir-rigward tal-obbligu ta’ motivazzjoni, jirriżulta b’mod ċar mill-eżami tal-ewwel motiv (ara l-punti 27 sa 48 iktar ’il fuq) li l-motivazzjoni tal-atti kkontestati hija suffiċjenti sa fejn din ippermettiet lill-ewwel żewġ rikorrenti mhux biss li jidentifikaw il-bażi legali ta’ dawn l-atti, iżda wkoll ir-raġunijiet speċifiċi u konkreti li abbażi tagħhom il-Kunsill kkunsidra li dawn kellhom jiġu ssuġġettati għal miżuri restrittivi, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 35 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tad-drittijiet tad-difiża, jeħtieġ li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-rispett ta’ dawn id-drittijiet, u b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ, f’kull proċedura miftuħa fil-konfront ta’ entità li tista’ twassal għal att li jikkawżalha preġudizzju, jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni u għandu jiġi żgurat, anki fl-assenza ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni fir-rigward tal-proċedura inkwistjoni (sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, punt 35 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:401">EU:T:2009:401</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 91).</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Il-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża jeżiġi, minn naħa, li l-elementi miżmuma kontra l-entità kkonċernata sabiex isostnu l-att li jikkawżalha preġudizzju għandhom jiġu kkomunikati lilha. Min-naħa l-oħra, hija għandha titpoġġa f’pożizzjoni fejn tkun tista’ ssostni b’mod utli l-opinjoni tagħha dwar dawn l-elementi (ara, b’analoġija, is-sentenza OMPI I, punt 33 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:384">EU:T:2006:384</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 93).</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-każ ta’ att inizjali li permezz tiegħu l-fondi ta’ entità jiġu ffriżati, sakemm ma tkunx prekluża minn kunsiderazzjonijiet imperattivi li jikkonċernaw is-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha jew it-tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom, il-komunikazzjoni tal-provi mressqa kontra l-entità kkonċernata għandha ssir jew simultanjament mal-adozzjoni tal-att ikkontestat, jew fl-iqsar żmien possibbli wara l-imsemmija adozzjoni. Fuq talba tal-entità kkonċernata, din tal-aħħar għandha wkoll id-dritt li ssostni l-opinjoni tagħha dwar dawn l-elementi labarba l-att jiġi adottat (ara, b’analoġija, is-sentenza OMPI I, punt 33 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:384">EU:T:2006:384</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 137).</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jingħad li, meta tiġi kkomunikata informazzjoni biżżejjed preċiża, li permezz tagħha l-entità kkonċernata tkun tista’ tesprimi b’mod utli l-opinjoni tagħha dwar il-provi kkunsidrati kontriha mill-Kunsill, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża ma jimplikax li din l-istituzzjoni għandha l-obbligu li tagħti, b’mod spontanju, aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl tagħha. Huwa biss meta ssir talba mill-parti kkonċernata li l-Kunsill huwa obbligat jagħti aċċess għad-dokumenti amministrattivi mhux kunfidenzjali kollha li jkunu jikkonċernaw il-miżura inkwistjoni (ara s-sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, punt 35 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:401">EU:T:2009:401</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 97 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Fl-aħħar, il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jimplika li l-awtorità tal-Unjoni inkwistjoni hija obbligata tikkomunika r-raġunijiet ta’ miżura restrittiva lill-entità kkonċernata, sa fejn ikun possibbli, jew fil-mument meta l-imsemmija miżura tkun adottata, jew, tal-inqas, malajr kemm jista’ jkun wara li tkun ġiet adottata, u dan sabiex l-entità kkonċernata tkun tista’ teżerċita, fit-termini, id-dritt tagħha għal rimedju. L-osservanza ta’ dan l-obbligu li jiġu kkomunikati l-imsemmija raġunijiet hija fil-fatt meħtieġa, kemm sabiex id-destinatarji tal-miżuri restrittivi jkunu jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli u jkunu jistgħu jiddeċiedu b’għarfien sħiħ tal-kwistjoni jekk ikunx utli għalihom li jirrikorru għall-qorti tal-Unjoni, u kemm sabiex din tal-aħħar tkun tista’ teżerċita b’mod sħiħ l-istħarriġ tal-legalità tal-att inkwistjoni li jinkombi fuqha (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="20080903">3 ta’ Settembru 2008</DATE>, Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni, C‑402/05 P u C‑415/05 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:461">EU:C:2008:461</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 335 sa 337 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fl-ewwel lok, fir-rigward tal-komunikazzjoni inizjali tal-elementi akkużatorji, hemm lok li jitfakkar, minn naħa, li l-atti kkontestati ġew ikkomunikati lill-ewwel żewġ rikorrenti permezz tal-ittri tal-<DATE ISO="20130610">10 ta’ Ġunju 2013</DATE> u, min-naħa l-oħra, li jirriżulta mill-eżami tal-ewwel motiv kif ukoll mill-punt 110 iktar ’il fuq, marbuta mal-obbligu ta’ motivazzjoni, li l-atti kkontestati huma mmotivati suffiċjentement sa fejn ippermettew lill-ewwel żewġ rikorrenti li jifhmu r-raġunijiet li abbażi tagħhom huma ġew inklużi fil-listi.</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li l-Kunsill ma kisirx id-drittijiet tad-difiża tal-ewwel żewġ rikorrenti f’dak li jikkonċerna l-komunikazzjoni inizjali tal-elementi akkużatorji.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti, mingħajr in-neċessità li tingħata deċiżjoni fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill ma kkomunikax lill-ewwel żewġ rikorrenti d-dokumenti li jinsabu fil-fajl tiegħu b’mod tempestiv, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li l-Kunsill ma kisirx id-drittijiet tad-difiża ta’ dawn ir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Fil-fatt, jeħtieġ li jitfakkar li l-komunikazzjoni tardiva ta’ dokument li l-Kunsill ibbaża ruħu fuqu sabiex jadotta jew iżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi li jikkonċernaw entità ma tikkostitwixxix ksur tad-drittijiet tad-difiża li jiġġustifikaw l-annullament tal-atti kkonċernati sakemm ma jiġix stabbilit li l-miżuri restrittivi inkwistjoni ma setgħux jiġu adottati jew miżmuma fis-seħħ b’mod legali jekk id-dokument ikkomunikat tardivament kellu jiġi skartat bħala prova akkużatorja (sentenza Persia International Bank vs Il-Kunsill, punt 81 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:398">EU:T:2013:398</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 85).</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>Konsegwentement, f’dan il-każ, anki jekk jiġi preżunt li l-Kunsill ikkomunika b’mod tardiv l-atti li jinsabu fil-fajl tar-rikorrenti, din iċ-ċirkustanza tista’ tiġġustifika l-annullament tal-atti kkontestati biss jekk jiġi barra minn hekk stabbiliti li l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi fil-konfront tal-ewwel żewġ rikorrenti ma setgħetx tiġi ġġustifikata mill-elementi kkomunikati lil dawn tal-aħħar b’mod tempestiv, jiġifieri l-motivi li jinsabu fl-atti kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, hemm lok li jiġi kkonstatat li d-dokumenti kkomunikati waqt il-preżentata tar-risposta ma jinkludu l-ebda informazzjoni ġdida utli għad-difiża tal-ewwel żewġ rikorrenti, peress li l-kontenut tagħhom ma jirrileva l-ebda element ġdid li jikkonċernahom. Min-naħa l-oħra, mill-eżami tat-tieni motiv jirriżulta li l-motivi li jinsabu fl-atti kkontestati, kif ikkomunikati lill-ewwel żewġ rikorrenti, kienu suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi li jikkonċernawhom.</TXT></NP><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi konkluż li l-Kunsill ma kisirx id-drittijiet tad-difiża tal-ewwel żewġ rikorrenti fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti.</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-possibbiltà tal-ewwel żewġ rikorrenti li jsostnu b’mod utli l-opinjoni tagħhom, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, wara l-adozzjoni tal-atti kkontestati, ir-rikorrenti bagħtu lill-Kunsill, fid-<DATE ISO="20130809">9 ta’ Awwissu 2013</DATE>, ittra li fiha huma esponew l-opinjoni tagħhom u talbu li jiġu kkomunikati lilhom ir-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom kif ukoll il-provi li jinsabu fil-fajl tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel żewġ rikorrenti kellhom l-okkażjoni li jsostnu b’mod utli l-opinjoni tagħhom b’tali mod li ma jistax jiġi allegat li l-Kunsill kiser id-drittijiet tagħhom tad-difiża f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-ewwel żewġ rikorrenti setgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom u li hija f’pożizzjoni li teżerċita l-istħarriġ tal-legalità tal-atti kkontestati. Għaldaqstant huwa b’mod żbaljat li l-ewwel żewġ rikorrenti jallegaw li l-Kunsill kiser id-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li l-ħames motiv jinċaħad bħala infondat fir-rigward tal-ewwel żewġ rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal preċedentement, jeħtieġ għalhekk li jinċaħad ir-rikors sa fejn dan jikkonċerna lil PPI u POSCO u li jintlaqa’ fir-rigward ta’ POMC u ta’ PRE.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-effetti</HT> <HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT></HT><HT TYPE="BOLD">tal-annullament tal-atti kkontestati sa fejn dawn jikkonċernaw lil POMC u lil PRE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 264(2) TFUE, il-Qorti Ġenerali tista’, jekk tqis li jkun meħtieġ, tindika dawk l-effetti tal-att annullat li għandhom jitqiesu bħala definittivi. Mill-ġurisprudenza jirriżulta li din id-dispożizzjoni tippermetti lill-qorti tal-Unjoni tiddeċiedi d-data li fihom jidħlu fis-seħħ is-sentenzi tagħha ta’ annullament (sentenza tat-<DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, Nabipour <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill, T‑58/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:640">EU:T:2013:640</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 250 u 251).</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, għall-motivi spjegati iktar ’il fuq, li huwa neċessarju li jinżammu l-effetti tal-atti kkontestati fiż-żmien sad-data ta’ skadenza tat-terminu tal-appell previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk ġie introdott appell f’dan it-terminu, saċ-ċaħda tal-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>Fil-fatt, jeħtieġ li jitfakkar li l-programm nukleari implementat mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran huwa sors ta’ tħassib imqanqal kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew. Huwa f’dan il-kuntest li l-Kunsill kabbar gradwalment in-numru ta’ miżuri restrittivi adottati kontra dan l-Istat, sabiex jostakola l-iżvilupp ta’ attivitajiet li jqiegħdu f’periklu l-paċi u s-sigurtà internazzjonali, fil-kuntest tal-implementazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà.</TXT></NP><?PAGE NO="18"?><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-interess ta’ POMC u ta’ PRE li jinkiseb id-dħul fis-seħħ immedjat tal-annullament tal-atti kkontestati sa fejn dawn jikkonċernawhom għandu jkun ibbilanċjat mal-għan ta’ interess ġenerali segwit mill-politika tal-Unjoni fil-qasam ta’ miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Il-modulazzjoni tal-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-annullament ta’ miżura restrittiva tista’ b’hekk tkun iġġustifikata mill-ħtieġa li tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri restrittivi u, b’mod definittiv, minn kunsiderazzjonijiet imperattivi li jolqtu s-sigurtà jew it-tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha (ara, b’analoġija, l-assenza ta’ obbligu ta’ komunikazzjoni minn qabel lill-parti kkonċernata tal-motivi ta’ inklużjoni inizjali ta’ isimha fil-listi, sentenza tal-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, France vs People’s Mojahedin Organization of Iran, C‑27/09 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:853">EU:C:2011:853</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 67).</TXT></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>Issa, l-annullament b’effett immedjat tal-atti kkontestati sa fejn dawn jikkonċernaw lil POMC u PRE jippermetti lil dawn tal-aħħar jittrasferixxu l-assi kollha tagħhom jew parti minnhom barra mill-Unjoni, mingħajr mal-Kunsill ikun jista’, fejn xieraq, japplika fi żmien xieraq l-Artikolu 266 TFUE sabiex jiġu korretti l-irregolaritajiet ikkonstatati f’din is-sentenza, b’tali mod li jkun hemm ir-riskju li jsir preġudizzju serju u irreversibbli għall-effettività ta’ kull iffriżar ta’ assi li jista’, fil-ġejjieni, jiġi deċiż mill-Kunsill fir-rigward ta’ dawn l-entitajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>Fil-fatt, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 266 TFUE f’dan il-każ, għandu jiġi osservat li l-annullament permezz ta’ din is-sentenza tal-inklużjoni tal-isem ta’ POMC u ta’ PRE fil-listi jirriżulta mill-fatt li l-motivi għal din l-inklużjoni ma humiex sostnuti bi provi suffiċjenti (ara l-punti 77 sa 84 iktar ’il fuq). Minkejja li huwa l-Kunsill li għandu jiddeċiedi dwar il-miżuri ta’ eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza, inklużjoni ġdida tal-imsemmija ismijiet fil-listi ma tistax tiġi eskluża awtomatikament. Fil-fatt, fil-kuntest ta’ dan l-eżami ġdid, il-Kunsill għandu l-possibbiltà li jinkludi mill-ġdid dawn l-ismijiet abbażi ta’ motivi sostnuti b’mod suffiċjenti fid-dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-effetti tal-atti kkontestati għandhom jinżammu fir-rigward ta’ POMC u ta’ PRE, sad-data tal-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell jew, jekk jiġi ppreżentat appell f’dan it-terminu, sakemm dan l-appell jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-partijiet ikunu telliefa rispettivament fuq kap jew iktar tat-talbiet tagħhom, jew għal raġunijiet eċċezzjonali, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, għandu jiġi deċiż li kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-segwenti atti huma annullati sa fejn dawn jikkonċernaw lil Petropars Aria Kish Operation and Management Co. u lil Petropars Resources Engineering Kish Co.:</HT></TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-<DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-<DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="19"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-effetti tad-Deċiżjoni 2013/270 u tar-Regolament Nru 522/2013 għandhom jinżammu fir-rigward ta’ Petropars Aria Kish Operation and Management Co. u ta’ Petropars Resources Engineering Kish Co. sad-data tal-iskadenza tat-terminu tal-appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk jiġi ppreżentat appell f’dan it-terminu, sakemm dan l-appell jiġi miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Jaeger</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Van der Woude</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Buttigieg</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20150505">5 ta’ Mejju 2015</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>